<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-163/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CC0163</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:275">EU:C:2019:275</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>14</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>14</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Saugmandsgaard Øe – Kawża C‑163/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Aegean Airlines</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Saugmandsgaard Øe</HT></P><P>ippreżentati fit-<DATE ISO="20190328">28 ta’ Marzu 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑163/18</HT></P><P>HQ,</P><P>IP, irrappreżentat legalment minn HQ,</P><P>JO</P><P><HT TYPE="NORMAL">vs</HT></P><P>Aegean Airlines SA</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-rechtbank Noord‑Nederland (il-Qorti Distrettwali ta’ Noord‑Nederland, il-Pajjiżi l-Baxxi))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Trasport bl-ajru</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 261/2004</KEYWORD><KEYWORD>Regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 8(2)</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għar-rimbors</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 90/314/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Vjaġġ kollox inkluż</KEYWORD><KEYWORD>Kanċellazzjoni tat-titjira</KEYWORD><KEYWORD>Falliment tal-organizzatur tal-vjaġġi</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għar‑rimbors tal-biljett tal-ajru mit-trasportatur tal-ajru</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-rechtbank Noord‑Nederland (il-Qorti Distrettwali ta’ Noord‑Nederland, il-Pajjiżi l-Baxxi) tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20040211">11 ta’ Frar 2004</DATE> li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).</P></NOTE>, li jagħti drittijiet armonizzati lill-passiġġieri f’każ li t-titjira tagħhom tiġi kkanċellata, moqri flimkien mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 90/314/KEE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Direttiva tal-Kunsill tat-<DATE ISO="19900613">13 ta’ Ġunju 1990</DATE> dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż, (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 10, p. 132).</P></NOTE>, li tikkonċerna d-drittijiet tal-konsumaturi li jixtru vjaġġ kollox inkluż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn diversi passiġġieri u trasportatur tal-ajru, rigward ir-rimbors ta’ biljetti tal-ajru mitlub mill-partijiet interessati wara l-kanċellazzjoni ta’ titjira li tagħmel parti mill-vjaġġ kollox inkluż li kienu xtraw mingħand kumpannija oħra. Peress li ma setgħux jiksbu dan ir-rimbors mingħand l-organizzatur tal-vjaġġ, peress li dan falla, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali jsostnu li t-trasportatur tal-ajru responsabbli mit-titjira kkanċellata huwa obbligat li jikkumpensahom f’tali każ.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Għar-raġunijiet esposti f’dawn il-konklużjonijiet, inqis li l-Artikolu 8(2) tar-Regolament Nru 261/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li passiġġier li għandu dritt għar-rimbors ta’ biljett tal-ajru mingħand l-organizzatur tal-vjaġġ kollox inkluż tiegħu, abbażi tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li ttrasponew id-Direttiva 90/314, ma jistax jitlob dan ir-rimbors lit-trasportatur tal-ajru effettiv, abbażi tar-Regolament inkwistjoni, anki meta l-imsemmi organizzatur ikun finanzjarjament inkapaċi li jirrimborsa l-biljett u jkun naqas mill-obbligu tiegħu li jieħu l-miżuri ta’ garanzija previsti f’din id-Direttiva sabiex jiżgura dan ir-rimbors.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 90/314</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tad-Direttiva 90/314, l-għan tagħha huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri relatati ma’ pakketti mibjugħa jew offruti għall-bejgħ fit-territorju tal-Komunità<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(6)(b) ta’ din id-Direttiva jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>[j]ekk […], għal xi raġuni tkun xi tkun, ħlief waħda li tkun tort tal-konsumatur, l-organizzatur iħassar il-pakkett qabel id-data tat-tluq, il-konsumatur għandu jkollu d-dritt […] li jitħallas lura malajr kemm jista’ jkun s-somom kollha li jkun ħallas skont il-kuntratt.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva msemmija, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>[l]-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li l-organizzatur u/jew il-parti kontraenti li qed tbigħ ikunu responsabbli mal-konsumatur għat-tħaddim approprjat ta’ l-obbligazzjonijiet li joħorġu mill-kuntratt, irrispettivament minn jekk dawn l-obbligazzjonijiet għandhomx jitwettqu minn dak l-organizzatur u/jew bejjiegħ jew minn xi fornituri oħra tas-servizzi mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ l-organizzatur u/jew tal-bejjiegħ li jduru fuq dawk il-fornituri l-oħra tas-servizzi.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 ta’ din l-istess Direttiva jimponi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>[l]-organizzatur u/jew il-bejjiegħ li jkun parti kontraenti għandu jipprovdi xiehda biżżejjed ta’ sigurtà għar-rifużjoni tal-flus li jkunu tħallsu u għar-ripatrijazzjoni tal-konsumatur fil-każ ta’ xi falliment<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 90/314 tħassret fl-<DATE ISO="20180701">1 ta’ Lulju 2018</DATE> bid-Direttiva (UE) 2015/2302<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Direttiva (UE) 2015/2302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20151125">25 ta’ Novembru 2015</DATE> dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="326" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 326, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, skont l-Artikolu 29 ta’ din tal-aħħar. Madankollu, fid-dawl tad-data tal-fatti fil-kawża prinċipali, hija l-ewwel direttiva li tapplika f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 261/2004</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Skont il-premessi 1, 2 u 16 tar-Regolament Nru 261/2004:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>(1)</NO.P><TXT>Azzjoni mil-Komunitá fil-qasam ta’ transport permezz ta’ l-ajru għandha jkollha l-iskop, fost affarijiet oħrajn, li tassigura livell ogħli ta’ protezzjoni għall-passiġġieri. ‘Il fuq minn dan, konsiderazzjoni sħiħa għandha tiġi meħuda tal-ħtiġijiet ta’ protezzjoni tal-konsumatur b’mod ġenerali.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Il-fatt li ma jitħallewx jitilgħu u l-kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet jistgħu jikkawżaw problemi serji u inkonvenjenza għall-passiġġieri.</TXT></NP></CONSID><?PAGE NO="3"?><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(16)</NO.P><TXT>F’każijiet fejn package tour hu kkanċellat għal raġunijiet barra mill-kanċellazzjoni tat-titjira, dan ir-Regolament m’għandux jiġi applikat.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Soġġett<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 1(b) tiegħu, li dan l-istrument <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>jistabbilixxi, taħt il-kondizzjonijiet speċifikati hawnhekk, drittijiet minimi għal passiġġieri meta [b’mod partikolari] it-titjira tagħhom hi kkanċellata<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Skop<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 6 tiegħu, li dan l-istrument <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>m’għandux jaffetwa d-drittijiet ta’ passiġġieri taħt id-Direttiva 90/314/KEE<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> u li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>m’għandux japplika f’każijiet fejn package tour hu kkanċellat għal raġunijiet barra minn kanċellazzjoni tat-titjira<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 ta’ dan l-istess regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Kanċellazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, jipprovdi fil-paragrafu 1(a) li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>[f]il-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira, il-passiġġieri in kwistjoni għandhom […] jiġu offruti assistenza mit-trasportatur ta’ l-ajru li jopera skond l-Artikolu 8<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 261/2004 intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Dritt għar-rimbors jew rotta differenti<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, jipprevedi fil-paragrafi 1 u 2 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="008.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fejn referenza hi magħmula għal dan l-Artikolu, passiġġieri għandhom jiġu offruti l-għażla bejn:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>rimbors fi żmien sebat ijiem, permezz tal-mezzi previsti fl-Artikolu 7(3), tal-prezz sħiħ tal-biljett bil-prezz b’liema ġie mixtri, għall-parti jew partijiet tal-vjaġġ li ma ġewx magħmulin, u għall-parti jew partijiet li diġá ġew magħmulin jekk it-titjira m’għadhiex qed taqdi kwalunkwe skop fir-rigward tal-pjan ta’ vjaġġ oriġinali tal-passiġġier, flimkien ma’, meta rilevanti,</P></ITEM><ITEM><P>titjira lura għall-ewwel punt ta’ tluq, ma’ l-ewwel opportunitá;</P></ITEM></LIST></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>rotta differenti, […] għad-destinazzjoni finali tagħhom ma’ l-ewwel opportunitá; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>rotta differenti, […] għad-destinazzjoni finali tagħhom f’data aktar tard skond il-konvenjenza tal-passiġġier […].</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-paragrafu 1(a) għandu japplika wkoll għal passiġġieri li t-titjiriet tagħhom jifformaw parti minn package, ħlief għad-dritt għal rimbors fejn dan id-dritt iqum taħt id-Direttiva 90/314/KEE.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Dritt għal rimedju<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, jistabbilixxi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>[f’]każijiet fejn trasportatur ta’ l-ajru li jopera jħallas kumpens jew jilħaq l-obbligazzjonijiet oħra li għandu d-dmir iwettaq taħt dan ir-Regolament, l-ebda dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament ma jista’ jiġi interpretat li jirrestrinġi d-dritt tiegħu li jfittex kumpens minn kwalunkwe persuna, inklużi partijiet terzi, skond il-liġi applikabbli. Partikolarment, dan ir-Regolament m’għandu bl-ebda mod jirrestrinġi d-dritt tal-trasportatur ta’ l-ajru li jopera biex ifittex rimbors minn operatur tat-tour jew persuna oħra ma’ liema l-trasportatur ta’ l-ajru li jopera għandu kuntratt. B’mod simili, l-ebda dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament ma tista’ tiġi interpretata li tirrestrinġi d-dritt ta’ operatur tat-tour jew ta’ parti terza, barra minn passiġġier, ma’ liema trasportatur ta’ l-ajru li jopera għandu kuntratt, biex ifittex rimbors jew kumpens mil-trasportatur ta’ l-ajru li jopera skond il-liġijiet applikabbli rilevanti<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali, id-domandi preliminari u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Aegean Airlines SA, kumpannija tal-ajru stabbilita fil-Greċja, ikkonkludiet kuntratt ta’ noleġġ ma’ G.S. Charter Aviation Services Ltd (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>G.S. Charter<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>), kumpannija stabbilita f’Ċipru, li permezz tiegħu hija kellha tipprovdi lil din tal-aħħar ċertu numru ta’ postijiet, permezz tal-ħlas ta’ prezz ta’ noleġġ. G.S. Charter sussegwentement biegħet xi postijiet, b’mod partikolari, lil Hellas Travel BV (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Hellas<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>), organizzatur tal-vjaġġi stabbilit fil-Pajjiżi l-Baxxi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>G.S. Charter u Hellas ikkonkludew ftehim li permezz tiegħu, mill-1 ta’ Mejju sal-<DATE ISO="20150924">24 ta’ Settembru 2015</DATE>, kull nhar ta’ Ġimgħa kellha ssir titjira bir-ritorn bejn Korfù (il-Greċja) u Eelde (il-Pajjiżi l-Baxxi), fejn kellu jitħallas depożitu lil Aegean Airlines u l-pagament tat-titjira tar-ritorn previst il-Ġimgħa ta’ wara kellu jiġi saldat kull nhar ta’ Tnejn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20150319">19 ta’ Marzu 2015</DATE>, HQ, IP – irrappreżentat legalment minn HQ – u JO (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>HQ <HT TYPE="ITALIC">et</HT> <QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>) irriżervaw titjiriet bir-ritorn bejn Eelde u Korfù ma’ Hellas. Dawn it-titjiriet kienu jifformaw parti minn vjaġġ kollox inkluż, fis-sens tad-Direttiva 90/314, li l-prezz tiegħu tħallas lil Hellas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>HQ <HT TYPE="ITALIC">et</HT> irċevew biljetti elettroniċi bil-logo ta’ Aegean Airlines għal dawn it-titjiriet, previsti fis-17 u fl-<DATE ISO="20150724">24 ta’ Lulju 2015</DATE>, kif ukoll dokumenti li jsemmu lil Hellas bħala n-noleġġatur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20150713">13 ta’ Lulju 2015</DATE>, Hellas bagħtet ittra lil HQ <HT TYPE="ITALIC">et</HT> li fiha din informathom li l-imsemmija titjiriet, kif ukoll it-titjiriet kollha minn u lejn Korfù, kienu kkanċellati, kemm minħabba n-numru limitat ta’ riżervazzjonijiet kif ukoll minħabba kanċellazzjonijiet li rriżultaw mill-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>inċertezza dwar il-qagħda tal-Greċja<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> dak iż-żmien. Barra minn hekk, din indikat li minkejja negozjati intensivi ma’ Aegean Airlines, ma kinitx instabet soluzzjoni għall-passiġġieri/klijenti ta’ Hellas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>F’ittra mingħajr data, Hellas ippreċiżat lil HQ <HT TYPE="ITALIC">et</HT> li, peress li ma kinitx iktar f’pożizzjoni li tosserva l-prezz miftiehem ma’ Aegean Airlines, din tal-aħħar kienet iddeċidiet li ma tibqax tagħmel it-titjiriet mis-<DATE ISO="20150717">17 ta’ Lulju 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20160803">3 ta’ Awwissu 2016</DATE>, Hellas ġiet iddikjarata falluta. Din ma rrimborsatx il-prezz tal-biljetti tal-ajru lil HQ <HT TYPE="ITALIC">et</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Dawn tal-aħħar ippreżentaw rikors quddiem qorti tal-Pajjiżi l-Baxxi sabiex Aegean Airlines tiġi kkundannata tħallashom kumpens għall-kanċellazzjoni tat-titjira tas-<DATE ISO="20150717">17 ta’ Lulju 2015</DATE> kif ukoll biex tirrimborsalhom il-biljetti relatati, minn naħa skont, rispettivament, l-Artikolu 5(1)(ċ) kif ukoll l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 261/2004 u, min-naħa l-oħra, l-Artikolu 8(1)(a) tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Aegean Airlines opponiet dawn it-talbiet, billi invokat li r-Regolament Nru 261/2004 ma huwiex applikabbli f’ċirkustanzi bħal dawn, partikolarment fid-dawl tal-Artikolu 3(6) tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Madankollu, permezz ta’ deċiżjoni sommarja tal-<DATE ISO="20171114">14 ta’ Novembru 2017</DATE>, il-qorti ċaħdet din l-eċċezzjoni, minħabba li r-Regolament Nru 261/2004 ma japplikax għall-passiġġieri ta’ vjaġġ kollox inkluż biss, skont l-imsemmija dispożizzjoni, jekk il-kanċellazzjoni ma tiddependix mir-rieda tat-trasportatur tal-ajru li jagħmel jew le t-titjira jew it-titjiriet li jagħmlu parti minn dan il-vjaġġ, liema ħaġa ma kinitx il-każ f’din il-kawża<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>F’dan ir-rigward, din il-qorti qieset, minn naħa, li l-inizjattiva li tiġi kkanċellata t-titjira kienet ittieħdet minn Aegean Airlines, li manifestament kienet biss lesta li topera t-titjira jekk Hellas tħallasha l-prezz iffissat minn qabel, u, min-naħa l-oħra, li la kien sostnut u lanqas muri li Hellas kienet ħabbret il-kanċellazzjoni tal-vjaġġ kollox kompriż għal raġunijiet oħrajn għajr dik id-deċiżjoni ta’ Aegean Airlines. Nenfasizza li, peress li din hija evalwazzjoni ta’ natura fattwali, ser nitlaq mill-premessa tal-qorti tar-rinviju li tgħid li r-Regolament Nru 261/2004 huwa applikabbli fil-kawża prinċipali.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, skont ir-Regolament imsemmi, din il-qorti tat lil HQ <HT TYPE="ITALIC">et</HT> il-kumpens b’rata fissa li talbu minħabba l-kanċellazzjoni tat-titjira inkwistjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Nippreċiża li, skont applikazzjoni konġunta tal-imsemmija Artikolu 5(1)(ċ) u Artikolu 7(1)(b) fil-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira, il-passiġġieri kkonċernati għandhom jirċievu kumpens mingħand it-trasportatur tal-ajru effettiv b’rata fissa li l-ammont tiegħu huwa ffissat għal EUR 400 għat-titjiriet intra-Komunitarji kollha ta’ iktar minn <FT TYPE="NUMBER">1500</FT> kilometru, sakemm ma jkunux ġew informati dwarha fil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan il-punt (ċ).</P></NOTE>. Min-naħa l-oħra, hija ma ddeċidietx dwar it-talba intiża għar-rimbors tal-biljetti tal-ajru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>F’dan l-aħħar rigward, Aegean Airlines kienet sostniet fid-difiża tagħha li, anki jekk ir-Regolament Nru 261/2004 kellu jkun applikabbli f’dan il-każ, xorta kien jibqa’ l-fatt li dan kien każ ta’ vjaġġ kollox inkluż, b’mod li, skont l-Artikolu 8(2) ta’ dan ir-regolament, hija ma kinitx obbligata tirrimborsa lil HQ <HT TYPE="ITALIC">et</HT> l-ammont li dawn kienu ħallsu lil Hellas, l-organizzatur tal-vjaġġ imsemmi, biex jixtru l-biljetti tal-ajru tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20180221">21 ta’ Frar 2018</DATE>, li waslet għand il-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20180301">1 ta’ Marzu 2018</DATE>, ir-rechtbank Noord-Nederland (il-Qorti Distrettwali ta’ Noord-Nederland) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li passiġġier li, skont id-Direttiva 90/[314]/KEE dwar il-vjaġġi kollox kompriż (trasposta fid-dritt nazzjonali), għandu d-dritt jirrikorri għand l-organizzatur tal-vjaġġ tiegħu sabiex jikseb rimbors tal-biljett tiegħu, ma jkunx jista’ iktar jitlob rimbors mingħand it-trasportatur bl-ajru?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>F’każ ta’ risposta pożittiva għall-ewwel domanda, passiġġier jista’ madankollu jitlob mingħand it-trasportatur bl-ajru r-rimbors tal-biljett tiegħu jekk ikun verosimili li l-organizzatur tal-vjaġġ, f’każ li dan jinstab responsabbli, ikun finanzjarjament inkapaċi li jirrimborsa l-biljett u li l-organizzatur tal-vjaġġi ma jkun adotta l-ebda miżura ta’ garanzija sabiex jiggarantixxi r-rimbors?<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Osservazzjonijiet bil-miktub ġew ippreżentati quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja minn HQ <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, minn Aegean Airlines, mill-Gvern Ċek u mill-Gvern Ġermaniż kif ukoll mill-Kummissjoni Ewropea. Matul is-seduta li nżammet fis-<DATE ISO="20190116">16 ta’ Jannar 2019</DATE>, instemgħu l-partijiet fil-kawża prinċipali, il-Gvern Ġermaniż u l-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq is-suġġett tad-domandi preliminari</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Permezz taż-żewġ domandi preliminari tagħha, li fil-fehma tiegħi għandhom jiġu ttrattati flimkien fid-dawl tar-rabtiet mill-qrib li hemm bejniethom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Il-Gvern Ċek u l-Kummissjoni fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom, kif ukoll Aegean Airlines fis-sottomissjonijiet tagħha, ukoll ipproponew li tingħata risposta b’mod konġunt.</P></NOTE>, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, dwar ir-rabta bejn ir-Regolament Nru 261/2004, li jistabbilixxi sensiela ta’ drittijiet minimi għall-passiġġieri b’mod speċjali f’każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Nenfasizza li l-imsemmija domandi jirrigwardaw biss it-talbiet għar-<HT TYPE="ITALIC">rimbors</HT> tal-biljetti tal-ajru, peress li, fil-kuntest tal-kawża prinċipali, diġà ntlaqgħu t-talbiet għal <HT TYPE="ITALIC">kumpens fil-forma ta’ somma f’daqqa</HT> bbażati fuq l-Artikolu 5(1)(ċ) u l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 261/2004, dispożizzjonijiet li l-qorti adita ddeċidiet li kienu tabilħaqq applikabbli f’dan il-każ (ara l-punti 22 sa 25 ta’ dawn il-konklużjonijiet).</P></NOTE>, u d-Direttiva 90/314, li tapprossima d-dispożizzjonijiet tal-Istati Membri applikabbli fir-rigward tal-konsumaturi li xtraw vjaġġ kollox inkluż<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Suġġetti rispettivi li jirriżultaw, b’mod partikolari, mill-Artikolu 1 ta’ kull wieħed minn dawn iż-żewġ strumenti.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>B’mod iktar preċiż, din il-qorti tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja, għall-ewwel darba, sabiex tinterpreta l-Artikolu 8(2) tal-imsemmi regolament, li jipprovdi li r-<HT TYPE="ITALIC">regola</HT> stabbilita fil-paragrafu 1(a) ta’ dan l-artikolu – li tgħid li passiġġier li t-titjira tiegħu ġiet ikkanċellata għandu jkun jista’ jikseb mingħand it-trasportatur tal-ajru effettiv<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>trasportatur tal-ajru li jopera<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> kif iddefinit fl-Artikolu 2(b) ta’ dan ir-regolament. Ara wkoll is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180704">4 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Wirth <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑532/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:527">EU:C:2018:527</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.).</P></NOTE> kemm ir-rimbors tal-biljett tal-ajru<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Rimbors li għandu jingħata skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-imsemmi subparagrafu (a) u fl-Artikolu 7(3) ta’ dan l-istess regolament.</P></NOTE> tiegħu u, jekk ikun meħtieġ, titjira lura għall-ewwel punt ta’ tluq – għandhiex <HT TYPE="ITALIC">tapplika wkoll</HT> <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/><HT TYPE="ITALIC">għal passiġġieri</HT> li t-titjiriet tagħhom jifformaw parti minn <HT TYPE="ITALIC">package, ħlief</HT> <HT TYPE="ITALIC">għad-dritt għal rimbors [</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Fid-dawl ta’ dan il-kliem tal-aħħar, jidhirli evidenti li, kuntrarjament għad-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>dritt għar-rimbors<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> tal-biljett (li huwa l-uniku inkwistjoni f’dan il-każ), id-dritt għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>titjira lura għall-ewwel punt ta’ tluq [tiegħu] inizjali<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> li huwa previst, bħala komplement, fit-tieni inċiż ta’ dan l-Artikolu 8(1)(a), ma huwiex affettwat mill-eċċezzjoni stabbilita fit-tmiem tal-paragrafu 2 ta’ dan l-istess artikolu. L-istess jgħodd għad-drittijiet għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>rotta differenti għad-destinazzjoni finali<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> imsemmija, bħala alternattiva, fil-punti (b) u (ċ) tal-imsemmi paragrafu 1.</P></NOTE><HT TYPE="ITALIC">] fejn</HT> dan id-dritt <HT TYPE="ITALIC">iqum taħt id-Direttiva 90/314/KEE</HT><QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> (enfasi miżjuda minni).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja hija mitluba tiddeċiedi, prinċipalment, jekk din id-dispożizzjoni tfissirx li l-passiġġier li rriżerva titjira li tifforma parti minn pakkett ta’ vjaġġ kollox inkluż ikkanċellat u li għaldaqstant għandu d-dritt li jitlob lill-organizzatur tal-vjaġġ tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Il-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>pakkett<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>organizzatur<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> kif iddefiniti fl-Artikolu 2(1) u (2) tad-Direttiva 90/314, li għalih jirreferi l-Artikolu 2(d) u (e) tar-Regolament Nru 261/2004.</P></NOTE> li jħallsu lura l-ammont kollu, skont id-Direttiva 90/314<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Skont l-Artikolu 4(6)(b) ta’ din id-direttiva.</P></NOTE>, kif trasposta fil-liġi nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Id-Direttiva 90/314 ġiet trasposta fid-dritt tal-Pajjiżi l-Baxxi permezz tal-intestatura 7A, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>Kuntratt tal-ivvjaġġar<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> tal-Ktieb 7 tal-Burgerlijk Wetboek (Kodiċi Ċivili). Il-paragrafu 3 tal-Artikolu 7:504 ta’ dan il-kodiċi jippermetti lil passiġġier, fil-każ ta’ terminazzjoni tal-kuntratt ta’ vjaġġ mill-organizzatur tal-vjaġġi, li jitolbu, b’mod partikolari, ir-rimbors tal-prezz tal-biljetti tal-ajru.</P></NOTE>, ma għandu għalhekk l-ebda possibbiltà li jitlob rimbors tal-biljett tal-ajru tiegħu mingħand it-trasportatur tal-ajru abbażi tar-Regolament Nru 261/2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Jekk din l-interpretazzjoni tintlaqa’, il-Qorti tal-Ġustizzja se jkollha tippreċiża wkoll, b’risposta għat-tieni domanda, sa fejn din ma tapplikax, madankollu, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, jiġifieri fl-ipoteżi speċifika fejn l-organizzatur ikkonċernat ma huwiex fil-prattika finanzjarjament kapaċi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>B’mod iktar partikolari, f’dan il-każ, minħabba li dak l-organizzatur falla.</P></NOTE> jirrimborsa l-biljett<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Anki jekk l-imsemmi organizzatur jitqies <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>responsabbli<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, skont il-premessa meħuda mill-qorti tar-rinviju skont it-tieni domanda preliminari tagħha.</P></NOTE> u ma ħa l-ebda miżura sabiex jiggarantixxi dan ir-rimbors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-osservazzjonijiet ippreżentati f’din il-kawża, ġew imressqa żewġ argumenti opposti f’dan ir-rigward. Skont l-ewwel argument, sostnut minn HQ <HT TYPE="ITALIC">et</HT> kif ukoll mill-Kummissjoni, passiġġier li xtara titjira li tagħmel parti minn vjaġġ kollox inkluż ikkanċellat għandu l-għażla li jitlob ir-rimbors tal-biljett tal-ajru tiegħu mingħand it-trasportatur tal-ajru effettiv, fuq il-bażi tar-Regolament Nru 261/2004, meta ma setax fil-fatt jikseb tali rimbors mingħand l-organizzatur tal-vjaġġ tiegħu, abbażi tad-dritt nazzjonali li jittrasponi d-Direttiva 90/314.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, skont it-tieni argument, sostnut minn Aegean Airlines kif ukoll mill-Gvern Ċek u dak Ġermaniż, tali passiġġier ma għandux din il-fakultà ladarba għandu, fir-rigward tal-organizzatur tal-vjaġġ tiegħu, dritt għal rimbors riżultanti mid-Direttiva 90/314, inkluż fejn l-eżerċizzju ta’ dan id-dritt ma jipproduċix effetti konkreti minħabba nuqqas finanzjarju tal-organizzatur. Jiena naqbel ma’ din it-tieni opinjoni, għar-raġunijiet li ġejjin.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-interpretazzjoni rakkomandata tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament Nru 261/2004</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>L-interpretazzjoni tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament Nru 261/2004 li nipproponi li tiġi adottata, li twassal għal risposta affermattiva għall-ewwel domanda u risposta negattiva għat-tieni domanda, fil-fehma tiegħi hija konformi mal-kriterji kollha ta’ evalwazzjoni li huma normalment applikati mill-Qorti tal-Ġustizzja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni għandha tiġi interpretata b’mod awtonomu u uniformi fl-Unjoni kollha, li jieħu inkunsiderazzjoni l-<HT TYPE="ITALIC">kliem</HT> ta’ din id-dispożizzjoni, il-<HT TYPE="ITALIC">kuntest</HT> tagħha, l-<HT TYPE="ITALIC">għanijiet</HT> imfittxija mil-leġiżlazzjoni li minnha tagħmel parti kif ukoll l-<HT TYPE="ITALIC">oriġini</HT> ta’ din il-leġiżlazzjoni (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181115">15 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Verbraucherzentrale Baden-Württemberg</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑330/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:916">EU:C:2018:916</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190117">17 ta’ Jannar 2019</DATE>, <NAME.CASE>Brisch</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑102/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:34">EU:C:2019:34</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> u li ser jintużaw iktar ’il quddiem.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-formulazzjoni tad-dispożizzjonijiet ikkonċernati</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, mill-kliem tal-imsemmi paragrafu 2 jirriżulta li <HT TYPE="ITALIC">s-sempliċi eżistenza</HT> ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>dritt għal rimbors [li] iqum taħt id-Direttiva 90/314/KEE<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> <HT TYPE="ITALIC">hija biżżejjed</HT> fiha nnifisha biex il-passiġġier li jkollu vjaġġ kollox inkluż li ġie kkanċellat minħabba l-kanċellazzjoni ta’ titjira<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Billi kif jindikaw kemm il-premessa 16 kif ukoll l-Artikolu 3(6) tar-Regolament Nru 261/2004, dan bl-ebda mod ma japplika meta l-vjaġġ kollox kompriż ikkonċernat ikun ġie <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>kkanċellat għal raġunijiet barra minn kanċellazzjoni tat-titjira<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>.</P></NOTE> ma jkunx jista’ jitlob rimbors tal-biljett tal-ajru tiegħu mingħand it-trasportatur tal-ajru li jopera skont dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Fil-fatt, fid-dawl tad-diversi verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament Nru 261/2004 minbarra l-verżjoni Franċiża<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>B’mod partikolari, il-verżjonijiet bil-lingwa Spanjola (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>cuando ese derecho se derive de la Directiva 90/314<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>), Daniża (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>medmindre retten til refusion følger af direktiv 90/314<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>), Ġermaniża (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>sofern dieser [Anspruch auf Erstattung] sich aus der Richtlinie 90/314 ergibt<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>), Ingliża (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>where such right arises under Directive 90/314<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>), Taljana (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>ad esclusione del diritto al rimborso qualora tale diritto sussista a norma della direttiva 90/314<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>), Olandiża (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>indien dit recht bestaat krachtens Richtlijn 90/314<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>), Portugiża (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>salvo quanto ao direito a reembolso quando este se constitua ao abrigo da Directiva 90/314<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>) u Svediża (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>om denna rättighet regleras i direktiv 90/314<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>).</P></NOTE>, jidhirli li huwa ferm ċar li l-espressjoni msemmija iktar ’il fuq għandha tinftiehem fis-sens li huwa biżżejjed li l-persuna kkonċernata għandha d-dritt inkwistjoni taħt id-Direttiva 90/314, kif trasposta fl-ordinament ġuridiku tal-Istati Membri, u li ma huwiex determinanti li jkun magħruf jekk l-eżerċizzju ta’ dan id-dritt iwassalx b’mod konkret biex jinkiseb ir-rimbors mixtieq<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Aegean Airlines u l-Gvern Ġermaniż iqisu wkoll li l-formulazzjoni tal-Artikolu 8(2) tal-imsemmi regolament ftit li xejn tħalli spazju għal interpretazzjoni differenti. Skont il-Kummissjoni, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>[i]nterpretazzjoni litterali tal-kliem f’[dan] il-paragrafu 2 twassal biex jingħad li s-sempliċi eżistenza tad-dritt għar-rimbors tal-biljett skont id-Direttiva 90/314 hija suffiċjenti sabiex tħassar id-dritt għar-rimbors tal-biljett skont ir-Regolament [Nru]261/2004<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> iżda approċċ teleoloġiku għandu, madankollu jwassal għall-konklużjoni opposta.</P></NOTE>. Inqis li kieku l-leġiżlatur tal-Unjoni kellu l-intenzjoni li jagħti tifsira oħra lil dan il-paragrafu 2, mingħajr dubju ma kienx jonqos milli jkun iktar espliċitu, billi jispeċifika li r-Regolament Nru 261/2004 għandu jipproduċi l-effetti tiegħu meta d-dritt għar-rimbors riżultanti mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 90/314 ma jkunx seħħ fil-prattika. Issa, minflok ma eżiġa li l-imsemmi <HT TYPE="ITALIC">rimbors ma jistax jinkiseb</HT> bis-saħħa ta’ din id-direttiva, għall-kuntrarju semma biss l-eżistenza ta’ <HT TYPE="ITALIC">dritt għar-rimbors</HT> li jista’ <HT TYPE="ITALIC">jirriżulta</HT> minnha, jekk il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti minnha jkunu ssodisfatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, xejn ma jindika fit-test tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament Nru 261/2004, u lanqas f’dak ta’ dispożizzjonijiet oħra ta’ dan tal-aħħar<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Billi ebda dispożizzjoni tal-imsemmi regolament ma tirreferi għall-possibbiltà ta’ inkapaċità finanzjarja tal-interlokuturi tal-passiġġier li huma t-trasportatur tal-ajru u l-organizzatur tal-vjaġġ. Fuq il-kuntest tal-Artikolu 8(2) tiegħu, ara l-punti 48 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>. ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>, li l-awturi tiegħu riedu jirriżervaw il-każ ta’ ċirkustanzi bħal dawk imsemmija fit-tieni domanda preliminari<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Ninnota li HQ <HT TYPE="ITALIC">et</HT> kif ukoll il-Kummissjoni jsostnu rispettivament, fil-fehma tiegħi b’mod żbaljat, li l-passiġġier ma għandux jibqa’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>b’idejh vojta<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> meta (ċertament) ma huwiex tort tiegħu f’dan il-każ u li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>f’ċirkustanzi eċċezzjonali bħalma huma dawk ta’ din il-kawża, ma jistax ikun li l-passiġġier ma jirċievi xejn finalment<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>.</P></NOTE>, b’tali mod li r-rimbors tal-biljett jista’ jintalab mingħand it-trasportatur tal-ajru f’każ li l-organizzatur tal-vjaġġ kollox inkluż ma jkunx finanzjarjament kapaċi jwettaq dan ir-rimbors abbażi tad-Direttiva 90/314 u ma ħax miżuri ta’ garanzija<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Nikkonstata li l-awturi tad-Direttiva 90/314, min-naħa l-oħra, fehmu b’mod espliċitu x-xenarju fejn l-organizzatur ifalli (f’dan ir-rigward, ara l-punt 55 ta’ dawn il-konklużjonijiet).</P></NOTE>. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax, taħt piena li tagħti interpretazzjoni wiesgħa wisq jew saħansitra <HT TYPE="ITALIC">contra legem</HT>, iżżid kriterji legali li ma kinux previsti u lanqas ikkunsidrati mil-leġiżlatur tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>F’dan ir-rigward, ara l-punt 47 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE> ma’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Kif semmew Aegean Airlines u l-Gvern Ġermaniż fis-sottomissjonijiet orali tagħhom, għalkemm il-Qorti tal-Ġustizzja diġà għażlet interpretazzjoni usa’ ta’ dispożizzjonijiet oħrajn tar-Regolament Nru 261/2004 minn dak li kienet timplika <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>B’mod partikolari fis-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091119">19 ta’ Novembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Sturgeon <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑402/07 u C‑432/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:716">EU:C:2009:716</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li ġiet ikkontestata minn ċerti osservaturi. Fuq din is-sentenza u l-ġurisprudenza li ssuċċedietha, ara, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, Cachard, O., <HT TYPE="ITALIC">Le transport international aérien des passagers</HT>, Académie de droit international de La Haye, Adi-Poche, Den Haag, 2015, punti 283 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>., kif ukoll Malenovský, J., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>Regulation 261: Three Major Issues in the Case Law of the Court of Justice of the EU<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>, <HT TYPE="ITALIC">Air Passenger Rights – Ten Years On</HT>, taħt id-direzzjoni ta’ Bobek, M., u Prassl, J., Hart Publishing, Oxford, 2016, p. 27 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.</P></NOTE> t-tifsira letterali tagħhom, l-interpretazzjoni estensiva proposta minn HQ <HT TYPE="ITALIC">et</HT> kif ukoll mill-Kummissjoni f’din il-kawża hija, madankollu, kuntrarja għall-kliem tal-Artikolu 8(2) ta’ dan ir-regolament, li fl-opinjoni tiegħi huwa ċar. Barra minn hekk, tali interpretazzjoni lanqas ma għandha l-effett potenzjalment pożittiv li timla xi lakuna eventwali tal-imsemmi regolament, moqri flimkien mad-Direttiva 90/314, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet li ġejjin.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-oriġini tad-dispożizzjonijiet ikkonċernati</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>L-interpretazzjoni li nissuġġerixxi li tadotta l-Qorti tal-Ġustizzja hija fl-opinjoni tiegħi kkonfermata mit-tagħlimiet meħuda mill-oriġini tar-Regolament Nru 261/2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Qabel kollox, infakkar li dan tal-aħħar ħa post <HT TYPE="ITALIC">ir-Regolament (KEE) Nru 295/91</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 295/91 tal-<DATE ISO="19910204">4 ta’ Frar 1991</DATE> li jistabbilixxi regoli komuni għal sistema ta’ kumpens għal imbark miċħud fit-trasport bl-ajru skedat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 306).</P></NOTE> li kien jirrigwarda biss l-imbark miċħud u li kien diġà jinkludi dispożizzjonijiet li jaġġustaw ir-rabta mad-Direttiva 90/314 – adottata ftit qablu – li jgħidu li f’każ ta’ rifjut ta’ imbark, l-operatur tal-vjaġġ kollox inkluż huwa obbligat li jikkumpensa lill-klijenti tiegħu għall-ksur tal-kuntratt tagħhom, bis-saħħa ta’ din id-direttiva, iżda li t-trasportatur tal-ajru għandu eventwalment jikkumpensah<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>L-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 295/91 kien jgħid: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>[f]l-eventwalità ta’ ċaħda ta’ imbark fuq kull titjira mibjugħa bħala kull parti minn package tour, it-trasportatur bl-ajru hu obbligat li jikkumpensa lill-operatur tal-vjaġġ [li jkun organizza l-vjaġġ] li jkun għamel kull kuntratt mal-passiġġier u li jkun suġġett lejh biex il-kuntratt ikun onorat kif suppost għar-rigward ta’ l-imsemmi package tour b’mod konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>, u fil-paragrafu 2 jgħid: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>[m]ingħajr preġudizzju għall-jeddijiet u obbligazzjonijiet li jinsabu f’[din id-direttiva], l-operatur tal-vjaġġ hu obbligat li jgħaddi lill-passiġġier is-somma miġbura skond il-paragrafu 1<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Sussegwentement, nenfasizza li l-mod kif żviluppaw ix-<HT TYPE="ITALIC">xogħlijiet preparatorji tar-Regolament Nru 261/2004</HT>, fil-fehma tiegħi, jiżvela l-intenzjoni tal-leġiżlatur fir-rigward tal-kontenut tal-Artikolu 8(2) ta’ dan l-istrument.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif tinnota Aegean Airlines, l-ewwel proposta għal regolament ippreżentata mill-Kummissjoni kienet tipprovdi għall-applikazzjoni sħiħa tiegħu għall-passiġġieri li t-titjira tagħhom tifforma parti minn vjaġġ kollox inkluż<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Ara l-proposta tal-<DATE ISO="20011221">21 ta’ Diċembru 2001</DATE>, COM(2001) 784 finali, punt 19 tal-Memorandum ta’ Spjegazzjoni, il-premessi 10 u 11 (li tgħid li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>[p]eress li l-organizzaturi tal-ivvjaġġar huma ġeneralment responsabbli għad-deċiżjonijiet kummerċjali dwar il-vjaġġi […] kollox kompriż, huma għandhom ikunu responsabbli għall-kumpens […] tal-passiġġieri fuq titjiriet li jiffurmaw parti minn dawn il-vjaġġi […] fil-każ ta’ annullament […] ta’ titjira<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>) [traduzzjoni mhux uffiċjali], kif ukoll l-Artikolu 3(1).</P></NOTE>. Il-Parlament Ewropew oġġezzjona għall-inklużjoni ta’ dawn il-passiġġieri fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-regolament futur, minħabba li dawn kienu diġà jgawdu minn protezzjoni xierqa skont id-Direttiva 90/314, li żżomm lill-organizzaturi tal-vjaġġi responsabbli għall-implimentazzjoni ġusta tal-pakkett kollox inkluż<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Nippreċiża li, skont l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 90/314, l-organizzaturi jistgħu madankollu jieħdu azzjoni legali kontra l-fornituri tas-servizzi l-oħrajn responsabbli mill-eżekuzzjoni tal-kuntratt. Ara wkoll il-premessa 36 <HT TYPE="ITALIC">in fine</HT> u l-Artikolu 22 tad-Direttiva 2015/2302.</P></NOTE>, inkluż tat-trasport bl-ajru<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Ara, b’mod partikolari, l-emendi 2, 3 u 15 kif ukoll il-ġustifikazzjonijiet tagħhom li jinsabu fir-rapport tat-<DATE ISO="20020912">12 ta’ Settembru 2002</DATE> dwar il-proposta msemmija iktar ’il fuq (A5‑0298/2002), adottati mill-Parlament fl-<DATE ISO="20021024">24 ta’ Ottubru 2002</DATE> (pożizzjoni fl-ewwel qari, <REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="300" PAGE.FIRST="557" DATE.PUB="2003">ĠU 2003, C 300, p. 557</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>. Fil-proposta emendata tagħha, il-Kummissjoni madankollu sostniet il-pożizzjoni oriġinali tagħha, billi argumentat li<?PAGE NO="9"?> l-protezzjoni mogħtija minn dik id-direttiva ma kinitx ekwivalenti, peress li ma kinitx tagħti drittijiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>awtomatiċi<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> lill-passiġġieri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Proposta tal-<DATE ISO="20021204">4 ta’ Diċembru 2002</DATE>, COM(2002) 717 final, Memorandum ta’ Spjegazzjoni, punt 2, li jgħid li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>ir-Regolament propost jagħti lill-passiġġieri drittijiet preċiżi, awtomatiċi, li jkunu jistgħu jgawdu minnhom immedjatament, mingħajr ma jirrikorru għall-qrati. Xejn ma jiġġustifika li tingħata protezzjoni differenti lil passiġġieri li jaffaċċjaw problemi simili<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</P></NOTE>. Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għażel it-triq tan-nofs bejn dawk proposti mill-Kummissjoni u mill-Parlament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Ara l-Pożizzjoni Komuni adottata fit-<DATE ISO="20030318">18 ta’ Marzu 2003</DATE> u l-Memorandum ta’ Spjegazzjoni (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="125E" PAGE.FIRST="63" DATE.PUB="2003">ĠU 2003, C 125 E, p. 63</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, li aċċettaw li jaqblu fuq dan il-kompromess, billi qiesu li dan kien jippermetti li jintlaħqu l-għanijiet tal-proposti rispettivi tagħhom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-<DATE ISO="20030325">25 ta’ Marzu 2003</DATE>, SEC(2003) 361 finali, p. 3, 6 u 7, kif ukoll il-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari tat-<DATE ISO="20030703">3 ta’ Lulju 2003</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="074E" PAGE.FIRST="807" DATE.PUB="2004">ĠU 2004, C 74E, p. 807</REF.DOC.OJ>), li ma tinkludix l-esklużjoni tal-passiġġieri li jivvjaġġaw kollox kompriż li kienet reġgħet ġiet irrakkomandata mir-rapporteur tiegħu fit-<DATE ISO="20030613">13 ta’ Ġunju 2003</DATE> (Rapport A5‑0221/2003, emendi 1 u 9).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, minn dawn l-elementi jirriżulta li l-awturi tal-aħħar verżjoni tar-Regolament Nru 261/2004 ma ridux jeskludu totalment mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu lill-passiġġieri li jivvjaġġaw kollox inkluż, iżda riedu jżommu fir-rigward tagħhom l-effetti tas-sistema protettiva biżżejjed li kienet ġiet stabbilita preċedentement mid-Direttiva 90/314. F’dan ir-rigward, naqbel mal-opinjoni ta’ Aegean Airlines li tgħid li l-oġġezzjonijiet li kienu saru fil-proposta emendata tal-Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 32 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE> ma kinux fondati. Fil-fatt, din id-direttiva, bħar-Regolament Nru 261/2004, tistabbilixxi drittijiet li għandhom jiġu applikati mingħajr il-bżonn ta’ azzjoni legali biex jintalab ir-rispett tagħhom, sakemm id-debitur ma jirrifjutax li jikkonforma magħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>B’mod iktar partikolari, rigward il-kanċellazzjoni ta’ vjaġġ kollox inkluż dovut għall-kanċellazzjoni ta’ titjira u tad-dritt għar-rimbors tal-biljett tal-ajru li jista’ jirriżulta minnha, it-test finali jaqbel mal-linji proposti mill-Parlament, peress li l-leġiżlatur ikkunsidra li l-interessi tal-passiġġieri li jkunu xtraw tali vjaġġ kienu salvagwardjati biżżejjed mid-Direttiva 90/314, billi l-mekkaniżmi ta’ protezzjoni previsti minn din tal-aħħar huma previsti li jaħdmu korrettement fl-Istati Membri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Fuq id-dritt għar-rimbors ta’ vjaġġ kollox inkluż u s-sistema ta’ salvagwardji relatata miegħu li ġew stabbiliti minn din id-direttiva, ara l-punti 54 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>. ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>. Għaldaqstant, fil-fehma tiegħi, mill-Artikolu 8(2) tal-imsemmi regolament jirriżulta li l-paragrafu 1(a) ta’ dak l-artikolu huwa applikabbli għal passiġġieri bħal dawn sa fejn jippermettilhom jiksbu, minn naħa, titjira lura lejn il-punt ta’ tluq, jekk ikun hemm bżonn u, min-naħa l-oħra, ir-rimbors tal-biljett tal-ajru tagħhom, iżda sakemm id-dritt għar-rimbors ma jkunx diġà rriżulta mid-Direttiva 90/314, jiġifieri f’każ biss fejn il-kundizzjonijiet stabbiliti minn din tal-aħħar ma jkunux issodisfatti biex jinħoloq dan id-dritt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, inqis li l-approċċ propost hawnhekk ma jmurx kontra l-prinċipju ta’ trattament ugwali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Prinċipju, imsemmi b’mod impliċitu fil-proposta emendata tal-Kummissjoni msemmija iktar ’il fuq (nota ta’ qiegħ il-paġna 32), u b’mod espliċitu minn HQ <HT TYPE="ITALIC">et</HT> kemm quddiem il-qorti tar-rinviju kif ukoll quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, li jgħid li sitwazzjonijiet paragunabbli ma għandhomx jiġu ttrattati b’mod differenti u sitwazzjonijiet differenti ma għandhomx jiġu ttrattati b’mod ugwali, sakemm tali trattament ma jkunx oġġettivament iġġustifikat.</P></NOTE>, li l-Qorti tal-Ġustizzja rreferiet għalih f’deċiżjonijiet dwar l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjonijiet oħra tar-Regolament Nru 261/2004<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Ara s-sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091119">19 ta’ Novembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Sturgeon <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑402/07 u C‑432/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:716">EU:C:2009:716</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.); tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121023">23 ta’ Ottubru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Nelson <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑581/10 u C‑629/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:657">EU:C:2012:657</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.); kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170907">7 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Bossen <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, (<NO.CASE>C‑559/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:644">EU:C:2017:644</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.); kif ukoll id-digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161005">5 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Wunderlich</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑32/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:753">EU:C:2016:753</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.).</P></NOTE>, b’kont meħud tal-għażliet li saru b’mod leġittimu mil-leġiżlatur tal-Unjoni f’dak li jikkonċerna r-relazzjoni bejn dan ir-regolament u d-Direttiva 90/314. Dan il-leġiżlatur iddeċieda li l-persuni li għandhom vjaġġ kollox inkluż għandhom fil-prinċipju jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmi regolament, iżda madankollu jkunu suġġetti għal arranġamenti speċifiċi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>F’dan ir-rigward, ara l-punt 52 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>. Barra minn hekk, il-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-prinċipju ta’ ugwaljanza ma humiex, fil-fehma tiegħi, issodisfatti f’dan il-każ, peress li l-passiġġieri li xtraw titjira fil-kuntest ta’ vjaġġ kollox inkluż ma humiex oġġettivament f’sitwazzjoni paragunabbli għal dik ta’ passiġġieri li jkunu xtraw l-istess titjira iżda barra minn dan il-pakkett, li skont id-definizzjoni din tgħaqqad diversi provvisti ta’ servizzi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Finalment, ninnota li, matul l-imsemmija xogħlijiet preparatorji, bl-ebda mod ma ġie kkunsidrat li jkun hemm riżerva, fir-regolament ineżami, f’dak li jirrigwarda l-ipoteżijiet – imsemmija fit-tieni domanda preliminari – fejn l-organizzatur ta’ vjaġġi ma jkunx f’qagħda finanzjarja li jirrimborsa lill-klijent tiegħu u ma ħax miżuri ta’ garanzija għal dan il-għan.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">3.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-kuntest tad-dispożizzjonijiet ikkonċernati</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>L-Artikolu 8(2) tar-Regolament Nru 261/2004 jagħmel parti minn kuntest partikolari, kemm f’dan ir-regolament kif ukoll fid-dawl tal-istandards ta’ madwaru, li jikkorrobora l-interpretazzjoni li qiegħed nipproponi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fl-ewwel lok</HT>, il-Kummissjoni targumenta li dan l-Artikolu 8(2) jidderoga mill-prinċipju li jgħid li t-trasportatur tal-ajru huwa obbligat iħallas kumpens lill-passiġġieri u li jipprovdilhom assistenza fil-kundizzjonijiet stabbiliti mir-<HT TYPE="ITALIC">Regolament Nru 261/2004</HT>, b’tali mod li għandu jiġi interpretat b’mod strett, kif iddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward ta’ dispożizzjonijiet oħra ta’ dan l-istrument<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081222">22 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Wallentin-Hermann</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑549/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:771">EU:C:2008:771</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), iċċitata mill-Kummissjoni, kif ukoll id-digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141114">14 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Siewert</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑394/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2377">EU:C:2014:2377</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150917">17 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>van der Lans</NAME.CASE>, (<NO.CASE>C‑257/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:618">EU:C:2015:618</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li kollha jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 261/2004.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li l-leġiżlatur tal-Unjoni nnifsu fformula din id-dispożizzjoni b’mod li l-portata tagħha diġà hija strettament limitata, peress li l-eċċezzjoni msemmija fiha hija limitata għad-dritt għar-rimbors previst fl-ewwel inċiż tal-paragrafu 1(a) ta’ dan l-istess Artikolu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Ara, ukoll, in-nota ta’ qiegħ il-paġna 12 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>. Barra minn hekk, l-imsemmi Artikolu 8(2) għandu għan speċifiku, li jiddistingwih fil-fehma tiegħi minn dispożizzjonijiet oħrajn tar-Regolament Nru 261/2004 diġà interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja, peress li għandu l-għan li jiżgura rabta adegwata ta’ dan mad-Direttiva 90/314 u, b’mod iktar konkret, li jalloka r-responsabbiltà ta’ dan ir-rimbors jew lit-trasportatur tal-ajru jew lill-operatur tal-vjaġġi skont il-każ. Finalment, l-interpretazzjoni stretta ta’ dispożizzjoni ma tistax timplika li għandhom jiġu interpretati kundizzjonijiet mhux speċifikati fiha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fil-fehma tiegħi, min-natura derogatorja ta’ dan il-paragrafu 2 ma jistax jiġi direttament dedott li t-trasportatur tal-ajru għandu jikkumpensa lill-passiġġier li għandu vjaġġ kollox inkluż f’każ li l-organizzatur ta’ dan il-vjaġġ ma għamilx dan skont id-Direttiva 90/314. Għall-kuntrarju, kieku l-leġiżlatur ried li tali obbligu ta’ garanzija jkun responsabbiltà tat-trasportaturi tal-ajru, minbarra l-obbligi diġà imposti fuq l-organizzatur tal-vjaġġ minn din id-direttiva, kien ċertament jindika dan b’mod espliċitu f’dak ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Din il-perspettiva hija msaħħa, fil-fehma tiegħi, mill-kontenut tad-dispożizzjoni l-oħra tar-Regolament Nru 261/2004 li tirrigwarda l-kombinazzjoni bejn dan l-istrument u d-Direttiva 90/314, jiġifieri l-Artikolu 3(6) tal-imsemmi regolament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Ninnota li HQ <HT TYPE="ITALIC">et</HT> jisiltu argument, barra minn hekk, mill-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 261/2004, li jipprovdi li, meta trasportatur tal-ajru jħallas kumpens (bħal kumpens f’somma f’daqqa dovuta taħt l-Artikolu 7 tiegħu) jew jissodisfa l-obbligi l-oħra tiegħu skont dan ir-regolament, dan jista’ mbagħad jitlob kumpens, b’mod partikolari, lill-operatur tal-vjaġġi li miegħu jkun ikkonkluda kuntratt. Madankollu, nikkunsidra li din id-dispożizzjoni ma taffettwax ir-relazzjoni tal-imsemmi regolament mad-Direttiva 90/314.</P></NOTE>. Fil-fatt, dan il-paragrafu jgħid, minn naħa, li r-Regolament Nru 261/2004 ma jaffettwax id-drittijiet li l-passiġġieri li jkunu xtraw vjaġġ kollox inkluż ikollhom taħt dik id-direttiva u, min-naħa l-oħra, li ma għandux japplika f’każijiet fejn il-vjaġġ inkwistjoni jkun ikkanċellat għal raġunijiet oħra barra l-kanċellazzjoni tat-titjira kkonċernata<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Infakkar li din it-tieni regola tissemma wkoll fil-premessa 16 ta’ dak ir-regolament.</P></NOTE>. Jidhirli li l-leġiżlatur tal-Unjoni ried jagħti ċerta prijorità lid-Direttiva 90/314, anki jekk ir-Regolament Nru 261/2004 japplika b’mod parallel fir-rigward ta’ tali passiġġieri, fil-limiti definiti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fit-tieni lok</HT>, fid-dawl tal-għan speċifiku tiegħu msemmi iktar ’il fuq, l-Artikolu 8(2) tar-Regolament Nru 261/2004 għandu fl-opinjoni tiegħi jiġi interpretat, mil-lat kuntestwali, mhux billi wieħed jillimita ruħu għall-eżami tad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan ir-regolament, iżda billi jittieħed inkunsiderazzjoni wkoll il-kontenut tal-istrument l-ieħor imsemmi f’din id-dispożizzjoni, jiġifieri, billi jittieħed debitament inkunsiderazzjoni l-<HT TYPE="ITALIC">kontenut tad-Direttiva 90/314</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Madankollu, din id-direttiva tipprevedi, fl-Artikolu 4(6)(b) tagħha, skema speċifika li fil-kuntest tagħha, meta l-organizzatur ta’ vjaġġ kollox inkluż jikkanċella l-vjaġġ qabel it-tluq miftiehem, tkun xi tkun ir-raġuni, il-konsumatur li xtara l-vjaġġ ikkonċernat għandu d-dritt li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>jitħallas lura malajr kemm jista’ jkun s-somom kollha li jkun ħallas skond il-kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> konkluż ma’ dan in-negozjant<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>Għajr jekk il-kanċellazzjoni tkun dovuta għal nuqqas min-naħa tal-konsumatur.</P></NOTE>. Dan ir-rimbors għandu jinkludi, fost l-oħrajn, il-prezz ta’ biljetti tal-ajru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Barra minn hekk u fuq kollox, id-Direttiva 90/314 diġà tinkludi fl-Artikolu 7 tagħha, rekwiżiti speċifiċi biex jiġi żgurat li r-rimbors previst minn din id-direttiva jitħallas anki f’każ li l-organizzatur tal-vjaġġ ikun insolventi jew ifalli<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>Il-wieħed u għoxrin premessa u l-Artikolu 7 ta’ din id-direttiva jipprovdu li l-organizzatur tal-vjaġġi għandu jipprovdi garanziji suffiċjenti sabiex jiżgura, fil-każ ta’ insolvenza jew ta’ falliment, ir-rimbors tal-fondi mħallsa. Bl-istess mod, il-paragrafu 1 tal-Artikolu 7:512 tal-Kodiċi Ċivili Olandiż jimponi lil kull organizzatur tal-vjaġġi sabiex jieħu minn qabel il-miżuri neċessarji biex jiżgura li, jekk ma jkunx jista’ jkompli jissodisfa l-obbligi tiegħu fil-konfront tal-vjaġġatur f’każ ta’ insolvenza, dawn jiġu assunti minn parti terza jew jiġi rimborsat il-prezz tal-vjaġġ.</P></NOTE>. F’każ li dan tal-aħħar jonqos mill-obbligi tiegħu taħt l-imsemmi Artikolu 7, xejn ma jiġġustifika li l-garanziji previsti jiġu imposti fuq it-trasportatur tal-ajru billi dan tal-aħħar jiġi mġiegħel jirrimborsa l-biljetti tal-ajru tal-klijenti tal-operatur ikkonċernat. Nenfasizza li, jekk tiġi implimentata korrettement fl-Istati Membri, din is-sistema ta’ garanzija kif prevista tipproteġi lill-vjaġġaturi b’mod partikolari<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>Peress li din is-sistema ma għandhiex ekwivalenti f’oqsma oħra tal-liġi tal-konsumatur.</P></NOTE>. Dawn id-dispożizzjonijiet huma obbligatorji, anki jekk ma humiex akkumpanjati minn sanzjonijiet, u fil-fehma tiegħi għandhom jiġu osservati, mill-organizzatur tal-vjaġġi, taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0047"><P>Nenfasizza li s-sitwazzjoni li kellhom jaffaċċjaw il-konsumaturi f’dan il-każ ma hijiex dovuta għal lakuna fis-sistema stabbilita mid-Direttiva 90/314, li jeħtieġ li tiġi rimedjata permezz tar-Regolament Nru 261/2004, iżda għall-fatt li l-organizzatur tal-vjaġġi naqas milli jissodisfa l-obbligi legali tiegħu, li l-Istati Membri għandhom jieħdu ħsieb li jiġu osservati.</P></NOTE>. Jekk jirriżulta li l-awtoritajiet ta’ Stat Membru ma ħadux il-miżuri kollha meħtieġa minn din id-direttiva biex dan id-dritt għar-rimbors ikun tabilħaqq effettiv<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0048"><P>Billi l-Qorti tal-Ġustizzja interpretat l-Artikolu 7 tad-Direttiva 90/314 fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li l-modalitajiet tagħha ma jiggarantixxux effettivament lill-konsumatur ir-rimbors tal-flus kollha li jkun ħallas f’każ ta’ insolvenza jew ta’ falliment tal-organizzatur tal-vjaġġi (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990615">15 ta’ Ġunju 1999</DATE>, <NAME.CASE>Rechberger <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑140/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:306">EU:C:1999:306</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0074">74</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll id-digriet tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140116">16 ta’ Jannar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Baradics <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑430/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:32">EU:C:2014:32</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, ma jistax jiġi eskluż li titqajjem ir-responsabbiltà ta’ dan l-Istat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0049"><P>Dwar il-kawżi għad-danni li jistgħu jitressqu minn individwi kontra Stat Membru, ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130314">14 ta’ Marzu 2013</DATE>, <NAME.CASE>Leth</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑420/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:166">EU:C:2013:166</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.); tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140903">3 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>X</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑318/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2133">EU:C:2014:2133</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.); kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181004">4 ta’ Ottubru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Kantarev</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑571/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:807">EU:C:2018:807</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0092">92</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Għalhekk, fid-dawl tad-Direttiva 90/314, jidhirli li l-kwistjoni tal-insolvenza jew il-falliment eventwali tal-organizzatur tal-vjaġġi taqa’ biss fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva, u mhux f’dak tar-Regolament Nru 261/2004, li huwa kkonfermat ukoll b’mod espliċitu mid-direttiva l-ġdida dwar il-pakketti tal-ivvjaġġar<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0050"><P>Ara l-premessi 1 u 38 sa 44 kif ukoll l-Artikoli 17 sa 18 tad-Direttiva 2015/2302, li l-kontenut tagħha jipprovdi kjarifiki interessanti, anki jekk ma hijiex applikabbli f’dan il-każ.</P></NOTE>. Iċ-ċirkustanzi msemmija fit-tieni domanda preliminari ma jistgħux għalhekk jiġġustifikaw li, fil-każ speċifiku msemmi mill-qorti tar-rinviju, it-trasportatur tal-ajru huwa obbligat jirrimborsa l-biljett tal-ajru tiegħu lil passiġġier li għandu vjaġġ kollox inkluż li ma kisibx dan ir-rimbors mingħand l-organizzatur ta’ dak il-vjaġġ.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="12"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">4.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-għanijiet tad-dispożizzjonijiet ikkonċernati</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Minkejja l-ilmenti magħmula f’dan is-sens minn HQ <HT TYPE="ITALIC">et</HT> u mill-Kummissjoni, inqis li l-interpretazzjoni proposta hawn ma hijiex f’kunflitt mal-għanijiet imfittxija mid-dispożizzjonijiet rilevanti, fid-dawl kemm tal-għanijiet ġenerali tar-Regolament Nru 261/2004 kif ukoll tal-għanijiet speċifiċi tal-Artikolu 8(2) tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Huwa minnu li, kif jindika l-preambolu tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0051"><P>Ara l-premessi 1 sa 6 tar-Regolament Nru 261/2004.</P></NOTE>, dan ir-regolament għandu bħala <HT TYPE="ITALIC">għan ġenerali</HT> li jiżgura protezzjoni ta’ livell għoli lill-passiġġieri li japplika għalihom, intiża biex tirrimedja l-inkonvenjenzi serji għal dawn il-persuni, b’mod partikolari, wara l-kanċellazzjoni ta’ titjira. Il-Qorti tal-Ġustizzja bbażat ruħha diversi drabi fuq dan l-għan, b’mod partikolari sabiex tiġġustifika interpretazzjoni wiesgħa tad-drittijiet irrikonoxxuti lil dawn il-passiġġieri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0052"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121004">4 ta’ Ottubru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Finnair</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑22/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:604">EU:C:2012:604</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121004">4 ta’ Ottubru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Rodríguez Cachafeiro u Martínez-Reboredo Varela-Villamor</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑321/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:609">EU:C:2012:609</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121023">23 ta’ Ottubru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Nelson <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑581/10 u C‑629/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:657">EU:C:2012:657</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll 74 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.); tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130131">31 ta’ Jannar 2013</DATE>, <NAME.CASE>McDonagh</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑12/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:43">EU:C:2013:43</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.); kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160622">22 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Mennens</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑255/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:472">EU:C:2016:472</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Madankollu, kif diġà ddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja, ir-Regolament Nru 261/2004 jservi wkoll għan ieħor, li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni, jiġifieri dak li jiżgura bilanċ bejn l-interessi tal-passiġġieri protetti u dawk tat-trasportaturi tal-ajru<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0053"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091119">19 ta’ Novembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Sturgeon <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑402/07 u C‑432/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:716">EU:C:2009:716</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121023">23 ta’ Ottubru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Nelson <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑581/10 u C‑629/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:657">EU:C:2012:657</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180912">12 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Harms</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑601/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:702">EU:C:2018:702</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0015">15</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Madankollu, anki jekk il-leġiżlatur tal-Unjoni għażel li jagħti rwol ċentrali lit-trasportatur tal-ajru li jopera fl-ikkompensar u fl-assistenza li huma intitolati għalihom il-passiġġieri, b’mod partikolari f’każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0054"><P>Skont l-Artikoli 5 u 8 tar-Regolament Nru 261/2004. Fil-paġna 3 tal-Komunikazzjoni tagħha msemmija iktar ’il fuq (nota ta’ qiegħ il-paġna 34), il-Kummissjoni osservat li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>[d]in hija soluzzjoni prattika, peress li t-trasportatur attwali tat-titjira ġeneralment ikun fl-aħjar pożizzjoni biex jiżgura li t-titjiriet isiru skont l-iskeda, u jkollu persunal u uffiċjali fl-ajruporti biex jgħinu lill-passiġġieri. Hija wkoll sistema diretta u sempliċi u, għalhekk tinftiehem faċilment mill-passiġġieri<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</P></NOTE>, dan xorta ma jfissirx li t-trasportatur għandu jġorr il-piż finanzjarju tagħhom waħdu f’kull każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>B’mod partikolari, fil-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira li tagħmel parti minn vjaġġ kollox inkluż, inqis li r-responsabbiltà inerenti għaliha u l-ispejjeż relatati għandhom jinqasmu bejn l-organizzatur tal-vjaġġ u t-trasportatur tal-ajru skont l-obbligi rispettivi tagħhom, kif jirriżultaw mhux biss mid-dispożizzjonijiet applikabbli tad-Direttiva 90/314 jew tar-Regolament Nru 261/2004, iżda wkoll mill-impenji meħuda fil-kuntratti konklużi bejn l-organizzatur tal-vjaġġ u l-klijent tiegħu minn naħa, u bejn dak l-organizzatur u t-trasportatur tal-ajru, min-naħa l-oħra<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0055"><P>Ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170511">11 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Krijgsman</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑302/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:359">EU:C:2017:359</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.), fejn jitqies li t-trasportatur tal-ajru li jopera għandu jikkumpensa lil passiġġier li xtara titjira permezz ta’ aġenzija tal-ivvjaġġar, anki jekk it-trasportatur informa fi żmien xieraq lil dan l-aġent dwar il-bidla fl-iskeda tat-titjira u dan informa lill-passiġġier dwar dan wara ż-żmien, iżda fejn huwa mfakkar ukoll li, skont l-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 261/2004, it-trasportatur jista’ jitlob kumpens mingħand kull persuna li huwa kkonkluda kuntratt magħha.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>F’kull każ, fil-fehma tiegħi ma teżisti l-ebda bażi legali, u lanqas ma hemm raġuni oġġettiva, biex il-garanzija għall-falliment ta’ dak l-organizzatur, fil-prattika, titqiegħed taħt ir-responsabbiltà tat-trasportatur tal-ajru billi jkun impost fuqu li jirrimborsa lill-passiġġier li għandu vjaġġ kollox inkluż f’każ bħal dan, u dan wisq inqas peress li, kif diġà enfasizzajt, id-Direttiva 90/314 fiha dispożizzjonijiet li jippermettu preċiżament li jiġu solvuti tali problemi jekk jiġu osservati<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0056"><P>Ara l-punt 55 ta’ dawn il-konklużjonijiet. Matul is-seduta, Aegean Airlines enfasizzat, ġustament, li l-interpretazzjoni proposta minn HQ <HT TYPE="ITALIC">et</HT> u mill-Kummissjoni tista’ saħansitra tmur kontra l-interess tal-konsumaturi, billi l-organizzaturi tal-vjaġġi ma jibqax ikollhom inċentiv biex jieħdu l-garanziji meħtieġa mid-Direttiva 90/314, jekk ikunu jafu li t-trasportaturi tal-ajru se jkunu obbligati jpattu għan-nuqqas tagħhom abbażi tar-Regolament Nru 261/2004.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, it-teħid inkunsiderazzjoni tal-għan ta’ protezzjoni tal-passiġġieri msemmi, b’mod ġenerali, mir-Regolament Nru 261/2004 ma jistax iwassal lill-Qorti tal-Ġustizzja biex tagħżel interpretazzjoni tal-Artikolu 8(2) tiegħu li ma hijiex konformi mal-kliem u mal-<HT TYPE="ITALIC">għan speċifiku</HT> ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>F’dan l-aħħar rigward, nikkunsidra li l-imsemmi Artikolu 8(2) għandu l-għan partikolari li jagħmel rabta xierqa bejn ir-Regolament Nru 261/2004 u d-Direttiva 90/314 sabiex jiġi ppreżervat il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ kull wieħed minn dawn l-istrumenti protettivi, filwaqt li jipprevjeni li l-konsumaturi kkonċernati jibbenefikaw minn prerogattivi li, minħabba l-possibbiltà ta’ akkumulazzjoni ta’ regoli, jistgħu jkunu eċċessivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Il-ħsieb li jiġi evitat li passiġġier li jbati minn preġudizzju jkun protett iżżejjed minn applikazzjoni kumulattiva tad-drittijiet offruti minn dan ir-regolament u minn din id-direttiva jirriżulta wkoll minn komunikazzjoni mill-Kummissjoni, li ssemmi b’mod partikolari l-mod xieraq kif l-imsemmi regolament għandu jiġi kkombinat flimkien mad-direttiva l-ġdida dwar il-vjaġġi kollox kompriż<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0057"><P>Ara l-Linji Gwida Interpretattivi dwar ir-Regolament Nru 261/2004 (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="214" PAGE.FIRST="5" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, C 214, p. 5</REF.DOC.OJ>), Taqsima 2.2.6, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>Kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament fir-rigward tad-Direttiva dwar il-vjaġġi kollox inkluż<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>. Dan id-dokument mhux vinkolanti jissemma wkoll mill-qorti tar-rinviju, li ġustament tosserva li t-Taqsima 4.2 tiegħu tirrigwarda d-dritt għar-rimbors f’każ ta’ kanċellazzjoni, iżda mingħajr ma ssemmi l-kontenut tal-Artikolu 8(2) ta’ dak ir-regolament.</P></NOTE>, filwaqt li tinnota li din tal-aħħar teskludi espressament kwalunkwe <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>kumpens żejjed<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> f’każ ta’ kumpens lil vjaġġatur<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0058"><P>Fil-fatt, il-premessa 36 u l-Artikolu 14(5) tad-Direttiva 2015/2302 jippreċiżaw li l-kumpens mogħti skont din id-direttiva, fil-każ ta’ eżekuzzjoni ħażina tas-servizzi tal-ivvjaġġar, u dak mogħti skont atti oħrajn tad-dritt tal-Unjoni ċċitati, li fosthom hemm ir-Regolament Nru 261/2004, għandhom <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>jitnaqqsu minn xulxin sabiex jiġi evitat kumpens żejjed<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/>. Għalkemm din id-direttiva, li ssostitwiet id-Direttiva 90/314, ma hijiex applikabbli f’dan il-każ (ara l-punt 8 ta’ dawn il-konklużjonijiet), il-preċiżazzjoni magħmula mil-leġiżlatur tal-Unjoni ma hijiex madankollu mingħajr interess, fil-fehma tiegħi, fil-kawża preżenti.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Fl-istess spirtu, inqis li passiġġier ma għandu qatt ikun jista’ jikseb rimbors doppju tal-biljett tal-ajru tiegħu, fil-każ ta’ kanċellazzjoni tal-vjaġġ kollox inkluż tiegħu, billi jkollu l-possibbiltà li jagħżel li jibbaża ruħu jew fuq id-Direttiva 90/314 u/jew fuq ir-Regolament Nru 261/2004. Għaldaqstant, jekk il-persuna kkonċernata tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex tikkwalifika għal rimbors skont din id-direttiva, ma tistax fil-fehma tiegħi tippretendi li tkun eliġibbli wkoll taħt dan ir-regolament, anki jekk l-eżerċizzju ta’ dan id-dritt ma jitwettaqx b’mod konkret, bħal f’dan il-każ, minħabba n-nuqqas tal-uniku debitur li huwa l-organizzatur tal-vjaġġ, waqt li jiġi osservat li tali periklu ekonomiku jibqa’ dejjem possibbli<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0059"><P>Sfortunatament ma huwiex rari li konsumatur jiġi affaċċjat bl-insolvenza jew bil-falliment ta’ professjonist li jkun ikkonkluda kuntratt miegħu, mingħajr qatt ma jkun jista’ jikseb rimedju jew kumpens għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ dan tal-aħħar.</P></NOTE> u waqt li jitfakkar li l-Artikolu 7 tal-imsemmija direttiva diġà għandu l-għan li jevita li konsumatur ma jirċievi l-ebda rimbors fil-każijiet imsemmija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għall-kompletezza, ninnota li l-interpretazzjoni proposta hawnhekk hija konformi ma’ kunsiderazzjonijiet prattiċi, li ma jistgħux jiġu injorati kompletament. Kif sostnew Aegean Airlines u l-Gvern Ġermaniż, kieku kellu jiġi deċiż li t-trasportatur tal-ajru li jopera għandu jirrimborsa l-biljett tal-ajru ta’ passiġġier li jkun xtrah mingħand terz bħala parti minn vjaġġ kollox inkluż, ġeneralment ikun diffiċli ħafna, jekk mhux impossibbli, li wieħed ikun jaf l-ammont li għandu jitħallas. Fil-fatt, peress li l-prezz tat-titjira jkun inkorporat f’tariffa li tinkludi essenzjalment il-prezzijiet ta’ diversi servizzi u li l-komponenti tagħha ġeneralment ikun jafhom biss l-organizzatur tal-vjaġġ, la t-trasportatur<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0060"><P>Ma jistax jiġi preżunt, fil-fehma tiegħi, li l-prezz li għandu jitħallas lura lil tali passiġġieri huwa identiku għall-prezz miftiehem bejn l-organizzatur tal-vjaġġi u t-trasportatur għax-xiri ta’ postijiet fuq l-ajruplan, peress li l-organizzatur seta’ għażel tariffa differenti meta biegħ il-biljetti lill-klijenti tiegħu.</P></NOTE> u lanqas ix-xerrej ma jkunu jafu liema porzjon ta’ din it-tariffa jikkorrispondi għat-titjira kkonċernata. Fi kliem ieħor, jidhirli li ma huwiex realistiku li t-trasportatur dejjem jista’ jikkwantifika l-ammont eżatt tar-rimbors<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0061"><P>Infakkar li l-Artikolu 8(1)(a) tar-Regolament Nru 261/2004 jipprovdi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>rimbors […] tal-prezz sħiħ tal-biljett bil-prezz b’liema ġie mixtri<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/>, u mhux bi prezz qrib tiegħu.</P></NOTE> li jkun dovut lil dan il-passiġġier f’tali ċirkustanzi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-elementi kollha, l-Artikolu 8(2) tar-Regolament Nru 261/2004 għandu, fil-fehma tiegħi, jiġi interpretat fis-sens li passiġġier li jkollu, skont id-Direttiva 90/314 kif trasposta fil-liġi nazzjonali, id-dritt li jikkuntattja lill-organizzatur tal-vjaġġ kollox inkluż fil-każ li dan jiġi kkanċellat, sabiex jikseb ir-restituzzjoni tas-somom kollha li huwa ħallsu skont il-kuntratt tagħhom, ma jistax jitlob rimbors tal-biljett tal-ajru tiegħu mingħand it-trasportatur tal-ajru li jopera, abbażi ta’ dan ir-regolament, anki meta l-imsemmi organizzatur ma jkunx finanzjarjament kapaċi li jirrimborsa l-biljett u ma jkunx ħa l-miżuri ta’ garanzija meħtieġa biex jiżgura tali rimbors.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domandi preliminari magħmula mir-rechtbank Noord-Nederland (il-Qorti Distrettwali ta’ Noord-Nederland, il-Pajjiżi l-Baxxi) b’dan il-mod:</TXT><P>L-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20040211">11 ta’ Frar 2004</DATE> li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, għandu jiġi interpretat fis-sens li passiġġier li għandu, skont id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat-<DATE ISO="19900613">13 ta’ Ġunju 1990</DATE> dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż, kif trasposta fil-liġi nazzjonali, id-dritt li jikkuntattja lill-organizzatur tal-vjaġġ kollox inkluż fil-każ li dan jiġi kkanċellat, sabiex jikseb ir-restituzzjoni tas-somom kollha li huwa ħallsu skont il-kuntratt tagħhom, ma jistax jitlob rimbors tal-biljett tal-ajru tiegħu mingħand it-trasportatur tal-ajru li jopera, abbażi ta’ dan ir-regolament, anki meta l-imsemmi organizzatur ma jkunx finanzjarjament kapaċi li jirrimborsa l-biljett u ma jkunx ħa l-miżuri ta’ garanzija meħtieġa biex jiżgura tali rimbors.</P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>