<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑448/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0448</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:180">EU:C:2017:180</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>mamostecjeSENTENZA TAT-<DATE ISO="20170308">8.3.2017</DATE> – KAWŻA C-448/15</P><P>WERELDHAVE BELGIUM <HT TYPE="ITALIC">ET</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20170308">8 ta’ Marzu 2017</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>* Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kumpanniji omm u sussidjarji stabbiliti fi Stati Membri distinti</KEYWORD><KEYWORD>Sistema fiskali komuni applikabbli</KEYWORD><KEYWORD>Taxxa fuq il-kumpanniji</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 90/435/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 2(ċ)</KEYWORD><KEYWORD>Kumpannija suġġetta għat-taxxa, mingħajr possibbiltà ta’ għażla u mingħajr ma tiġi eżentata</KEYWORD><KEYWORD>Taxxa b’rata ta’ żero</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑448/15,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari taħt l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-hof van beroep te Brussel (qorti tal-appell ta’ Brussell, il-Belġju), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20150624">24 ta’ Ġunju 2015</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid-<DATE ISO="20150819">19 ta’ Awwissu 2015</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">L-Istat Belġjan</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Wereldhave Belgium Comm. VA,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Wereldhave International NV,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Wereldhave NV,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn J. L. da Cruz Vilaça, President tal-Awla, M. Berger, A. Borg Barthet, E. Levits (Relatur) u F. Biltgen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Campos Sánchez-Bordona,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Wereldhave Belgium Comm. VA, Wereldhave International NV, Wereldhave NV, minn R. Tournicourt u M. Delanote, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Belġjan, minn N. Zimmer u J.-C. Halleux, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn T. Müller, M. Smolek u J. Vláčil, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn D. Colas u S. Ghiandoni, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn S. Fiorentino, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn W. Roels, bħala aġent,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20161026">26 ta’ Ottubru 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE, tat-<DATE ISO="19900723">23 ta’ Lulju 1990</DATE>, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali [omm] u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 147), kif ukoll l-Artikoli 43 u 56 KE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet f’kuntest ta’ tilwima bejn il-Belgische Staat (Stat Belġjan) u Wereldhave Belgium Comm. V.A., Wereldhave International NV u Wereldhave NV dwar taxxa f’ras il-għajn fuq id-dividendi mħallsa minn Wereldhave Belgium lil Wereldhave International u lil Wereldhave għas-snin fiskali 1999 u 2000.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont it-tielet premessa tad-Direttiva 90/435:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Billi d-dispożizzjonijiet eżistenti tat-taxxa li jirregolaw ir-relazzjonijiet bejn il-kumpanniji ġenituri [omm] u s-sussidjarji tagħhom fl-Istati Membri differenti ivarjaw b’mod apprezzabbli minn Stat Membru għall-ieħor u huma ġeneralment inqas vantaġġużi minn dawk li japplikaw għall-kumpanniji ġenituri [omm] u s-sussidjari fl-istess Stat Membru; billi l-kooperazzjoni bejn il-kumpanniji ta’ Stati Membri differenti tiġi b’hekk żvantaġġata meta mqabbla mal-kooperazzjoni bejn il-kumpanniji fl-istess Stat Membru; billi huwa meħtieġ li jiġi eliminat dan l-iżvantaġġ bid-dħul ta’ sistema komuni sabiex tiffaċilita r-raggruppament tal-kumpanniji;<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1) tal-imsemmija direttiva huwa b’hekk ifformulat:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Kull wieħed mill-Istati Membri għandu japplika din id-Direttiva:</P><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għat-tqassim tal-qligħ irċevut mill-kumpanji ta’ dan l-Istat li jkun ġej mill-kumpanniji sussidjarji fl-Istati Membri l-oħra,</P></ITEM><ITEM><P>għat-tqassim tal-qligħ mill-kumpanniji ta’ dan l-Istat lill-kumpanniji fl-Istati Membri l-oħra li tagħhom il-kumpanniji ta’ l-Istat ta’ l-ewwel ikunu sussidjarji.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Id-Direttiva 90/435 kien jipprovdi, fl-artikolu 2 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>kumpannija ta’ Stat Membru<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/> għandha tfisser kull kumpannija li:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>tieħu waħda mill-għamliet elenkati fil-lista fl-Anness ta’ ma’ hawn;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>skond il-liġijiet tat-taxxi ta’ Stat Membru hija kkunsidrata bħala residenti f’dan l-Istat għall-għanijiet tat-taxxa u, skond it-termini ta’ ftehim dwar it-taxxa doppja konkluż ma Stat terz, ma tkunx ikkunsidrata bħala residenti barra mill-Komunità għall-għanijiet tat-taxxa;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>barra minn hekk, tkun bla ħsara għal waħda mit-taxxi li ġejjin, mingħajr il-possibbilità tal-għażla jew li tiġi eżentata minnhom:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>l-impôt des sociétésvennootschapsbelasting fil-Belġju,</P></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>il- vennootschapsbelasting fl-Olanda [fil-Pajjiżi l-Baxxi],</P></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>jew għal kull taxxa oħra li tista tiddaħħal minflok it-taxxi msemmija hawn fuq.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tad-Direttiva 90/435 kien jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-għanijiet sabiex tiġi applikata din id-Direttiva:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-istatus tal-kumpannija ġenitur [omm] għandu jiġi attribwit għall-inqas lil kull kumpannija ta’ Stat Membru li twettaq il-kondizzjonijiet iddikjarati fl-Artikolu 2 u li jkollha sehem minimu ta’ 25 % fil-kapital ta’ kumpannija ta’ Stat Membru ieħor li twettaq l-istess kondizzjonijiet;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>(kumpannija) sussidjarja<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> għandha tfisser dik il-kumpannija li l-kapital tagħha jinkludi s-sehem riferit fil-(a).</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Bħala deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri għandu jkollhom il-għażla li:</P><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>jibdlu, permezz ta’ ftehim bilaterali, il-kriterju taż-żamma ta’ sehem fil-kapital bil-kriterju ta’ żamma ta’ sehem bid-drittijiet għall-vot,</P></ITEM><ITEM><P>li ma japplikawx din id-Direttiva għall-kumpanniji ta’ dan l-Istat Membru li għal perjodu taż-żmien mhux interrott ta’ mill-inqas sentejn rigward iż-żamma ta’ l-ishma li jikkwalifikawhom bħala kumpanniji ġenitur [omm] jew għal dawk mill-kumpanniji tagħhom li fihom kumpannija ta’ Stat Membru ieħor ma jżommux ishma minn dawn għal-perjodu taż-żmien mhux interrott ta’ mill-inqas sentejn.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 5(1) ta’ din id-direttiva, il-profitti li kumpannija sussidjarja tkun qassmet lill-kumpannija ġenitur [omm] tagħha għandhom, għall-inqas fejn din tal-aħħar iżżomm minimu ta’ 25 % tal-kapital tal-kumpannija sussidjarja, jiġu eżentati mit-taxxa mnaqqsa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-anness tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Il-lista tal-kumpanniji riferita fl-Artikolu 2(a)<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jelenka, fil-punti (a) u (j) tiegħu, il-kumpanniji li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>(a)</NO.P><TXT>il-kumpanniji skond il-liġijiet Belġjani magħrufa bħala <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>société anonyme<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>naamloze vennootschap<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/>, <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>société en commandite par actions<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/>/<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>commanditaire vennootschap op aandelen<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/>, <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>société privée à responsabilité limitée<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/>/<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>besloten vennootschap met beperkte aansprakelijkheid<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/> u dawk il-korpi tal-liġi pubblika li jaħdmu skond il-liġi privata;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><?PAGE NO="4"?><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(j)</NO.P><TXT>il-kumpanniji skond il-liġijiet Olandiżi magħrufa bħala: <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>naamloze vennootschap<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/>, <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>besloten vennootschap met beperkte aansprakelijkheid<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="2019" ID="QE0016"/>;<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Id-Direttiva 90/435 ġiet abrogata permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/96/UE, tat-<DATE ISO="20111130">30 ta’ Novembru 2011</DATE> dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali [omm] u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="345" PAGE.FIRST="8" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 345, p. 8</REF.DOC.OJ>), li daħlet fis-seħħ fit-<DATE ISO="20120118">18 ta’ Jannar 2012</DATE>. Madankollu, fid-dawl tad-data tal-fatti tal-kawża prinċipali, id-Direttiva 90/435 hija d-direttiva applikabbli <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Belġjan</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 266 tal-Wetboek van de inkomstenbelastingen 1992 (kodiċi tat-taxxi fuq id-dħul tal-1992) fil-verżjoni tiegħu applikabbli fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem iċ-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>CIR 1992<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>), jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Taħt il-kundizzjonijiet u fil-limiti stabbiliti minn digriet irjali, id-dħul mill-kapital u minn beni mobbli jista’ jiġi eżentat mill-withholding tax, bil-kundizzjoni li l-benefiċjarji li jirċevuh ikunu jistgħu jiġu identifikati jew ikunu organi barranin ta’ investiment kollettiv li għandhom patrimonju indiviż amministrat f’isem l-azzjonisti tagħhom minn kumpannija ta’ amministrazzjoni meta l-ishma tagħhom ma jkunux suġġetti għal rilaxx pubbliku fil-Belġju u ma jiġux ikkummerċjalizzati fil-Belġju, jew ukoll it-titoli ta’ possessjoni li d-dħul minnhom jaqa’ taħt waħda mill-kategoriji li ġejjin:</P><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>dħul legalment eżentat mit-taxxa fuq titoli trasferibbli jew minn taxxi reali, jew suġġett għal taxxa b’rata iktar baxxa minn 15 [%], li jirriżulta minn titoli maħruġa qabel l-<DATE ISO="19621201">1 ta’ Diċembru 1962</DATE>;</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>dħul minn ċertifikati ta’ organi ta’ investiment kollettiv Belġjani;</TXT></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>primjums ta’ ħruġ relattivi għal bonds, ċertifikati ta’ depożitu u titoli oħra li jirrappreżentaw self maħruġa mill-<DATE ISO="19621201">1 ta’ Diċembru 1962</DATE>.</TXT></NP><P>Fl-ebda każ ma jista’ jiġi rrinunċjat il-ġbir tal-withholding tax fuq id-dħul:</P><NP><NO.P>1°</NO.P><TXT>mit-titoli li jirrappreżentaw self li l-interessi tiegħu huma kkapitalizzati […],</TXT></NP><NP><NO.P>2°</NO.P><TXT>mit-titoli li ma jagħtux lok għal ħlas perjodiku ta’ interessi u li jkunu nħarġu […] bi skont li jikkorrispondi għall-interessi kkapitalizzat sad-data ta’ maturità ta’ dak it-titolu […],</TXT></NP><P>[…]</P><P>It-tieni paragrafu ma għandux japplika għat-titoli li jirriżultaw mill-ħruġ ta’ bonds lineari maħruġa mill-Istat Belġjan.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 106(5) tal-Koninklijk besluit tot uitvoering van het Wetboek van de inkomstenbelastingen 1992 (digriet irjali tal-eżekuzzjoni tal-kodiċi tat-taxxi fuq id-dħul tal-1992) tas-<DATE ISO="19930827">27 ta’ Awwissu 1993</DATE> (<HT TYPE="ITALIC">Belgisch Staatsblad</HT>, <DATE ISO="19930913">13 ta’ Settembru 1993</DATE>, p. 20096) fil-verżjoni tiegħu applikabbli fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>AR/CIR 1992<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Id-dividendi, li d-debitriċi tagħhom tkun sussidjarja Belġjana u li benefiċjarju tagħhom tkun kumpannija omm ta’ Stat Membru ieħor tal-Komunità Ekonomika Ewropea għandhom ikunu eżentati fl-intier tagħhom mill-withholding tax.</ALINEA><?PAGE NO="5"?><ALINEA>Madankollu, din ir-rinunzja [għall-withholding tax] ma għandhiex tapplika jekk is-sehem tal-kumpannija omm li abbażi tiegħu jitħallsu d-dividendi ma jirrappreżentax sehem ta’ mill-inqas 25 % tal-kapital tas-sussidjarja u ma jinżammx jew ma jkunx inżamm is-sehem minimu ta’ 25 % għal perijodu mhux interrott ta’ mill-inqas sena.</ALINEA><ALINEA>Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-ewwel u tat-tieni paragrafu, sussidjarja u kumpannija omm ifissru s-sussidjarji u l-kumpanniji omm iddefiniti fid-Direttiva [90/435]<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Wareldhave Belgium, soċjetà in akkomandita permezz ta’ azzjonijiet tad-dritt Belġjan, hija miżmuma, bi 35 % u bi 44 %, minn rispettivament, Wereldhave International u Wereldhave, kumpanniji pubbliċi b’responsabbiltà limitata tad-dritt Olandiż, stabbiliti fil-Pajjiżi l-Baxxi. Wereldhave żżomm il-kapital kollu ta’ Wereldhave International.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Wereldhave Belgium qassmet lil Wereldhave International u lil Wereldhave dividendi ta’ ammont ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">10965197.63</FT> fl-1999 u ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">11075733.50</FT> fl-2000.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Għal kull sena finanzjarja fiskali, Wereldhave International u Wereldhave ressqu lmenti biex jitolbu li jiġu eżentati mill-withholding tax fuq id-dividendi, billi jibbażaw fuq id-Direttiva 90/435 u fuq l-Artikolu 106(5) tal-AR/CIR 1992, li tittrasponi din id-direttiva fid-dritt Belġjan, sa fejn huma kienu jqisu li kien ikollhom jiġu kkunsidrati bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>kumpannija omm<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, fis-sens tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Mingħajr deċiżjoni tal-awtoritajiet Belġjani matul il-perijodu ta’ sitt xhur li segwa d-data ta’ riċezzjoni ta’ dawn l-ilmenti, Wereldhave Belgium, Wereldhave International u Wereldhave ppreżentaw rikors quddiem ir-rechtbank van eerste aanleg te Brussel (qorti tal-ewwel istanza ta’ Brussell, il-Belġju).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz ta’ żewġ deċiżjonijiet tal-<DATE ISO="20121120">20 ta’ Novembru 2012</DATE>, ir-rechtbank van eerste aanleg te Brussel (qorti tal-ewwel istanza ta’ Brussell, il-Belġju) ddeċidiet li ebda withholding tax ma kien dovut fuq id-dividendi mħallsa matul is-snin 1999 u 2000, skont id-Direttiva 90/435 u l-Artikolu 106(5) tal-AR/CIR 1992.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Istat Belġjan ippreżenta appell minn dawn id-deċiżjonijiet quddiem il-qorti tar-rinviju, billi invoka b’mod partikolari li l-benefiċjarji tad-dividendi huma organi ta’ investiment kollettiv ta’ natura fiskali (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>OIKF<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>) tad-dritt Olandiż, suġġetti, fil-Pajjiżi l-Baxxi, għat-taxxa fuq il-kumpanniji b’rata żero, u ma jistgħux jibbenefikaw minn eżenzjoni mill-withholding tax, previst fl-Artikolu 106(5) tal-AR/CIR 1992 u fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 90/435, peress li ma jissodisfawx il-kundizzjoni ta’ bla ħsara imsemmi fl-Artikolu 2(ċ) tal-imsemmija direttiva u fl-Artikolu 106(5) tal-AR/CIR 1992.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Istat Belġjan jikkunsidra li l-kliem tkun <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>bla ħsara għal waħda mit-taxxi li ġejjin, mingħajr il-possibbiltà tal-għażla jew li tiġi eżentata minnhom<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> fis-sens tal-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 90/435 jimplikaw il-ħtieġa ta’ bla ħsara msemmi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>suġġettiv u oġġettiv<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>. B’hekk, il-kumpanniji li huma bla ħsara għat-taxxa fuq il-kumpanniji, b’rata żero, ma jaqawx taħt din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Wereldhave Belgium, Wereldhave International u Wereldhave jsostnu, min-naħa l-oħra, li l-OIKF huma fil-prinċipju taxxabbli fil-Pajjiżi l-Baxxi, bħala kumpanniji pubbliċi b’responsabbiltà limitata, għall-Wet op de vennootschapsbelasting 1969 (liġi tal-1969 dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji, iktar ’il quddiem, il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>Wet Vpb<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>), skont l-Artikolu 1 tal-Wet Vpb. Dan l-issuġġettar huwa suffiċjenti biex tkun tista’ tibbenefika mill-eżenzjoni tal-withholding tax, konformi mal-Artikolu 266 taċ-CIR 1992, mal-Artikolu 106(5) tal-AR/CIR 1992 u mal-Artikolu 5 tad-Direttiva 90/435. Ċertament, OIKF jista’ jibbenefika mir-rata żero tat-taxxa fuq il-kumpanniji, bil-kundizzjoni li jħallas il-profitti kollha tiegħu lill-azzjonisti tiegħu, skont l-Artikolu 28 tal-Wet Vpb u l-Artikolu 9 tal-besluit houdende vaststelling<?PAGE NO="6"?> van het besluit beleggingsinstellingen (digriet li jiffissa d-digriet fuq l-organi tal-investiment kollettiv), tad-<DATE ISO="19700429">29 ta’ April 1970</DATE>. Madankollu, il-ħtieġa tal-issuġġettar ma teħtieġx, skont il-konvenuti fil-kawża prinċipali, ġbir effettiv tat-taxxa, peress li dan l-issuġġettar jista’ jkun sempliċiment suġġettiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-konvenuti fil-kawża prinċipali jinvokaw b’mod partikolari d-digriet tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120712">12 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Tate &amp; Lyle Investments</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑384/11</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:463">EU:C:2012:463</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), biex jiddikjaraw li, fl-ipoteżi fejn id-Direttiva 90/435 ma tapplikax lil dividendi ta’ oriġini Belġjana mqassma minn kumpannija Belġjana lil azzjonisti Olandiżi tagħha, l-Artikoli 43 u 56 KE jipprekludu dispożizzjoni leġiżlattiva li tissuġġetta għal taxxa f’ras il-għajn, irrispettivament mir-rata tat-taxxa, id-dividendi ddistribwiti minn kumpannija residenti lill-kumpanniji benefiċjarji residenti u mhux residenti, filwaqt li tipprevedi mekkaniżmu li jippermetti t-tnaqqis tal-impożizzjoni ta’ sensiela ta’ taxxi għall-kumpanniji benefiċjarji residenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-hof van beroep te Brussel (qorti tal-appell ta’ Brussell, il-Belġju) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>1)</NO.P><TXT>[Id-Direttiva 90/435] għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li ma tirrinunzjax għall-withholding tax Belġjana fuq dividendi mħallsa minn sussidjarja Belġjana lil kumpannija parent [omm] stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi li tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ sehem minimu u taż-żamma tiegħu, fuq il-bażi li l-kumpannija parent [omm] Olandiża hija impriża ta’ investiment kollettiv ta’ natura fiskali li hija marbuta li tħallas il-profitti kollha tagħha lill-azzjonisti tagħha u, taħt din il-kundizzjoni, tista’ tibbenefika mir-rata żero tat-taxxa fuq il-kumpanniji?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun negattiva, l-Artikoli 49 (ex Artikolu 43) u 63 (ex Artikolu 56) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (fil-verżjoni fis-seħħ sa mill-emenda u r-renumerazzjoni mit-Trattat ta’ Lisbona) għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn id-dispożizzjonijiet jipprekludu dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li ma tirrinunzjax għall-withholding tax Belġjana fuq id-dividendi mħallsa minn sussidjarja Belġjana lil kumpannija parent [omm]stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi li tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ sehem minimu u taż-żamma tiegħu, fuq il-bażi li l-kumpannija parent Olandiża hija impriża ta’ investiment kollettiv ta’ natura fiskali li hija marbuta li tħallas il-profitti kollha tagħha lill-azzjonisti tagħha u, taħt din il-kundizzjoni, tista’ tibbenefika mir-rata żero tat-taxxa fuq il-kumpanniji?<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-Qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk id-Direttiva 90/435 għandha tiġi interpretata fis-sens li l-Artikolu 5(1) tagħha jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li permezz tagħha withholding tax hija imposta fuq id-dividendi mqassma minn sussidjarja stabbilita f’dan l-Istat Membru lil OIKF, stabbilit fi Stat Membru ieħor, suġġett għat-taxxa fuq il-kumpanniji għal rata żero bil-kundizzjoni li l-profitti kollha tagħha jitqassmu lill-azzjonisti tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi determinat jekk kumpannija li, bħal OIKF inkwistjoni fil-kawża prinċipali, hija suġġetta għat-taxxa fuq il-kumpanniji għal rata żero bil-kundizzjoni li l-benefiċċji kollha tagħha jitqassmu lil azzjonisti tagħha, tista’ tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>kumpannija ta’ Stat Membru<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, fis-sens tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 90/435, b’tali mod li t-tqassim ta’ dividendi lil din il-kumpannija jidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, hemm lok, għal dan il-għan, li jittieħed inkunsiderazzjoni mhux biss il-kliem ta’ din id-dispożizzjoni, iżda wkoll l-għanijiet u s-sistema tal-imsemmija direttiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080403">3 ta’ April 2008</DATE>, <NAME.CASE>Banque Fédérative du Crédit Mutuel</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑27/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:195">EU:C:2008:195</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091001">1 ta’ Ottubru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Gaz de France – Berliner Investissement</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑247/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:600">EU:C:2009:600</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li d-Direttiva 90/435, b’mod partikolari mit-tielet premessa tagħha jirriżulta li din hija intiża li, permezz tal-istabbiliment ta’ sistema fiskali komuni, telimina kull żvantaġġ għall-kooperazzjoni bejn kumpanniji ta’ Stati Membri differenti meta mqabbla mal-kooperazzjoni bejn kumpanniji fl-istess Stat Membru u li, b’dan il-mod, tiffaċilita l-formazzjoni ta’ gruppi ta’ kumpanniji fuq il-livell tal-Unjoni Ewropea. Din id-direttiva hija intiża għaldaqstant sabiex tiżgura n-newtralità, mill-aspett fiskali, tat-tqassim ta’ profitti minn kumpannija sussidjarja stabbilita fi Stat Membru lill-kumpannija parent [omm] tagħha stabbilita fi Stat Membru ieħor (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091001">1 ta’ Ottubru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Gaz de France – Berliner Investissement</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑247/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:600">EU:C:2009:600</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Hekk kif jirriżulta mill-Artikolu 1 tagħha, id-Direttiva 90/435 issemmi t-tqassim ta’ profitti rċevuti minn kumpanniji ta’ Stat Membru u li jiġu mis-sussidjarji tagħhom li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Stati Membri oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tad-Direttiva 90/435 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet kumulattivi li għandha tissodisfa kumpannija biex tiġi kkunsidrata bħala kumpannija ta’ Stat Membru fis-sens ta’ din id-direttiva u b’hekk jiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione personae</HT> tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091001">1 ta’ Ottubru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Gaz de France – Berliner Investissement</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑247/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:600">EU:C:2009:600</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>L-osservanza, mill-kumpannija li tqassam id-dividendi u l-kumpanniji benefiċjarji tad-dividendi, tal-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 2(a) u (b) tal-imsemmija direttiva, dwar il-forma legali tal-kumpanniji u dwar residenza għall-għanijiet tat-taxxa tal-kumpanniji, ma tidhirx li titqiegħed fid-dubju quddiem il-qorti tar-rinviju mill-partijiet fil-kawża prinċipali, u ma hijiex ikkontestata iżjed quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Il-partijiet fil-kawża prinċipali jipprekludu madankollu fuq il-kwistjoni jekk it-tielet kundizzjoni, prevista fl-Artikolu 2(ċ) tal-istess direttiva, li tgħid li l-kumpannija kkonċernata għandha, barra minn hekk, tkun suġġetta, mingħajr il-possibbiltà ta’ għażla u mingħajr ma tkun eżentata, għal waħda mit-taxxi mniżżlin f’din id-dispożizzjoni, fosthom tidher il-<HT TYPE="ITALIC">vennootschapsbelasting</HT> fil-Pajjiżi l-Baxxi, jew għal kull taxxa oħra li tista tiddaħħal minflok waħda minn dawn it-taxxi, hija sodisfatta fis-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Għaldaqstant għandu jiġi ddeterminat jekk din il-kundizzjoni hijiex sodisfatta meta l-kumpannija kkonċernata hija suġġetta għal tali taxxa għal rata żero, bil-kundizzjoni li l-profitti kollha tagħha jkunu mqassma lill-azzjonisti tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat f’dan ir-rigward li l-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 90/435 jistabbilixxi kriterju ta’ kwalifika pożittiv, jiġifieri, li wieħed ikun suġġett għal taxxa inkwistjoni, u kriterju negattiv, jiġifieri, ma jkunx eżentat minn din it-taxxa u ma jkollux possibbiltà tal-għażla.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>L-istabbiliment ta’ dawn iż-żewġ kriterji, wieħed pożittiv, l-ieħor negattiv, jwassal biex jiġi kkunsidrat li l-kundizzjoni prevista fl-Artikolu 2(ċ) tal-imsemmija direttiva ma teħtieġx biss li kumpannija taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tat-taxxa inkwistjoni, iżda intiża wkoll li teskludi s-sitwazzjonijiet li jinkludu l-eventwalità li, minkejja ssuġġettar għal din it-taxxa, il-kumpannija ma hijiex effettivament responsabbli tal-ħlas tal-imsemmija taxxa.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Issa, għalkemm formalment kumpannija suġġetta għal taxxa b’rata żero, bil-kundizzjoni li l-profitti tagħha kollha jitqassmu lill-azzjonisti tagħha, ma tkunx eżentata minn tali taxxa, tinsab fil-prattika fl-istess sitwazzjoni bħal dik fl-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 90/435 intiża li teskludi, jiġifieri, sitwazzjoni fejn hija ma hijiex responsabbli tal-ħlas ta’ din it-taxxa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif jirrileva l-Avukat Ġenerali fil-punti 43 u 44 tal-konklużjonijiet tiegħu, li wieħed jinkludi f’leġiżlazzjoni nazzjonali dispożizzjoni li tgħid li kategorija determinata ta’ kumpanniji tista’ f’ċerti kundizzjonijiet tibbenefika minn taxxa għal rata żero hija primarjament responsabbiltà li dawn il-kumpanniji ma jiġux suġġetti għal din it-taxxa (ara, ukoll, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080520">20 ta’ Mejju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Orange European Smallcap Fund</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑194/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:289">EU:C:2008:289</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Tali interpretazzjoni hija konformi mal-istruttura tad-Direttiva 90/435 u għall-għan li għandu jintlaħaq minnha, li tiżgura n-newtralità, fuq il-pjan fiskali, tat-tqassim tal-profitti minn kumpannija sussidjarja stabbilita fi Stat Membru lill-kumpannija omm tagħha stabbilita fi Stat Membru ieħor permezz tal-eliminazzjoni tat-taxxa doppja fuq dawn il-profitti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>L-imsemmija direttiva intiża fil-fatt li tipprevjeni t-taxxa doppja fuq profitti mqassma mill-kumpanniji sussidjarji lill-kumpanniji omm (ara, b’mod partikolari s-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080403">3 ta’ April 2008</DATE>, <NAME.CASE>Banque Fédérative du Crédit Mutuel</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑27/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:195">EU:C:2008:195</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081222">22 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Les Vergers du Vieux Tauves</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑48/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:758">EU:C:2008:758</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091001">1 ta’ Ottubru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Gaz de France – Berliner Investissement</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑247/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:600">EU:C:2009:600</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) permezz tal-mekkaniżmi previsti fl-Artikoli 4(1) u 5(1) tad-Direttiva 90/435.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>B’hekk, minn naħa, l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 90/435 jipprovdi, li, meta kumpannija parent, bis-saħħa ta’ l-assoċjazzjoni tagħha mal-kumpannija sussidjarja tagħha, tirċievi profitti mqassma, l-Istat Membru tal-kumpannija omm għandu jew iżomm lura milli jintaxxa dawn il-profitti, jew jawtorizza lill-kumpannija omm sabiex tnaqqas mill-ammont tat-taxxa mistħoqqa dik il-frazzjoni tat-taxxa mħallsa mill-kumpannija sussidjarja li jkollu x’jaqsam ma’ dawn il-profitti u, jekk dan ikun il-każ, l-ammont tat-taxxa f’ras il-għajn imposta mill-Istat Membru li fih tkun tirrisjedi l-kumpannija sussidjarja, sal-limitu tal-ammont tat-taxxa domestika korrispondenti (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>Test Claimants in the FII Group Litigation</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑446/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:774">EU:C:2006:774</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0102">102</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat- <REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080403">3 ta’ April 2008</DATE>, <NAME.CASE>Banque Fédérative du Crédit Mutuel</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑27/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:195">EU:C:2008:195</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 90/435 jipprovdi l-eżenzjoni fl-Istat Membru tal-kumpannija sussidjarja mit-taxxa f’ras il-għajn fuq it-tqassim ta’ profitti lill-kumpannija omm tagħha, għall-inqas fejn din ta’ l-aħħar iżżomm minimu ta’ 25 % tal-kapital tal-kumpannija sussidjarja (sentenza tat- <REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080403">3 ta’ April 2008</DATE>, <NAME.CASE>Banque Fédérative du Crédit Mutuel</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑27/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:195">EU:C:2008:195</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Il-mekkaniżmi ta’ din id-direttiva huma, għaldaqstant, maħsuba għal sitwazzjonijiet li fihom, mingħajr l-applikazzjoni tagħhom, l-eżerċizzju mill-Istati Membri tas-setgħet tagħhom ta’ taxxa jista’ jwassal għall-fatt li l-profitti mqassma mill-kumpannija sussidjarja lill-kumpannija omm tagħha jkunu suġġetti għal taxxa doppja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Issa, meta kumpannija omm, bħal OIKF inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tibbenefika, bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru tal-istabbiliment tagħha, minn rata ta’ taxxa żero fuq il-profitti kollha tagħha bil-kundizzjoni li dawn ikunu kollha mqassma lill-azzjonisti tagħha, ir-riskju ta’ taxxa doppja, fil-konfront ta’ din il-kumpannija omm, tal-profitti li ġew imqassma lilha mis-sussidjarja tagħha huwa miċħud.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Konsegwentement, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, għandu jiġi kkunsidrat li kumpannija li, bħal OIKF inkwistjoni fil-kawża prinċipali, hija suġġetta għat-taxxa fuq il-kumpanniji għal rata żero bil-kundizzjoni li l-profitti kollha tagħha jitqassmu lil azzjonisti tagħha, ma tissodisfax il-kundizzjoni prevista fl-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 90/435, u għaldaqstant ma taqax taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>kumpannija ta’ Stat Membru<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> fis-sens tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-tqassim tad-dividendi minn sussidjarja stabbilita fi Stat Membru lil tali kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor ma taqax taħt l-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-risposta li għandha tingħata għall-ewwel domanda li d-Direttiva 90/435 għandha tiġi interpretata fis-sens li l-Artikolu 5(1) tagħha ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li permezz tagħha withholding tax hija imposta fuq id-dividendi mqassma minn sussidjarja stabbilita f’dan l-Istat Membru lil OIKF, stabbilit fi Stat Membru ieħor, suġġett għat-taxxa fuq il-kumpanniji għal rata żero bil-kundizzjoni li l-profitti kollha tiegħu jitqassmu lill-azzjonisti tiegħu, peress li tali organu ma jikkostitwixxix <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>kumpannija ta’ Stat Membru<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, fis-sens ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda preliminari</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda preliminari, il-Qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikoli 43 u 56 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li permezz tagħha withholding tax hija imposta fuq id-dividendi mqassma minn sussidjarja stabbilita f’dan l-Istat Membru lil OIKF, stabbilit fi Stat Membru ieħor, suġġett għat-taxxa fuq il-kumpanniji għal rata żero bil-kundizzjoni li l-profitti kollha tiegħu jitqassmu lill-azzjonisti tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, fil-kuntest tal-kooperazzjoni bejn il-Qorti tal-Ġustizzja u l-qrati nazzjonali stabbilita fl-Artikolu 267 TFUE, il-ħtieġa li tingħata interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li tista’ tintuża mill-qorti nazzjonali tagħmel neċessarju għaliha li tiddefinixxi l-kuntest fattwali u leġiżlattiv tad-domandi magħmula jew, tal-inqas, li tispjega ċ-ċirkustanzi fattwali li fuqhom huma bbażati dawk id-domandi. Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja biss għandha s-setgħa li tiddeċiedi fuq l-interpretazzjoni ta’ test tal-Unjoni abbażi ta’ fatti li jiġu indikati lilha mill-qorti nazzjonali (digriet tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150903">3 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Vivium</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑250/15</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:569">EU:C:2015:569</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0008">8</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Dawn ir-rekwiżiti li jikkonċernaw il-kontenut ta’ talba għal deċiżjoni preliminari jissemmew b’mod espliċitu fl-Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, li l-qorti tar-rinviju hija meqjusa, fil-kuntest tal-kooperazzjoni stabbilita fl-Artikolu 267 TFUE, li għandha konjizzjoni tiegħu u li għandha tosserva bir-reqqa (ara d-digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161110">10 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Private Equity Insurance Group</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑156/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:851">EU:C:2016:851</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Għalhekk, il-qorti tar-rinviju għandha tindika il-kontenut tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jistgħu japplikaw f’dan il-każ, kif ukoll ir-raġunijiet preċiżi li jkunu wassluha sabiex tistaqsi dwar l-interpretazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni u sabiex tqis neċessarju li tagħmel domandi preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja. Din diġà ddeċidiet li huwa indispensabbli li l-qorti nazzjonali tagħti minimu ta’ spjegazzjonijiet fuq ir-raġunijiet tal-għażla tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li tagħhom titlob l-interpretazzjoni kif ukoll fuq ir-rabta li hija tistabbilixxi bejn dawn id-dispożizzjonijiet u l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għat-tilwima mressqa quddiemha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160310">10 ta’ Marzu 2016</DATE>, <NAME.CASE>Safe Interenvíos</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑235/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:154">EU:C:2016:154</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0115">115</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; id-digriet tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160512">12 ta’ Mejju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Security Service <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑692/15 sa C‑694/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:344">EU:C:2016:344</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161110">10 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Private Equity Insurance Group</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑156/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:851">EU:C:2016:851</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>L-informazzjoni pprovduta fit-talbiet għal deċiżjonijiet preliminari ma sservix biss sabiex tippermetti lill-Qorti tal-Ġustizzja li tagħti risposti utli għad-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju, iżda wkoll sabiex tagħti lill-gvernijiet tal-Istati Membri, kif ukoll lill-persuni kkonċernati oħra l-possibbiltà li jippreżentaw osservazzjonijiet, skont l-Artikolu 23 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161110">10 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Private Equity Insurance Group</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑156/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:851">EU:C:2016:851</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Hija r-responsabbiltà tal-Qorti tal-Ġustizzja li tiżgura li din il-possibbiltà tkun ssalvagwardjata, b’kunsiderazzjoni għall-fatt li, skont din id-dispożizzjoni, id-deċiżjonijiet tar-rinviju biss huma nnotifikati lill-partijiet ikkonċernati (digriet tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161129">29 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Jacob u Lennertz</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑345/16</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:911">EU:C:2016:911</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dan il-każ, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet nazzjonali ta’ applikazzjoni fil-kawża prinċipali, il-qorti tar-rinviju tillimita ruħha li terġa’ tuża t-termini tal-Artikolu 266 taċ-CIR 1992 u tal-Artikolu 106(5) tal-AR/CIR 1992. Issa, konformement ma’ din l-aħħar dispożizzjoni li timplementa l-Artikolu 266 taċ-CIR 1992, għandu jiġi rrinunzjat il-withholding tax fuq id-dividendi meta d-debitur hija kumpannija sussidjarja stabbilita fil-Belġju u li l-benefiċjarja tad-dividendi hija kumpannija omm stabbilita fi Stat Membru ieħor. Il-qorti tar-rinviju, madankollu, ma tindikax il-kontenut tad-dispożizzjonijiet applikabbli għat-tqassim tad-dividendi lill-kumpanniji omm stabbiliti fil-Belġju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Anki jekk il-qorti tar-rinviju tagħmel riferiment għad-digriet tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120712">12 ta’ Lulju 2012</DATE> <NAME.CASE>Tate &amp; Lyle Investments</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑384/11</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:463">EU:C:2012:463</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) hija ma tispeċifikax jekk id-dispożizzjonijiet nazzjonali ta’ applikazzjoni fil-kawża prinċipali huma l-istess bħal dawk inkwistjoni fil-kawża li tat lok għal dan id-digriet. Barra minn hekk, jidher li jirriżulta mill-osservazzjonijiet ippreżentati mill-konvenuti fil-kawża prinċipali u mill-Gvern Belġjan li t-tqassim ta’ dividendi lill-kumpanniji ta’ investiment stabbiliti fil-Belġju, huma rregolati minn sistema ta’ tassazzjoni li tidderoga mid-dispożizzjonijiet tad-dritt komun, inkwistjoni fil-kawża li tat lok għad-digriet tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120712">12 ta’ Lulju 2012</DATE> <NAME.CASE>Tate &amp; Lyle Investments</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑384/11</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:463">EU:C:2012:463</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Issa, it-talba għal deċiżjoni preliminari ma tinkludi ebda speċifikazzjoni fuq il-kontenut tad-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli għat-tqassim tad-dividendi lill-kumpanniji ta’ investiment stabbiliti fil-Belġju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Fl-assenza ta’ speċifikazzjonijiet dwar il-kuntest ġuridiku nazzjonali applikabbli għat-tqassim ta’ dividendi lill-kumpanniji stabbiliti fil-Belġju, paragunabbli mal-kumpanniji benefiċjarji inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-Qorti tal-Ġustizzja ma hijiex f’pożizzjoni li tiddetermina jekk id-dividendi mqassma lill-kumpanniji benefiċjarji inkwistjoni fil-kawża prinċipali jissubixxu trattament sfavorevoli meta mqabbla mad-dividendi mqassma lil tali kumpanniji paragunabbli stabbiliti fil-Belġju. Konsegwentement, il-Qorti tal-Ġustizzja ma hijiex f’pożizzjoni li tiddetermina, jekk l-Artikoli 43 u 56 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li permezz tagħha withholding tax hija imposta fuq id-dividendi mqassma minn sussidjarja stabbilita f’dan l-Istat Membru lil OIKF, stabbilit fi Stat Membru ieħor, suġġett għat-taxxa fuq il-kumpanniji għal rata żero bil-kundizzjoni li l-profitti kollha tiegħu jitqassmu lill-azzjonisti tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-tieni domanda hija inammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Id-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE, tat-<DATE ISO="19900723">23 ta’ Lulju 1990</DATE>, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali [omm] u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti għandha tiġi interpretata fis-sens li l-Artikolu 5(1) tagħha ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li permezz tagħha withholding tax hija imposta fuq id-dividendi mqassma minn sussidjarja stabbilita f’dan l-Istat Membru lill-organu ta’ investiment kollettiv ta’ natura fiskali, stabbilit fi Stat Membru ieħor, suġġett għat-taxxa fuq il-kumpanniji għal rata żero bil-kundizzjoni li l-profitti kollha tiegħu jitqassmu lill-azzjonisti tiegħu, peress li tali organu ma jikkostitwixxix <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>kumpannija ta’ Stat Membru<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, fis-sens ta’ din id-direttiva.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>