24.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/53


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10871 – E.ON / FSI / WESTENERGIE BREITBAND)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 320/23)

1.   

Fis-17 ta’ Awwissu 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

E.ON SE (“E.ON”, il-Ġermanja),

—

First Sentier Investors Holdings Pty Ltd (“FSI”, l-Awstralja), bħalissa kkontrollata minn Mitsubishi UFL Financial Group, Inc, (“MUFG”, il-Ġappun),

—

Westenergie Breitband GmbH (“Westenergie Breitband”, il-Ġermanja), bħalissa kkontrollata minn E.ON.

E.ON u MUFG se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Westenergie Breitband.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

E.ON hija kumpanija internazzjonali tal-enerġija u tal-utilitajiet,

—

FSI tifforma parti mill-grupp globali ta’ ġestjoni tal-assi First Sentier Investors Group li finalment huwa kkontrollat minn MUFG, grupp globali ta’ ġestjoni tal-assi u fornitur ta’ servizzi bankarji,

—

Westenergie Breitband tibni u tħaddem networks tal-broadband tal-fibra tal-ħġieġ fil-Ġermanja.

3.   

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fl-ambitu tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jippreżentaw il-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jonħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.10871 – E.ON / FSI / WESTENERGIE BREITBAND

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.