2004D0197 — MT — 01.02.2005 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2004/197/CFSP

tat-23 ta' Frar 2004

li tistabbilixxi mekkaniżmu biex tamministra l-finanzjament ta' l-ispejjeż komuni ta' ħidmiet l-Unjoni Ewropea li għandhom implikazzjonijiet militari jew tad-difiża

(ĠU L 063, 28.2.2004, p.68)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL tat-22 ta' Diċembru 2004

  L 395

68

31.12.2004

►M2

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL ta’ l-24 ta' Jannar 2005

  L 27

59

29.1.2005




▼B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2004/197/CFSP

tat-23 ta' Frar 2004

li tistabbilixxi mekkaniżmu biex tamministra l-finanzjament ta' l-ispejjeż komuni ta' ħidmiet l-Unjoni Ewropea li għandhom implikazzjonijiet militari jew tad-difiża



IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 13(3) u l-Artikolu 28(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kunsill Ewropew, li ltaqa' f'Helsinki fl-10 u l-11ta' Diċembru 1999, partikolarment qabel li, jekk l-Istati Membri jikkoperaw volontarjament f'ħidmiet immexxija mill-UE, sa l-2003 u fi żmien 60 ġurnata jkunu jistgħu jimmanuvraw (jifirxu), u jsaħħu għal ta' l-inqas sena, forzi militari minn 50 000 sa 60 000 persuna, kapaċi fil-grad assolut tal-kompiti ta' Petersberg.

(2)

Il-Kunsill Ewropew, li ltaqa' f'Thessaloniki fid-19 u l-20 ta' Ġunju 2003, laqa' l-konklużjonijiet li ħarġu mil-laqgħa tal-Kunsill fid-19 ta' Mejju 2003, fejn partikolarment ikkonferma l-ħtieġa għal kapaċità militari ta' reazzjoni-rapida ta' l-Unjoni Ewropea.

(3)

Fit-22 ta' Settembru 2003, il-Kunsill iddeċieda li l-Unjoni Ewropea għandha takkwista l-kapaċità flessibli biex tamministra l-finanzjament ta' l-ispejjeż komuni tal-ħidmiet militari ta' kull skala, kumplessità jew l-urġenza, partikolarment li sa l-1 ta' Marzu 2004 tistabbilixxi mekkaniżmu ta' finanzjament permanenti biex ikun assunt inkarigu tal-finanzjament ta' l-ispejjeż komuni ta' kull ħidma militari future ta' l-Unjoni.

(4)

Fis-17 ta' Ġunju 2002, il-Kunsill approva d-Dokument 10155/02 dwar il-fianzjament ta' ħidmiet l-amministrazzjoni ta' kriżi mmexxija mill-UE li għandhom implikazzjonijiet militari jew tad-difiża.

(5)

It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea fl-Artikolu 28(3) tiegħu jiddisponi li l-Istati Membri li r-rappreżentanti tagħhom fil-Kunsill ikunu għamlu dikjarazzjoni formali skond l-Artiklu 23(1) tiegħu, it-tieni sottoparagrafu, ma għandhomx ikunu obbligati li jikkontribwixxu għall-finanzjament tal-ħidma li għandha implikazzjonijiet militari jew tad-difiża kkonċernati.

(6)

Konformi ma' l-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka annessa mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet u l-azzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea li għandhom implikazzjonijiet tad-difiża, u d-Danimarka ma tipparteċipax fil-finanzjament tal-mekkaniżmu,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:



Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-għan ta' din id-Deċiżjoni:

(a) “Stati Membri parteċipanti” għandha tfisser l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea, ħlief id-Danimarka;

(b) “Stati kontribwenti” għandha tfisser l-Istati Membri li jikkontribwixxu għall-finanzjament tal-ħidma militari fil-kwestjoni skond l-Artikolu 28(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Istati terzi li jikkontribwixxu għall-finanzjament ta' l-ispejjeż komuni ta' din il-ħidma skond il-ftehim bejniethom u l-Unjoni Ewropea.



IL-KAPITOLU 1

MEKKANIŻMU

Artikolu 2

Mekkaniżmu stabbilit

1.  Mekkaniżmu li jamministra l-finanzjament ta' l-ispejjeż komuni ta' ħidmiet l-Unjoni Ewropea li għandhom implikazzjonijiet militari jew tad-difiża huwa hawnhekk stabbilit.

2.  Il-mekkaniżmu għandu jissejjaħ ATHENA.

3.  ATHENA għandha taġixxi f'isem l-Istati Membri parteċipanti jew, dwar dak li għandu x'jaqsam ma' ħidmiet speċifiċi, l-Istati kontribwenti kif inhu definit fl-Artikolu 1.

Artikolu 3

Kapaċità legali

Bil-għan tat-tmexxija amministrattiva tal-finanzjament ta' ħidmiet l-Unjoni Ewropea b'implikazzjonijiet militari jew tad-difiża,, ATHENA għandha jkollha l-kapaċità legali neċessarja, partikolarment, biex iżżomm kont bankarju, takkwista, iżżomm jew teħles minn proprjetà, tidħol f'kuntratti (appalti) jew arranġamenti amministrattivi u tkun parti minn proċeduri ġudizzjarji. ATHENA għandha tkun mekkaniżmu bla profitt.

Artikolu 4

Kordinazzjoni ma' terzi partijiet

ATHENA għandha tikkordina l-attivitajiet tagħha ma' l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Komunità u l-organizzazzjonijiet internazzjonali sakemm hu neċessarju biex tikseb il-kompiti tagħha, konformi ma' l-għanijiet u l-politika ta' l-Unjoni Ewropea.



IL-KAPITOLU 2

STRUTTURA ORGANIZZATTIVA

Artikolu 5

Staff u oqsma (organiżmi) amministrattivi

1.  ATHENA għandha tkun immexxija taħt l-awtorità tal-Kumitat Speċjali minn-:

(a) l-amministratur;

(b) il-kmandant ta' kull ħidma, relatat ma' l-operazzjoni li hu/hi j/tikkmanda (hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjaħ/imsejħa l-“kmandant tal-ħidma”);

(ċ) l-uffiċjal tal-kontijiet.

2.  ATHENA għandha tuża strutturi amministrattivi eżistenti ta' l-Unjoni Ewropea sakemm tista' possibilment twassal. ATHENA għandha tirrikorri kemm hemm bżonn għal staff disponibbli mill-istituzzjonijiet ta' l-UE jew issekondat mill-Istati Membri.

3.  Is-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill jista' jipprovdi lill-amministratur jew lill-uffiċjal tal-kontijiet staff meħtieġ għalihom biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom, li jistgħu jkunu fuq bażi ta' proposta minn Stat Membru parteċipant.

4.  L-oqsma (l-organiżmi) ta' ATHENA u l-istaff għandhom ikunu attivati fuq il-bażi tal-ħtiġijiet tal-ħidma (tal-pjan operazzjonali).

Artikolu 6

Il-Kumitat Speċjali

1.  Kumitat Speċjali magħmul minn rappreżentant ta'(minn) kull Stat Membru ikun stabbilit (Kumitat Speċjali). Il-Kummissjoni għandha tattendi l-laqgħat tal-Kumitat Speċjali mingħajr ma tieħu sehem fil-voti tiegħu.

2.  ATHENA għandha tkun amministrata taħt l-awtorità tal-Kumitat Speċjali.

3.  Meta l-Kumitat Speċjali jkun qiegħed jiddiskuti l-finanzjament ta' l-ispejjeż komuni ta' ħidma mogħtija:

(a) il-Kumitat Speċjali għandu jkun magħmul minn rappreżentant ta'(minn) kull Stat Membru kontribwenti;

(b) ir-rappreżentanti ta' l-Istati terzi kontribwenti għandhom jipparteċipaw fil-proċeduri tal-Kumitat Speċjali. Huma la għandhom jieħdu sehem u lanqas ikunu preżenti fil-voti tiegħu;

(ċ) il-kmandant tal-ħidma jew ir-rappreżentant tiegħu/tagħha għandu jipparteċipa fil-proċeduri tal-Kumitat Speċjali, mingħajr ma jieħu sehem fil-votazzjoni tiegħu.

4.  Il-Presidenza tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea għandha ssejjaħ u tippresiedi l-laqgħat tal-Kumitat Speċjali. L-amministratur għandu jipprovdi s-segretarjat għall-Kumitat Speċjali. Hu/hi għandu/għandha j/tieħu l-minuti tar-riżultat tad-diskussjonijiet tal-Kumitat. Hu/hi ma għandux/ma għandhiex j/tieħu sehem fil-voti tiegħu.

5.  L-uffiċjal tal-kontijiet għandu jipparteċipa kemm hemm bżonn fil-proċeduri tal-Kumitat Speċjali, mingħajr ma jieħu sehem fil-voti tiegħu.

6.  Jekk Stat Membru parteċipant, l-amministratur jew il-kmandant tal-ħidma jitlob hekk, il-Presidenza għandha ssejjaħ lill-Kumitat Speċjali fi żmien ta' l-inqas 15-il ġurnata.

7.  B'mod xieraq, l-amministratur għandu jinforma lill-Kumitat Speċjali dwar kull pretensjoni jew argument (kwistjoni) indirizzati lill-ATHENA.

8.  B'mod unanimu, il-Kumitat Speċjali għandu jiddeċiedi bejn il-membri tiegħu, waqt li titqies il-komposizzjoni tiegħu kif inhi mfissra f'paragrafi 1 u 3. Id-deċiżjonijiet tiegħu għandhom ikunu vinkolanti.

9.  Il-Kumitat Speċjali japprova l-budgets kollha, filwaqt li jikkonsidra l-ammonti relevanti ta' referenza, u ġeneralment jeserċita l-kompetenzi prevedibbli permezz ta' l-Artikoli 18, 19, 20, 21, 22, 24, 25, 27, 29, 31, 32, 36, 37, 38, 39 u 41.

10.  Il-Kumitat Speċjali għandu jkun informat mill-amministratur, il-kmandant tal-ħidma u l-uffiċjal tal-kontijiet kif inhu previst fid-Deċiżjoni preżenti.

11.  It-test ta' l-atti approvati mill-Kumitat Speċjail skond l-Artikoli 18, 19, 20, 21, 22, 24, 27, 29, 31, 32, 37, 38, 39 u 41 għandu jkun iffirmat mill-President tal-Kumitat Speċjali fil-ħin ta' l-approvazzjoni tagħhom u mill-amministratur.

Artikolu 7

L-amministratur

1.  Is-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill għandu jaħtar l-amministratur u ta' l-inqas deputat amministratur (wieħed) għal perjodu ta' tliet snin.

2.  L-amministratur għandu jagħmel id-dmirijiet tiegħu/tagħha f'isem ATHENA.

3.  L-amministratur:

(a) għandu jfassal u jagħti (jissottometti) kull budget abbozzat lill-Kumitat Speċjali. It-taqsima għan-nefqa ta' ħidma f'kull budget abbozzat għandha titfassal fuq bażi ta' proposta mill-kmandant tal-ħidma;

(b) għandu jadotta l-budgets wara l-approvazzjoni tagħhom mill-Kumitat Speċjali;

(ċ) għandu jkun l-uffiċjal awtorizzat għall-introjtu, spejjeż komuni li jintnefqu għall-preparamenti, jew addizzjonalment, għall-ħidmiet u l-ispejjeż komuni tal-ħidma (tal-pjan operazzjonali) li jintnefqu barra l-fażi attiva tal-ħidma;

(d) dwar l-introjtu, l-amministratur għandu jimplementa l-arranġamenti finanzjarji magħmula mal-partijiet terzi ma' dak li għandu x'jaqsam mal-finanzjament ta' l-ispejjeż komuni tal-ħidmiet militari ta' l-Unjoni.

4.  L-amministratur għandu jassigura li r-regoli stabbiliti bid-Deċiżjoni preżenti huma mħarsa, u li d-deċiżjonijiet tal-Kumitat Speċjali jkunu applikati (jgħoddu).

5.  L-amministratur għandu jkun awtorizzat li jadotta l-miżuri kollha li hu/hi jidhirlu/jidhrilha li huma neċessarji biex j/timplimenta n-nefqa ffinanzjata minn ATHENA. Hu/hi għandu/ha j/tinforma lill-Kumitat Speċjali tiegħu.

6.  L-amministratur għandu jikkordina x-xogħol dwar kwestjonijiet finanzjarji relatati mal-ħidmiet militari ta' l-Unjoni. Hu/hi għandu/ha j/tkun il-persuna ta' kuntatt ma' l-amministraturi nazzjonali, u kif inhu xieraq, ma' l-organizzazzjonijiet internazzjonali fuq dawn il-materji.

7.  L-amministratur għandu jkun responsabbli quddiem il-Kumitat Speċjali.

Artikolu 8

Il-kmandant tal-ħidma

1.  Il-kmandant tal-ħidma għandu jagħmel id-dmirijiet tiegħu/tagħha f'isem ATHENA f'dak li għandu x'jaqsam mal-finanzjament ta' l-ispejjeż komuni tal-ħidma li hu/hi j/tikkmanda (j/teserċita).

2.  Għall-ħidma li hu/hi j/tikkmanda (j/teserċita), il-kmandant tal-ħidma għandu:

(a) jibgħat lill-amministratur il-proposti tiegħu/tagħha għat-taqsima tan-“nefqa – spejjeż komuni tal-ħidma” tal-budgets abbozzati;

(b) bħala uffiċjal awtorizzat, jimplimenta l-approprjazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-ispejjeż komuni tal-ħidma; hu/hi għandu/ha j/teserċita l-awtorità tiegħu/tagħha fuq kull persuna li tipparteċipa fl-implimentazzjoni ta' dawk l-approprjazzjonijiet, inkluż finanzjament minn qabel; hu/hi j/tista' j/tagħti kuntratti u j/tidħol f'kuntratti f'isem ATHENA; hu/hi għandu/ha j/tiftaħ kont bankarju f'isem ATHENA għall-ħidma li hu/hi j/tikkmanda (j/teserċita).

3.  Il-kmandant tal-ħidma għandu jkun awtorizzat li jadotta l-miżuri kollha li hu/hi jidhirlu/jidhrilha li huma neċessarji għall-implimentazzjoni tan-nefqa ffinanzjata minn ATHENA, għall-ħidma li hu/hi j/tikkmanda (j/teserċita). Hu/hi għandu/ha j/tinforma lill-amministratur u lill-Kumitat Speċjali tiegħu.

Artikolu 9

L-uffiċjal tal-kontijiet

1.  Is-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill għandu jaħtar l-uffiċjal tal-kontijiet u ta' l-inqas deputat uffiċjal tal-kontijiet għal perjodu ta' sentejn.

2.  L-uffiċjal tal-kontijiet għandu jagħmel id-dmirijiet tiegħu/tagħha f'isem ATHENA.

3.  L-uffiċjal tal-kontijiet għandu jkun responsabbli għal:

(a) implimentazzjoni xierqa ta' pagamenti, ġabra ta' introjtu u akkwist mill-ġdid ta' ammonti stabbiliti meqjusa bħala riċevuti (li jistgħu jintlaqgħu);

(b) jipprepara kull sena l-kontijiet għal ATHENA, u, wara t-tmiem ta' kull ħidma, jipprepara l-kontijiet għal dik il-ħidma;

(ċ) jappoġġa lill-amministratur meta hu/hi j/tagħti l-kontijiet ta' kull sena jew il-kontijiet għal ħidma biex japprovahom il-Kumitat Speċjali;

(d) iżomm il-kontijiet għal ATHENA;

(e) iniżżel ir-regoli tal-kontijiet u l-metodi u ċ-ċart (l-ispeċi fl-ġeneru Salvelinus) tal-kontijiet;

(f) iniżżel u jsaħħaħ is-sistemi tal-kontijiet għall-introjtu u, meta approprjat, isaħħaħ sistemi stabbiliti mill-uffiċjal awtorizzat biex iforni jew jiġġustifika l-informazzjoni tal-kontijiet;

(g) iżomm dokumenti ta' sostenn;

(h) l-amministrazzjoni tat-teżor, konġunta ma' l-amministratur.

4.  L-amministratur u l-kmandant tal-ħidma għandhom jipprovdu lill-uffiċjal tal-kontijiet l-informazzjoni kollha neċessarja għall-produzzjoni tal-kontijiet li jirrappreżentaw eżattament l-assi finanzjarji ta' ATHENA u l-implimentazzjoni tal-budget amministrata minn ATHENA. Dawn għandhom jiggarantixxu li ATHENA hija ta' min jorbot fuqha.

5.  L-uffiċjal tal-kontijiet għandu jkun responsabbli quddiem il-Kumitat Speċjali.

Artikolu 10

Dispożizzjonijiet ġenerali li jgħoddu għall-amministratur, l-uffiċjal tal-kontijiet u l-istaff ta' ATHENA

1.  Il-funzjonijiet ta' amministratur jew deputat amministratur, fuq naħa waħda, u uffiċjal tal-kontijiet jew deputat uffiċjal tal-kontijiet,fuq in-naħa l-oħra, b'mod reċiproku għandhom ikunu inkompatibbli.

2.  Kull deputat amministratur għandu jaġixxi taħt l-awtorità ta' l-amministratur. Kull deputat uffiċjal tal-kontijiet għandu jaġixxi taħt l-awtorità ta' l-uffiċjal tal-kontijiet.

3.  Deputat amministratur għandu joqgħod minflok l-amministratur meta hu/hi j/tkun assenti jew li ma jkunx tħalla/tħalliet j/tattendi. Deputat uffiċjal tal-kontijiet għandu joqgħod minflok l-uffiċjal tal-kontijiet meta hu/hi j/tkun assenti jew li ma jkunx tħalla/tħalliet j/tattendi.

4.  Meta jkunu qed iwettqu funzjonijiet f'isem ATHENA, uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej għandhom jibqgħu bla ħsara għar-regoli u r-regolamenti li jgħoddu għalihom.

5.  L-istaff li jkun disponibbli għal ATHENA mill-Istati Membri għandu jkun bla ħsara għall-istess regoli bħal dawk imfassla fid-deċiżjoni tal-Kunsill li jikkonċernaw ir-regoli li jgħoddu għal esperti nazzjonali ssekondati, u għad-dispożizzjonijiet li jkunu qablu dwarhom l-amministrazzjoni nazzjonali tagħhom u l-istituzzjoni tal-Komunità jew ATHENA. Madankollu, f'kull każ, l-Istat Membru li jkun qed jissekonda għandu jassumi akkuża tal-jeddijiet ta' l-esperti kif imfissra minn din id-deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonċerna r-regoli li jgħoddu għall-esperti nazzjonali ssekondati.

6.  Qabel il-ħatra tagħhom, l-istaff ta' ATHENA għandu jkun irċieva permess għal aċċess ta' informazzjoni kklassifikata sa ta' l-inqas il-livell “Sigriet UE” miżmum mill-Kunsill, jew permess ekwivalenti minn Istat Membru.

7.  L-amministratur jista' jinnegozja u jidħol f'arranġamenti ma' l-Istati Membri jew istituzzjonijiet tal-Komunità bil-għan li jinnominaw minn qabel dawk l-istaff li, jekk ikun hemm bżonn, jistgħu jkunu disponibbli għal ATHENA.



IL-KAPITOLU 3

STATI TERZI KONTRIBWENTI

Artikolu 11

Arranġamenti amministrattivi permanenti u ad hoc dwar modalitajiet għall-ħlas tal-kontribuzzjonijiet ta' l-Istati terzi

1.  Fil-qafas tal-ftehim konklużi bejn l-UE u l-Istati Terzi indikati mill-Kunsill bħala kontributuri potenzali għall-ħidmiet ta' l-UE jew bħala kontributuri ta' ħidma speċifika ta' l-UE, l-amministratur għandu jinnegozja ma' dawn l-arranġamenti amministrattivi permanenti jew ad hoc ta' l-Istati terzi, rispettivament. Dawn l-arranġamenti għandhom jieħdu l-forma ta' skambju ta' Ittri bejn ATHENA u s-servizzi amministrattivi kompetenti ta' l-Istati terzi kkonċernati li jistabbilixxu l-modalitajiet neċessarji biex jiffaċilitaw ħlas malajr tal-kontribuzzjonijiet lil kull ħidma futura militari ta' l-UE.

2.  Filwaqt li l-konklużjoni tal-ftehim imsejħa fil-paragrafu 1 hija penedenti, l-amministratur jista' jieħu l-miżuri neċessarji biex jiffaċilita l-ħlasijiet mill-Istati terzi kontribwenti.

3.  L-amministratur għandu jinforma lill-Kumitat Speċjali minn qabel dwar l-arranġamenti prevedibbli, qabel ma jiffirmahom f'isem ATHENA.

4.  Meta ħidma militari hija ntrodotta mill-Unjoni, l-amministratur għandu jimplimenta l-arranġamenti ma' l-Istati terzi li jikkontribwixxu għal dik il-ħidma għall-ammonti ta' kontribuzzjonijiet deċiżi mill-Kunsill.



IL-KAPITOLU 4

KONTIJIET BANKARJI

Artikolu 12

Ftuħ u għan

1.  L-amministratur għandu jiftaħ kont bankarju jew aktar f'isem ATHENA.

2.  Kull kont bankarju għandu jinfetaħ f'istituzzjoni finanzjarja ta' l-ewwel rata bl-uffiċċju prinċipali tagħha fi Stat Membru.

3.  Il-kontribuzzjonijiet minn Stati kontribwenti għandhom jitħallsu f'dawn il-kontijiet. Dawn għandhom jintużaw biex jitħallsu l-ispejjeż amministrati minn ATHENA u biex isiru l-avvanzi neċessarji tal-kmandant tal-ħidma għall-implimentazzjoni tan-nefqa relatata ma' l-ispejjeż komuni tal-ħidma militari. L-ebda kont bankarju ma jista' jinġibed ‘il fuq mill-ftehim.

Artikolu 13

Amministrazzjoni ta' fondi

1.  Kull ħlas mill-kont ta' ATHENA jeħtieġ il-firma konġunta ta' l-amministratur jew deputat amministratur fuq in-naħa l-waħda u l-uffiċjal tal-kontijiet jew deputat uffiċjal tal-kontijiet fuq in-naħa l-oħra.

2.  Fondi amministrati minn ATHENA, inkluż dawk fdati f'idejn kmandant ta' ħidma, jistgħu ma jkunux iddepożitati barra dawk f'istituzzjoni finanzjarja ta' l-ewwel rata fil-euro f'kont kurrenti jew fuq bażi ta' perjodu qasir.



KAPITORLU 5

SPEJJEŻ KOMUNI

Artikolu 14

Definizzjoni ta' spejjeż komuni u perjodi ta' eliġibbilità

1.  L-ispejjeż komuni msemmija fl-Anness I għandhom ikunu għas-spejjeż ta' (jitħallsu minn) ATHENA meta dawn jintnefqu. Meta l-ispejjeż jiddaħħlu f'artikolu tal-budget li juri l-ħidma li għaliha huma l-iktar relatati, dawn għandhom ikunu kkunsidrati bħala l-ispejjeż operazzjonali ta' din il-ħidma. Jekk le, għandhom ikunu kkunsidrati bħala spejjeż komuni li jintnefqu fil-preparamenti, jew wara, il-ħidmiet.

▼M1

2.  Barra dan, ATHENA għandha tassumi l-ispejjeż komuni operazzjonali elenkati fl-Anness II matul il-perjodu mill-approvazzjoni tal-Kunċett ta' Maniġġar ta' Kriżijiet għall-operazzjoni sal-ħatra tal-kmandant ta' l-operazzjoni. F'ċirkostanzi partikolari, wara li l-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà ikun ġie kkonsultat, il-Kumitat Speċjali jista' jimmodifika l-perjodu li fih dawn l-ispejjeż għandhom jiġu assunti minn ATHENA.

▼B

3.  Waqt il-fażi attiva tal-ħidma, li sseħħ mid-data li fiha jinħatar il-kmandant tal-ħidma sal-ġurnata li fiha l-kwartieri tal-ħidma jwaqqaf l-attività tiegħu, ATHENA għandha tħallas (terfa' r-responsabbiltà ta') l-ispejjeż komuni tal-ħidma:

(a) l-ispejjeż komuni msemmija fl-Anness III-A;

(b) l-ispejjeż komuni msemmija fl-Anness III-B, meta l-Kunsill hekk jiddeċiedi.

4.  L-ispejjeż komuni tal-ħidma (tal-pjan operazzjonali) jinkludu wkoll n-nefqa neċessarja biex tintemm il-ħidma, kif imsemmija fl-Anness IV.

Il-ħidma tintemm meta l-apparat u l-infrastruttura fondati komunement għall-ħidma jkunu sabu d-destinazzjoni finali tagħhom u l-kontijiet għall-ħidma jkunu tniżżlu.

5.  L-ebda nefqa li tintnefaq bil-għan li tkopri l-ispejjeż li f'kull każ ikunu mħallsa minn Stat kontribwent jew aktar, istituzzjoni tal-Komunità jew organizzazzjoni internazzjonali, indipendentament mill-organizzazzjoni ta' ħidma, ma tista' tkun eleġibbli bħala spiża komuni.

▼M1

6.  Il-Kumitat Speċjali jista' jiddeċiedi abbażi ta' kull każ għalih li, minħabba ċirkostanzi partikolari, ċerti spejjeż inkrementali barra minn dawk elenkati fl-Anness III-B għandhom jitqiesu bħala spejjeż komuni għal xi operazzjoni waħda partikolari matul il-fażi attiva tagħha.

7.  Il-Kunsill u l-Kumitat Speċjali għandhom jiġu informati mill-Istati Membri, permezz ta' l-amministratur, dwar arranġamenti ta' qsim ta' spejjeż li jieħdu sehem fihom fil-kuntest ta' operazzjoni ta' l-UE.

▼B

Artikolu 15

Eserċizzji

1.  L-ispejjeż komuni ta' l-eserċizzji ta' l-Unjoni Eropea għandhom ikunu ffinanzjati minn ATHENA wara regoli u proċeduri simili għal dawk ta' ħidmiet li għalihom jikkontribwixxu l-Istati Membri kollha parteċipanti.

2.  L-ewwelnett, dawn l-ispejjeż komuni ta' l-eserċizzju għandhom ikunu magħmula minn spejjeż inkrementali għall-kwartieri fissi jew immanuvrati, u t-tieni, spejjeż inkrementali li jintnefqu mir-rikors ta' l-UE għall-assi u l-kapaċitajiet komuni tan-NATO meta jkunu disponibbli għal eserċizzju.

3.  Spejjeż komuni ta' l-eserċizzju ma għandhomx jinkludu spejjeż relatati ma':

(a) akkwisti kapitali, inkluż dawk relatati ma' bini, infrastruttura u tagħmir;

(b) il-fażi preparatorja u l-ippjanar ta' eserċizzji;

(ċ) trasport, kwartieri u alloġġjar għall-forzi.

Artikolu 16

Ammont ta' referenza

Kull azzjoni konġunta li biha l-Kunsill jiddeċiedi li l-Unjoni tmexxi ħidma militari u kull azzjoni konġunta jew deċiżjoni li biha l-Kunsill jiddeċiedi li jestendi ħidma ta' l-Unjoni għandu jkollha ammont ta' referenza għall-ispejjeż komuni ta' din il-ħidma. Bl-appoġġ partikolarment ta' l-istaff militari ta' l-Unjoni u, jekk hu/hi qiegħed/qiegħda fil-post, bl-appoġġ tal-kmandant tal-ħidma, l-amministratur għandu jevalwa l-ammont iġġudikat neċessarju biex ikopri l-ispejjeż komuni tal-ħidma għall-perjodu ppjanat. L-amministratur għandu jipproponi dan l-ammont fil-Presidenza lill-oqsma tal-Kunsill responsabbli għall-eżaminazzjoni tad-deċiżjoni jew l-azzjoni konġunta abbozzata.



IL-KAPITOLU 6

BUDGET

Artikolu 17

Prinċipji tal-budget

1.  Il-budget, imfassal fil-euro, huwa l-att li għal kull sena finanzjarja jiddetta u jawtorizza l-introjtu kollu u n-nefqa amministrata minn ATHENA.

2.  In-nefqa kollha għandha tkun konnessa ma' ħidma speċifika, ħlief meta approprjat għall-ispejjeż imsemmija fl-Anness I.

3.  L-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-budget huma awtorizzati għal kemm iddum sena finanzjarja li tibda fl-1 ta' Jannar u tispiċċa fil-31 ta' Diċembru ta' l-istess sena.

4.  L-introjtu tal-budget u n-nefqa għandhom jaqblu (ikunu bbilanċjati).

5.  L-ebda introjtu u lanqas nefqa ma jistgħu jkunu implimentati ħlief bl-allokazzjoni ta' Intestatura fil-budget u fi ħdan il-limitu ta' l-approprjazzjonijiet introdotti hemm.

Artikolu 18

Il-budget ta' kull sena adottiv u stabbilit

1.  Kull sena l-amministratur għandu jfassal budget abbozzat għas-sena finanzjarja ta' wara, bil-għajnuna ta' kull kmandant tal-ħidma għat-taqsima ta' “l-ispejjeż komuni tal-pjan operazzjonali”. L-amministratur għandu jipproponi l-budget abbozzat lill-Kumitat Speċjail sal-31 ta' Ottubru, l-iktar tard.

2.  L-abbozz għandu jinkludi:

(a) l-approprjazzjonijiet maħsuba bħala neċessarji biex ikopru l-ispejjeż komuni li jintnefqu għall-preparamenti, jew addizzjonalment, għall-ħidmiet;

(b) l-approprjazzjonijiet maħsuba bħala neċessarji biex ikopru l-ispejjeż komuni tal-pjan operazzjonali tal-ħidmiet kontinwi jew ippjanati, inkluż, meta approprjat, biex jintraddu l-ispejjeż komuni li jkunu ffinanzjati minn qabel minn Stat jew parti terza;

(ċ) Kalkolu (tbassir) ta' l-introjtu meħtieġ biex tkun koperta n-nefqa.

3.  L-approprjazzjonijiet għandhom ikunu kklassifikati f'nefqa miġbura f'titoli u kapitoli flimkien ma' tip jew għan, diviżi kemm ikun il-bżonn,f'artikoli. Kummenti ddettaljati f'kapitolu jew artikolu għandhom ikunu nklużi fil-budget abbozzat. Għandu jkun iddedikat titolu speċifiku wieħed għal kull ħidma. Titolu speċifiku wieħed għandu jkun il-parti ġenerali tal-budget u għandu jinkludi l-ispejjeż komuni li jintnefqu għall-preparamenti, jew addizzjonalment, għal ħidmiet.

4.  Kull titolu jista' jinkludi kapitolu intitolat “approprjazzjonijiet proviżorji”. Dawn l-approprjazzjonijiet għandhom jiddaħħlu billi fejn ikun hemm inċertezza, ibbażati fuq fondi serji, dwar l-ammont ta' approprjazzjonijiet meħtieġa jew l-iskop għall-implimentazzjoni ta' l-approprjazzjonijiet imdaħħla.

5.  L-introjtu għandu jikkonsisti minn:

(a) kontribuzzjonijiet imħallsa mill-Istati Membri kontribwenti u parteċipanti u,meta approprjat, mill-Istati terzi kontribwenti;

(b) introjtu mixxellanju, diviż f'titolu, li jinkludi l-interess riċevut, introjtu minn bejgħ u dak li joħroġ mill-budget mis-sena finanzjarja ta' qabel, wara li jkun determinat mill-Kumitat Speċjali.

6.  Il-Kumitat Speċjali għandu japprova l-budget abbozzat sal-31 ta' Diċembru. L-amministratur għandu jadotta l-budget approvat u jinnotifika l-Istati kontribwenti u l-parteċipanti.

Artikolu 19

Budgets emendati

1.  F'każ ta' ċirkostanzi imprevvisti, eċċezzjonali jew li ma jistgħux ikunu mwarrbin(evitati), partikolarment meta tinqala' xi ħidma waqt is-sena finanzjarja, l-amministratur għandu jipproponi budget abbozzat emendat. Jekk il-budget abbozzat emendat jaqbeż sostanzjalment l-ammont ta' referenza għall-ħidma kkonċernata, il-Kumitat Speċjal jista' jitlob lill-Kunsill biex japprovah.

2.  Il-budget abbozzat emendat għandu jkun imfassal, propost, approvat, u adottat, u tingħata notifika skond l-istess proċedura tal-budget ta' kull sena. Madankollu, meta l-budget emendat ikun marbut(konness, relatat) mat-tnidija tal-ħidma militari ta' l-Unjoni, għandu jkun akkumpanjat b'rendikont finanzjarju dettaljat dwar l-ispejjeż komuni antiċipati għall-ħidma sħiħa. Il-Kumitat Speċjali għandu jiddiskutih filwaqt li jikkonsidra l-urġenza tiegħu.

Artikolu 20

Trasferimenti

1.  Meta approprjat u fuq bażi ta' proposta mill-kmandant tal-ħidma, l-amministratur jista' jagħmel trasferimenti ta' l-approprjazzjonijiet. L-amministratur għandu jinforma lill-Kumitat Speċjali dwar l-intenzjoni tiegħu/tagħha, sakemm tippermetti l-urġenza tas-sitwazzjoni, tliet ġimgħat minn qabel.

Madankollu, l-approvazzjoni minn qabel tal-Kumitat Speċjali għandha tkun meħtieġa meta:

(a) it-trasferiment ippjanat jemenda l-approprjazzjonijiet previsti kollha għall-ħidma;

jew

(b) it-trasferimenti ppjanati bejn il-kapitoli tul is-sena finanzjarja jaqbżu 10 % ta' l-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-kapitolu li minnu jitfasslu l-approprjazzjonijiet, bħal ma jkun jidher fil-budget adottat għas-sena finanzjarja fid-data meta ssir il-proposta għat-trasferiment fil-kwestjoni.

2.  Meta hu/hi j/jidhrilha li dan hu neċessarju għat-tmexxija proprja ta' ħidma, fit-tliet xhur wara d-data tat-tnidija tal-ħidma, il-kmandant tal-ħidma jista' jagħmel trasferimenti ta' l-approprjazzjonijiet allokati għall-ħidma, bejn artikoli u bejn kapitoli fit-taqsima ta' “l-ispejjeż komuni tal-pjan operazzjonali” tal-budget. Hu/hi għandu/ha j/tinforma lill-amministratur u lill-Kumitat Speċjali tiegħu.

Artikolu 21

Tmexxija ‘l quddiem ta' approprjazzjonijiet

1.  Fi prinċipju, l-approprjazzjonijiet intiżi biex ikopru l-ispejjeż komuni li jintnefqu għall-preparamenti, jew addizzjonalment, għall-ħidmiet, li ma jkununx irtabtu, ikunu kkanċellati fl-aħħar tas-sena finanzjarja.

2.  Approprjazzjonijiet intiżi biex ikopru l-ispiża tat-tagħmir u l-materjal maħżun amministrati minn ATHENA jistgħu jinġarru darba għas-sena finanzjarja ta' wara, meta r-rabta għal dak l-effett tkun saret qabel il-31 ta' Diċembru tas-sena finanzjarja kurrenti. Jekk ikunu neċessarji, l-approprjazzjonijiet intiżi biex ikopru l-ispejjeż komuni tal-pjan operazzjonali jistgħu jinġarru (jitmexxew ‘il quddiem) għal ħidma li ma tkunx intemmet bi sħiħ.

3.  L-amministratur għandu jagħti (iressaq) proposti għat-tmexxija ‘l quddiem ta' approprjazzjonijiet mis-sena finanzjarja ta' qabel lill-Kumitat Speċjali sal-15 ta' Frar. ►M1  Dawn il-proposti għandhom jiġu kkunsidrati bħala approvati sakemm il-Kumitat Speċjali ma jiddeċidix mod ieħor sal-15 ta' Marzu. ◄

Artikolu 22

Implimentazzjoni antiċipata

La darba l-budget ta' kull sena jkun adottat:

(a) approprjazzjonijiet li jidhru f'dak il-budget jistgħu jintrabtu b'effett mill-1 ta' Jannar tas-sena ta' wara;

(b) Nefqa li, bil-prinċipju ta' obbligazzjonijiet appalti jew legali, għandha titħallas minn qabel, tista' titħallas mill-approprjazzjonijiet previsti għas-sena ta' wara, wara approvazzjoni mill-Kumitat Speċjali.



IL-KAPITOLU 7

KONTRIBUZZJONIJIET U RADD TA' FLUS

Artikolu 23

Determinazzjoni ta' kontribuzzjonijiet

1.  Approprjazzjonijiet biex ikopru spejjeż komuni li jintnefqu għall-preparament, jew addizzjonalment, għall-ħidmiet, li ma humiex koperti minn introjtu mixxellanju għandhom ikunu ffinanzjati mill-kontribuzzjonijiet ta' l-Istati Membri parteċipanti.

2.  Approprjazzjonijiet biex ikopru l-ispejjeż komuni tal-pjan operazzjonali ta' ħidma għandhom ikunu koperti permezz ta' kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri u Stati terzi li jikkontribwixxu għall-ħidma.

3.  Il-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-Istati Membri kontribwenti biex issir il-ħidma għandhom ikunu ekwivalenti għall-ammont ta' l-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-budget u intiżi biex ikopru l-ispejjeż komuni tal-pjan operazzjonali ta' dik il-ħidma, u jkunu mnaqqsa l-ammonti tal-kontribuzzjonijiet imħallsa għall-istess ħidma mill-Istati terzi kontribwenti fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 11.

4.  L-iskomposizzjoni tal-kontribuzzjonijiet bejn l-Istati Membri li minnhom hi meħtieġa kontribuzzjoni għandha tkun determinata skond l-iskala tal-prodott gross nazzjonali kif inhu speċifikat fl-Artikolu 28(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/597/KE, Euratom tad-29 ta' Settembru 2000 fuq is-sistema tar-riżorsi proprja ( 1 ) tal-Komunitajiet Ewropej, jew kull deċiżjoni oħra tal-Kunsill li tista' tieħu postha.

5.  Id-data għall-kalkulazzjoni tal-kontribuzzjonijiet għandha tkun dik imfassla fil-kolonna tar-“riżorsi proprja tal-GNI” fit-tabella tat-“Taqsira tal-finanzjament tal-budget ġenerali bit-tip tar-riżors proprju tiegħu u minn Stat Membru” annessa ma' l-aħħar budget adottat mill-Komunitajiet Ewropej. Il-kontribuzzjoni ta' kull Stat Membru li minnu kontribuzzjoni hija dovuta għandha tkun proporzjonali għas-sehem tad-dħul gross nazzjonali (GNI) ta' dak l-Istat Membru fix-xirka totali GNI ta' l-Istati Membri li minnhom hi dovuta kontribuzzjoni.

Artikolu 24

Skeda għall-ħlas tal-kontribuzzjonijiet

1.  Il-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri parteċipanti intiżi biex ikopru l-ispejjeż komuni li jintnefqu fil-preparamenti, jew addizzjonalment, għall-ħidmiet, għandhom jitħallsu qabel l-1 ta' Marzu tas-sena finanzjarja konċernata.

2.  Meta l-Kunsill ikun adotta ammont ta' referenza għal ħidma militari ta' l-Unjoni, l-Istati Membri kontribwenti għandhom iħallsu l-kontribuzzjonijiet tagħhom fuq livell ta' 30 % ta' l-ammont ta' referenza, kemm-il darba l-Kunsill jiddeċiedi fuq persentaġġ ogħla.

3.  Fuq il-bażi ta' proposta mill-amministratur, il-Kumitat Speċjali jista' jiddeċiedi li l-kontribuzzjonijiet addizzjonali jissejħu aktar qabel l-adozzjoni ta' budget emendat għall-ħidma. Il-Kumitat Speċjali jista' jiddeċiedi li jirreferi l-każ lill-oqsma preparatorji kompetenti tal-Kunsill.

4.  Meta l-approprjazzjonijiet intiżi biex ikopru l-ispejjeż komuni tal-pjan operazzjonali tal-ħidma, ikunu ddaħħlu fil-budget, l-Istati Membri għandhom iħallsu l-bilanċ tal-kontribuzzjonijiet li għandhom jagħtu għal dik il-ħidma fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 23 wara tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet diġà msejħa minnhom għall-istess ħidma fl-istess sena finanzjarja. ►M1  Madankollu, meta l-operazzjoni hija ppjanata li ddum iżjed minn sitt xhur, il-bilanċ tal-kontributi għandu jitħallas permezz ta' rati kull sitt xhur. F'tali każ, l-ewwel rata għandha titħallas fi żmien xahrejn mill-bidu ta' l-operazzjoni; it-tieni rata għandha titħallas f'terminu perentorju li għandu jiġi stabbilit mill-Kumitat Speċjali billi jaġixxi fuq proposta mill-amministratur, b'kont meħud ta' ħtiġijiet operazzjonali. Il-Kumitat Speċjali jista' jmur lil hinn minn dawn id-disposizzjonijiet. ◄

5.  Meta jkun adottat ammont ta' referenza jew budget, l-amministratur għandu jibgħat is-sejħiet korrispondenti għal kontribuzzjonijiet permezz ta' ittra lill-amministraturi nazzjonali li d-dettalji tagħhom ikunu kkomunikati lilu/lilha.

▼M2

6.  Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra f’din id-Deċiżjoni, il-kontributi għandhom jitħallsu fi żmien 30 jum wara d-dispaċċ tas-sejħa rilevanti għall-kontributi.

▼B

7.  Kull Stat kontribwenti għandu jħallas lill-bank il-piżijiet relatati mal-ħlas tal-kontribuzzjoni proprja tiegħu.

▼M2

Artikolu 25

Finanzjament Bikri

1.  Fil-każ ta’ operazzjoni ta’ Risposta Rapida Militari ta’ l-UE, il-kontributi għandhom ikunu dovuti minn Stati Membri kontribwenti fil-livell ta’ l-ammont ta’ referenza. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 24 (4), il-ħlasijiet għandhom isiru kif imfisser hawn taħt.

2.  Għall-fini ta’ finanzjament bikri ta’ operazzjonijiet ta’ Risposta Rapida Militari ta’ l-UE, l-Istati Membri parteċipanti għandhom:

(a) jew iħallsu kontributi lil ATHENA minn qabel;

(b) jew, meta l-Kunsill jiddeċiedi li jmexxi operazzjoni ta’ Risposta Rapida Militari ta’ l-UE li huma jikkontribwixxu għall-finanzjament tagħha, iħallsu l-kontributi tagħhom għall-ispejjeż komuni ta’ dik l-operazzjoni fi żmien ħamest' ijiem wara d-dispaċċ tas-sejħa fil-livell ta’ l-ammont ta’ referenza, sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix mod ieħor.

3.  Għall-fini msemmi hawn fuq, il-Kumitat Speċjali, magħmul minn rappreżentant wieħed ta’ kull Stat Membru li għażel li jħallas kontributi minn qabel (minn issa ’l quddiem “Stati Membri antiċipanti”), għandu jistabbilixxi approprjazzjonijiet proviżorji taħt titolu speċifiku fil-budget. Dawn l-approprjazzjonijiet provviżorji għandhom jiġu koperti minn kontributi li jistgħu jitħallsu mill-Istati Membri antiċipanti fi żmien 90 jum wara d-dispaċċ tas-sejħa għal dawn il-kontributi. Madankollu, il-kontributi minn qabel dovuti għas-sena 2005 għandhom jitħallsu f’żewġ rati, li jistgħu jitħallsu sat-30 ta’ April u t-30 ta’ Novembru 2005 rispettivament.

4.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 24 (4), il-kontributi dovuti minn Stat Membru antiċipanti għal operazzjoni, sal-livell tal-kontribut li ħallas lill-approprjazzjonijiet provviżorji msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, għandhom ikunu jistgħu jitħallsu fi żmien 90 jum wara d-dispaċċ tas-sejħa. Ammont simili jista’ jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-kmandant ta’ l-operazzjoni mill-kontributi mħallsa minn qabel.

5.  Minkejja l-Artikolu 20, għandu jsir riforniment ta’ kwalunkwe approprjazzjoni provviżorja msemmija taħt il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu li hija wżata għal operazzjoni fi żmien 90 jum wara d-dispaċċ tas-sejħa.

6.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, kwalunkwe Stat Membru antiċipanti jista, ’ f’ċirkostanzi speċifiċi, jawtorizza lill-amministratur biex juża l-kontribut tiegħu mħallas minn qabel biex ikopri l-kontribut tiegħu għal operazzjoni li jipparteċipa fiha, ħlief għal operazzjoni ta’ Risposta Rapida. Għandu jsir riforniment tal-kontribut imħallas minn qabel mill-Istat Membru kkonċernat fi żmien 90 jum wara d-dispaċċ tas-sejħa.

7.  Minkejja l-Artikolu 31 (3), il-kmandant ta’ l-operazzjoni jista’ jimpenja u jħallas l-ammonti li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tiegħu.

8.  Kwalunkwe Stat Membru jista’ jreġġa’ lura l-għażla tiegħu billi jagħti notifika lill-amministratur mill-inqas tliet xhur bil-quddiem.

▼B

Artikolu 26

Radd lura tal-finanzjament minn qabel

1.  Stat Membru, Stat terz jew, kif inhu xieraq, organizzazzjoni internazzjonali li tkun awtorizzata mill-kunsill biex tiffinanzja minn qabel parti mill-ispejjeż komuni ta' ħidma, tista' tikseb ir-radd tal-flus minn ATHENA billi tagħmel talba flimkien ma' dokumenti neċessarji ta' sostenn u ndirizzata lill-amministratur l-iktar tard sa xahrejn wara d-data tat-tlestija tal-ħidma konċernata.

2.  L-ebda talba għal radd ta' flus ma tista' tkun onorata jekk ma tkunx approvata mill-kmandant tal-ħidma u mill-amministratur.

3.  Jekk tkun approvata talba għar-radd tal-flus ippreżentata minn Stat kontribwent, tista' titnaqqas mis-sejħa għal kontribuzzjonijiet li jkun imiss indirizzata lil dak l-Istat mill-amministratur.

4.  Jekk l-ebda telefonata ma tkun antiċipata meta t-talba hija approvata, jew jekk it-talba approvata għar-radd tal-flus taqbeż il-kontribuzzjoni anteċipata, l-amministratur għandu jħallas l-ammont li jrid jitradd fi żmien 30 ġurnata, filwaqt li titqies iċ-ċirkolazzjoni tal-flus ta' ATHENA u dak li jkun jinħtieġ biex ikunu ffinanzjati l-ispejjeż komuni tal-ħidma kkonċernata.

5.  Ir-radd tal-flus għandu jkun dovut skond id-Deċiżjoni, ukoll jekk il-ħidma tkun ikkanċellata.

Artikolu 27

Amministrazzjoni minn ATHENA ta' nefqa li ma hijiex inkluża fl-ispejjeż komuni

1.  Fuq bażi ta' proposta mill-amministratur jew minn Stat Membru, il-Kumitat Speċjali jista' jiddeċiedi li t-tmexxija amministrattiva ta' ċerta nefqa relatata ma' ħidma, partikolarment fil-qasam tal-maħsel u l-appoġġ/taħwid tas-saħħa ta' l-isorz uman, filwaqt li tibqa' r-responsabbilità ta' l-Istat Membru li tikkonċerna, għandha tkun fdata lil ATHENA.

2.  Fid-deċiżjoni tiegħu, il-Kumitat Speċjali jista' jawtorizza lill-kmandant tal-ħidma biex jidħol f'kuntratti f'isem l-Istati Membri parteċipanti f'ħidma, biex jinkisbu r-rifornimenti deskritti. Il-Kumitat Speċjali jista' jawtorizza lill-budget ta' ATHENA biex jiffinanzja minn qabel in-nefqa mill-Istati Membri jew jiddeċiedi li ATHENA tiġbor il-fondi neċessarji minn qabel mill-Istati Membri biex ikunu onorati l-appalti li fihom ikunu mdaħħla.

3.  ATHENA għandha żżomm il-kontijiet tan-nefqa mħallsa minn kull Stat Membru li l-amministrazzjoni tiegħu tkun fdata bihom. Kull xaħar għandha tibgħat lil kull Stat Membru, rendikont (prospett) tan-nefqa mħallsa u li ntnefqet minnha jew mill-istaff tagħha fix-xahar ta' qabel, u għandha ssejjaħ għall-fondi neċessarji biex tħallas din in-nefqa. l-Istati Membri għandhom iħallsu lil ATHENA l-fondi meħtieġa fi żmien 30 ġurnata wara bgħit tas-sejħa għall-fondi.

Artikolu 28

Interessi fuq ħlas li jsir tard

►M1  1. ◄   Jekk Stat ma jissodisfax l-obbligazzjonijiet tiegħu finanzjarji, il-Komunità tirregola l-interessi fuq ħlas li jsir tard determinat bl-Artikolu 71 tar-Regolament tal-Kunsill Regulation (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 fuq ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej ( 2 ) b'relazzjoni mal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tal-budget tal-Komunità u li għandu jkun applikabbli bl-analoġija.

▼M1

2.  Meta ħlas ikun mhux iżjed minn għaxart ijiem tard, l-ebda interess ma għandu jiġi applikat. Meta ħlas ikun iżjed minn għaxart ijiem tard, l-interessi għandhom japplikaw għad-dewmien kollu.

▼B



IL-KAPITOLU 8

IMPLIMENTAZZJONI TAN- NEFQA

Artikolu 29

Prinċipji

1.  L-approprjazzjonijiet ta' ATHENA għandhom jintużaw skond il-prinċipji ta' amministrazzjoni sħiħa finanzjarja, jiġifieri skond il-prinċipji ta' l-ekonomija, effettività u l-effiċenza.

2.  Uffiċjali awtorizzati għandhom ikunu responsabbli għall-implimentazzjoni ta' l-introjtu jew in-nefqa ta' ATHENA skond il-prinċipji ta' amministrazzjoni sħiħa finanzjarja biex ikun assigurat li l-ħtiġijiet tal-legalità u r-regolarità jkunu mħarsa. L-uffiċjali awtorizzati għandhom jagħmlu rabtiet legali u tal-budget, jiċċaraw u jawtorizzaw in-nefqa u jwettqu azzjonijiet qabel din l-implimentazzjoni ta' l-approprjazzjonijiet. Uffiċjal awtorizzat jista' jiddelega d-dmirijiet tiegħu/tagħha b'deċiżjoni stabbilita:

(a) staff fuq livell xieraq għal delegazzjoni bħal din;

(b) il-limitu tas-setgħat mogħtija; u

(ċ) l-iskop għal benefiċjarji biex jissotodelegaw is-setgħat tagħhom.

3.  L-implimentazzjoni ta' l-approprjazzjonijiet skond il-prinċipju tas-segregazzjoni ta' l-uffiċjal awtorizzat u l-uffiċjal tal-kontijiet għandha tkun assigurata. Id-dmirijiet ta' uffiċjal awtorizzat u uffiċjal tal-kontijiet għandhom ikunu inkompatibbli b'mod reċiproku. Kull ħlas li jsir mill-fondi amministrati minn ATHENA jeħtieġ il-firma konġunta ta' uffiċjal awtorizzat u ta' uffiċjal tal-kontijiet.

4.  Mingħajr preġudizzju għal din id-Deċiżjoni, meta l-implimentazzjoni ta' l-ispejjeż komuni hija fdata lil xi Stat Membru, istituzzjoni tal-Komunità jew, kif inhu xieraq, organizzazzjoniji internazzjonali, dak l-Istat, istituzzjoni jew organizzazzjoni għandhom jgħoddu r-regoli applikabbli għall-implimentazzjoni tan-nefqa proprja tagħhom. Meta l-amministratur jimplimenta direttament in-nefqa, din għandha tħares ir-regoli applikabbli għall-implimentazzjoni tat-taqsima tal-“Kunsill” tal-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.

5.  Madankollu, l-amministratur jista' jagħti l-Presidenza b'elementi għal proposta lill-Kunsill jew lill-Kumitat Speċjali dwar regoli għall-implimentazzjoni tan-nefqa komuni.

▼M1

6.  Il-Kumitat Speċjali jista' japprova regoli għall-implimentazzjoni ta' infiq komuni li jmorru lil hinn mill-paragrafu 4.

▼B

Artikolu 30

Spejjeż komuni li jintnefqu fil-preparamenti, jew addizzjonalment, għall-ħidmiet

L-amministratur għandu jwettaq id-dmirijiet ta' uffiċjal awtorizzat għan-nefqa li tkopri l-ispejjeż komuni fil-preparamenti, jew addizzjonalment, għall-ħidmiet.

Artikolu 31

Spejjeż komuni għal pjan operazzjonali

1.  Il-kmandant tal-ħidma għandu jwettaq id-dmirijiet ta' uffiċjal awtorizzat għan-nefqa li tkopri l-ispejjeż komuni tal-pjan operazzjonali tal-ħidma li hu/hi j/tikkmanda Madankollu, l-amministratur għandu jwettaq id-dmirijiet ta' uffiċjal awtorizzat għan-nefqa li tkopri l-ispejjeż komuni tal-pjan operazzjonali li jintnefqu waqt il-fażi preparatorja ta' ħidma speċifika, u li huma direttament implimentati minn ATHENA, jew relatati mal-ħidma wara t-tmiem tal-fażi attiva tagħha.

2.  Is-somom meħtiġa għall-implimentazzjoni tan-nefqa ta' ħidma għandhom ikunu ttrasferiti mill-kont bankarju ta' ATHENA mill-amministratur għall-kmandant tal-ħidma, fuq it-talba tiegħu/tagħha, fil-kont bankarju miftuħ f'isem ATHENA, li tieghu, il-kmandant tal-ħidma jkun ta d-dettalji.

3.  Permezz ta' deroga mill-Artikolu 17(5), l-adozzjoni ta' l-ammont ta' referenza għandha tħaddem id-dritt ta' l-amministratur u tal-kmandant tal-ħidma, kull wieħed fil-qasam tiegħu/tagħha ta' kompetenza, biex jintrabat li jħallas spejjeż għall-ħidma kkonċernata sa 30 % mill-ammont ta' referenza, kemm-il darba l-Kunsill ifassal persentaġġ ogħla. Il-Kumitat Speċjali, fuq il-bażi ta' proposta mill-amministratur, jista' jiddeċiedi li nefqa addizzjonali tista' tkun marbuta u mħallsa. Il-Kumitat Speċjali jista' jiddeċiedi li jirreferi l-kwistjoni lill-oqsma preparatorji kompetenti fil-Presidenza għand il-Kunsill. Din id-deroga ma għandhiex tgħodd aktar mid-data ta' l-adozzjoni tal-budget għall-ħidma kkonċernata.

4.  Waqt il-perjodu qabel l-adozzjoni tal-budget għal ħidma, l-amministratur u l-kmandant tal-ħidma jew ir-rappreżentant tiegħu/tagħha għandhom jagħmlu rapport lill-Kumitat Speċjali kull ħmistax, kull wieħed jirrapporta fuq il-materji li jikkonċernaw lilu/lilha, dwar dak li għandu x'jaqsam man-nefqiet li huma eleġibbli bħala spejjeż komuni għal dik il-ħidma. Il-Kumitat Speċjali, fuq il-bażi ta' proposta mill-amministratur, il-kmandant tal-ħidma jew Stat Membru, jista' joħroġ direttivi fuq l-implimentazzjoni tan-nefqa waqt dak il-perjodu.

5.  Permezz ta' deroga mill-Artikolu 17(5), fil-każ ta' periklu imminenti għall-ħajjiet tal-persunal involuti f'ħidma militari ta' l-Unjoni, il-kmandant tal-ħidma ta' dik l-operazzjoni jista' jimplimenta n-nefqa neċessarja biex isalva l-ħajjiet tal-persunal, aktar mill-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-budget. Hu/hi għandhom jinformaw lill-amministratur u lill-Kumitat Speċjali kemm jista' jkun malajr. F'dan il-każ, filwaqt li jikkomunika mal-kmandant tal-ħidma, l-amministratur għandu jipproponi t-trasferimenti meħtieġa biex tkun iffinanzjata din in-nefqa li ma tkunx mistennija. Jekk ma hux possibbli li jkunu assigurati fondi suffiċjenti għal din in-nefqa permezz ta' trasferiment, l-amministratur għandu jipproponi budget emendat.



IL-KAPITOLU 9

DESKRIZZJONI FINALI TAT-TAGĦMIR U L-INFRASTRUTTURA FFINANZJATI KOMUNEMENT

Artikolu 32

1.  Bil-għan ta' l-istralċ tal-ħidma li hu/hi jkun ikkmanda, il-kmandant tal-ħidma għandu jaġixxi kemm ikun bżonn biex isib deskrizzjoni finali għat-tagħmir u l-infrastruttura miksuba komunement għal dik il-ħidma. Hu/hi għandhom jipproponu lill-Kumitat Speċjali r-rata relevanti fit-tnaqqis tal-prezz kemm ikun hemm bżonn.

2.  L-amministratur għandu jamministra t-tagħmir u l-infrastruttura li jibqgħu wara t-tmiem tal-fażi attiva tal-ħidma, bil-għan li jekk hemm bżonn, tinstab id-deskrizzjoni finali tagħha.. Hu/hi għandhom jipproponu lill-Kumitat Speċjali r-rata relevanti fit-tnaqqis tal-prezz kemm ikun hemm bżonn.

3.  Ir-rata it-tnaqqis tal-prezz għat-tagħmir, infrastruttura u assi oħra għandha tkun approvata mill-Kumitat Speċjali malajr kemm jista' jkun possibli.

4.  Id-deskrizzjoni finali tat-tagħmir u l-infrastruttura ffinanzjati komunement għandha tkun approvata mill-Kumitat Speċjali, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-ħidma u l-kriterji finanzjarji. Id-deskrizzjoni finali tista' tkun kif ġejja:

(a) fil-każ ta' l-infrastruttura biex tinbiegħ jew trasferita permezz ta' ATHENA lill-pajjiż li qed jirċievi, Stat Membru jew parti terza;

(b) fil-każ ta' tagħmir li jinbiegħ permezz ta' ATHENA lil Stat Membru, il-pajjiż li qed jirċievi jew parti terza, jew ikun maħżun u miżmum minn ATHENA, Stat Membru jew parti terza.

5.  It-tagħmir u l-infrastruttura għandhom jinbiegħu lil Stat Kontribwenti, il-pajjiż li qed jirċievi jew parti terza għall-valur fis-suq tagħhom, jew, fejn l-ebda valur fis-suq jista' jkun determinat, filwaqt li titqies ir-rata relevanti tat-tnaqqis fil-prezz.

6.  Bejgħ jew trasferiment lill-pajjiż li qed jirċievi jew parti terza, għandu jkun skond ir-regoli tas-sigurtà, partikolarment fi ħdan il-Kunsill, l-Istati kontribwenti jew in-NATO, kif inhu xieraq.

7.  Meta jkun deċiż li ATHENA għandha Imnut it-tagħmir meħtieġ għal ħidma, l-Istati Membri kontribwenti jistgħu jsaqsu għall-kumpens finanzjarju mill-Istati Membri l-oħra parteċipanti. Il-Kumitat Speċjali, magħmul mir-rappreżentanti ta' l-Istati Membri parteċipanti kollha, għandu jieħu d-deċiżjonijiet xierqa fuq bażi ta' proposta mill-amministratur.



IL-KAPITORLU 10

KONTIJIET U INVENTARJU

Artikolu 33

Prinċipji

Meta l-implimentazzjoni tan-nefqa komuni tkun fdata lil Stat Membru, istituzzjoni tal-Komunità jew, kif inhu xieraq, organizzazzjoni internazzjonali, dak l-Istat, istituzzjoni jew organizzazzjoni għandhom japplikaw ir-regoli li huma applikabbli għall-kontijiet tan-nefqa u l-inventarju proprji tagħhom.

Artikolu 34

Kontijiet għal spejjeż komuni tal-pjan operazzjonali

Il-kmandant tal-ħidma għandu jżomm kontijiet ta' trasferimenti reċevuti minn ATHENA, tan-nefqa li hu/hi jkunu ntrabtu u tal-ħlasijiet li jkunu saru, kif ukoll inventarju tal-proprjetà mobbli ffinanzjata mill-budget ta' ATHENA u wżat għall-ħidma li hu/hi j/tikkmanda.

Artikolu 35

Kontijiet konsolidati

1.  L-uffiċjal tal-kontijiet għandu jżomm il-kontijiet ta' kontribuzzjonijiet imsejħa u tat-trasferimenti li jkunu saru. Hu/hi għandhom ukoll iniżżlu l-kontijiet għall-ispejjeż komuni li jintnefqu għall-preparamenti, jew addizzjonalment, għall-ħidmiet, u għal nefqa ta' ħidma implimentata taħt ir-responsabbilità diretta ta' l-amministratur.

2.  L-uffiċjal tal-kontijiet għandu jniżżel il-kontijiet konsolidati għall-introjtu u n-nefqa ta' ATHENA. Kull kmandant tal-ħidma għandu jibgħat il-kontijiet tiegħu/tagħha għan-nefqa li hu/hi j/tkun intrabtet u l-ħlasijiet li hu/hi jkunu għamlu, kif ukoll għall-finanzjament minn qabel li hu/hi jkunu approvaw biex ikopru l-ispejjeż komuni tal-pjan operazzjonali tal-ħidma li hu/hi j/tikkmanda.



IL-KAPITOLU 11

VERIFIKA U PREŻENTAZZJONI TAL-KONTIJIET

Artikolu 36

Rapporti regolari lill-Kumitat Speċjali

Kull tliet xhur, l-amministratur għandu jippreżenta lill-Kumitat Speċjali rapport dwar l-implimentazzjoni ta' l-introjtu u n-nefqa waqt it-tliet xhur ta' qabel u mill-bidu tas-sena finanzjarja. Għal dan il-għan, kull kmandant tal-ħidma għandu jagħti rapport lill-amministratur fi żmien tajjeb, dwar in-nefqa relatata ma' l-ispejjeż komuni tal-pjan operazzjonali tal-ħidma illi hu/hi j/tikkmanda.

Artikolu 37

Verifika tal-kontijiet

1.  Meta l-implimentazzjoni tan-nefqa ta' ATHENA tkun fdata lil Stat Membru, istituzzjoni tal-Komunità jew lil xi organizzazzjoni internazzjonali, dak l-Istat, istituzzjoni jew organizzazzjoni għandhom japplikaw ir-regoli li jgħoddu għall-verifika tan-nefqa proprja tagħhom.

2.  Madankollu, l-amministratur jew persuni maħtura minnu/ha, meta jridu jistgħu jagħmlu verifika ta' l-ispejjeż komuni ta' ATHENA li jintnefqu għall-preparamenti, jew addizzjonalment, għall-ħidmiet, jew l-ispejjeż komuni tal-pjan operazzjonali ta' ħidma. Aktar minn hekk, fuq bażi ta' proposta mill-amministratur jew minn Stat Membru, meta jrid il-Kumitat Speċjali jista' jaħtar awdituri esterni, u jistabilixxi l-kompiti u l-kondizzjonijiet ta' l-impjieg tagħhom.

3.  Verifika tan-nefqa relatata ma' l-ispejjeż komuni li jintnefqu għall-preparamenti, jew addizzjonalment, għall-ħidmiet, u spejjeż tal-pjan operazzjonali li ma jkunux diġà vverifikati minn awdituri esterni li jaġixxu f'isem ATHENA għandhom jitmexxew fi żmien xahrejn wara t-tmiem ta' kull sena finanzjarja.

4.  Bil-għan li jkun hemm awdituri esterni, għandu jkun stabbilit kulleġġ ta' sitt awdituri membri. Kull sena, il-Kumitat Speċjail għandu jaħtar żewġ membri għal perjodu ta' tliet snin li ma jiġġeddidx, minn kandidati proposti mill-Istati Membri. Il-kandidati għandhom ikunu membri f'qasam nazzjonali tal-verifika ta' Stat Membru u joffru garanziji biżżejjed ta' sigurtà u indipendenza. Dawn għandhom ikunu disponibbli biex iwettqu kompiti f'isem ATHENA kif ikun meħtieġ. Waqt li jkunu qed iwettqu dawn il-kompiti:

(a) il-membri tal-kulleġġ għandhom ikomplu jkunu mħallsa mill-qasam ta' l-oriġini tagħhom tal-verifika u minn ATHENA għandhom jirċievu biss ir-radd ta' flus ta' l-ispejjeż tal-missjoni tagħhom skond ir-regoli li jgħoddu għall-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew ta' grad ekwivalenti;

(b) huma la għandhom jagħmlu talba u lanqas jirċievu istruzzjonijiet barra dak mill-Kumitat Speċjali; fi ħdan il-mandat tal-verifika tiegħu, il-Kulleġġ ta' l-Awdituri u l-membri tiegħu għandhom ikunu indipendenti kompletament u responsabbli biss għall-kondotta tal-verifika esterna;

(ċ) huma għandhom jirrapportaw biss dwar il-kompiti tagħhom lill-Kumitat Speċjali;

(d) huma għandhom jiċċekkjaw li n-nefqa ffinanzjata minn ATHENA tkun implimentata b'konformità mal-leġislazzjoni applikabbli u l-prinċipji ta' amministrazzjoni sħiħa finanzjarja, jiġifieri skond il-prinċipji ta' l-ekonomija, l-effettività u l-effiċenza.

Kull sena l-Kulleġġ ta' l-Awdituri għandu jeleġġi l-president tiegħu għas-sena finanzjarja li tkun ġejja(ta' wara). Il-kulleġġ għandu jadotta r-regoli applikabbli għall-verifiki mwettqa mill-membri tiegħu skond l-ogħla standards internazzjonali. Il-Kulleġġ ta' l-Awdituri għandu japprova r-rapporti tal-verifika mfassla mill-membri tiegħu qabel ma jingħataw lill-amministratur u lill-Kumitat Speċjali.

5.  Il-Kumitat Speċjali jista' jiddeċiedi fuq bażi ta' każ-każ u fuq motivazzjonijiet speċifiċi biex juża oqsma (organiżmi) oħra esterni.

6.  Qabel ma jwettqu l-kompiti tagħhom, il-persuni responsabbli għall-verifika tan-nefqa ta' ATHENA għandhom ikunu rċevew permess għal aċċess ta' informazzjoni kklassifikata sa ta' l-inqas livell “Sigriet EU” miżmum mill-Kunsill, jew permess ekwivalenti minn Stat Membru jew in-NATO, kif xieraq. Dawk il-persuni għandhom jassiguraw illi huma jirrispettaw il-konfidenzalità ta' l-informazzjoni u jipproteġu d-data li minnha jiskbu għarfien waqt il-kompiti tagħhom tal-verifika, skond ir-regoli applikabbli għal dik l-informazzjoni jew data.

7.  L-amministratur u l-persuni responsabbli għall-verifika tan-nefqa ta' ATHENA għandhom ikollhom aċċess mingħajr dewmien u mingħajr ma jagħtu attenzjoni minn qabel lid-dokumenti u l-kontenuti tas-sostenn kollu tad-data relatati ma' dik in-nefqa, u l-postijiet fejn jinżammu dawk id-dokumenti u s-sostenn. Huma jistgħu jagħmlu kopji. Il-persuni involuti fl-implimentazzjoni tan-nefqa ta' ATHENA għandhom jagħtu l-assistenza neċessarja fit-twettiq tal-kompiti (prestazzjoni) tagħhom lill-amministratur u l-persuni responsabbli għall-verifika ta' dik in-nefqa.

8.  L-ispiża tal-verifiki mmexxija minn awdituri f'isem ATHENA għandha tkun ikkunsidrata bħala spiża komuni li għandha tkun responsabbli minnha ATHENA.

Artikolu 38

Preżentazzjoni ta' kull sena tal-kontijiet

1.  Sa April wara t-tmiem tas-sena finanzjara u bl-assistenza ta' l-uffiċjal tal-kontijiet u ta' kull kmandant tal-ħidma, l-amministratur għandu jniżżel u jagħti lill-Kumitat Speċjali, il-kontijiet ta' kull sena ta' l-amministrazzjoni, il-rendikont tal-bilanċ ta' kull sena għal ATHENA, u rapport dwar l-attività. Il-kontijiet ta' kull sena ta' l-amministrazzjoni għandhom jiddistingwu bejn l-ispejjeż komuni ta' ATHENA li jintnefqu għall-preparamenti, jew addizzjonalment, għall-ħidmiet, u l-ispejjeż komuni tal-pjan operazzjonali ta' kull ħidma mmexxija waqt is-sena finanzjarja fil-kwestjoni, kif ukoll l-introjtu mixxellanju u l-introjtu minn Stati Membri u Stati terzi. Bħala assi, ir-rendikont tal-bilanċ għandu juri l-assi kollha li huma ta' ATHENA, filwaqt li jitqies it-tnaqqis fil-prezz tagħhom u t-telf jew iż-żarma kollha, u għandu juri r-riservi tiegħu bħala responsabbiltajiet. L-amministratur għandu jagħti l-kontijiet ta' l-amministrazzjoni lill-Kulleġġ ta' l-Awdituri biex ikunu eżaminati u tingħata opinjoni sa Frar wara t-tmiem tas-sena finanzjarja.

2.  Il-Kumitat Speċjali għandu japprova l-kontijiet ta' kull sena ta' l-amministrazzjoni u r-rendikonti tal-bilanċ. Il-Kumitat għandu jagħti dover lill-amministratur, l-uffiċjal tal-kontijiet u kull kmandant tal-ħidma għas-sena finanzjarja fil-kwestjoni.

3.  Il-kontijiet u l-inventarji kollha għandhom jinżammu, kull wieħed fuq il-livell tiegħu/tagħha, mill-uffiċjal tal-kontijiet u kull kmandant tal-ħidma għal perjodu ta' ħames snin mid-data li fiha jkun ingħata dover korrispondenti.

4.  Il-Kumitat Speċjali għandu jiddeċiedi li jdaħħal il-bilanċ bħala riżultat mill-budget għal sena finanzjarja li l-kontijiet għaliha jkunu approvati fil-budget tas-sena finanzjarja ta' wara, bħala introjtu jew nefqa, u dan jiddependi miċ-ċirkostani, permezz ta' budget emendat.

5.  Dik il-parti tal-bilanċ bħala riżultat tal-budget għal sena finanzjarja li tiġi mill-implimentazzjoni ta' approprjazzjonijiet intiżi biex ikopru l-ispejjeż komuni li jintnefqu għall-preparamenti, jew addizzjonalment, għall-ħidmiet, għandha tkun imdaħħla mill-Istati Membri Parteċipanti mal-kontribuzzjonijiet li jkunu jmisshom.

6.  Dik il-parti tal-bilanċ bħala riżultat tal-budget li tiġi mill-implimentazzjoni ta' approprjazzjonijiet intiżi li jkopru l-ispejjeż komuni tal-pjan operazzjonali ta' ħidma mogħtija, għandha tiddaħħal mill-Istati Membri li jkunu kkontribwew għal dik il-ħidma mal-kontribuzzjonijiet li jkun imiss.

7.  Jekk ir-radd ta' flus ma jistax isir bit-tnaqqis mill-kontribuzzjonijiet dovuti lil ATHENA, il-bilanċ bħala riżultat tal-budget għandu jitħallas lura lill-Istati Membri kkonċernati.

▼M1

8.  Kull Stat Membru li jipparteċipa f'operazzjoni għandu jipprovdi informazzjoni sal-31 ta' Marzu kull sena lill-amministratur, fejn xieraq permezz tal-Kmandant ta' l-Operazzjoni, dwar l-ispejjeż inkrementali li għamel għall-operazzjoni matul is-sena finanzjarja preċedenti. Din l-informazzjoni għandha tiġi diviża biex turi l-elementi prinċipali ta' infiq. L-amministratur għandu jiġbor din l-informazzjoni sabiex jipprovdi lill-Kumitat Speċjali b'idea ġenerali ta' l-ispejjeż inkrementali ta' l-operazzjoni.

▼B

Artikolu 39

Preżentazzjoni tal-kontijiet ta' ħidma

1.  Meta ħidma tkun kompluta, u fuq bażi ta' proposta mill-amministratur jew minn Stat Membru, il-Kumitat Speċjali jista' jiddeċiedi li l-amministrastur, bl-assistenza ta' l-uffiċjal tal-kontijiet u tal-kmandant tal-ħidma, għandu jagħti l-kontijiet amministrattivi u r-rendikont tal-bilanċ ta' dik il-ħidma lill-Kumitat Speċjali, ta' l-inqas sal-ġurnata li fiha tkun intemmet, u, jekk hu possibli, sad-data li fiha jkun sar l-istralċ. It-terminu perentorju impost fuq l-amministratur jista' ma jkunx inqas minn erba' xhur mid-data li fiha tkun intemmet il-ħidma.

2.  Jekk fiż-żmien it-terminu perentorju mogħti, il-kontijiet ta' l-amministrazzjoni u r-rendikont tal-bilanċ ma jistgħux jinkludu l-introjtu u n-nefqa dwar l-istralċ ta' dik il-ħidma, umbagħad dak l-introjtu u dik in-nefqa għandhom jidhru fil-kont ta' kull sena ta' l-amministrazzjoni u r-rendikont tal-bilanċ ta'ATHENA u għandhom ikunu eżaminati mill-Kumitat Speċjali dwar il-preżentazzjoni ta' kull sena tal-kontijiet.

3.  Il-Kumitat Speċjali għandu japprova l-kont ta' l-amministrazzjoni u r-rendikont tal-bilanċ ta' dik il-ħidma li għaliha jkunu ngħataw. Il-Kumitat għandu jagħti dover lill-amministratur, l-uffiċjal tal-kontijiet u kull kmandant tal-ħidma għall-ħidma fil-kwestjoni.

4.  Jekk ir-radd tal-flus ma jistax isir bit-tnaqqis mill-kontribuzzjonijiet dovuti lil ATHENA, il-bilanċ bħala riżultat tal-budget għandu jitħallas lura lill-Istati Membri kkonċernati.



IL-KAPITOLU 12

RESPONSABBILITA' LEGALI

Artikolu 40

1.  Il-kondizzjonijiet li jirregolaw ir-responsabbiltà kriminali jew dixxiplinari tal-kmandant tal-ħidma, l-amministratur u staff ieħor li jkun disponibbli partikolarment mill-istituzzjonijiet tal-Komunità jew Stati Membri fil-każ ta' tmexxija ħażina jew negliġenza fl-implimentazzjoni tal-budget għandhom ikunu rregolati bir-Regoli ta' l-Istaff jew l-arranġamenti applikabbli għalihom. Ma' dan, fuq inizjattiva proprja tagħha jew fuq it-talba ta' Stat kontribwent, ATHENA tista' ġġib azzjoni ċivili kontra l-istaff t'hawn fuq imsemmi.

2.  Fl-ebda każ, ma jistgħu l-Komunitajiet Ewropej jew is-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill jinżammu responsabbli minn Stat kontribwenti bħala riżultat tal-prestazzjoni tad-dmirijiet tagħhom mill-amministratur, l-uffiċjal tal-kontijiet jew l-istaff assenjati lilhom.

3.  Ir-responsabbiltà ta' l-appalti li tista' tinqala' minn appalti konklużi fil-kuntest ta' implimentazzjoni tal-budget għandha tkun koperta f'ATHENA mill-Istati kontribwenti. Din għandha tkun irregolata bil-liġi applikabbli ta' l-appalti fil-kwestjoni.

4.  Fil-każ ta' responsabbiltà mhux-appalti, kull dannu kkawżat mill-ħidma, kwartieri, kwartieri tal-forzi u kwartieri kompetenti ta' l-istruttura tal-kriżi, li l-komposizzjoni tagħhom għandha tkun approvata mill-kmandant tal-ħidma, jew mill-istaff tagħhom waqt id-dmirijiet tagħhom, għandu jkun kopert permezz ta' ATHENA mill-Istati kontribwenti, skond il-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet ta' l-Istati Membri u r-Regoli ta' l-Istaff tal-forzi, applikabbli fit-teatru ta' l-operazzjonijiet (tal-ħidmiet).

5.  Fl-ebda każ ma jistgħu l-Komunitajiet Ewropej jew l-Istati Membri jinżammu responsabbli minn Stat kontribwenti għal appalti konklużi fil-qafas ta' l-implimentazzjoni tal-budget jew għal dannu kkawżat mill-units u dipartimenti ta' l-istruttura tal-kriżi, il-komposizzjoni li tagħha trid tkun approvata mill-kmandant tal-ħidma, jew mill-istaff tagħhom waqt dmirijiethom.

Artikolu 41

Dispożizzjonijiet transizzjonali

1.  Il-budget inizjali għandu jkun adottat sa l-1 ta' Ġunju 2004. L-ewwel sena finanzjarja għandha tibda fil-ġurnata ta' l-adozzjoni tal-budget inizjali u għandha tintemm fil-31 ta' Diċembru ta' wara.

2.  Sa l-1 ta' Ġunju 2004, il-Kumitat Speċjali għandu jaħtar l-ewwel sitt membri tal-Kulleġġ ta' l-Awdituri previsti fl-Artikolu 37(4). Żewġ membri li t-term tagħhom fl-uffiċċju jkun ta' sena, u żewġ membri li t-term fl-uffiċċju jkun ta' sentejn jiġu deċiżi bil-lott. It-term fl-uffiċċju taż-żewġ membri l-oħra jkun ta' tliet snin.

Artikolu 42

Ir-reviżjoni

Din id-deċiżjoni, inkluż l-Annessi tagħha, għandha tkun riveduta wara kull ħidma u ta' l-inqas kull 18-il xahar. L-ewwel reviżjoni għandha ssir qabel it-tmiem ta' l-2004, l-iktar tard. L-oqsma ta' l-amministrazzjoni ta' ATHENA għandhom jikkontribwixxu għal dawn ir-reviżjonijiet.

Artikolu 43

Dispożizzjonijiet finali

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2004. Id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjail ta' l-Unjoni Ewropea.




L-ANNESS I

Spejjeż komuni responsabbli minnhom ATHENA kull meta jintnefqu

F'każijiet meta l-ispejjeż komuni ma jistgħux ikunu konnessi direttament ma' ħidma speċifika, il-Kumitat Speċjali jista' jiddeċiedi li jalloka l-approprjazzjonijiet korrispondenti mal-parti ġenerali tal-budget ta' kull sena. Kemm jista' jkun possibli, dawn l-approprjazzjonijiet għandhom jiddaħħlu fl-Artikolu li juru l-ħidma li tagħha jkunu l-aktar reletati.

1. Spejjeż tal-verifika

2. Nefqa tal-missjoni li tintnefaq mill-kmandant tal-ħidma u l-istaff tiegħu/tagħha biex jingħataw il-kontijiet tal-ħidma lill-Kumitat Speċjali

3. Indennitajiet għal danni u spejjeż li jirriżultaw minn pretensjonijiet u azzjonijiet li għandhom jitħallsu minn ATHENA

4. Spejjeż bankarji (spejjeż komuni dejjem ikunu nklużi fil-parti ġenerali tal-budget ta' kull sena)

5. Spejjeż skond kull deċiżjoni biex jinħażen materjal li jkun inkiseb komunement għal ħidma (billi dawn l-ispejjeż huma attribwiti għall-parti ġenerali tal-budget ta' kull sena, għandha tkun indikata rabta(konnessjoni) ma' ħidma speċifika)




L-ANNESS II

L-ispejjeż komuni tal-pjan operazzjonali relattivi għall-fażi preparatorja ta' ħidma responsabbli minnha ATHENA

▼M1

Spejjeż inkrementali ta' trasport u akkomodazzjoni neċessarji għal missjonijiet esplorattivi u għal tħejjijiet (partikolarment missjonijiet ta' kisba ta' fatti u ta' tkixxif) minn forzi militari bil-ħsieb ta' operazzjoni militari speċifika ta' l-Unjoni.

▼B

Servizzi mediċi: l-ispiża ta' l-evakwazzjonijiet mediċi għall-emerġenza (Medevac) ta' persuni li jieħdu sehem f'missjonijiet u preparamenti esploratorji minn forzi militari bil-għan ta' ħidma militari speċifika ta' l-Unjoni, meta trattament mediku ma jistax ikun ipprovdut fit-teatru.




L-ANNESS III

III-A   Spejjeż komuni tal-pjan operazzjonali relattivi għall-fażi attiva ta' l-operazzjonijiet li dejjem hija responsabbli minnhom ATHENA

Għal kull ħidma militari ta' l-Unjoni, ATHENA se tieħu r-responsabbiltà ta' l-ispejjeż inkrementali bħala spejjeż komuni tal-pjan operazzjonali, meħtieġa għall-ħidma mfissra hawn taħt.

1.   Spejjeż inkrementali għall-kwartieri (mifruxa jew fissi) għal ħidmiet jew eserċizzji mmexxija mill-UE

Kwartieri (HQ)

:

kwartieri tal-komponent, forza u ħidma;

Kwartieri ta' ħidma(OHQ)

:

il-kwartieri statiċi u barra miż-żona tal-kmandant tal-ħidma, responsabbli li jistabbilixxi, iniedi, iżomm u jsaħħaħ forza ta' l-UE.

Id-definizzjoni ta' l-ispejjeż komuni applikabbli għal OHQ għal ħidma, għandha tgħodd ukoll għas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u ATHENA sakemm jaġixxu direttament għal dik il--ħidma;

Kwartieri tal-Forza (FHQ)

:

il-kwartieri ta' forza ta' l-UE mifruxa fiż-żoni ta' l-operazzjonijiet (tal-ħidmiet);

Kwartieri tal-Komponent (CCHQ)

:

il-kwartieri tal-kmandant tal-komponent ta' l-EU mifrux għall-ħidma (i.e. kmandanti ta' l-ajru, ta' l-art, marrittimi u funzjonijiet oħra speċifiċi li jitqiesu neċessarji biex jinnominaw, u dan jiddependi fuq in-natura tal-ħidma);

spejjeż tat-trasport

:

Trasport lejn u mit-teatru ta' l-operazzjonijiet biex jifrex, iżomm u jsaħħaħ l-FHQ u CCHQ; Spejjeż tat-trasport li jintnefqu mill-OHQ neċessarji għal ħidma;

amministrazzjoni

:

uffiċċju addizzjonali u tagħmir għall-akkomodazzjoni, servizz ta' appalti u ħtiġijiet, spejjeż ta' manutenzjoni tal-bini;

persunal mikri lokalment

:

persunal pajżan, konsulenti internazzjonali u personal (nazzjonali u eżiljat) mikri lokalment meħtieġa għat-tmexxija ta' ħidma ħafna aktar mill-kondizzjonijiet normali tal-pjan operazzjonali (inkluż kull ħlas għall-kumpens tas-sahra);

komunikazzjoni

:

nefqa kapitali għax-xiri u l-użu ta' komunikazzjoni addizzjonali u tagħmir ta' l-IT u spejjeż għal servizzi mogħtija (kera u manutenzjoni ta' modems, linji tat-telefon, satphones, cryptofax, linji tas-sigurtà, provvisti ta' l-internet, linji tad-data, networks għaż-żona lokali);

Trasport/vjaġġi (esklużi spejjeż “per diem”) fi ħdan iż-żona ta' l-operazzjonijiet ta' HQ

:

nefqa relatata mat-trasport ta' vetturi u transport ieħor b'mezzi oħra u spejjeż tat-tagħbija, inkluż vjaġġi bi tkattir nazzjonali u viżitatur; spejjeż inkrementali ta' karburanti ħafna aktar milli kellhom iqumu l-operazzjonijiet normali; kera ta' vetturi addizzjonali; spejjeż ta' vjaġġi uffiċjali bejn il-lokalità operazzjonali u Brussel u/jew laqgħat organizzati mill-UE; spejjeż ta' l-assigurazzjoni tal-parti terza imponuti minn xi pajjiżi fuq organizzazzjonijiet internazzjonali li jmexxu l-operazzjonijiet fit-territorju tagħhom;

infrastruttura ta' l-alloġġjar u kwartieri

:

nefqa għall-akkwist, kiri jew restawrar ta' faċilitajiet ta' HQ meħtieġa fit-teatru (kiri ta' bini, xeltrijiet (postijiet ta' kenn, kampijiet) jekk ikun meħtieġ;

informazzjoni pubblika

:

spejjeż relatati ma' kampanji ta' informazzjoni u biex tkun informata l-midja f'OHQ u FHQ, skond l-istrateġija ta' l-informazzjoni żviluppata mill-HQ tal-pjan operazzjonali HQ;

rappreżentazzjoni u ospitalità

:

spejjeż rappreżentattivi; spejjeż fuq livell ta' HQ neċessarju għat-tmexxija tal-ħidma.

2.   Spejjeż inkrementali li jintnefqu biex ikun ipprovdut appoġġ lill-forza bħala ħaġa sħiħa

L-ispejjeż t'hawn taħt imfissra huma dawk li jintnefqu wara firxa tal-forza tal-lokalità tagħha:

infrastruttura

:

nefqa meħtieġa assolutament għall-forza bħala ħaġa waħda sħiħa biex ittemm il-missjoni tagħha (ajruport komuni wżat, ferrovija, portijiet, toroq, provvista tad-dawl u l-ilma);

tagħmir addizzjonali essenzali

:

il-kiri jew ix-xiri waqt il-ħidma ta' tagħmir speċifiku imprevvist essenzali għall-eżekuzzjoni tal-ħidma, deċiż mill-kmandant tal-ħidma u approvat mill-Kumitat Speċjali, sakemm it-tagħmir mixtri ma jintbagħatx lura fl-aħħar tal-missjoni;

għelm ta' identifikazzjoni

:

marki speċifiċi ta' identifikazzjoni, karti ta' l-identità ta' l-“Unjoni Ewropea”, għeliem, medalji, bnadar bil-kuluri ta' l-Unjoni Ewropea jew Forza oħra jew għelm ta' identifikazzjoni HQ (esklużi ħwejjeġ, kpiepel jew uniformijiet);

servizzi mediċi

:

l-ispiża ta' evakwazzjonijiet mediċi għall-emerġenza(Medevac) meta ma jistax ikun pprovdut trattament mediku fit-teatru.

3.   Spejjeż inkrementali li jintnefqu mir-rikors ta' l-UE għall-assi komuni u s-setgħat tan-NATO disponibbli għal ħidma mmexxija mill-UE

L-ispiża għall-Unjoni Ewropea ta' l-applikazzjoni għall-ażil ta' waħda mill-ħidmiet militari tagħha ta' l-arranġamenti bejn l-UE u n-NATO relatati biex jeħilsu, jikkontrollaw u jroddu jew ireġġgħu lura l-assi komuni u s-setgħat tan- NATO disponibbli għal ħidma mmexxija mill-UE

III-B   Spejjeż komuni tal-pjan operazzjonali relattivi għall-fażi attiva ta' ħidma speċifika, responsabbli minn ATHENA meta l-Kunsill hekk jiddeċiedi

Spejjeż tat-Trasport

:

Trasport għal u mit-teatru tal-ħidmiet biex jifrex, jappoġġa u jsaħħaħ il-forzi neċessarji għall-ħidma;

Infrastruttura ta' l-alloġġjar u kwartieri

:

nefqa għal akkwist, kirja jew restawrar ta' bini fit-teatru (kiri ta' bini, xeltrijiet (postijiet ta' kenn), kampijiet), kemm ikun bżonn għall-forzi mifruxa tal-ħidma.




L-ANNESS IV

Spejjeż komuni tal-pjan operazzjonali relattivi għat-tmiem ta' ħidma, responsabbli minnhom ATHENA

Spejjeż li jintnefqu biex tinstab id-deskrizzjoni finali għat-tagħmir u l-infrastruttura iffinanzjati komunement għall-ħidma

Spejjeż inkrementali biex jitniżżlu l-kontijiet għall-ħidma. L-ispejjeż komuni eleġibbli għandhom ikunu determinati skond l-Anness III, filwaqt li jinżamm l-għan għall-fatt li l-istaff meħtieġ biex iniżżel il-kontijiet jappartjeni għall-kwartieri ta' dik il-ħidma, ukoll wara li ta' l-aħħar ikun waqqaf l-attivitajiet.



( 1 ) ĠU L 253, 07.10.00, p. 42.

( 2 ) ĠU L 248, 16.09.02, p. 1.