|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2031 |
29.7.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2031
tas-26 ta’ Lulju 2024
dwar il-mudell għall-pjanijiet ta’ monitoraġġ skont ir-Regolament (UE) 2023/1805 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu ta’ karburanti rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2023/1805 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 dwar l-użu ta’ karburanti rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(4)tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikoli 8(1) u (3) tar-Regolament (UE) 2023/1805, il-kumpaniji għandhom jissottomettu lill-verifikatur pjan ta’ monitoraġġ li jikkonsisti minn dokumentazzjoni kompluta u trasparenti dwar il-metodu ta’ monitoraġġ u rapportar li għandu jiġi applikat għal kull bastiment li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/1805. |
|
(2) |
Sabiex jiġi żgurat li dawk il-pjanijiet ta’ monitoraġġ jiġu ppreżentati u rreġistrati b’mod elettroniku u li jkun fihom l-informazzjoni kompluta u standardizzata li tippermetti l-implimentazzjoni uniformi tal-obbligi ta’ monitoraġġ u rapportar tal-kumpaniji, jenħtieġ li jiġu stabbiliti speċifikazzjonijiet għall-mudelli elettroniċi, inklużi regoli tekniċi għall-applikazzjoni uniformi tagħhom. |
|
(3) |
Il-mudell għall-pjan ta’ monitoraġġ jenħtieġ li jinkludi tal-anqas l-elementi stabbiliti fl-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) 2023/1805. |
|
(4) |
Meta jipprovdu informazzjoni dwar l-elementi u l-proċeduri bħala parti mill-pjan ta’ monitoraġġ, il-kumpaniji jenħtieġ li jkunu jistgħu jirreferu wkoll għall-proċeduri jew għas-sistemi implimentati b’mod effettiv bħala parti mis-sistemi eżistenti ta’ ġestjoni tagħhom, bħall-Kodiċi Internazzjonali tal-Ġestjoni tas-Sikurezza (il-Kodiċi ISM) (2) u l-Pjan dwar il-Ġestjoni tal-Effiċjenza Enerġetika tal-Bastimenti (SEEMP) (3), jew għas-sistemi u l-kontrolli koperti minn standards uniformi tal-ġestjoni tal-kwalità, tal-ġestjoni ambjentali jew tal-ġestjoni tal-enerġija, bħall-istandards EN ISO 9001:2015, EN ISO 14001:2015 u EN ISO 50001:2011. F’każijiet bħal dawn jew meta l-proċeduri rilevanti jkunu diġà deskritti fi proċeduri bil-miktub stabbiliti, il-pjanijiet ta’ monitoraġġ jenħtieġ li jitħallew jinkludu deskrizzjoni qasira jew sommarju ta’ tali proċeduri. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) 2023/1805, ladarba l-pjan ta’ monitoraġġ u l-pjan ta’ monitoraġġ modifikat ikunu ġew ivvalutati b’mod sodisfaċenti, il-verifikatur irid jirreġistrahom fil-bażi tad-data FuelEU, sistema ta’ informazzjoni tal-Unjoni ddedikata żviluppata u mħaddma mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, li tirreġistra l-prestazzjoni ta’ kull vapur. Il-pjan ta’ monitoraġġ u l-pjan ta’ monitoraġġ modifikat iridu jkunu aċċessibbli għall-Istat amministrattiv kif meħtieġ mill-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) 2023/1805. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni kkonsultat mal-partijiet affettwati dwar l-aħjar prattika marbuta mal-kwistjonijiet li jittratta dan ir-Regolament. Il-konsultazzjoni saret permezz tas-Sottogrupp dwar Enerġija Alternattiva Sostenibbli għat-Tbaħħir stabbilit fil-kuntest tal-Forum Ewropew dwar it-Trasport Marittimu Sostenibbli. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Bastimenti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Mudell tal-pjan ta’ monitoraġġ
1. Għall-finijiet tas-sottomissjoni tal-pjan ta’ monitoraġġ skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2023/1805, il-kumpaniji għandhom jużaw verżjoni elettronika tal-mudell fl-Anness ta’ dan ir-Regolament li se tkun aċċessibbli fil-bażi tad-data FuelEU.
2. Għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tal-pjan ta’ monitoraġġ ivvalutat fil-bażi tad-data FuelEU skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) 2023/1805, il-verifikaturi għandhom jużaw verżjoni elettronika tal-mudell tal-pjan ta’ monitoraġġ stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Lulju 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 234, 22.9.2023, p. 48, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/1805/oj.
(2) Adottat mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) permezz tar-Riżoluzzjoni tal-Assemblea A.741(18).
(3) Ir-Regolament 22 ta’ MARPOL l-Anness VI.
ANNESS
IL-MUDELL GĦALL-PJANIJIET TA’ MONITORAĠĠ
PARTI A
SKEDA TA’ REĠISTRAZZJONI TA’ REVIŻJONI
|
Numru tal-verżjoni |
Data ta’ referenza |
Status fid-data ta’ referenza (1) |
Referenza għall-Kapitoli li fihom saru r-reviżjonijiet jew l-emendi u spjegazzjoni qasira tal-bidliet |
|
|
|
|
|
PARTI B
DATA BAŻIKA
Tabella B.1.
Identifikazzjoni tad-dettalji tal-vapur u tas-sid ta’ vapur
|
Isem il-vapur |
|
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-IMO tal-vapur |
|
|
Port tar-reġistrazzjoni |
|
|
Port tar-ritorn (jekk dan ma jkunx l-istess bħall-port tar-reġistrazzjoni) |
|
|
Isem sid il-vapur (2) |
|
|
Numru tat-taxxa ta’ sid il-vapur (informazzjoni volontarja) |
|
|
Persuna ta’ kuntatt ta’ sid il-vapur (informazzjoni volontarja) |
|
|
Indirizz (informazzjoni volontarja) |
|
|
Belt (informazzjoni volontarja) |
|
|
Stat/Provinċja/Reġjun (informazzjoni volontarja) |
|
|
Numru tat-telefown (informazzjoni volontarja) |
|
|
Indirizz tal-posta elettronika (informazzjoni volontarja) |
|
|
Numru Uniku ta’ Identifikazzjoni tal-IMO tal-Kumpanija u tas-Sid Irreġistrat tas-sid irreġistrat (3) |
|
|
Pajjiż tar-reġistrazzjoni tas-sid irreġistrat (2) |
|
|
Tip tal-vapur (4) |
|
|
Piż mejjet (f’tunnellati metriċi) |
|
|
Tunnellaġġ Gross |
|
|
Soċjetà ta’ klassifikazzjoni (informazzjoni volontarja) |
|
|
Klassi tas-silġ (informazzjoni volontarja) (5) |
|
|
Stat tal-Bandiera (informazzjoni volontarja) |
|
|
Effiċjenza Teknika (informazzjoni volontarja) (6) |
|
|
Kamp tad-deskrizzjoni miftuħ għal informazzjoni addizzjonali volontorja dwar il-karatteristiċi tal-vapur (7) |
|
Tabella B.2.
Informazzjoni dwar il-kumpanija
|
Isem tal-kumpanija |
|
|
Natura tal-kumpanija (8) |
|
|
Numru Uniku ta’ Identifikazzjoni tal-IMO tal-Kumpanija u tas-Sid Irreġistrat tal-kumpanija (9) |
|
|
Pajjiż tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija (10) |
|
|
Numru tat-taxxa tal-kumpanija (informazzjoni volontarja) |
|
|
Persuna ta’ kuntatt |
|
|
Indirizz |
|
|
Belt |
|
|
Stat/Provinċja/Reġjun |
|
|
Kodiċi postali/ZIP |
|
|
Pajjiż |
|
|
In-numru tat-telefon |
|
|
Indirizz tal-posta elettronika |
|
Tabella B.3.
Deskrizzjoni tal-Konsumaturi tal-Fjuwil
|
Numru tal-Unità tal-konsum tal-fjuwil |
Isem l-unità tal-konsum tal-fjuwil |
Tip ta’ konsumatur tal-fjuwil (11) |
Klassi tal-unità tal-konsum tal-Fjuwil (12) |
Deskrizzjoni teknika l-unità tal-konsum tal-fjuwil (prestazzjoni/potenza, konsum speċifiku taż-żejt tal-fjuwil (SFOC), sena tal-installazzjoni, numru ta’ identifikazzjoni fil-każ ta’ bosta sorsi ta’ emissjonijiet identiċi, eċċ. (13) |
Tipi ta’ fjuwil (potenzjali) użati (14) |
|
|
|
|
|
|
|
Tabella B.4.
Tagħmir li jippermetti konnessjoni ma’ provvista tal-enerġija fuq l-art (15)
|
Numru ta’ referenza tat-tagħmir tal-OPS |
Tagħmir OPS (isem, tip) |
Deskrizzjoni teknika tal-vultaġġ u frekwenza speċifikati tat-tagħmir tal-OPS, inkluż il-ger speċifikat fl-IEC/IEEE 80005-1 (Vultaġġ Għoli) u IEC/IEEE 80005-3 (Vultaġġ Baxx) u l-pożizzjoni abbord |
Standards (16) |
|
|
|
|
|
Tabella B.5.
Teknoloġija b’emissjonijiet żero (ZET) (17)
|
Numru ta’ referenza tat-teknoloġija b’emissjonijiet żero |
Teknoloġija b’emissjonijiet żero (isem, tip) (18) |
Deskrizzjoni teknika ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero (19) |
|
|
|
|
Tabella B.6.
Domanda totali stabbilita għall-potenza elettrika tal-vapur irmiġġat (20) (21)
|
Id-domanda totali stabbilita għall-potenza elettrika tal-vapur irmiġġat (kW) |
Sors tad-Data |
|
|
|
Tabella B.7.
Deskrizzjoni tas-sistemi ta’ Propulsjoni Assistita mir-Riħ (WAPS) (meta applikabbli)
|
Numru ta’ referenza tal-WAPS |
WAPS (isem, tip) (22) |
Data tal-installazzjoni tal-WAPS |
Deskrizzjoni teknika tal-WAPS |
Pwind (23) |
Pprop (23) |
|
|
|
|
|
|
|
Tabella B.8.
Proċeduri, sistemi u responsabbiltajiet użati biex tiġi aġġornata l-kompletezza tal-lista ta’ konsumaturi tal-fjuwil, tagħmir tal-OPS, teknoloġija b’emissjonijiet żero u WAPS
|
Titlu tal-proċedura |
Ġestjoni tal-kompletezza tal-lista ta’ konsumaturi tal-fjuwil, tagħmir OPS, teknoloġija b’emissjonijiet żero u WAPS |
|
Referenza għall-proċedura eżistenti |
|
|
Verżjoni tal-proċedura eżistenti |
|
|
Deskrizzjoni tal-proċedura (tista’ tiġi pprovduta deskrizzjoni qasira tal-proċedura jekk diġà teżisti barra l-pjan ta’ monitoraġġ) |
|
|
Isem il-persuna responsabbli għal din il-proċedura jew il-kariga tagħha |
|
|
Post fejn jinżammu r-reġistri |
|
|
Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun applikabbli) |
|
Tabella B.9.
Proċeduri għall-monitoraġġ u r-rappurtar tal-fatturi ta’ emissjoni well-to-tank u tank-to-wake tal-enerġija li għandha tintuża abbord, f’konformità mal-metodi speċifikati fl-Artikolu 10 u fl-Annessi I u II
|
Titlu tal-proċedura |
Monitoraġġ u rapportar tal-fatturi ta’ emissjoni well-to tank u tank-to-wake tal-enerġija li għandha tintuża abbord |
|
Referenza għall-proċedura eżistenti |
|
|
Verżjoni tal-proċedura eżistenti |
|
|
Deskrizzjoni tal-proċedura (tista’ tiġi pprovduta deskrizzjoni qasira tal-proċedura jekk diġà teżisti barra l-pjan ta’ monitoraġġ) |
|
|
Isem il-persuna responsabbli għal din il-proċedura jew il-kariga tagħha |
|
|
Post fejn jinżammu r-reġistri |
|
|
Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun applikabbli) |
|
PARTI C
DATA DWAR L-ATTIVITÀ
C.1. Monitoraġġ tal-konsum tal-enerġija
Tabella C.1.1.
Metodi li ntużaw biex jiġi stabbilit il-konsum ta’ kull konsumatur tal-fjuwil:
|
Numru tal-unità tal-konsum tal-fjuwil (24) |
Isem l-unità tal-konsum tal-fjuwil |
tip ta’ konsumatur tal-fjuwil (25) |
Metodu ta’ monitoraġġ (26) |
|
|
|
|
|
Tabella C.1.2.
Proċeduri biex jiġi ddeterminat il-fjuwil maħżun u l-fjuwil fit-tankijiet
|
Titlu tal-proċedura |
Determinazzjoni tal-fjuwil maħżun u tal-fjuwil fit-tankijiet |
|
Referenza għall-proċedura eżistenti |
|
|
Verżjoni tal-proċedura eżistenti |
|
|
Deskrizzjoni tal-proċedura (tista’ tiġi pprovduta deskrizzjoni qasira tal-proċedura jekk diġà teżisti barra l-pjan ta’ monitoraġġ) |
|
|
Isem il-persuna responsabbli għal din il-proċedura jew il-kariga tagħha |
|
|
Post fejn jinżammu r-reġistri |
|
|
Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun applikabbli) |
|
Tabella C.1.3.
Kontroverifiki regolari bejn il-kwantità ta’ fjuwil maħżun mogħtija fil-BDN u l-kwantità ta’ fjuwil maħżun indikata mill-kejl abbord:
|
Titlu tal-proċedura |
Kontroverifiki regolari bejn il-kwantità ta’ fjuwil maħżun mogħtija fil-BDNs u l-kwantità ta’ fjuwil maħżun indikata mill-kejl abbord |
|
Referenza għall-proċedura eżistenti |
|
|
Verżjoni tal-proċedura eżistenti |
|
|
Deskrizzjoni tal-proċedura (tista’ tiġi pprovduta deskrizzjoni qasira tal-proċedura jekk diġà teżisti barra l-pjan ta’ monitoraġġ) |
|
|
Isem il-persuna responsabbli għal din il-proċedura jew il-kariga tagħha |
|
Tabella C.1.4.
Metodu għad-determinazzjoni tad-densità tal-fjuwil
|
Tip/tank tal-fjuwil |
Metodu biex jiġu ddeterminati l-valuri reali tad-densità tal-fjuwil maħżun (27) |
Metodu biex jiġu ddeterminati l-valuri reali tad-densità tal-fjuwil fit-tankijiet (28) |
|
|
|
|
Tabella C.1.5.
Livell ta’ inċertezza marbut mal-monitoraġġ tal-fjuwil
|
Metodu ta’ monitoraġġ (29) |
Approċċ użat (30) |
Valur tal-inċertezza |
|
|
|
|
Tabella C.1.6.
Proċeduri għall-monitoraġġ tal-enerġija pprovduta mill-provvista tal-enerġija fuq l-art (OPS) (fejn applikabbli)
|
Titlu tal-proċedura |
Monitoraġġ tal-enerġija pprovduta mill-provvista tal-enerġija fuq l-art (OPS) |
|
Referenza għall-proċedura eżistenti |
|
|
Verżjoni tal-proċedura eżistenti |
|
|
Deskrizzjoni tal-proċedura (tista’ tiġi pprovduta deskrizzjoni qasira tal-proċedura jekk diġà teżisti barra l-pjan ta’ monitoraġġ) |
|
|
Isem il-persuna responsabbli għal din il-proċedura jew il-kariga tagħha |
|
|
Post fejn jinżammu r-reġistri |
|
|
Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun applikabbli) |
|
Tabella C.1.7.
Proċeduri għall-monitoraġġ tal-enerġija pprovduta minn teknoloġija b’emissjonijiet żero (fejn applikabbli)
|
Titlu tal-proċedura |
Monitoraġġ tal-enerġija pprovduta minn teknoloġija b’emissjonijiet żero |
|
Referenza għall-proċedura eżistenti |
|
|
Verżjoni tal-proċedura eżistenti |
|
|
Deskrizzjoni tal-proċedura (tista’ tiġi pprovduta deskrizzjoni qasira tal-proċedura jekk diġà teżisti barra l-pjan ta’ monitoraġġ) |
|
|
Isem il-persuna responsabbli għal din il-proċedura jew il-kariga tagħha |
|
|
Post fejn jinżammu r-reġistri |
|
|
Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun applikabbli) |
|
Tabella C.1.8.
Proċeduri għall-monitoraġġ tal-konsum tal-fjuwil ta’ kull Konsumatur tal-fjuwil meta jbaħħru f’kundizzjonijiet ta’ silġ (31)
|
Titlu tal-proċedura |
Monitoraġġ tal-konsum tal-fjuwil ta’ kull konsumatur tal-fjuwil meta jbaħħru f’kundizzjonijiet ta’ silġ |
|
Referenza għall-proċedura eżistenti |
|
|
Verżjoni tal-proċedura eżistenti |
|
|
Deskrizzjoni tal-proċedura (tista’ tiġi pprovduta deskrizzjoni qasira tal-proċedura jekk diġà teżisti barra l-pjan ta’ monitoraġġ) |
|
|
Isem il-persuna responsabbli għal din il-proċedura jew il-kariga tagħha |
|
|
Post fejn jinżammu r-reġistri |
|
|
Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun applikabbli) |
|
C.2. Proċeduri ġenerali għall-kejl
Tabella C.2.1.
Deskrizzjoni tal-istrumenti tal-kejl involuti
|
Tagħmir tal-kejl (isem) |
Elementi applikati għal (eż. unitajiet tal-konsum tal-fjuwil, tankijiet, sorsi alternattivi tal-enerġija jew teknoloġija b’emissjonijiet żero) |
Deskrizzjoni teknika (speċifikazzjoni, età, metodi u intervalli ta’ kalibrar, intervalli ta’ manutenzjoni) |
|
|
|
|
Tabella C.2.2.
Proċeduri sabiex tiġi rreġistrata, irkuprata, trażmessa u maħżuna l-informazzjoni dwar il-kejl
|
Titlu tal-proċedura |
Reġistrazzjoni, irkupru, trażmissjoni u ħżin tal-informazzjoni dwar il-kejl |
|
Referenza għall-proċedura eżistenti |
|
|
Verżjoni tal-proċedura eżistenti |
|
|
Deskrizzjoni tal-proċedura (tista’ tiġi pprovduta deskrizzjoni qasira tal-proċedura jekk diġà teżisti barra l-pjan ta’ monitoraġġ) |
|
|
Isem il-persuna responsabbli għal din il-proċedura jew il-kariga tagħha |
|
|
Post fejn jinżammu r-reġistri |
|
|
Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun applikabbli) |
|
Tabella C.2.3.
Proċeduri biex tiġi żgurata l-garanzija tal-kwalità tat-tagħmir tal-kejl
|
Titlu tal-proċedura |
Żgurar tal-garanzija tal-kwalità tat-tagħmir tal-kejl |
|
Referenza għall-proċedura eżistenti |
|
|
Verżjoni tal-proċedura eżistenti |
|
|
Deskrizzjoni tal-proċedura (tista’ tiġi pprovduta deskrizzjoni qasira tal-proċedura jekk diġà teżisti barra l-pjan ta’ monitoraġġ) |
|
|
Isem il-persuna responsabbli għal din il-proċedura jew il-kariga tagħha |
|
|
Post fejn jinżammu r-reġistri |
|
|
Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun applikabbli) |
|
C.3. Navigazzjoni
Tabella C.3.1.
Proċeduri għad-determinazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-lista ta’ vjaġġi
|
Titlu tal-proċedura |
Reġistrazzjoni u salvagwardja tal-kompletezza tal-vjaġġi |
|
Referenza għall-proċedura eżistenti |
|
|
Verżjoni tal-proċedura eżistenti |
|
|
Deskrizzjoni tal-proċeduri (inklużi r-reġistrazzjoni tal-vjaġġi, il-ġestjoni tal-vjaġġi eċċ.) (tista’ tiġi pprovduta deskrizzjoni qasira tal-proċedura jekk diġà teżisti barra mill-pjan ta’ monitoraġġ) |
|
|
Isem il-persuna responsabbli għal din il-proċedura jew il-kariga tagħha |
|
|
Sorsi tad-data |
|
|
Post fejn jinżammu r-reġistri |
|
|
Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun applikabbli) |
|
Tabella C.3.2.
Proċeduri għad-determinazzjoni u r-reġistrazzjoni tad-Distanza vvjaġġata (32)
|
Titlu tal-proċedura |
Reġistrazzjoni u determinazzjoni tad-distanza għal kull vjaġġ magħmul |
|
Referenza għall-proċedura eżistenti |
|
|
Verżjoni tal-proċedura eżistenti |
|
|
Deskrizzjoni tal-proċeduri (inklużi r-reġistrazzjoni u l-ġestjoni tal-informazzjoni dwar id-distanza) (deskrizzjoni qasira tal-proċedura jekk diġà teżisti barra mill-pjan ta’ monitoraġġ) |
|
|
Isem il-persuna responsabbli għal din il-proċedura jew il-kariga tagħha |
|
|
Sorsi tad-data |
|
|
Post fejn jinżammu r-reġistri |
|
|
Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun applikabbli) |
|
Tabella C.3.3
Proċeduri għad-determinazzjoni u r-reġistrazzjoni tad-data, il-ħin u l-pożizzjoni tal-bidu u t-tmiem tat-tbaħħir f’kundizzjonijiet ta’ silġ, id-distanza koperta waqt tbaħħir f’kundizzjonijiet ta’ silġ (33)
|
Titlu tal-proċedura |
Determinazzjoni u reġistrazzjoni tad-distanza koperta waqt il-vjaġġ meta l-bastiment ikun qiegħed ibaħħar fis-silġ |
|
Referenza għall-proċedura eżistenti |
|
|
Verżjoni tal-proċedura eżistenti |
|
|
Deskrizzjoni tal-proċeduri (inkluża r-reġistrazzjoni u l-ġestjoni tal-informazzjoni dwar id-distanza u l-kundizzjonijiet tax-xitwa) (tista’ tiġi pprovduta deskrizzjoni qasira tal-proċedura jekk diġà teżisti barra mill-pjan ta’ monitoraġġ) |
|
|
Isem il-persuna responsabbli għal din il-proċedura jew il-kariga tagħha |
|
|
Formoli u sorsi tad-data |
|
|
Post fejn jinżammu r-reġistri |
|
|
Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun applikabbli) |
|
Tabella C.3.4.
Proċeduri biex jiġi ddeterminat u rreġistrat il-ħin imqatta’ fuq il-baħar u fl-irmiġġ (34)
|
Titlu tal-proċedura |
Determinazzjoni u reġistrazzjoni tal-ħin imqatta’ fuq il-baħar mill-irmiġġ fil-port tat-tluq sal-irmiġġ fil-port tal-wasla, il-ħin imqatta’ fl-irmiġġ (mal-moll u fl-ankraġġ) |
|
Referenza għall-proċedura eżistenti |
|
|
Verżjoni tal-proċedura eżistenti |
|
|
Deskrizzjoni tal-proċeduri (inklużi r-reġistrazzjoni u l-ġestjoni tal-informazzjoni dwar it-tluq u l-wasla fil-port) (tista’ tiġi pprovduta deskrizzjoni qasira tal-proċedura jekk diġà teżisti barra mill-pjan ta’ monitoraġġ) |
|
|
Isem il-persuna responsabbli għal din il-proċedura jew il-kariga tagħha |
|
|
Formoli u sorsi tad-data |
|
|
Post fejn jinżammu r-reġistri |
|
|
Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun applikabbli) |
|
PARTI D
LAKUNI FID-DATA
Tabella D.1.
Il-metodi li għandhom jintużaw biex tingħata stima tal-konsum tal-fjuwil
|
Titlu tal-metodu |
Il-metodu li għandu jintuża biex tingħata stima tal-konsum tal-fjuwil |
|
Metodu ta’ monitoraġġ ta’ riżerva (35) |
|
|
Formoli użati |
|
|
Deskrizzjoni tal-metodu użat biex tingħata stima tal-konsum tal-fjuwil |
|
|
Isem il-persuna responsabbli għal dan il-metodu jew il-kariga tagħha |
|
|
Sorsi tad-data |
|
|
Post fejn jinżammu r-reġistri |
|
|
Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun applikabbli) |
|
Tabella D.2.
Metodi li għandhom jintużaw biex jiġi stmat il-konsum tal-enerġija mill-OPS u miż-ZET (fejn applikabbli)
|
Titlu tal-metodu |
Il-metodu li għandu jintuża biex tingħata stima tal-konsum tal-fjuwil |
|
Metodu ta’ monitoraġġ ta’ riżerva |
|
|
Formoli użati |
|
|
Deskrizzjoni tal-metodu użat biex tingħata stima tal-konsum tal-enerġija |
|
|
Isem il-persuna responsabbli għal dan il-metodu jew il-kariga tagħha |
|
|
Sorsi tad-data |
|
|
Post fejn jinżammu r-reġistri |
|
|
Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun applikabbli) |
|
Tabella D.3.
Metodi li għandhom jintużaw biex jiġu indirizzati l-lakuni fid-data dwar id-distanza li tkun saret waqt il-vjaġġ
|
Titlu tal-metodu |
Metodu biex jiġu indirizzati l-lakuni fid-data dwar id-distanza vvjaġġata |
|
Formoli użati |
|
|
Deskrizzjoni tal-metodu użat biex jiġu indirizzati l-lakuni fid-data |
|
|
Isem il-persuna responsabbli għal dan il-metodu jew il-kariga tagħha |
|
|
Sorsi tad-data |
|
|
Post fejn jinżammu r-reġistri |
|
|
Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun applikabbli) |
|
Tabella D.4.
Metodi li għandhom jintużaw biex jiġu ttrattati l-lakuni fid-data rigward id-data, il-ħin u l-pożizzjoni tal-bidu u t-tmiem tat-tbaħħir f’kundizzjonijiet ta’ silġ, id-distanza koperta waqt tbaħħir f’kundizzjonijiet ta’ silġ
|
Titlu tal-metodu |
Il-metodu biex jiġu ttrattati l-lakuni fid-data rigward id-data, il-ħin u l-pożizzjoni tal-bidu u t-tmiem tat-tbaħħir f’kundizzjonijiet ta’ silġ, id-distanza koperta waqt tbaħħir f’kundizzjonijiet ta’ silġ |
|
Formoli użati |
|
|
Deskrizzjoni tal-metodu użat biex jiġu indirizzati l-lakuni fid-data |
|
|
Isem il-persuna responsabbli għal dan il-metodu jew il-kariga tagħha |
|
|
Sorsi tad-data |
|
|
Post fejn jinżammu r-reġistri |
|
|
Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun applikabbli) |
|
Tabella D.5.
Metodi li għandhom jintużaw biex jiġu ttrattati l-lakuni fid-data dwar il-ħin imqatta’ fuq il-baħar u l-ħin imqatta’ fl-irmiġġ (mal-moll u fl-ankraġġ) (fejn applikabbli)
|
Titlu tal-metodu |
Il-metodu biex jiġu ttrattati l-lakuni fid-data rigward il-ħin imqatta’ fuq il-baħar u l-ħin imqatta’ fl-irmiġġ (mal-moll u fl-ankraġġ) |
|
Formoli użati |
|
|
Deskrizzjoni tal-metodu użat biex jiġu indirizzati l-lakuni fid-data |
|
|
Isem il-persuna responsabbli għal dan il-metodu jew il-kariga tagħha |
|
|
Sorsi tad-data |
|
|
Post fejn jinżammu r-reġistri |
|
|
Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun applikabbli) |
|
PARTI E
ĠESTJONI
Tabella E.1.
Verifika regolari ta’ kemm huwa adegwat il-pjan ta’ monitoraġġ
|
Titlu tal-proċedura |
Verifika regolari ta’ kemm huwa adegwat il-pjan ta’ monitoraġġ |
|
Referenza għall-proċedura eżistenti |
|
|
Verżjoni tal-proċedura eżistenti |
|
|
Deskrizzjoni tal-proċeduri (tista’ tiġi pprovduta deskrizzjoni qasira tal-proċedura jekk diġà teżisti barra l-pjan ta’ monitoraġġ) |
|
|
Isem il-persuna responsabbli għal din il-proċedura jew il-kariga tagħha |
|
|
Post fejn jinżammu r-reġistri |
|
|
Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun applikabbli) |
|
Tabella E.2.
Proċeduri għall-attivitajiet tal-fluss tad-data
|
Titlu tal-proċedura |
Proċeduri għall-attivitajiet tal-fluss tad-data |
|
Referenza għall-proċedura |
|
|
Deskrizzjoni tal-proċeduri (tista’ tiġi pprovduta deskrizzjoni qasira tal-proċedura jekk diġà teżisti barra l-pjan ta’ monitoraġġ) |
|
|
Isem il-persuna responsabbli għal din il-proċedura jew il-kariga tagħha |
|
|
Post fejn jinżammu r-reġistri |
|
|
Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun applikabbli) |
|
Tabella E.3.
Proċeduri għall-valutazzjoni tar-riskju
|
Titlu tal-proċedura |
Proċeduri għall-valutazzjoni tar-riskju |
|
Referenza għall-proċedura |
|
|
Deskrizzjoni tal-proċeduri (tista’ tiġi pprovduta deskrizzjoni qasira tal-proċedura jekk diġà teżisti barra l-pjan ta’ monitoraġġ) |
|
|
Isem il-persuna responsabbli għal din il-proċedura jew il-kariga tagħha |
|
|
Post fejn jinżammu r-reġistri |
|
|
Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun applikabbli) |
|
Tabella E.4.
Attivitajiet ta’ kontroll: Assigurazzjoni tal-kwalità u affidabbiltà tat-teknoloġija tal-informazzjoni
|
Titlu tal-proċedura |
Ġestjoni tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni (eż, il-kontrolli tal-aċċess, ir-riżervi, l-irkupru u s-sigurtà) |
|
Referenza għall-proċedura |
|
|
Deskrizzjoni tal-proċedura (tista’ tiġi pprovduta deskrizzjoni qasira tal-proċedura jekk diġà teżisti barra l-pjan ta’ monitoraġġ) |
|
|
Isem il-persuna responsabbli għaż-żamma tad-data jew il-kariga tagħha |
|
|
Post fejn jinżammu r-reġistri |
|
|
Isem is-sistema użata (fejn dan ikun japplika) |
|
|
Lista tas-sistemi eżistenti rilevanti tal-ġestjoni |
|
Tabella E.5.
Attivitajiet ta’ kontroll: Analiżijiet interni u validazzjoni tad-data rilevanti
|
Titlu tal-proċedura |
Analiżijiet interni u validazzjoni tad-data rilevanti tal-FuelEU |
|
Referenza għall-proċedura eżistenti |
|
|
Verżjoni tal-proċedura eżistenti |
|
|
Deskrizzjoni tal-proċedura (tista’ tiġi pprovduta deskrizzjoni qasira tal-proċedura jekk diġà teżisti barra l-pjan ta’ monitoraġġ) |
|
|
Isem il-persuna responsabbli għal din il-proċedura jew il-kariga tagħha |
|
|
Post fejn jinżammu r-reġistri |
|
|
Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun applikabbli) |
|
Tabella E.6.
Attivitajiet ta’ kontroll: Korrezzjonijiet u azzjonijiet korrettivi
|
Titlu tal-proċedura |
Korrezzjonijiet u azzjonijiet korrettivi |
|
Referenza għall-proċedura eżistenti |
|
|
Verżjoni tal-proċedura eżistenti |
|
|
Deskrizzjoni tal-proċeduri (tista’ tiġi pprovduta deskrizzjoni qasira tal-proċedura jekk diġà teżisti barra l-pjan ta’ monitoraġġ) |
|
|
Isem il-persuna responsabbli għal din il-proċedura jew il-kariga tagħha |
|
|
Post fejn jinżammu r-reġistri |
|
|
Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun applikabbli) |
|
Tabella E.7.
Attivitajiet ta’ kontroll: Attivitajiet esternalizzati (jekk dawn ikunu applikabbli)
|
Titlu tal-proċedura |
Attivitajiet esternalizzati |
|
Referenza għall-proċedura eżistenti |
|
|
Verżjoni tal-proċedura eżistenti |
|
|
Deskrizzjoni tal-proċeduri (tista’ tiġi pprovduta deskrizzjoni qasira tal-proċedura jekk diġà teżisti barra l-pjan ta’ monitoraġġ) |
|
|
Isem il-persuna responsabbli għal din il-proċedura jew il-kariga tagħha |
|
|
Post fejn jinżammu r-reġistri |
|
|
Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun applikabbli) |
|
Tabella E.8.
Attivitajiet ta’ kontroll: Dokumentazzjoni
|
Titlu tal-proċedura |
Dokumentazzjoni |
|
Referenza għall-proċedura eżistenti |
|
|
Verżjoni tal-proċedura eżistenti |
|
|
Deskrizzjoni tal-proċeduri (tista’ tiġi pprovduta deskrizzjoni qasira tal-proċedura jekk diġà teżisti barra l-pjan ta’ monitoraġġ) |
|
|
Isem il-persuna responsabbli għal din il-proċedura jew il-kariga tagħha |
|
|
Post fejn jinżammu r-reġistri |
|
|
Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun applikabbli) |
|
PARTI F
INFORMAZZJONI ULTERJURI
Tabella F.1.
Lista ta’ definizzjonijiet u abbrevjazzjonijiet
|
Abbrevjazzjoni, akronimu, definizzjoni |
Spjegazzjoni |
|
|
|
(1) Agħżel waħda mill-kategoriji li ġejjin: “Abbozz ta’ ħidma”, “Taħt reviżjoni”, “Abbozz finali sottomess lill-verifikatur”, “Ivvalutat mill-verifikatur”.
(2) Kif irreġistrat taħt l-Iskema ta’ Numru Uniku ta’ Identifikazzjoni tal-IMO tal-Kumpanija u tas-Sid Irreġistrat
(3) Is-Sid Irreġistrat huwa s-sid speċifikat fuq iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’ vapur.
(4) Agħżel waħda mill-kategoriji li ġejjin: “Vapur tal-passiġġieri”, “Vapur ro-ro”, “Bastiment tal-kontejners”, “Tanker taż-żejt”, “Tanker tas-sustanzi kimiċi”, “Trasportatur tal-LNG”, “Tanker tal-gass”, “Trasportatur ta’ tagħbija bl-ingrossa”, “Bastiment ta’ merkanzija ġenerali”, “Bastiment refriġeratur”, “Trasportatur tal-vetturi”, “Trasportatur ikkombinat”, “Vapur ro-ro tal-passiġġieri”, “Bastiment tal-kontejners/tal-vetturi”, “Tipi ta’ vapuri oħrajn”. Taħt il-kategorija “Bastiment tal-passiġġieri”, jenħtieġ li jiġi inkluż is-subtip “Bastiment tal-Kruċiera”.
(5) Obbligatorju jekk il-kumpanija titlob li teskludi l-enerġija addizzjonali minħabba l-klassi tas-silġ tal-vapur u/jew minħabba tbaħħir f’kundizzjonijiet ta’ silġ mill-kalkolu tal-bilanċ ta’ konformità stabbilit fl-Anness IV tar-Regolament (UE) 2023/1805. Agħżel waħda mill-Klassijiet Polari PC1 — PC7 jew waħda mill-Klassijiet tas-Silġ Finlandiżi u Żvediżi (IC, IB, IA jew IA Super). Sabiex tiġi stabbilita l-korrispondenza bejn il-klassijiet tas-silġ, għandha tintuża r-Rakkomandazzjoni 25/7 tal-HELCOM.
(6) Jenħtieġ li l-vapuri jirrapportaw l-indiċi tal-Effiċjenza Teknika EEDI jew EEXI, u jekk dan ma jeżistix, jista’ jiġi rrapportat l-EIV.
(7) Hawnhekk tista’ tiddaħħal persuna ta’ kuntatt addizzjonali.
(8) Il-Kumpaniji jistgħu jagħżlu waħda milli ġejjin: “Sid ta’ vapur u Kumpanija ISM”, “Kumpanija ISM distinta mis-Sid ta’ vapur”.
(9) In-numru ta’ identifikazzjoni kif irreġistrat taħt l-Iskema tan-Numru Uniku ta’ Identifikazzjoni tal-IMO tal-Kumpanija u tas-Sid Irreġistrat.
(10) Il-pajjiż tar-reġistrazzjoni għandu jkun identiku għall-pajjiż tar-reġistrazzjoni kif irreġistrat taħt l-Iskema tan-Numru Uniku ta’ Identifikazzjoni tal-IMO tal-Kumpanija u tas-Sid Irreġistrat.
(11) Agħżel waħda mill-kategoriji li ġejjin: “Magni prinċipali”, “Magni awżiljarji”, “Turbini tal-gass”, “Bojlers”, “Ġeneraturi tal-gassijiet inerti”, “Ċelloli tal-fjuwil”, “Inċineraturi tal-iskart”, “Oħrajn”.
(12) ICE (ieħor), LNG Otto (veloċità medja b’żewġ tipi ta’ fjuwil), LNG Otto (veloċità bil-mod b’żewġ tipi ta’ fjuwil), Diżil tal-LNG (veloċità bil-mod b’żewġ tipi ta’ fjuwil), LBSI, Turbina tal-gass, Bojlers, Ċelloli tal-Fjuwil, Inċineraturi tal-Iskart, ġeneraturi tal-Gassijiet Inerti.
(13) Tista’ tinkludi n-numru ta’ identifikazzjoni f’każ ta’ bosta sorsi ta’ emissjoni identiċi. Jenħtieġ li jintuża l-valur tal-prestazzjoni/potenza tal-MCR speċifikat fiċ-ċertifikat tal-EIAPP. Jekk il-konsumatur tal-fjuwil ma jkunx meħtieġ li jkollu ċertifikat tal-EIAPP, jenħtieġ li jintuża li l-MCR fuq il-pjanċa tal-isem.
(14) Agħżel tal-inqas waħda mill-kategoriji li ġejjin: “Żejt tal-Fjuwil Tqil (HFO)”, “Żejt tal-Fjuwil Ħafif (LFO)”, “Żejt tal-Gass/Żejd Diżil (MDO/MGO)”, “Gass Likwifikat miż-Żejt (Propan, LPG)”, “Gass Likwifikat miż-Żejt (Butan, LPG)”, “Gass Likwifikat miż-Żejt (LNG)”, “H2 (Fossili)”, “NH3 (Fossili)”, “Metanol (Fossili)”, “Etanol”, “Bijodiżil”, “Żejt Veġetali Idrotrattat”, “Bijometan likwifikat bħala fjuwil tat-trasport (Bijo-LNG)”, “Bijometanol”, “Bijofjuwil Ieħor”, “Bijo-H2”, “e-diżil”, “e-metanol”, “e-LNG”, “e-H2”, “e-NH3”, “e-LPG”, “E-DME”, “Fjuwil ieħor mhux fossili”.
(15) Obbligatorju biss għall-bastimenti tal-kontejners u l-vapuri tal-passiġġieri.
(16) IEC/IEEE 80005-1 (Vultaġġ Għoli) u IEC/IEEE 80005-3 (Vultaġġ Baxx)
(17) Obbligatorju biss għall-bastimenti tal-kontejners u l-vapuri tal-passiġġieri li ma jużawx provvista tal-enerġija fuq l-art.
(18) Iċ-ċelloli tal-fjuwil, il-ħżin tal-enerġija elettrika abbord mill-ġenerazzjoni tal-enerġija fuq il-baħar, il-ħżin tal-enerġija elettrika abbord mill-OPS, il-ħżin tal-enerġija elettrika abbord mit-tpartit ta’ batteriji, il-ġenerazzjoni tal-enerġija abbord mir-riħ jew mill-ġenerazzjoni tal-enerġija abbord mill-enerġija solari.
(19) Deskrizzjoni teknika tal-potenza nominali.
(20) Obbligatorju biss għall-bastimenti tal-kontejners u l-vapuri tal-passiġġieri.
(21) Kif previst fil-Bilanċ tat-tagħbija elettrika jew fl-Istudju dwar it-Tagħbija Elettrika tiegħu li juża biex juri l-konformità mar-Regolamenti 40 u 41 tal-Kapitolu II-1 tal-Konvenzjoni SOLAS. F’każ li l-bastiment ma jkunx jista’ jipprovdi din ir-referenza, il-valur ikkunsidrat ikun 25 % tat-total tal-klassifikazzjonijiet kontinwi massimi tal-magni ewlenin tal-bastiment kif speċifikat fiċ-ċertifikat EIAPP tagħhom mogħti b’applikazzjoni tal-Konvenzjoni MARPOL jew, fuq il-pjanċa tal-isem tal-magni, jekk il-magni ma jkunux meħtieġa li jkollhom ċertifikat EIAPP.
(22) Agħżel waħda mill-kategoriji li ġejjin: qlugħ rotor, tjur, qlugħ iebes jew riġidu, qlugħ artab, ġwienaħ tal-ġbid, turbini, WAPS oħrajn.
(23) Kif definit fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/1805, jekk applikabbli.
(24) Kif irrapportat fit-tabella B.3.
(25) Agħżel waħda mill-kategoriji li ġejjin: “Magni prinċipali”, “Magni awżiljarji”, “Turbini tal-gass”, “Bojlers”, “Ġeneraturi tal-gassijiet inerti”, “Ċelloli tal-fjuwil”, “Inċineraturi tal-iskart”, “Oħrajn”.
(26) Agħżel waħda mill-kategoriji li ġejjin jew aktar “Metodu A: BDN u inventarji perjodiċi tat-tankijiet tal-fjuwil”, “Metodu B: Monitoraġġ abbord tat-tank tal-fjuwil tal-bastimenti”, “Metodu C: Miters tal-fluss għall-proċessi ta’ kombustjoni applikabbli” jew “Metodu D: Kejl tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra diretti ta’ CO2 ”. Meta jintuża Metodu D, il-konsum tal-fjuwil għandu jiġi kkalkolat permezz tal-emissjonijiet imkejla ta’ CO2. Il-korrezzjoni għandha tiġi pprovduta fil-każijiet kollha fejn għandhom jitqiesu l-emissjonijiet mhux maħruqa tal-fjuwil gassuż. Dan huwa l-każ fejn il-valuri Cslip huma definiti fit-tabella tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2023/1805.
(27) Agħżel waħda mill-kategoriji li ġejjin: “Tagħmir tal-kejl li jinsab abbord”, “Test tal-fornitur tal-fjuwil” jew “Test fil-laboratorju”.
(28) Agħżel waħda mill-kategoriji li ġejjin: “Tagħmir tal-kejl”, “Test tal-fornitur tal-fjuwil” jew “Test fil-laboratorju”.
(29) Agħżel waħda mill-kategoriji li ġejjin jew aktar: “Metodu A: BDN u inventarji perjodiċi tat-tankijiet tal-fjuwil”, “Metodu B: Monitoraġġ abbord tat-tank tal-fjuwil tal-bastimenti”, “Metodu C: Miters tal-fluss għall-proċessi ta’ kombustjoni applikabbli” jew “Metodu D: Kejl dirett tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra”
(30) Agħżel waħda mill-kategoriji li ġejjin: “Valur prestabbilit” jew “Stima speċifika għall-vapur”.
(31) Obbligatorju jekk il-kumpanija titlob li teskludi l-enerġija addizzjonali użata minħabba t-tbaħħir f’kundizzjonijiet ta’ silġ mill-kalkolu tal-bilanċ ta’ konformità stabbilit fl-Anness IV tar-Regolament (UE) 2023/1805.
(32) Obbligatorju jekk il-kumpanija titlob li teskludi l-enerġija addizzjonali użata minħabba t-tbaħħir f’kundizzjonijiet ta’ silġ mill-kalkolu tal-bilanċ ta’ konformità stabbilit fl-Anness IV tar-Regolament (UE) 2023/1805.
(33) Obbligatorju jekk il-kumpanija titlob li teskludi l-enerġija addizzjonali użata minħabba t-tbaħħir f’kundizzjonijiet ta’ silġ mill-kalkolu tal-bilanċ ta’ konformità stabbilit fl-Anness IV tar-Regolament (UE) 2023/1805.
(34) “bastiment fl-irmiġġ” tfisser bastiment li jkun irmiġġat jew ankrat b’mod sikur f’port li jaqa’ taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru waqt li jkun qed jgħabbi, iħott jew jakkomoda persuni, inkluż il-ħin li fih ma jkunx involut fl-operazzjonijiet ta’ merkanzija; “bastiment fl-ankraġġ” tfisser bastiment fl-irmiġġ li ma jkunx irmiġġat mal-moll; “vjaġġ” tfisser kwalunkwe moviment ta’ bastiment li joriġina minn port, jew jispiċċa f’port ta’ waqfa u li jaqdi l-funzjoni ta’ trasport ta’ passiġġieri jew merkanzija għal finijiet kummerċjali.
(35) Agħżel waħda mill-kategoriji li ġejjin: “Metodu A: BDN u inventarji perjodiċi tat-tankijiet tal-fjuwil”, “Metodu B: Monitoraġġ abbord tat-tank tal-fjuwil tal-bastimenti”, “Metodu C: Flussimetri għall-proċessi ta’ kombustjoni applikabbli”, “Metodu D: Kejl dirett tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra” jew “Mhux applikabbli”. Il-kategorija magħżula trid tkun differenti mill-kategorija magħżula għall-kolonna msejħa “Metodi magħżulin għall-konsum tal-fjuwil” fit-tabella C.1.1. (Monitoraġġ tal-konsum tal-enerġija — Metodi użati biex jiġi ddeterminat il-konsum tal-fjuwil ta’ kull Konsum tal-Fjuwil).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2031/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)