|
11.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 46/13 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9768 – OLF/Trenitalia/ILSA)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 46/12)
1.
Fl-4 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).
Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Trenitalia S.p.A. (“Trenitalia”, l-Italja); li hija proprjetà tal-Ferrovie della Stato Italiane S.p.A.; |
|
— |
Operador Ferroviario de Levante, S.L. (“OFL”, Spanja), li tappartjeni għall-Befemar Group; |
|
— |
Intermodalidad de Levante, S.A. (“ILSA”, Spanja). |
Trentialia u OFL jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ ILSA.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Trenitalia: kumpanija Taljana tal-ferroviji attiva fit-trasport tal-passiġġieri għal distanzi twal u lokali u fit-trasport internazzjonali tal-passiġġieri; |
|
— |
OFL: kumpanija Spanjola li hija ddedikata prinċipalment biex tipprovdi attivitajiet ta’ ġestjoni tal-assi u servizzi relatati mat-trasport tal-passiġġieri; |
|
— |
ILSA: kumpanija Spanjola li se tkun iddedikata biex tipprovdi kull tip ta’ servizz tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija fil-kuntest tal-liberalizzazzjoni tas-settur farrovjarju fi Spanja u fil-bqija tal-Unjoni Ewropea. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.
Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9768 – OLF/Trenitalia/ILSA
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).