<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑456/12</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62012CJ0456</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:135">EU:C:2014:135</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20140312">12.3.2014</DATE> — KAWŻA C‑456/12</P><P>O. U B.</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20140312">12 ta’ Marzu 2014</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Direttiva 2004/38/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 21(1) TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Dritt ta’ moviment liberu u dritt ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri</KEYWORD><KEYWORD>Benefiċjarji</KEYWORD><KEYWORD>Dritt ta’ residenza ta’ ċittadin ta’ Stat terz, membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni, fl-Istat Membru li dan iċ-ċittadin għandu n-nazzjonalità tiegħu</KEYWORD><KEYWORD>Ritorn taċ-ċittadin tal-Unjoni f’dan l-Istat Membru wara residenzi qosra fi Stat Membru ieħor</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑456/12,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20121005">5 ta’ Ottubru 2012</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20121010">10 ta’ Ottubru 2012</DATE>, fil-proċeduri</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">O.</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel,</HT></P></DEFENDANTS><P>u</P><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">B.,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn V. Skouris, President, K. Lenaerts (Relatur), viċi-President, R. Silva de Lapuerta, M. Ilešič, L. Bay Larsen, A. Borg Barthet u C. G. Fernlund, Presidenti ta’ Awla, G. Arestis, J. Malenovský, E. Levits, A. Ó Caoimh, D. Šváby, M. Berger, A. Prechal u E. Jarašiūnas, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Sharpston,</P><P>Reġistratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20130625">25 ta’ Ġunju 2013</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal O., minn J. Canales u J. van Bennekom, advocaten,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għal B., minn C. Chen, F. Verbaas u M. van Zantvoort, advocaten,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn M. de Ree, C. Schillemans u C. Wissels, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Belġjan, minn T. Materne u C. Pochet, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek u J. Vláčil, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Daniż, minn V. Pasternak Jørgensen u M. Wolff, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze u A. Wiedmann, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Estonjan, minn M. Linntam u N. Grünberg, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn K. Pawłowska kif ukoll minn M. Szpunar, B. Majczyna u M. Arciszewski, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn L. Christie, bħala aġent, assistit minn G. Facenna, barrister,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn C. Tufvesson u G. Wils, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20131212">12 ta’ Diċembru 2013</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46) kif ukoll l-Artikolu 21(1) TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ żewġ kawżi rispettivament bejn O. u l-Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel (Ministru tal-Immigrazzjoni, tal-Integrazzjoni u tal-Ażil, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Ministru<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u dan tal-aħħar u B. fir-rigward ta’ deċiżjonijiet dwar ir-rifjut li tingħatalhom attestazzjoni li tiċċertifika r-residenza regolari tagħhom fil-Pajjiżi l-Baxxi bħala membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2004/38</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva 2004/38, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Suġġett<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Din id-Direttiva tistabbilixxi:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-eżerċizzju tad-dritt tal-moviment liberu u ta’ residenza [libera] fit-territorju ta’ l-Istati Membri miċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u mill-membri tal-familja tagħhom;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, l-Artikolu 2 tal-imsemmija direttiva 93/104 jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>ċittadin ta’ l-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> tfisser kwalunkwe persuna li għandha ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>membru tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> tfisser</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>ir-raġel jew martu;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Stat Membru ospitanti<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> tfisser l-Istat Membru li jmur fih ċittadin ta’ l-Unjoni sabiex jeżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu u residenza.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tal-istess direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Benefiċjarji<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Din id-Direttiva għandha tapplika għaċ-ċittadini kollha ta’ l-Unjoni li jiċċaqilqu jew li jgħixu fi Stat Membru għajr iċ-ċittadini ta’ l-istess Stat Membru, u għall-membri tal-familja tagħhom kif imfissra fil-punt 2 ta’ l-Artikolu 2 li jakkumpanjawhom jew li jingħaqdu magħhom.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2004/38:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Iċ-ċittadini ta’ l-Unjoni għandhom id-dritt ta’ residenza fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għal perjodu ta’ mhux aktar minn tliet xhur […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom japplikaw ukoll għall-membri tal-familja li għandhom passaport validu li mhumiex ċittadini ta’ Stat Membru, li qed jakkumpanjaw jew li se jingħaqdu maċ-ċittadin ta’ l-Unjoni.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(1) u (2) tal-imsemmija direttiva huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Iċ-ċittadini kollha ta’ l-Unjoni għandhom id-dritt ta’ residenza fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għal perjodu ta’ aktar minn tliet xhur jekk huma:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>ħaddiema jew nies li jaħdmu għal rashom fl-Istat Membru ospitanti; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>għandhom biżżejjed riżorsi għalihom u għall-membri tal-familja tagħhom biex ma jkunux ta’ piż fuq is-sistema ta’ l-għajnuna soċjali ta’ l-Istat Membru ospitanti matul il-perjodu tagħhom ta’ residenza u għandhom assigurazzjoni ta’ mard komprensiva fl-Istat Membru ospitanti; jew,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>miktuba f’istitut privat jew pubbliku, akkreditat jew finanzjat mill-Istat Membru ospitanti skond il-bażi tal-leġislazzjoni jew tal-prattika amministrattiva tiegħu, għall-iskop prinċipali li jiġi segwit kors ta’ studju, inkluż taħriġ professjonali; u</TXT><P>għandhom assigurazzjoni ta’ mard komprensiva fl-Istat Membru ospitanti u jassiguraw lill-awtorità nazzjonali rilevanti, permezz ta’ dikjarazzjoni jew b’mezzi oħrajn ekwivalenti li jagħżlu huma, li għandhom riżorsi suffiċjenti għalihom u għall-membri tal-familja tagħhom biex ma jkunux ta’ piż fuq is-sistema ta’ l-għajnuna soċjali ta’ l-Istat Membru ospitanti matul il-perjodu tagħhom ta’ residenza; jew</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>membri tal-familja li qed jakkumpanjaw jew li se jingħaqdu ma’ ċittadin ta’ l-Unjoni li jissoddisfa l-kondizzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) jew (ċ).</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dritt ta’ residenza previst fil-paragrafu 1 għandu jkun estiż għall-membri tal-familja li mhumiex ċittadini ta’ Stat Membru, li jakkumpanjaw jew li jingħaqdu maċ-ċittadin ta’ l-Unjoni fl-Istat Membru ospitanti, sakemm dan iċ-ċittadin ta’ l-Unjoni jissoddisfa l-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1(a), (b) jew (ċ).<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 10(1) tal-istess direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Id-dritt ta’ residenza tal-membri tal-familja ta’ ċittadin ta’ l-Unjoni li m’għandhomx ċittadinanza ta’ Stat membru għandu jissaħħaħ bil-ħruġ ta’ dokument imsejjaħ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Karta ta’ residenza ta’ membru ta’ familja taċ-ċittadin ta’ l-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/> mhux aktar tard minn sitt xhur mid-data li fiha jippreżentaw l-applikazzjoni. Għandu immedjatament jinħareġ ċertifikat ta’ applikazzjoni għall-karta ta’ residenza.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(1) tad‑Direttiva 2004/38, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>[i]ċ-ċittadin ta’ l-Unjoni li għex legalment għal perjodu kontinwu ta’ ħames snin fl-Istat Membru ospitanti għandu d-dritt ta’ residenza permanenti hemmhekk<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>. Il-paragrafu 2 tal-istess Artikolu jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>[i]l- paragrafu 1 għandu japplika wkoll għall-membri tal-familja li m’għandhomx ċittadinanza ta’ Stat Membru u li għexu legalment maċ-ċittadin ta’ l-Unjoni fl-Istat Membru ospitanti għal perjodu kontinwu ta’ ħames snin<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Olandiż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-Liġi dwar iċ-ċittadini barranin (Vreemdelingenwet), tat-<DATE ISO="20001123">23 ta’ Novembru 2000</DATE> (Stb. 2000, Nru 495), u d-Digriet tal-2000 dwar iċ-ċittadini barranin (Vreemdelingenbesluit 2000, Stb. 2000, Nru 497) ittrasponew id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/38 fid-dritt intern Olandiż.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tal-Liġi dwar iċ-ċittadini barranin jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Fis-sens tal-liġi preżenti u tad-dispożizzjonijiet adottati fuq il-bażi tagħha,</P><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>e.</NO.P><TXT>ċittadini Komunitarji tfisser:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>iċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li, skont it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, għandhom id-dritt jidħlu fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor u jirrisjedu hemmhekk;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>il-membri tal-familja tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1 li għandhom in-nazzjonalità ta’ pajjiż terz u li, abbażi ta’ deċiżjoni meħuda skont it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, huma awtorizzati jidħlu u jirrisdjedu fuq it-territorju ta’ Stat Membru;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tal-imsemmija liġi jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Persuna barranija għandha d-dritt li tirrisjedi b’mod regolari fil-Pajjiżi l-Baxxi biss:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>e.</NO.P><TXT>bħala ċittadin Komunitarju, sa fejn jirrisjedi fil-Pajjiżi l-Baxxi bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni adottata skont it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jew it-Trattat dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea; […]<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 9(1) tal-istess liġi, il-Ministru għandu jipprovdi lill-barrani li jirrisjedi legalment skont id-dritt tal-Unjoni, fit-territorju Olandiż, dokument li juri l-legalità tar-residenza tiegħu (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>dokument ta’ residenza<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>).</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawżi prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Is-sitwazzjoni ta’ O.</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>O. li għandu nazzjonalità Niġerjana, iżżewweġ fl-2006 ċittadina Olandiża (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>sponsor<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>). Huwa ddikjara li għex fi Spanja bejn l-2007 u April tal-2010. Skont id-dokumenti pprovduti mill-komun ta’ Malaga (Spanja), O. u l-isponsor O. huma rreġistrati fl-istess indirizz f’dan il-komun sa mis-<DATE ISO="20090807">7 ta’ Awwissu 2009</DATE>. Barra minn hekk, O. ipproduċa dokument ta’ residenza, validu sal-<DATE ISO="20140920">20 ta’ Settembru 2014</DATE>, minn fejn jirriżulta li rrisjeda bħala membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni Ewropea fi Spanja.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Skont id-dikjarazzjonijiet ta’ sponsor O. din irrisjediet, matul il-perijodu bejn l-2007 u April 2010, xahrejn għand O., fi Spanja, iżda, peress li ma setgħetx issib xogħol, reġgħet lura fil-Pajjiżi l-Baxxi. Madankollu, l-isponsor O., matul dan l-istess perijodu, qattgħet, b’mod regolari, vaganzi fi Spanja għand O.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Sa mill-<DATE ISO="20100701">1 ta’ Lulju 2010</DATE>, O. huwa rreġistrat fir-reġistru Olandiż tal-popolazzjoni bħala resident fl-istess indirizz bħall-isponsor.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20101115">15 ta’ Novembru 2010</DATE>, il-Ministru ċaħad it-talba ta’ O. intiża għall-ksib tad-dokument ta’ residenza msemmi fl-Artikolu 9(1) tal-Liġi dwar iċ-ċittadini barranin. Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20110321">21 ta’ Marzu 2011</DATE>, huwa ddikjara infondat l-ilment ippreżentat minn O. kontra din id-deċiżjoni ta’ ċaħda.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20110707">7 ta’ Lulju 2011</DATE>, ir-Rechtbank ’s-Gravenhage ċaħdet bħala infondat ir-rikors ippreżentat minn O. kontra d-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20110321">21 ta’ Marzu 2011</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>O. appella minn din is-sentenza quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Is-sitwazzjoni ta’ B.</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>B. ta’ nazzjonalità Marokkina, iddikjara li kkoabita fil-Pajjiżi l-Baxxi, minn Diċembru 2002 u għal diversi snin, mas-sieħba tiegħu (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>sponsor B.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>) li għandha nazzjonalità Olandiża.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20051014">14 ta’ Ottubru 2005</DATE>, B. ġie iddikjarat persuna mhux mixtieqa fit-territorju Olandiż wara kundanna għal piena ta’ xahrejn ħabs għall-użu ta’ passaport falz. Sussegwentement, B. mar joqgħod f’Retie (il-Belġju) fl-appartament li l-isponsor B. kienet kriet matul il-perijodu bejn Ottubru 2005 sa Mejju 2007. L-isponsor B. iddikjarat li rrisjediet hemmhekk f’kull tmien il-ġimgħa matul dak il-perijodu.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>F’April 2007, B. reġa’ lura l-Marokk, peress li kien ġie rrifjutat ir-residenza fil-Belġju wara d-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20051014">14 ta’ Ottubru 2005</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20070731">31 ta’ Lulju 2007</DATE>, B. u l-isponsor B. iżżewġu. Fit-<DATE ISO="20081230">30 ta’ Diċembru 2008</DATE>, huwa talab l-irtirar tal-imsemmija deċiżjoni li tiddikjarah persuna mhux mixtieqa. Permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20090316">16 ta’ Marzu 2009</DATE>, il-Ministru ċaħad din l-applikazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Matul Ġunju 2009, B. beda joqgħod fil-Pajjiżi l-Baxxi għand l-isponsor B.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20091030">30 ta’ Ottubru 2009</DATE>, l-iStaatssecretaris van Justitie (Segretarju tal-Istati għall-Ġustizzja) ċaħad it-talba ta’ B. għall-kisba ta’ dokument ta’ residenza. Permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20100319">19 ta’ Marzu 2010</DATE>, il-Ministru ddikjara infondat l-ilment ippreżentat minn B. kontra din id-deċiżjoni ta’ ċaħda.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20101111">11 ta’ Novembru 2010</DATE>, ir-Rechtbank ’s-Gravenhage laqgħet ir-rikors kontra l-imsemmija deċiżjoni tad-<DATE ISO="20100319">19 ta’ Marzu 2010</DATE>, annullaha u ordna lill-Ministru jadotta deċiżjoni ġdida filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kunsiderazzjonijiet magħmula f’din is-sentenza.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-Ministru appella minn din id-deċiżjoni quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Peress li O. u B. kienu membri tal-familja ta’ ċittadini tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2004/38 fid-dati meta ttieħdu d-deċiżjonijiet li jiċħdu t-talbiet rispettivi tagħhom għal dokumenti ta’ residenza, il-qorti tar-rinviju tistaqsi qabel xejn dwar il-punt jekk din id-direttiva tagħtihomx dritt ta’ residenza fl-Istat Membru ta’ fejn dawn iċ-ċittadini għandhom in-nazzjonalità.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Huwa konċepibbli, skont il-qorti tar-rinviju, li permezz tal-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>jiċċaqilqu<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2004/38, wieħed jifhem il-fatt li wieħed imur, mingħajr ma jirrisjedi, fi Stat Membru differenti minn dak ta’ fejn l-imsemmija ċittadini għandhom in-nazzjonalità u li jerġa’ jmur. Huwa wkoll konċepibbli li l-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>jingħaqdu magħhom<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> fis-sens tal-istess Artikolu 3(1) għandhom jinftiehmu li jirreferu għall-fatt li jingħaqdu maċ-ċittadini tal-Unjoni fl-Istat Membru ta’ fejn dawn għandhom in-nazzjonalità. Madankollu, il-qorti tar-rinviju tikkonstata li dispożizzjonijiet oħra tal-istess direttiva, b’mod partikolari l-Artikoli 6(1) u 7(1) u (2) jidhru li jeskludu tali interpretazzjoni peress li jsemmu espressament <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>Stat Membru ieħor<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>l-Istat Membru ospitanti<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> bħala l-Istat Membru fir-rigward ta’ liema jista’ jintalab dritt ta’ residenza. Is-sentenza tal-<DATE ISO="20110505">5 ta’ Mejju 2011</DATE>, McCarthy (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-434/09" PAGE.ECR="I-3375" YEAR="2011">C-434/09, Ġabra p. I-3375</REF.DOC.ECR>), tikkonferma li l-imsemmija Artikoli 6 u 7 jirregolaw is-sitwazzjoni legali ta’ ċittadin tal-Unjoni fi Stat Membru li ma għandux in-nazzjonalità tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju sussegwentement tfakkar li mis-sentenzi tas-<DATE ISO="19920707">7 ta’ Lulju 1992</DATE>, Singh (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-370/90" PAGE.ECR="I-4265" YEAR="1992">C-370/90, Ġabra p. I-4265</REF.DOC.ECR>), u tal-<DATE ISO="20071211">11 ta’ Diċembru 2007</DATE>, Eind (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-291/05" PAGE.ECR="I-10719" YEAR="2007">C-291/05, Ġabra p. I-10719</REF.DOC.ECR>), jirriżulta li l-konjuġi ta’ ċittadin ta’ Stat Membru li juża d-dritt ta’ moviment liberu għandu jkollu, meta dan tal-aħħar jerġa’ lura fl-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu, tal-inqas l-istess drittijiet ta’ dħul u ta’ residenza bħal dawk li jirrikonoxxilu d-dritt tal-Unjoni jekk iċ-ċittadin tal-Unjoni kkonċernat jagħżel li jidħol u jirrisjedi fi Stat Membru ieħor. L-imsemmija qorti madankollu tesprimi dubji dwar jekk din il-ġurisprudenza tapplikax f’sitwazzjonijiet bħal dawk fil-kawża prinċipali. Hija tenfasizza, f’dan ir-rigward, li kuntrarjament għall-kawżi li wasslu għas-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq, Singh u Eind, iċ-ċittadini tal-Unjoni kkonċernati fil-kawżi prinċipali rrisjedew fl-Istat Membru ospitanti mhux bħala ħaddiema, iżda bħala ċittadini tal-Unjoni skont l-Artikolu 21(1) TFUE u bħala benefiċjarji ta’ prestazzjonijiet ta’ servizzi fis-sens tal-Artikolu TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fl-ipoteżi fejn il-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq, Singh u Eind kellha tapplika f’sitwazzjonijiet bħal dawk fil-kawża prinċipali, il-qorti tar-rinviju titlob sa fejn huwa meħtieġ li r-residenza taċ-ċittadin tal-Unjoni fi Stat Membru differenti minn dak tan-nazzjonalità tiegħu tkun ta’ tul minimu stabbilit sabiex, wara li dan iċ-ċittadin jerġa’ lura fl-Istat Membru tan-nazzjonalità tiegħu, il-membru tal-familja li għandu nazzjonalità ta’ pajjiż terz ikun jista’ jingħata dritt ta’ residenza f’dan l-aħħar Stat Membru. Fil-kawża li tikkonċerna lil B., il-qorti tar-rinviju tistaqsi wkoll dwar jekk id-dritt ta’ residenza ta’ dan tal-aħħar fil-Pajjiżi l-Baxxi skont id-Direttiva 2004/38 huwiex affettwat bil-fatt li ngħaqad mal-isponsor B. fl-Istat Membru tan-nazzjonalità ta’ din tal-aħħar iktar minn sentejn wara li din reġgħet lura f’dan l-Istat.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dawn il-kundizzjonijiet, ir-Raad van State ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti, fejn l-ewwel tlieta huma fformulati f’termini identiċi f’dak li jikkonċerna l-każ ta’ O. u ta’ B., u hija biss ir-raba’ waħda li hija partikolari għall-każ ta’ dan tal-aħħar.</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>1)</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2004/38/KE [...] fir-rigward tal-kundizzjonijiet għad-dritt ta’ residenza għall-membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li għandhom in-nazzjonalità ta’ pajjiż terz, tapplika b’analoġija, bħal fis-sentenzi [ċċitati iktar ’il fuq,] Singh [...] u Eind [...], meta ċittadin tal-Unjoni jirritorna fl-Istat Membru li tiegħu huwa għandu n-nazzjonalità wara li jkun irresjeda, fl-ambitu tal-Artikolu 21(1) TFUE, bħala benefiċjarju ta’ provvisti ta’ servizzi fis-sens tal-Artikolu 56 TFUE, fi Stat Membru ieħor?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>[F’każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda], huwa rikjest li r-residenza taċ-ċittadin tal-Unjoni fi Stat Membru ieħor tkun saret għal perijodu minimu determinat sabiex, wara r-ritorn taċ-ċittadin tal-Unjoni fl-Istat Membru li tiegħu huwa għandu n-nazzjonalità, il-membru tal-familja tiegħu li għandu n-nazzjonalità ta’ pajjiż terz jingħatalu dritt ta’ residenza f’dan l-Istat Membru tal-aħħar?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>[F’każ ta’ risposta affermattiva għat-tieni domanda], dan ir-rekwiżit jista’ jkun sodisfatt jekk ir-residenza fl-Istat Membru l-ieħor ma tkunx saret f’daqqa, iżda [tkun saret] permezz ta’ ċerta frekwenza bħal minħabba okkorrenzi ta’ residenza ta’ kull ġimgħa, matul tmiem-il ġimgħa, jew minħabba okkorrenzi ta’ residenza regolari?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Id-dritt eventwali tal-membru tal-familja li għandu n-nazzjonalità ta’ pajjiż terz għal dritt ta’ residenza taħt id-dritt tal-Unjoni huwa, f’ċirkustanzi bħalma huma dawk tal-kawża, milqut minn dekadenza minħabba li jkun għadda ż-żmien bejn ir-ritorn taċ-ċittadin tal-Unjoni fl-Istat Membru li tiegħu huwa għandu n-nazzjonalità u l-wasla tal-membru tal-familja li għandu n-nazzjonalità ta’ pajjiż terz fl-Istat Membru inkwistjoni?<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel sat-tielet domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel sat-tielet domanda, li jaqbel li jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/38 u l-Artikolu 21(1) TFUE għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu Stat Membru milli jirrifjuta d-dritt ta’ residenza lil ċittadin ta’ pajjiż terz, membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li għandu n-nazzjonalità tal-imsemmi Stat Membru, meta dan iċ-ċittadin jerġa’ lura f’dan l-istess Stat Membru, meta l-imsemmi ċittadin, qabel ma jerġa’ lura, jkun eżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu skont l-Artikolu 21(1) TFUE, billi jkun irrisjeda fi Stat Membru ieħor mal-membru tal-familja tiegħu kkonċernat, fil-kwalità tiegħu ta’ ċittadin tal-Unjoni, u, f’każ ta’ risposta pożittiva, liema huma l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ tali dritt ta’ residenza.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 21(1) TFUE, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>[k]ull ċittadin ta’ l-Unjoni għandu jkollu d-dritt tal-moviment u tar-residenza libera fit-territorju ta’ l-Istati Membri, suġġett għal-limitazzjonijiet u l-kundizzjonijiet previsti fit-Trattat u fil-miżuri adottati biex jagħtuh effett<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-Direttiva 2004/38, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha l-opportunità tikkonstata li din hija intiża li tiffaċilita l-eżerċizzju tad-dritt fundamentali u individwali ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri, dritt mogħti direttament liċ-ċittadini tal-Unjoni mill-Artikolu 21(1) TFUE u li din id-direttiva għandha l-għan, b’mod partikolari, li ssaħħaħ dan<?PAGE NO="8"?> id-dritt (ara s-sentenzi tal-<DATE ISO="20080725">25 ta’ Lulju 2008</DATE>, Metock <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-127/08" PAGE.ECR="I-6241" YEAR="2008">C-127/08, Ġabra p. I-6241</REF.DOC.ECR>, punti 59 u 82, tas-<DATE ISO="20101007">7 ta’ Ottubru 2010</DATE>, Lassal, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-162/09" PAGE.ECR="I-9217" YEAR="2010">C-162/09, Ġabra p. I-9217</REF.DOC.ECR>, punt 30, kif ukoll McCarthy, iċċitata iktar ’il fuq, punt 28).</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>L-Artikolu 21(1) TFUE u d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/38 ma jagħtu l-ebda dritt awtonomu liċ-ċittadini tal-Istati terzi (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<DATE ISO="20121108">8 ta’ Novembru 2012</DATE>, Iida, C‑40/11, punt 66, kif ukoll tat-<DATE ISO="20130508">8 ta’ Mejju 2013</DATE>, Ymeraga u Ymeraga-Tafarshiku, C‑87/12, punt 34). Fil-fatt, id-drittijiet eventwali mogħtija lil tali ċittadini mid-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li jikkonċernaw iċ-ċittadinanza tal-Unjoni huma derivati mill-eżerċizzju tal-moviment liberu minn ċittadin tal-Unjoni (ara s-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq, Iida, punt 67; Ymeraga u Ymeraga-Tafarshiku, punt 35; kif ukoll tal-<DATE ISO="20131010">10 ta’ Ottubru 2013</DATE>, Alokpa <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑86/12, punt 22).</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Issa, minn interpretazzjoni litterali, sistematika u teleoloġika tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/38 jirriżulta li dawn ma jippermettux li jiġi bbażat dritt ta’ residenza derivat favur ċittadini ta’ Stati terzi, li huma membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni, fl-Istat Membru ta’ fejn dan iċ-ċittadin għandu n-nazzjonalità.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-Artikolu 3(1) tal-imsemmija direttiva jiddefinixxi bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>Benefiċjarji<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> tad-drittijiet mogħtija minnha <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>ċ-ċittadini kollha tal-Unjoni li jiċċaqilqu jew li jgħixu fi Stat Membru għajr f’dak fejn għandhom in-nazzjonalità tagħhom, u għall-membri tal-familja tagħhom kif imfissra fil-punt 2 ta’ l-Artikolu 2 li jakkumpanjawhom jew li jingħaqdu magħhom<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Għalhekk, id-Direttiva 2004/38 tipprovdi dritt ta’ residenza derivat favur ċittadini ta’ Stati terzi, membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni, fis-sens tal-Artikolu 2(2) ta’ din id-direttiva biss, meta dan tal-aħħar jeżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu billi jirrisjedi fi Stat Membru differenti minn dak tan-nazzjonalità tiegħu (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Metock <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 73; tal-<DATE ISO="20111115">15 ta’ Novembru 2011</DATE>, Dereci <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-256/11" PAGE.ECR="I-11315" YEAR="2011">C-256/11, Ġabra p. I-11315</REF.DOC.ECR>, punt 56; Iida, iċċitata iktar ’il fuq, punt 51; kif ukoll tas-<DATE ISO="20121206">6 ta’ Diċembru 2012</DATE>, O. <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑356/11 u C‑357/11, punt 41).</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet l-oħra tad-Direttiva 2004/38, b’mod partikolari l-Artikoli 6, 7(1) u (2) u 16(1) u (2) jirreferu għad-dritt ta’ residenza ta’ ċittadin tal-Unjoni u għad-dritt ta’ residenza derivat tal-membri tal-familja tiegħu jew fi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>Stat Membru ieħor<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, jew fl-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>Istat Membru ospitanti<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, u b’hekk jikkonfermaw li ċittadin ta’ Stat terz, membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni, ma jistax jibbenefika, abbażi ta’ din id-direttiva, minn dritt ta’ residenza derivat fl-Istat Membru ta’ fejn dan iċ-ċittadin għandu n-nazzjonalità (ara s-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq, McCarthy, punt 37, u Iida, punt 64).</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-interpretazzjoni teleoloġika tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/38, għandu jitfakkar li, għalkemm huwa minnu li din għandha l-għan li tiffaċilita l-eżerċizzju tad-dritt fundamentali u individwali ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri mogħti direttament lil kull ċittadin tal-Unjoni, xorta jibqa’ l-fatt li l-għan tagħha jikkonċerna, kif jirriżulta mill-Artikolu 1(a) tagħha, il-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju ta’ dan id-dritt (sentenza McCarthy, iċċitata iktar ’il fuq, punt 33).</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Peress li, skont prinċipju ta’ dritt internazzjonali, Stat ma jistax jirrifjuta liċ-ċittadini tiegħu stess id-dritt ta’ dħul fit-territorju tiegħu u li jirrisjedu hemmhekk, id-Direttiva 2004/38 għandha l-għan unikament li tirregola l-kundizzjonijiet ta’ dħul u ta’ residenza ta’ ċittadin tal-Unjoni fl-Istati Membri differenti minn dak li għandu n-nazzjonalità tiegħu (ara s-sentenza McCarthy, iċċitata iktar ’il fuq, punt 29).</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dawn il-kundizzjonijiet, u fid-dawl ta’ dak li tfakkar fil-punt 36 ta’ din is-sentenza, l-imsemmija direttiva għalhekk lanqas ma għandha l-għan li tikkonferixxi dritt ta’ residenza derivat lil ċittadin ta’ Stat terz, membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li jirrisjedi fl-Istat Membru tan-nazzjonalità tiegħu.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Peress li ċittadini ta’ Stat terz li jinsabu f’sitwazzjonijiet bħal dawk ta’ O. u B. ma jistgħux jibbenefikaw, abbażi tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/38, minn dritt ta’ residenza derivat fl-Istat Membru tan-nazzjonalità ta’ kull wieħed mill-isponsor, għandu jiġi eżaminat jekk dritt ta’ residenza derivat jistax, skont il-każ, jiġi bbażat fuq l-Artikolu 21(1) TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-għan u l-ġustifikazzjoni tal-imsemmi dritt ta’ residenza derivat huma bbażati fuq il-konstatazzjoni li tgħid li r-rifjut ta’ rikonoxximent ta’ tali dritt huwa ta’ natura li jippreġudika l-moviment liberu taċ-ċittadin tal-Unjoni, billi tiskoraġġih milli jeżerċita d-drittijiet ta’ dħul u ta’ residenza fl-Istat Membru ospitanti (ara s-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq, Iida, punt 68; Ymeraga u Ymeraga-Tafarshiku, punt 35; kif ukoll Alokpa <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, punt 22).</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Għalhekk il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, meta ċittadin tal-Unjoni jkun irrisjeda ma’ membru tal-familja tiegħu, ċittadin ta’ Stat terz, fi Stat Membru differenti minn dak tan-nazzjonalità tiegħu għal perijodu li jaqbeż, rispettivament, sentejn u nofs u sena u nofs, u kien jeżerċita attività bi ħlas, dan iċ-ċittadin ta’ Stat terz għandu, meta dan iċ-ċittadin tal-Unjoni jerġa’ lura fl-Istat Membru tan-nazzjonalità tiegħu, dritt ta’ residenza derivat f’dan l-aħħar Stat (ara s-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq, Singh, punt 25, u Eind, punt 45). Kieku dan iċ-ċittadin ta’ Stat terz ma kellux tali dritt, il-ħaddiem, ċittadin tal-Unjoni, jista’ jiġi dissważ milli jitlaq l-Istat Membru fejn għandu n-nazzjonalità sabiex jeżerċita attività bi ħlas fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor minħabba n-nuqqas ta’ ċertezza, għal dan il-ħaddiem, li ma jkunx jista’ jkompli, wara li jerġa’ lura fl-Istat Membru ta’ oriġini, ħajja tal-familja possibbilment mibdija permezz taż-żwieġ jew tar-riunifikazzjoni tal-familja, fl-Istat Membru ospitanti (ara s-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq, Eind, punti 35 u 36, kif ukoll Iida, punt 70).</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-ostakolu għall-ħruġ mill-Istat Membru fejn il-ħaddiem għandu n-nazzjonalità, kif osservat fis-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq, Singh u Eind, jirriżulta mir-rifjut li jingħata, meta dan il-ħaddiem jerġa’ lura fl-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu, dritt ta’ residenza derivat għall-membri tal-familja tal-imsemmi ħaddiem, ċittadin ta’ Stat terz, meta dan tal-aħħar ikun irrisjeda ma’ dan fl-Istat Membru ospitanti skont u b’osservanza tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi vverifikat jekk il-ġurisprudenza li tirriżulta mill-imsemmija sentenzi għandhiex l-għan li tapplika b’mod ġenerali għall-membri tal-familja ta’ ċittadini tal-Unjoni li, wara li użaw id-drittijiet li jagħtihom l-Artikolu 21(1) TFUE, jkunu rrisjedew fi Stat Membru differenti minn dak tan-nazzjonalità tagħhom, qabel ma jerġgħu lura fl-Istat Membru tan-nazzjonalità tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Dan huwa l-każ. Fil-fatt, l-għoti, meta ċittadin tal-Unjoni li jirritorna fl-Istat Membru tan-nazzjonalità tiegħu, ta’ dritt ta’ residenza derivat lil ċittadin ta’ Stat terz, membru tal-familja ta’ dan iċ-ċittadin tal-Unjoni, li dan tal-aħħar kien joqgħod miegħu, fis-sempliċi kwalità tiegħu ta’ ċittadin tal-Unjoni, skont u b’osservanza tad-dritt tal-Unjoni fl-Istat Membru ospitanti, huwa intiż sabiex jiġi eliminat l-istess tip ta’ ostakolu għall-ħruġ mill-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu bħal kif imsemmi fil-punt 47 ta’ din is-sentenza, billi tiġi ggarantita lill-imsemmi ċittadin il-possibbiltà li jkompli, f’dan l-aħħar Stat Membru, il-ħajja tal-familja li kien żviluppa jew ikkonsolida fl-Istat Membru ospitanti.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna l-kundizzjonijiet għall-għoti, meta ċittadin tal-Unjoni jirritorna fl-Istat Membru tan-nazzjonalità tiegħu, ta’ dritt ta’ residenza derivat abbażi tal-Artikolu 21(1) TFUE lil ċittadin ta’ Stat terz, membru tal-familja ta’ dan iċ-ċittadin tal-Unjoni, li dan tal-aħħar kien joqgħod miegħu, fis-sempliċi kwalità tiegħu ta’ ċittadin tal-Unjoni, fl-Istat Membru ospitanti, dawn ma għandhomx, bħala regola, ikunu iktar stretti minn dawk previsti mid-Direttiva 2004/38 għall-għoti ta’ tali dritt ta’ residenza lil ċittadin ta’ Stat terz, membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni, li jkun eżerċita d-dritt ta’ moviment liberu billi joqgħod fi Stat Membru ieħor differenti minn dak tan-nazzjonalità tiegħu. Fil-fatt, anki jekk id-Direttiva 2004/38 ma tkoprix tali każ fejn iċ-ċittadin jerġa’ lura, hija għandha tiġi applikata b’analoġija għall-kundizzjonijiet ta’ residenza taċ-ċittadin tal-Unjoni fi Stat Membru differenti minn dak li għandu n-nazzjonalità tiegħu, peress li fiż-żewġ każijiet huwa ċ-ċittadin tal-Unjoni li huwa l-isponsor sabiex ċittadin ta’ Stat terz, membru tal-familja ta’ dan iċ-ċittadin tal-Unjoni, ikun jista’ jingħata dritt ta’ residenza derivat.</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Ostakolu bħal dak imfakkar fil-punt 47 ta’ din is-sentenza jinħoloq biss meta r-residenza taċ-ċittadin tal-Unjoni fl-Istat Membru ospitanti tkun ikkaratterizzata minn biżżejjed effettività sabiex tippermettilu jiżviluppa jew jikkonsolida ħajja tal-familja f’dan l-Istat Membru. Għaldaqstant, l-Artikolu 21(1) TFUE ma jeħtieġx li kull residenza ta’ ċittadin tal-Unjoni fi Stat Membru ospitanti akkumpanjat minn membru tal-familja tiegħu, ċittadin ta’ Stat terz, timplika neċessarjament l-għoti ta’ dritt ta’ residenza derivat lil dan il-membru tal-familja fl-Istat Membru fejn dan iċ-ċittadin għandu n-nazzjonalità tiegħu fil-mument meta jerġa’ lura f’dan l-Istat Membru.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li ċittadin tal-Unjoni li jeżerċita d-drittijiet li jikkonferilu l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2004/38 ma jfittix li joqgħod fl-Istat Membru ospitanti b’mod li huwa propizju għall-iżvilupp jew għall-konsolidazzjoni ta’ ħajja tal-familja f’dan l-aħħar Stat Membru. F’dawn il-kundizzjonijiet, ir-rifjut li jingħata, meta ċ-ċittadin tal-Unjoni jerġa’ lura fl-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu, dritt ta’ residenza derivat lill-membri tal-familja tal-imsemmi ċittadin ta’ Stat terz, mhux se jiddiswadi tali ċittadin milli jeżerċita d-drittijiet li għandu taħt l-Artikolu 6.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, ikun hemm ir-riskju li jinħoloq ostakolu bħal dak imfakkar fil-punt 47 ta’ din is-sentenza meta ċ-ċittadin tal-Unjoni jfittex li jeżerċita d-drittijiet li jirriżultaw mill-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2004/38. Fil-fatt, residenza fl-Istat Membru ospitanti skont u b’osservanza tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(1) tal-imsemmija direttiva tixhed, bħala regola, l-istabbiliment, u għalhekk in-natura effettiva tar-residenza, taċ-ċittadin tal-Unjoni f’dan l-aħħar Stat Membru u hija ta’ natura li tmur flimkien mal-iżvilupp jew il-konsolidazzjoni ta’ ħajja tal-familja f’dan l-Istat Membru.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Issa, meta, fl-okkażjoni ta’ residenza effettiva taċ-ċittadin tal-Unjoni fl-Istat Membru ospitanti, skont u b’osservanza tal-kundizzjonijiet tal-Artikolu 7(1) u (2) tad-Direttiva 2004/38, ħajja tal-familja tiżviluppa jew tikkonsolida ruħha f’dan l-aħħar Stat Membru, l-effettività tad-drittijiet li ċ-ċittadin tal-Unjoni kkonċernat jieħu mill-Artikolu 21(1) TFUE jeħtieġ li l-ħajja tal-familja li dan iċ-ċittadin ikun għex fl-Istat Membru ospitanti tkun tista’ titkompla meta jerġa’ lura fl-Istat Membru tan-nazzjonalità tiegħu, permezz tal-għoti ta’ dritt ta’ residenza derivat, lill-membru tal-familja kkonċernat, ċittadin ta’ Stat terz. Fil-fatt, fl-assenza ta’ tali dritt ta’ residenza derivat, dan iċ-ċittadin tal-Unjoni jkun dissważ milli jitlaq l-Istat Membru tan-nazzjonalità tiegħu sabiex jeżerċita d-dritt ta’ residenza tiegħu, skont l-Artikolu 21(1) TFUE, fi Stat Membru ieħor, minħabba l-fatt li ma għandux iċ-ċertezza li jkun jista’ jkompli fl-Istat Membru ta’ oriġni tiegħu ħajja tal-familja flimkien mal-qraba tiegħu kif żviluppata jew ikkonsolidata fl-Istat Membru ospitanti (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq, Eind, punti 35 u 36, kif ukoll Iida, punt 70).</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Iktar u iktar, l-effettività tal-Artikolu 21(1) TFUE teħtieġ li ċ-ċittadin tal-Unjoni jkun jista’ jkompli, meta jerġa’ lura fl-Istat Membru tan-nazzjonalità tiegħu, il-ħajja tal-familja li kellu fl-Istat Membru ospitanti, jekk dan iċ-ċittadin u l-membru tal-familja tiegħu kkonċernat, ċittadin ta’ Stat terz, jkunu kisbu f’dan l-aħħar Stat Membru, dritt ta’ residenza permanenti bis-saħħa, rispettivament, tal-Artikolu 16(1) u (2) tad-Direttiva 2004/38.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hija r-residenza effettiva fl-Istat Membru ospitanti taċ-ċittadin tal-Unjoni u tal-membru tal-familja tiegħu, ċittadin ta’ Stat terz, skont u b’osservanza tal-kundizzjonijiet stabbiliti, rispettivament fl-Artikolu 7(1) u (2) jew fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2004/38 li jagħti lok, meta ċ-ċittadin tal-Unjoni jerġa’ lura fl-Istat tan-nazzjonalità tiegħu, għal dritt ta’ residenza derivat, abbażi tal-Artikolu 21(1) TFUE, liċ-ċittadin ta’ Stat terz li miegħu l-imsemmi ċittadin għex ħajja tal-familja fl-Istat Membru ospitanti.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk l-isponsors O. u B., li huma ċittadini tal-Unjoni, jkunux qagħdu u, għaldaqstant, irrisjedew b’mod effettiv, fl-Istat Membru ospitanti u jekk, minħabba l-ħajja tal-familja li għexu matul ir-residenza effettiva, O. u B. ibbenefikawx minn dritt ta’ residenza derivat fl-Istat Membru ospitanti skont u b’osservanza tal-Artikoli 7(2) jew 16(2) tad-Direttiva 2004/38.</TXT></NP><?PAGE NO="11"?><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Għandu jingħad ukoll li l-applikazzjoni tar-regoli tad-dritt tal-Unjoni ma tistax tiġi estiża tant li tkopri prattiki abbużivi (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<DATE ISO="20001214">14 ta’ Diċembru 2000</DATE>, Emsland-Stärke, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-110/99" PAGE.ECR="I-11569" YEAR="2000">C-110/99, Ġabra p. I-11569</REF.DOC.ECR>, punt 51, u tat-<DATE ISO="20101222">22 ta’ Diċembru 2010</DATE>, Bozkurt, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-303/08" PAGE.ECR="I-13445" YEAR="2010">C-303/08, Ġabra p. I-13445</REF.DOC.ECR>, punt 47), fid-dawl tal-fatt li l-prova ta’ tali prattika teħtieġ, minn naħa, grupp ta’ ċirkustanzi oġġettivi minn fejn jirriżulta li, minkejja osservanza formali tal-kundizzjonijiet previsti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, l-għan intiż minn din il-leġiżlazzjoni ma ntlaħaqx u, min-naħa l-oħra, element suġġettiv li jikkonsisti fil-volontà li jinkiseb vantaġġ li jirriżulta mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni billi jinħolqu artifiċjalment il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-kisba tiegħu (sentenza tas-<DATE ISO="20121016">16 ta’ Ottubru 2012</DATE>, L-Ungerija vs Is-Slovakkja, C-364/10, punt 58).</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-punt jekk l-effett kumulattiv ta’ diversi residenzi għal żmien qasir fl-Istat Membru ospitanti huwiex tali li jagħti lok għal dritt ta’ residenza derivat għal membru tal-familja taċ-ċittadin tal-Unjoni, ċittadin ta’ Stat terz, meta dan iċ-ċittadin tal-Unjoni jerġa’ lura fl-Istat Membru tan-nazzjonalità tiegħu, għandu jitfakkar li hija biss residenza li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 7 jew 16 tad-Direttiva 2004/38, li hija tali li tagħti lok għal tali dritt ta’ residenza. F’dan ir-rigward, residenza għal żmien qasir, bħal tmiem il-ġimgħa jew vaganzi li wieħed iqatta’ fi Stat Membru differenti minn dak tan-nazzjonalità taċ-ċittadin, anki jekk ikkunsidrata flimkien, taqa’ taħt l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2004/38 u ma tissodisfax l-imsemmija kundizzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Fir-rigward tas-sitwazzjoni ta’ O., li, kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, għandu karta ta’ residenza skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2004/38 bħala membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni, għandu jitfakkar li d-dritt tal-Unjoni ma jimponix lill-awtoritajiet tal-Istat Membru tan-nazzjonalità taċ-ċittadin tal-Unjoni kkonċernat li jirrikonoxxu liċ-ċittadin ta’ Stat terz, membru tal-familja ta’ dan iċ-ċittadin, dritt ta’ residenza derivat minħabba s-sempliċi fatt li, fl-Istat Membru ospitanti, dan iċ-ċittadin kellu tali karta ta’ residenza valida (ara s-sentenza Eind, iċċitata iktar ’il fuq, punt 26). Fil-fatt, karta ta’ residenza mogħtija skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2004/38 għandha natura dijkarattiva u ma tikkostitwixxix dritt (ara s-sentenza tal-<DATE ISO="20110721">21 ta’ Lulju 2011</DATE>, Dias, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-325/09" PAGE.ECR="I-6387" YEAR="2011">C-325/09, Ġabra p. I-6387</REF.DOC.ECR>, punt 49).</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha li jippreċedu, ir-risposta għall-ewwel sat-tielet domanda għandha tkun li l-Artikolu 21(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni fejn ċittadin tal-Unjoni jkun żviluppa jew ikkonsolida ħajja tal-familja ma’ ċittadin ta’ Stat terz meta rrisjeda effettivament, skont u b’osservanza tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(1) u (2) jew 16(1) u (2) tad-Direttiva 2004/38, fi Stat Membru differenti minn dak tan-nazzjonalità tiegħu, id-dispożizzjonijiet ta’ din l-istess direttiva japplikaw b’analoġija meta l-imsemmi ċittadin tal-Unjoni jerġa’ lura, flimkien mal-membru tal-familja tiegħu kkonċernat, fl-Istat Membru ta’ oriġni tiegħu. Għaldaqstant, il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ dritt ta’ residenza derivat liċ-ċittadin ta’ Stat terz, membru tal-familja ta’ dan iċ-ċittadin tal-Unjoni, fl-Istat Membru ta’ oriġini ta’ dan tal-aħħar, bħala regola, ma għandhomx ikunu iktar stretti minn dawk previsti mill-imsemmija direttiva għall-għoti ta’ dritt ta’ residenza derivat lil ċittadin ta’ Stat terz, membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni, li jkun eżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu billi joqgħod fi Stat Membru differenti minn dak tan-nazzjonalità tiegħu.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-punti 21 sa 23 ta’ din is-sentenza, B. kiseb il-kwalità ta’ membru tal-familja, fis-sens tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2004/38, ta’ ċittadin tal-Unjoni f’mument li seħħ wara r-residenza tal-isponsor B. fl-Istat Membru ospitanti.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Issa, ċittadin ta’ Stat terz, li ma kellux, tal-inqas matul parti mir-residenza fl-Istat Membru ospitanti, il-kwalità ta’ membru tal-familja, fis-sens tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2004/38, ma setax jibbenefika f’dan l-Istat Membru minn dritt ta’ residenza derivat skont l-Artikoli 7(2) jew 16(2)<?PAGE NO="12"?> tad-Direttiva 2004/38. F’dawn il-kundizzjonijiet, dan iċ-ċittadin ta’ Stat terz lanqas ma jista’ jibbaża ruħu fuq l-Artikolu 21(1) TFUE sabiex jikseb dritt ta’ residenza derivat meta ċ-ċittadin tal-Unjoni jerġa’ lura fl-Istat Membru tan-nazzjonalità tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Għalhekk ma hemmx lok li tingħata risposta għar-raba’ domanda.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 21(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni fejn ċittadin tal-Unjoni jkun żviluppa jew ikkonsolida ħajja tal-familja ma’ ċittadin ta’ Stat terz meta rrisjeda effettivament, skont u b’osservanza tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(1) u (2) jew 16(1) u (2) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, fi Stat Membru differenti minn dak tan-nazzjonalità tiegħu, id-dispożizzjonijiet ta’ din l-istess direttiva japplikaw b’analoġija meta l-imsemmi ċittadin tal-Unjoni jerġa’ lura, flimkien mal-membru tal-familja tiegħu kkonċernat, fl-Istat Membru ta’ oriġni tiegħu. Għaldaqstant, il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ dritt ta’ residenza derivat liċ-ċittadin ta’ Stat terz, membru tal-familja tal-imsemmi ċittadin tal-Unjoni, fl-Istat Membru ta’ oriġini ta’ dan tal-aħħar, bħala regola, ma għandhomx ikunu iktar stretti minn dawk previsti mill-imsemmija direttiva għall-għoti ta’ dritt ta’ residenza derivat lil ċittadin ta’ Stat terz, membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni, li jkun eżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu billi joqgħod fi Stat Membru differenti minn dak tan-nazzjonalità tiegħu.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>