<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑365/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0365</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:19">EU:C:2017:19</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>inacjeSENTENZA TAT-<DATE ISO="20170118">18.1.2017</DATE> – KAWŻA C‑365/15</P><P>WORTMANN</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20170118">18 ta’ Jannar 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Unjoni doganali u tariffa doganali komuni</KEYWORD><KEYWORD>Rimbors tad-dazji fuq l-importazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KEE) Nru 2913/92 (Kodiċi Doganali)</KEYWORD><KEYWORD>L-ewwel inċiż tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 241</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ Stat Membru li jipprevedi l-ħlas ta’ interessi moratorji saħansitra fl-assenza ta’ rikors quddiem il-qrati nazzjonali</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑365/15,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (qorti tal-finanzi ta’ Düsseldorf, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20150624">24 ta’ Ġunju 2015</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20150714">14 ta’ Lulju 2015</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Wortmann KG Internationale Schuhproduktionen</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Hauptzollamt Bielefeld,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn L. Bay Larsen, President tal-Awla, M. Vilaras (Relatur), J. Malenovský, M. Safjan u D. Šváby, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Campos Sánchez-Bordona,</P><P>Reġistratur: I. Illéssy, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20160525">25 ta’ Mejju 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Wortmann KG Internationale Schuhproduktionen, minn Dr D. Ehle, Rechtsanwalt, u A. Willems, avukat, u S. De Knop, advocaat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Hauptzollamt Bielefeld, inizjalment minn K. Greven, bħala aġent, u fl-aħħar nett minn K. Greven u S. Holtmann, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn J. Möller u T. Henze, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn A. Collabolletta u G. Palmieri, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, minn M. Balta u J.‑P. Hix, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Grønfeldt u T. Maxian Rusche, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20160908">8 ta’ Settembru 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 241 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-<DATE ISO="19921012">12 ta’ Ottubru 1992</DATE>, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Kodiċi Doganali<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Wortmann KG Internationale Schuhproduktionen (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Wortmann<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u l-Hauptzollamt Bielefeld (uffiċċju doganali prinċipali ta’ Bielefeld, il-Ġermanja) dwar il-ħlas ta’ interessi mal-ħlas lura ta’ dazji antidumping imħallsa minn Wortmann b’applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006, tal-<DATE ISO="20061005">5 ta’ Ottubru 2006</DATE>, [li] jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Vjetnam (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="352M" PAGE.FIRST="485" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 352M, p. 485</REF.DOC.OJ>), li ġie annullat parzjalment mis-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120202">2 ta’ Frar 2012</DATE>, <NAME.CASE>Brosmann Footwear (HK) <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑249/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:53">EU:C:2012:53</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-Kodiċi Doganali</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tal-Kodiċi Doganali jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Għall-iskopijiet ta’ dan il-Kodiċi, huma applikabbli definizzjonijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(10)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Dazji fuq l-importazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/> tfisser:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>dazji doganali u ħlasijiet li għandhom effett ekwivalenti għal dazji doganali li għandhom jitħallsu fuq l-importazzjoni ta’ merkanzija,</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 232 tal-Kodiċi Doganali jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="232.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fejn l-ammont ta’ dazju dovut ma jkunx tħallas fil-perjodu preskritt:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>imgħax fuq l-arretrati għandu jiġi impost minbarra l-ammont ta’ dazju. Ir-rata ta’ imgħax fuq l-arretrati tista’ tkun ogħla mir-rata ta’ imgħax ta’ kreditu. Ma tistax tkun aktar baxxa minn dik ir-rata.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 236 tal-Kodiċi Doganali jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="236.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Dazji fuq l-importazzjoni jew dazji fuq l-esportazzjoni għandhom jitħallsu lura sakemm jiġi stabbilit li meta kien tħallas l-ammont ta’ dawk id-dazji ma kienx legalment dovut jew li dak l-ammont iddaħħal fil-kontijiet bi ksur ta’ l-Artikolu 220(2).</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="236.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Dazji fuq l-importazzjoni jew dazji fuq l-esportazzjoni għandhom jitħallsu lura jew jintbagħtu malli tiġi preżentata applikazzjoni lill-uffiċċju doganali xieraq fi żmien tliet snin mid-data li fiha l-ammont ta’ dawk id-dazji kien ġie kkomunikat lid-debitur.</ALINEA><ALINEA>Dak il-perjodu għandu jiġi estiż jekk il-persuna interessata tipprovdi evidenza li ma kenitx tħalliet tippreżenta l-applikazzjoni tagħha fil-perjodu msemmi b’riżultat ta’ ċirkostanzi imprevedibbli jew ta’ forza maġġuri.</ALINEA><ALINEA>Fejn l-awtoritajiet doganali stess jiskopru matul dan il-perjodu li sitwazzjoni jew oħra deskritta fl-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-paragrafu 1 jeżistu, għandhom iħallsu lura jew jibagħtu l-flus fuq inizjattiva tagħhom stess.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 241 tal-Kodiċi Doganali jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Ħlas lura mill-awtoritajiet kompetenti ta’ ammonti ta’ dazji fuq l-importazzjoni jew dazji fuq l-esportazzjoni jew ta’ imgħax ta’ kreditu jew imgħax fuq arretrati miġbura fuq il-ħlas ta’ dawk id-dazji m’għandux jagħti lok għall-ħlas ta’ imgħax minn dawk l-awtoritajiet. Iżda, l-imgħax għandu jitħallas:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>fejn deċiżjoni li tilqa’ talba għall-ħlas lura ma tiġix implimentata fi żmien tliet xhur mid-data ta’ l-adozzjoni ta’ dik id-deċiżjoni,</P></ITEM><ITEM><P>fejn dispożizzjonijiet nazzjonali jistipulaw hekk.</P></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>L-ammont ta’ dak l-imgħax għandu jiġi kkalkolat b’mod illi jkun ekwivalenti għall-ammont li kien jiġi impost għal dan l-iskop fuq il-flus nazzjonali jew suq finanzjarju.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Ir-Regolament Nru 1472/2006</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 1472/2006 jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Dazju <HT TYPE="ITALIC">anti-dumping</HT> definittiv huwa b’dan impost fuq l-importazzjoni ta’ l-ilbies għar-riġlejn bil-partijiet ta’ fuq tal-ġilda jew kompożizzjoni tal-ġilda, barra l-ilbies tar-riġlejn għall-isports, l-ilbies għar-riġlejn li jinvolvi teknoloġija speċjali, papoċċi u lbies għar-riġlejn oħrajn ta’ ġewwa, u lbies għar-riġlejn li fih maskretta protettiva, li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Vjetnam u li jinstabu fi ħdan il-kodiċi [tan-Nomenklatura Magħquda]:</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="001.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li hemm fis-seħħ rigward id-dazji doganali.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tal-Abgabenordnung (kodiċi ġenerali tat-taxxi), fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>kodiċi tat-taxxi<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>), jipprovdi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Din il-liġi għandha tapplika għat-taxxi kollha, inklużi r-rimborsi tat-taxxa, irregolati mid-dritt federali jew mid-dritt tal-Unjoni Ewropea, sa fejn ikunu ġestiti mill-amministrazzjoni federali tal-finanzi jew l-amministrazzjoni reġjonali tal-finanzi, u hija tapplika biss mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Unjoni Ewropea.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="001.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA>Id-dispożizzjonijiet ta’ din il-liġi għandhom japplikaw <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT> għall-obbligi fiskali l-oħra mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Unjoni Ewropea […]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(3) u (4) tal-kodiċi tat-taxxi huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.003"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>(3)</NO.PARAG><ALINEA>Id-dazji fuq l-importazzjoni u fuq l-esportazzjoni, fis-sens tal-Artikolu 4(10) u (11) tal-Kodiċi Doganali, huma kkunsidrati taxxi fis-sens ta’ din il-liġi.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.004"><NO.PARAG>(4)</NO.PARAG><ALINEA>Imposti fiskali oħra għandhom jinftiehmu bħala […] l-interessi (Artikoli 233 sa 237), […] u l-interessi fis-sens tal-Kodiċi Doganali […]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 37 tal-kodiċi tat-taxxi jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="037.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Id-dazji li ġejjin minn dejn fiskali jinkludu […] [b’mod partikolari] l-applikazzjoni għal ħlas lura skont il-paragrafu 2 […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="037.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>Meta tkun ġiet imħallsa jew irrimborsata taxxa […] mingħajr bażi legali, il-persuna li jkun sar il-ħlas f’isimha jkollha dritt għal ħlas lura tal-ammont imħallas jew irrimborsat fil-konfront tal-benefiċjarju tal-pagament. […]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 233 tal-kodiċi tat-taxxi huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Id-dazji li ġejjin minn dejn fiskali (Artikolu 37) jipproduċu interessi biss meta dan ikun previst mil-liġi. […]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-Artikolu 236(1) tal-kodiċi tat-taxxi jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Meta, permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja definittiva, jew abbażi ta’ tali deċiżjoni, isir tnaqqis ta’ taxxa stabbilita jew rimbors fiskali, l-interessi fuq l-ammont li għandu jiġi mħallas lura jew irrimborsat għandhom jiġu kkalkolati mid-data tal-<HT TYPE="ITALIC">lis alibi pendens</HT> sad-data tal-ħlas, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3. […]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Bejn is-snin 2006 u 2012, Wortmann qiegħdet f’ċirkulazzjoni libera fit-territorju tal-Unjoni Ewropea, f’isimha stess, żraben bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li ġejjin miċ-Ċina u mill-Vjetnam, prodotti minn Brosmann Footwear (HK) Ltd (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Brosmann<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>) u minn Seasonable Footwear (Zhongshan) Ltd (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Seasonable<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>). Peress li dawn iż-żraben kienu jaqgħu taħt wieħed mill-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda previsti fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 1472/2006, l-uffiċċju doganali prinċipali ta’ Bielefeld impona dazji antidumping fuq Wortmann, b’applikazzjoni ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20100722">22 ta’ Lulju 2010</DATE>, Wortmann talbet lill-uffiċċju doganali prinċipali ta’ Bielefeld ir-rimbors tad-dazji antidumping imħallsa għall-perijodu bejn ix-xahar ta’ Ġunju 2007 u x-xahar ta’ Ġunju 2010. Fl-<DATE ISO="20110214">14 ta’ Frar 2011</DATE>, hija ressqet talba ġdida għar-rimbors tad-dazji antidumping imħallsa sal-<DATE ISO="20101231">31 ta’ Diċembru 2010</DATE>. Fl-aħħar nett, fis-<DATE ISO="20120507">7 ta’ Mejju 2012</DATE>, hija talbet ir-rimbors tad-dazji antidumping, din id-darba, imħallsa mis-sena 2006 ’il quddiem. Insostenn ta’ dawn it-talbiet kollha, hija invokat, b’mod partikolari, il-kawża, pendenti quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea u sussegwentement quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, li wasslet għas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120202">2 ta’ Frar 2012</DATE>, <NAME.CASE>Brosmann Footwear (HK) <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑249/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:53">EU:C:2012:53</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz ta’ dik is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja annullat parzjalment ir-Regolament Nru 1472/2006, b’mod partikolari sa fejn kien jikkonċerna lil Brosmann u lil Seasonable. Ir-raġuni għal dan l-annullament kienet tirrigwarda l-fatt li l-Kummissjoni kienet żbaljat meta naqset milli teżamina t-talbiet għall-applikazzjoni tal-istatus ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq jew, fin-nuqqas, għat-trattament individwali tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20130417">17 ta’ April 2013</DATE>, l-uffiċċju doganali prinċipali ta’ Bielefeld għalhekk iddeċieda li jirrimborsa lil Wortmann dazji antidumping fl-ammont ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">61895.49</FT> għas-sena 2007 u ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">92870.62</FT> għas-sena 2008.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tad-<DATE ISO="20131129">29 ta’ Novembru 2013</DATE>, Wortmann talbet lill-uffiċċju doganali prinċipali ta’ Bielefeld il-ħlas ta’ interessi fuq is-somom imħallsa lura bir-rata ta’ 8 % ’l fuq mir-rata bażika ta’ interessi, mid-data tal-ħlas tad-dazji antidumping. Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20140115">15 ta’ Jannar 2014</DATE>, l-uffiċċju doganali prinċipali ta’ Bielefeld ċaħad din it-talba. Ilment imressaq minn Wortmann kontra din id-deċiżjoni tal-aħħar ġie miċħud ukoll minn dan l-istess uffiċċju fis-<DATE ISO="20140917">17 ta’ Settembru 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Wortmann adixxiet lill-qorti tar-rinviju bil-għan li l-uffiċċju doganali prinċipali ta’ Bielefeld jiġi kkundannat iħallasha interessi fuq is-somom imħallsa lura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li l-eżitu tat-tilwima fil-kawża prinċipali jiddependi mill-interpretazzjoni tal-Artikolu 241 tal-Kodiċi Doganali. Skontha, il-ħlas ta’ interessi fuq is-somom imħallsa lura lil Wortmann huwa eskluż skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 241 tal-Kodiċi Doganali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fil-fatt, peress li l-kundizzjonijiet previsti fl-ewwel inċiż tat-tieni sentenza tal-Artikolu 241 tal-Kodiċi Doganali ma humiex issodisfatti fil-kawża prinċipali, huma biss id-dispożizzjonijiet nazzjonali li, skont it-tieni inċiż tat-tieni sentenza tal-Artikolu 241 ta’ dan il-kodiċi, jistgħu jservu ta’ bażi għat-talba tar-rikorrenti għall-ħlas ta’ interessi. F’dan ir-rigward, hija tindika li, minn qari tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 37(2) u tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 233 tal-kodiċi tat-taxxi, meħuda flimkien, jirriżulta li d-dazji li ġejjin minn dejn fiskali jipproduċu interessi biss meta dan ikun previst mil-liġi. Konsegwentement, skont id-dritt Ġermaniż, huwa biss l-Artikolu 236 tal-kodiċi tat-taxxi li huwa rilevanti bħala bażi legali għall-ħlas ta’ interessi. Madankollu, peress li r-rikorrenti fil-kawża prinċipali ma bdietx proċedura ġudizzjarja għall-ħlas tad-dazji antidumping imħallsa preċedentement lill-uffiċċju doganali prinċipali ta’ Bielefeld, din id-dispożizzjoni ma tapplikax fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti tar-rinviju tindika li għandha dubji dwar il-konformità ta’ din is-soluzzjoni mad-dritt tal-Unjoni. Hija tfakkar il-ġurisprudenza li skontha l-prinċipju tal-obbligu impost fuq l-Istati Membri li jħallsu lura bl-interessi l-ammonti tat-taxxi miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni jirriżulta minn dan id-dritt tal-aħħar (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130418">18 ta’ April 2013</DATE>, <NAME.CASE>Irimie</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑565/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:250">EU:C:2013:250</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Għaldaqstant, hija tistaqsi jekk id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>dritt mhux miktub<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> tal-Unjoni jeżiġix, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-ħlas ta’ interessi fuq id-dazji fuq l-importazzjoni li jkunu ġew irrimborsati. F’dan ir-rigward, skont il-qorti tar-rinviju, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, il-fatt li d-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-ħlas ta’ interessi, f’dan il-każ l-Artikoli 233 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> tal-kodiċi tat-taxxi, huma applikabbli <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT> biss mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Unjoni, kif jirriżulta mill-ewwel sentenza tal-Artikolu 1(3) u mill-Artikolu 3(4) tal-imsemmi kodiċi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Finanzgericht Düsseldorf (qorti tal-finanzi ta’ Düsseldorf, il-Ġermanja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel id-domanda preliminari li ġejja lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>L-Artikolu 241 tal-Kodiċi Doganali għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dritt nazzjonali msemmi minnu għandu jipprevedi, b’teħid inkunsiderazzjoni tal-prinċipju ta’ effettività tad-dritt tal-Unjoni, għall-pagament ta’ interessi fuq l-ammonti ta’ dazji fuq l-importazzjoni mħallsa lura għall-perijodu bejn id-data tal-pagament ta’ dawn id-dazji u d-data tal-ħlas lura tagħhom, anki fil-każijiet fejn id-dritt għal ħlas lura ma kienx is-suġġett ta’ rikors quddiem qorti nazzjonali?<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 241 tal-Kodiċi Doganali għandux jiġi interpretat fis-sens li d-dritt nazzjonali li għalih jagħmel riferiment għandu jipprevedi l-obbligu li jitħallsu interessi fuq l-ammont tad-dazji fuq l-importazzjoni rrimborsati, għall-perijodu mill-ħlas ta’ dawn id-dazji sar-rimbors tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu tabilħaqq jiġi osservat li l-ewwel sentenza tal-Artikolu 241 tal-Kodiċi Doganali tistabbilixxi li r-rimbors mill-awtoritajiet doganali ta’ ammonti ta’ dazji fuq l-importazzjoni jew ta’ dazji fuq l-esportazzjoni u ta’ interessi ta’ kreditu jew moratorji eventwalment miġbura fuq il-ħlas tagħhom ma għandux jagħti lok għall-ħlas ta’ interessi minn dawn l-awtoritajiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Madankollu, din id-dispożizzjoni ma tistax, bħala tali, timplika li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-leġiżlazzjoni nazzjonali tista’ validament tipprovdi li ma għandux ikun hemm lok li jitħallsu interessi fuq l-ammont tad-dazji fuq l-importazzjoni rrimborsati għall-perijodu mill-ħlas ta’ dawn id-dazji sar-rimbors tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fil-fatt, kemm mill-oriġini tal-Artikolu 241 tal-Kodiċi Doganali kif ukoll mill-kuntest li minnu tifforma parti din id-dispożizzjoni jirriżulta li hija ma tapplikax f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Għaldaqstant, mill-analiżi tal-oriġini ta’ din id-dispożizzjoni, magħmula mill-Avukat Ġenerali fil-punti 48 sa 50 tal-konklużjonijiet tiegħu, jirriżulta li l-Artikolu 241 tal-Kodiċi Doganali jirrigwarda s-sitwazzjoni fejn, wara li l-awtorità doganali tkun irrilaxxat il-merkanzija kkonċernata, jirriżulta li l-kalkolu inizjali tad-dazji fuq l-importazzjoni jkollu jiġi rrivedut sabiex jitnaqqas u, għalhekk, id-dazji fuq l-importazzjoni kollha mħallsa minn operatur jew parti minnhom ikollhom jiġu rrimborsati lilu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>L-ispjegazzjonijiet dwar l-oriġini tad-dispożizzjoni li saret l-Artikolu 241 tal-Kodiċi Doganali, mogħtija mill-Kummissjoni waqt is-seduta, juru li l-adozzjoni tagħha kienet immotivata mill-fatt li, fil-parti l-kbira tal-każijiet, l-awtoritajiet iwettqu biss verifika <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> tad-dikjarazzjonijiet doganali, b’mod li l-possibbiltà li tali verifika twassal għal rimbors ta’ dazji fuq l-importazzjoni diġà mħallsa hija tabilħaqq reali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kodiċi Doganali jistabbilixxi ċerta simetrija, fir-rigward tal-kwistjoni ta’ ħlas ta’ interessi, bejn, minn naħa, is-sitwazzjoni tal-operaturi li lilhom għandhom jiġu rrimborsati dazji fuq l-importazzjoni żejda li jkunu nġabru minħabba żbalji dovuti għall-ħeffa tas-sistema ta’ sdoganament imwettaq f’parti kbira tal-każijiet, mingħajr spezzjoni tal-merkanzija ma tiġi rrilaxxata u, min-naħa l-oħra, dik tal-operaturi li, minħabba żbalji tal-istess tip, ikollhom għall-kuntrarju jħallsu lill-amministrazzjoni doganali ammont addizzjonali ta’ dazji fuq l-importazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif jirriżulta mis-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110331">31 ta’ Marzu 2011</DATE>, <NAME.CASE>Aurubis Balgaria</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑546/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:199">EU:C:2011:199</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), meta, wara kalkolu ġdid tad-dazji doganali abbażi ta’ informazzjoni addizzjonali, ikun għadu jrid jiġi rkuprat ċertu ammont ta’ dawn id-dazji, l-interessi moratorji relattivi għal dan l-ammont ikunu jistgħu jinġabru biss, skont l-Artikolu 232(1)(b) tal-Kodiċi Doganali, għall-perijodu sussegwenti għall-iskadenza tat-terminu għall-ħlas tal-imsemmi ammont.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, jekk il-kalkolu ġdid tad-dazji doganali jwassal għar-rimbors, lill-operatur ikkonċernat, ta’ parti jew tal-ammont sħiħ tad-dazji doganali mħallsa preċedentement, mill-Artikolu 241 tal-Kodiċi Doganali jirriżulta li l-interessi jkunu dovuti biss mill-iskadenza tat-terminu ta’ tliet xhur previst f’din id-dispożizzjoni, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà, għal-leġiżlatur nazzjonali, li jipprevedi l-ħlas ta’ interessi wkoll f’ċirkustanzi oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Issa mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li r-rimbors ta’ dazji antidumping li minnu bbenefikat Wortmann ma joriġinax minn żball fil-kalkolu tal-imsemmija dazji, li ġie skopert wara li l-awtorità doganali kompetenti rrilaxxat il-merkanzija lil Wortmann. Għaldaqstant, ir-regola stabbilita fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 241 tal-Kodiċi Doganali ma tistax tiġi interpretata, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, bħala li teskludi bħala prinċipju l-ħlas ta’ interessi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi rrilevat li, għalkemm, formalment, il-qorti tar-rinviju llimitat id-domanda tagħha għall-interpretazzjoni tal-Artikolu 241 tal-Kodiċi Doganali, tali ċirkustanza ma tipprekludix lill-Qorti tal-Ġustizzja milli tipprovdilha l-elementi kollha ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li jistgħu jkunu utli għad-deċiżjoni tal-kawża li għandha quddiemha, kemm jekk din il-qorti tkun irreferiet għalihom fid-domanda tagħha kif ukoll jekk ma tkunx għamlet dan (ara, b’analoġija, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151029">29 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Nagy</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑583/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:737">EU:C:2015:737</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, huma l-awtoritajiet nazzjonali li għandhom jisiltu l-konsegwenzi, fl-ordinament ġuridiku tagħhom, tal-annullament jew ta’ dikjarazzjoni ta’ invalidità ta’ regolament li jimponi dazji antidumping, li jkollhom bħala konsegwenza li d-dazji antidumping imħallsa abbażi tar-regolament ikkonċernat ma jkunux legalment dovuti, fis-sens tal-Artikolu 236(1) tal-Kodiċi Doganali, u jkollhom, bħala prinċipju, jiġu rrimborsati mill-awtoritajiet doganali, skont din id-dispożizzjoni, jekk ikunu ssodisfatti l-kundizzjonijiet, fosthom dik prevista fl-Artikolu 236(2) ta’ dan il-kodiċi, li għalihom huwa suġġett tali rimbors (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070927">27 ta’ Settembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Ikea Wholesale</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑351/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:547">EU:C:2007:547</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100318">18 ta’ Marzu 2010</DATE>, <NAME.CASE>Trubowest Handel u Makarov vs Il‑Kunsill u Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑419/08 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:147">EU:C:2010:147</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan il-każ, wara l-annullament tar-Regolament Nru 1472/2006 mis-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120202">2 ta’ Frar 2012</DATE>, <NAME.CASE>Brosmann Footwear (HK) <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑249/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:53">EU:C:2012:53</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), sa fejn dan ir-regolament kien jikkonċerna, b’mod partikolari, lil Brosmann u lil Seasonable, li ż-żraben tagħhom tqiegħdu f’ċirkulazzjoni libera fit-territorju tal-Unjoni minn Wortmann, l-awtorità doganali Ġermaniża kompetenti, peress li qieset li d-dazji antidumping miġbura ma kinux legalment dovuti, fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 236(1) tal-Kodiċi Doganali, irrimborsat lil Wortmann l-ammont tal-imsemmija dazji, mingħajr madankollu ma żiedet ma’ dan l-ammont l-interessi moratorji mitluba minn din l-impriża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, għalkemm l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 236(1) tal-Kodiċi Doganali jipprevedi r-rimbors tad-dazji antidumping f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, huwa ma jispeċifikax espressament jekk dan ir-rimbors għandux jagħti lok għall-ħlas ta’ interessi fuq l-ammonti tad-dazji hekk irrimborsati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi enfasizzat li mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, meta jkunu nġabru taxxi jew dazji minn Stat Membru b’applikazzjoni ta’ regolament tal-Unjoni, iddikjarat invalidu jew annullat mill-qorti tal-Unjoni, il-partijiet ikkonċernati li jkunu ħallsu t-taxxi jew id-dazji inkwistjoni għandhom id-dritt li jiksbu, bħala prinċipju, mhux biss ir-rimbors tas-somom miġbura, iżda wkoll interessi fuq l-imsemmija somom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120927">27 ta’ Settembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Zuckerfabrik Jülich</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑113/10, C‑147/10 u C‑234/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:591">EU:C:2012:591</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, peress li, minn naħa, la l-Artikolu 236(1) tal-Kodiċi Doganali u lanqas l-Artikolu 241 tiegħu ma jeskludu r-rimbors ta’ interessi f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali u, min-naħa l-oħra, ir-rimbors tad-dazji antidumping inkwistjoni seħħ wara l-annullament mill-Qorti tal-Ġustizzja tar-regolament li abbażi tiegħu kienu nġabru l-imsemmija dazji u, għalhekk, minħabba n-natura tal-ġbir tagħhom li ma hijiex konformi mad-dritt tal-Unjoni, ħaġa li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, għandu jitqies li l-ammont ta’ dawn l-istess drittijiet irrimborsati lill-impriża kkonċernata mill-awtorità nazzjonali kompetenti għandu jiżdied bl-interessi relattivi għal dan l-ammont.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda magħmula għandha tkun li meta dazji fuq l-importazzjoni, inklużi dazji antidumping, jiġu rrimborsati għar-raġuni li jkunu nġabru bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, ħaġa li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, ikun jeżisti obbligu għall-Istati Membri, li jirriżulta mid-dritt tal-Unjoni, li jħallsu l-interessi relattivi għalihom lill-individwi li għandhom dritt għar-rimbors, liema interessi jiddekorru mid-data tal-ħlas minn dawn l-individwi tad-dazji rrimborsati.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Meta dazji fuq l-importazzjoni, inklużi dazji antidumping, jiġu rrimborsati għar-raġuni li jkunu nġabru bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, ħaġa li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, ikun jeżisti obbligu għall-Istati Membri, li jirriżulta mid-dritt tal-Unjoni, li jħallsu l-interessi relattivi għalihom lill-individwi li għandhom dritt għar-rimbors, liema interessi jiddekorru mid-data tal-ħlas minn dawn l-individwi tad-dazji rrimborsati.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>