|
29.10.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 276/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1803
tat-18 ta’ Lulju 2019
dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tal-Vjetnam f’operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea ta’ maniġġar ta’ kriżijiet
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(5) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-8 ta’ April 2019, il-Kunsill adotta Deċiżjoni li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati għal Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tagħha f’operazzjonijiet tal-Unjoni ta’ maniġġar ta’ kriżijiet (il-"Ftehim”). |
|
(2) |
Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, f’konformità mal-Artikolu 37 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, sussegwentement innegozja dak il-Ftehim. |
|
(3) |
Il-Ftehim jenħtieġ li jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tal-Vjetnam f’operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea ta’ maniġġar ta’ kriżijiet (il-“Ftehim”) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.
It-test tal-Ftehim jinsab mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim sabiex tintrabat l-Unjoni.
Artikolu 3
Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 17(1) tal-Ftehim. (1)
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Lulju 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
T. TUPPURAINEN
(1) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.