|
13.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 428/33 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8718 — Starwood Capital Group/Accor/Sofitel Budapest Chain Bridge Hotel)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 428/14)
|
1. |
Fl-1 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
Starwood Capital Group u Accor-Pannonia Hotels Zrt. jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Sofitel Budapest Chain Bridge Hotel, li bħalissa hija kkontrollata unikament minn Accor-Pannonia Hotels Zrt. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri tal-ishma/tal-assi u kuntratt ta’ ġestjoni. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — Starwood Capital Group: Ditta ta’ investiment privat bbażata fl-Istati Uniti tal-Amerika, b’enfasi ewlenija fuq il-proprjetà immobbli dinjija. — għal Accor-Pannonia Hotels Zrt.: kumpanija privata rreġistrata skont il-liġi Ungeriża, ultimament ikkontrollata minn Accor SA, grupp multinazzjonali tal-lukandi Franċiż. — il-Mira: magħmula mill-bini fiżiku u negozju avvjat, hija lukanda ta’ lussu (ħames stilel), li tikkonsisti fi 357 kamra u suites tal-lukanda, u diversi faċilitajiet (ristoranti, barijiet, kmamar tal-laqgħat, spa u wellness centre, parkeġġi għall-karozzi u spazji kummerċjali għall-kiri), li tinsab f’Budapest, l-Ungerija. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata: M.8718 — Starwood Capital Group/Accor/Sofitel Budapest Chain Bridge Hotel Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.