<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-56/18 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0056</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:192">EU:C:2020:192</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>26</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>26</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20200311">11.3.2020</DATE> – Kawża C‑56/18 P</HT></P><P><HT TYPE="SC">Il‑Kummissjoni vs Gmina Miasto Gdynia u Port Lotniczy Gdynia Kosakowo</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20200311">11 ta’ Marzu 2020</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Pollakk.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Għajnuna mill-Istat</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 108(2) TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Għajnuna għall-investiment</KEYWORD><KEYWORD>Għajnuna għat-tħaddim</KEYWORD><KEYWORD>Infrastrutturi tal-ajruporti</KEYWORD><KEYWORD>Finanzjament pubbliku mogħti mill-komuni ta’ Gdynia u ta’ Kosakowo favur il-konverżjoni tal-ajruport ta’ Gdynia‑Kosakowo</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Għajnuna inkompatibbli mas-suq intern</KEYWORD><KEYWORD>Ordni ta’ rkupru tal-għajnuna</KEYWORD><KEYWORD>Annullament mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Formalità essenzjali</KEYWORD><KEYWORD>Drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑56/18 P,</P><P>li għandha bħala suġġett appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ippreżentat fid-<DATE ISO="20180129">29 ta’ Jannar 2018</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn K. Herrmann, D. Recchia u S. Noë, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>il-partijiet l-oħra fil-kawża li huma:</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Gmina Miasto Gdynia,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Port Lotniczy Gdynia Kosakowo sp. z o.o,</HT></P><P>stabbiliti fi Gdynia (il-Polonja), irrappreżentati minn T. Koncewicz, adwokat, M. Le Berre, avukat, kif ukoll minn K. Gruszecka‑Spychała u P. Rosiak, radcowie prawni,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika tal-Polonja</HT>, irrappreżentata minn B. Majczyna u M. Rzotkiewicz, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn E. Regan (Relatur), President tal-Awla, I. Jarukaitis, E. Juhász, M. Ilešič u C. Lycourgos, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Tanchev,</P><P>Reġistratur: M. Aleksejev, Kap ta’ Diviżjoni,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20190404">4 ta’ April 2019</DATE>,</VISA><?PAGE NO="2"?><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20190704">4 ta’ Lulju 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħha, il-Kummissjoni Ewropea titlob l-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171117">17 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Gmina Miasto Gdynia u Port Lotniczy Gdynia Kosakowo vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑263/15</NO.CASE>, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:820">EU:T:2017:820</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li permezz tagħha din tal-aħħar annullat l-Artikoli 2 sa 5 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1586 tas-<DATE ISO="20150226">26 ta’ Frar 2015</DATE> dwar il-miżura SA.35388 (13/C) (ex 13/NN u ex 12/N) – Il-Polonja – Konverżjoni tal-ajruport ta’ Gdynia‑Kosakowo (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="250" PAGE.FIRST="165" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 250, p. 165</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-<DATE ISO="19990322">22 ta’ Marzu 1999</DATE> li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu [108 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339), fis-seħħ fid-data tal-fatti, kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Għall-għan ta’ dan ir-Regolament:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>h)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>parti interessata<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/> għandha tfisser kull Stat Membru u kull persuna, impriża jew assoċjazzjoni ta’ impriżi li l-interessi tagħhom jistgħu jkunu affettwati bl-għoti ta’ għajnuna, b’mod partikolari l-benefiċjarju ta’ l-għajnuna, impriżi li jikkompetu bejniethom u assoċjazzjonijiet tal-kummerċ.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Proċedura ta’ investigazzjoni formali<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Id-deċiżjoni li tinbeda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali għandha tiġbor fil-qosor l-kwistjonijiet relevanti tal-fatti u liġi, għandha tinkludi stima preliminari tal-Kummissjoni dwar il-karattru tal-miżura proposta u għandha tqiegħed id-dubji dwar il-kompatibilità tagħha mas-suq komuni. Id-deċiżjoni għandha ssejjaħ lill-Istat Membru kkonċernat u lil partijiet interessati oħra sabiex jissottomettu l-kummenti f’perjodu preskritt li normalment m’għandux ikun aktar minn xahar. F’każijiet ġustifikati, il-Kummissjoni għandha testendi l-perjodu preskritt.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 9 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Revoka ta’ deċiżjoni<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, kien ifformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Il-Kummissjoni tista’ tirrevoka deċiżjoni skond l-Artikolu 4(2) jew (3), jew l-Artikolu 7(2), (3), (4), wara li tkun tat lill-Istat Membru kkonċernat l-opportunità sabiex jissottometti l-kummenti tiegħu, fejn id-deċiżjoni kienet ibbażata fuq informazzjoni skorretta provvduta waqt il-proċedura li kienet fattur determinanti għad-deċiżjoni. Qabel ma tirrevoka deċiżjoni u tieħu deċiżjoni ġdida, il-Kummisjoni għandha tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali skond l-Artikolu 4(4). L-Artikoli 6, 7 u 10, l-Artikolu 11(1), l-Artikoli 13, 14 u 15 għandhom jgħoddu <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT>.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża u d-deċiżjoni kkontestata</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-fatti li wasslu għall-kawża, kif jirriżultaw mill-punti 1 sa 25 tas-sentenza appellata, jistgħu jitqassru kif ġej.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>F’Lulju 2007, il-Gmina Miasto Gdynia (il-komun ta’ Gdynia, il-Polonja) u l-Gmina Kosakowo (il-komun ta’ Kosakowo, il-Polonja), permezz ta’ kontribuzzjonijiet ta’ kapital ta’ 100 %, ħolqu l-Port Lotniczy Gdynia Kosakowo sp. z o.o. (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>kumpannija PLGK<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>), bil-għan li tikkonverti, għal finijiet ċivili, l-ajruport militari ta’ Gdynia‑Oksywie (il-Polonja). Dawn il-kontribuzzjonijiet kellhom ikopru kemm l-ispejjeż ta’ investiment (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>għajnuna għall-investiment<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>) kif ukoll l-ispejjeż tal-operat marbuta mal-funzjonament tal-ajruport fil-bidu tal-operat tiegħu (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>għajnuna għall-operat<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>). Dan l-ajruport jinsab fit-territorju tal-komun ta’ Kosakowo fir-reġjun ta’ Pomorze, fit-Tramuntana tal-Polonja. Dan l-ajruport ċivili ġdid, li l-ġestjoni tiegħu ġiet fdata lill-kumpannija PLGK, kellu jsir it-tieni ajruport l-iktar importanti fir-reġjun ta’ Pomorze u kellu jservi prinċipalment għat-traffiku tal-ajru ġenerali, għal-linji tal-ajru low cost u għall-kumpanniji ta’ titjiriet charter.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20120907">7 ta’ Settembru 2012</DATE>, ir-Repubblika tal-Polonja nnotifikat lill-Kummissjoni bil-miżura ta’ finanzjament tal-proġett ta’ konverżjoni tal-ajruport militari ta’ Gdynia‑Oksywie (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>miżura ta’ għajnuna inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20121107">7 ta’ Novembru 2012</DATE> u fis-<DATE ISO="20130206">6 ta’ Frar 2013</DATE>, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Pollakki informazzjoni addizzjonali dwar il-miżura ta’ għajnuna inkwistjoni. Din l-informazzjoni ġiet trażmessa lill-Kummissjoni fis-<DATE ISO="20121207">7 ta’ Diċembru 2012</DATE> u fil-<DATE ISO="20130315">15 ta’ Marzu 2013</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20130515">15 ta’ Mejju 2013</DATE>, il-Kummissjoni informat lill-awtoritajiet Pollakki li hija kellha l-intenzjoni tittrasferixxi l-fajl dwar il-miżura ta’ għajnuna inkwistjoni fir-reġistru tal-għajnuna mhux innotifikata, sa fejn il-parti l-kbira tal-finanzjament innotifikat kien diġà ngħata b’mod irrevokabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Permezz tad-Deċiżjoni C(2013) 4045 final tagħha tat-<DATE ISO="20130702">2 ta’ Lulju 2013</DATE> dwar il-miżura SA.35388 (2013/C) (ex 2013/NN u ex 2012/N) – Il-Polonja – Konverżjoni tal-ajruport ta’ Gdynia‑Kosakowo (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="243" PAGE.FIRST="25" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, C 243, p. 25</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>deċiżjoni ta’ ftuħ<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>), il-Kummissjoni fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali dwar il-miżura ta’ għajnuna inkwistjoni, skont l-Artikolu 108(2) TFUE, u stiednet lill-partijiet interessati f’dan il-każ sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda osservazzjoni min-naħa ta’ dawn il-partijiet terzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20131030">30 ta’ Ottubru 2013</DATE>, il-Kummissjoni talbet iktar informazzjoni mingħand l-awtoritajiet Pollakki. Din l-informazzjoni ġiet ipprovduta fl-4 u fil-<DATE ISO="20131115">15 ta’ Novembru 2013</DATE>. Dawn l-awtoritajiet bagħtu informazzjoni oħra fit-<DATE ISO="20131203">3 ta’ Diċembru 2013</DATE> u fit-<DATE ISO="20140102">2 ta’ Jannar 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20140211">11 ta’ Frar 2014</DATE>, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2014/883/UE, dwar il-miżura SA.35388 (13/C) (ex 13/NN u ex 12/N) – Il-Polonja – It-twaqqif tal-ajruport ta’ Gdynia‑Kosakowo (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="357" PAGE.FIRST="51" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 357, p. 51</REF.DOC.OJ>), li fiha ġie kkonstatat li l-proġett ta’ finanzjament ippjanat kien jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, b’mod partikolari minħabba l-fatt li, permezz tal-miżura ta’ għajnuna inkwistjoni, mogħtija lill-kumpannija PLGK mill-komun ta’ Gdynia u mill-komun ta’ Kosakowo, din il-kumpannija kienet kisbet vantaġġ ekonomiku li hija ma kinitx tibbenefika minnu fiċ-ċirkustanzi normali tas-suq. Għaldaqstant, peress li qieset li l-miżura ta’ għajnuna inkwistjoni kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE, il-Kummissjoni ordnat lill-awtoritajiet Pollakki jirkupraw din l-għajnuna mħallsa lill-kumpannija PLGK.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fit-8 u fid-<DATE ISO="20140409">9 ta’ April 2014</DATE> rispettivament, il-komun ta’ Gdynia, flimkien mal-kumpannija PLGK, u l-komun ta’ Kosakowo ppreżentaw rikorsi quddiem il-Qorti Ġenerali intiżi għall-annullament tad-Deċiżjoni 2014/883 (Kawżi T‑215/14 u T‑217/14). Permezz ta’ atti separati ppreżentati fl-istess jum, huma talbu wkoll is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ din id-deċiżjoni (Kawżi T‑215/14 R u T‑217/14 R).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20140820">20 ta’ Awwissu 2014</DATE>, il-President tal-Qorti Ġenerali ċaħad it-talbiet għal miżuri provviżorji (digrieti tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140820">20 ta’ Awwissu 2014</DATE>, <NAME.CASE>Gmina Miasto Gdynia u Port Lotniczy Gdynia Kosakowo vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑215/14 R</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:733">EU:T:2014:733</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140820">20 ta’ Awwissu 2014</DATE>, <NAME.CASE>Gmina Kosakowo vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑217/14 R</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:734">EU:T:2014:734</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20150226">26 ta’ Frar 2015</DATE>, il-Kummissjoni pproċediet, fl-istess att, għall-irtirar tad-Deċiżjoni 2014/883 u għas-sostituzzjoni tagħha bid-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Id-dispożittiv tad-deċiżjoni kkontestata jaqra kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><ARTICLE IDENTIFIER="001"><TI.ART><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Artikolu 1</TI.ART><ALINEA>Id-[Deċiżjoni 2014/883] hija rtirata.</ALINEA></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="002"><TI.ART>Artikolu 2</TI.ART><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-injezzjonijiet ta’ kapital favur [il-kumpannija PLGK] bejn it-<DATE ISO="20070828">28 ta’ Awwissu 2007</DATE> u s-<DATE ISO="20130617">17 ta’ Ġunju 2013</DATE> jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat li ddaħlet fis-seħħ b’mod illeċitu [mir-Repubblika tal‑]Polonja fi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-[TFUE] u li hija inkompatibbli mas-suq intern, għajr sa fejn dawn l-injezzjonijiet ta’ kapital ma ntefqux fuq investimenti neċessarji sabiex jitwettqu l-attivitajiet li abbażi tad-Deċiżjoni [ta’ ftuħ] iridu jiġi kkunsidrati li jaqgħu fl-ambitu ta’ ordni pubbliku.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-injezzjonijiet ta’ kapital li [r-Repubblika tal‑]Polonja qiegħda tippjana li timplimenta favur [il-kumpannija PLGK] wara s-<DATE ISO="20130617">17 ta’ Ġunju 2013</DATE> għall-konverżjoni tal-mitjar militari ta’ Gdynia‑Kosakowo f’ajruport tal-avjazzjoni ċivili jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat li hija inkompatibbli mas-suq intern. Għalhekk, l-għajnuna mill-Istat ma tistax tiġi implimentata.</ALINEA></PARAG></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="003"><TI.ART>Artikolu 3</TI.ART><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>[Ir-Repubblika tal‑]Polonja tirkupra l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 2(1) mingħand il-benefiċjarju.</ALINEA></PARAG></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="004"><TI.ART>Artikolu 4</TI.ART><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 2(1) u tal-imgħax imsemmi fl-Artikolu 3(2) ikun immedjat u effettiv.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>[Ir-Repubblika tal‑]Polonja tiżgura li din id-Deċiżjoni tiġi implimentata fi żmien erba’ xhur wara d-data tan-notifika ta’ din id-Deċiżjoni.</ALINEA></PARAG></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="005"><TI.ART>Artikolu 5</TI.ART><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fi żmien xahrejn wara n-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, [ir-Repubblika tal‑]Polonja tippreżenta l-informazzjoni sussegwenti lill-Kummissjoni:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-ammont totali (il-prinċipal u l-imgħax ta’ rkupru) li għandu jiġi rkuprat mill-benefiċjarju;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>id-deskrizzjoni ddettaljata tal-miżuri li ttieħdu diġà u dawk ippjanati sabiex tikkonforma ma’ din id-Deċiżjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>id-dokumenti li juru li l-benefiċjarju kien ordnat iħallas lura l-għajnuna.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>[Ir-Repubblika tal-]Polonja żżomm lill-Kummissjoni mgħarrfa dwar il-progress tal-miżuri nazzjonali meħuda sabiex tiġi implimentata din id-Deċiżjoni sakemm jitlesta l-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 2(1) u tal-imgħax imsemmi fl-Artikolu 3(2). Din tippreżenta minnufih, fuq sempliċi talba<?PAGE NO="5"?> mill-Kummissjoni, informazzjoni dwar il-miżuri li ttieħdu diġà u dawk ippjanati sabiex tikkonforma ma’ din id-Deċiżjoni. Din tipprovdi wkoll informazzjoni ddettaljata li tikkonċerna l-ammonti ta’ għajnuna u imgħax li jkunu diġà ġew irkuprati mill-benefiċjarju.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></PARAG></ARTICLE></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza appellata</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20150423">23 ta’ April 2015</DATE>, il-komun ta’ Kosakowo, rikorrent fil-Kawża T‑217/14, ippreżenta rikors għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata (Kawża T‑209/15).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20150515">15 ta’ Mejju 2015</DATE>, il-komun ta’ Gdynia u l-kumpannija PLGK, rikorrenti fil-Kawża T‑215/14, ippreżentaw rikors għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20151130">30 ta’ Novembru 2015</DATE>, il-Qorti Ġenerali kkonstatat, permezz ta’ digriet, li ma kienx hemm iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikorsi ppreżentati fil-Kawżi T‑215/14 u T‑217/14 (digrieti tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151130">30 ta’ Novembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Gmina Miasto Gdynia u Port Lotniczy Gdynia Kosakowo vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑215/14</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:965">EU:T:2015:965</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151130">30 ta’ Novembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Gmina Kosakowo vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑217/14</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:968">EU:T:2015:968</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20151201">1 ta’ Diċembru 2015</DATE>, il-President tas-Sitt Awla tal-Qorti Ġenerali awtorizza lir-Repubblika tal-Polonja tintervjeni insostenn tat-talbiet tal-komun ta’ Gdynia u tal-kumpannija PLGK fir-rikors tagħhom intiż għall-annullament tal-Artikoli 2 sa 5 tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali eżaminat, fl-ewwel lok, is-sitt motiv ta’ dan ir-rikors ibbażat, b’mod partikolari, fuq ksur tad-drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati f’dan il-każ. F’dan il-kuntest, il-Qorti Ġenerali osservat, fil-punt 71 tas-sentenza appellata, li, fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni ma bbażatx ruħha iktar, kif kienet għamlet fid-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura u fid-Deċiżjoni 2014/883, fuq il-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat b’għan reġjonali għall-perijodu 2007–2013 (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="054" PAGE.FIRST="13" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, C 54, p. 13</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat b’għan reġjonali<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>) sabiex tanalizza jekk l-għajnuna għall-funzjonament kinitx kompatibbli mas-suq intern, iżda fuq il-prinċipji msemmija fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="099" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, C 99, p. 3</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Linji Gwida tal-2014<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fil-punt 73 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali enfasizzat li, minbarra l-bidla magħmula bejn il-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat b’għan reġjonali u l-Linji Gwida tal-2014, il-Kummissjoni wettqet ukoll bidla fid-deroga analizzata fir-rigward tal-Artikolu 107(3) TFUE. B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali enfasizzat, f’dan ir-rigward, li, fid-deċiżjoni ta’ ftuħ u fid-Deċiżjoni 2014/883, il-Kummissjoni kienet poġġiet ruħha fil-kuntest tad-deroga prevista fl-Artikolu 107(3)(a) TFUE, filwaqt li, fid-deċiżjoni kkontestata, il-kompatibbiltà tal-għajnuna għall-funzjonament hija analizzata konformement mal-Artikolu 107(3)(c) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali kkonstatat, fil-punt 78 tas-sentenza appellata, li s-sistema legali l-ġdida applikata mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata kienet tinkludi emendi sostanzjali meta mqabbla ma’ dik preċedentement fis-seħħ u kkunsidrata fid-deċiżjoni ta’ ftuħ kif ukoll fid-Deċiżjoni 2014/883.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali rrilevat, fil-punt 79 ta’ dik is-sentenza, li, bejn id-data tal-pubblikazzjoni tal-Linji Gwida tal-2014 u l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, il-partijiet interessati f’dan il-każ ma tqegħdux f’pożizzjoni li jippreżentaw b’mod effettiv l-osservazzjonijiet tagħhom dwar l-applikabbiltà u l-impatt eventwali tal-imsemmija linji gwida.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fil-punt 81 tal-imsemmija sentenza, il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-argument tal-Kummissjoni li jgħid li l-kumpannija PLGK ma wrietx b’liema mod il-fatt li ma ġietx mistiedna tesprimi ruħha dwar l-applikazzjoni tal-Linji Gwida tal-2014 seta’ kellu effett fuq is-sitwazzjoni ġuridika tagħha, u lanqas b’liema mod il-possibbiltà li tesprimi ruħha f’dan ir-rigward setgħet twassal għal kontenut differenti tad-deċiżjoni kkontestata. F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali bbażat ruħha, b’mod partikolari, fuq il-fatt li d-dritt tal-partijiet ikkonċernati li jkunu f’pożizzjoni li jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom għandu n-natura ta’ formalità sostanzjali, fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE, li l-ksur tagħha, ikkonstatat mill-Qorti Ġenerali, iwassal għall-annullament tal-att ivvizzjat, mingħajr ma jkun neċessarju li tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ effett fuq il-parti li tinvoka tali ksur u lanqas li l-proċedura amministrattiva setgħet twassal għal riżultat differenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Finalment, fil-punt 87 tal-istess sentenza, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li l-argument tal-Kummissjoni, ibbażat fuq il-fatt li l-kunsiderazzjoni li tgħid li l-għajnuna għall-operat hija inkompatibbli mas-suq intern sa fejn l-għajnuna għall-investiment innifisha kienet inkompatibbli mal-imsemmi suq tirriżulta minn bażi legali awtonoma li tirriżulta mit-Trattat FUE, kien tressaq għall-ewwel darba mill-Kummissjoni waqt is-seduta quddiem il-Qorti Ġenerali u ma huwiex ibbażat fuq it-termini tad-Deċiżjoni 2014/883 jew tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti Ġenerali laqgħet is-sitt motiv tar-rikors u għalhekk annullat l-Artikoli 2 sa 5 tad-deċiżjoni kkontestata, mingħajr ma eżaminat il-motivi l-oħra invokati insostenn ta’ dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħha, l-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla s-sentenza appellata;</P></ITEM><ITEM><P>tiċħad it-tielet ilment tas-sitt motiv tar-rikors bħala infondat;</P></ITEM><ITEM><P>tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din teżamina l-ħames motivi l-oħra tar-rikors;</P></ITEM></LIST></P><P>sussidjarjament,</P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla s-sentenza appellata sa fejn il-punt 1 tad-dispożittiv jirrigwarda l-konklużjonijiet fid-deċiżjoni kkontestata dwar l-għajnuna għall-investiment;</P></ITEM><ITEM><P>tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din teżamina l-ħames motivi l-oħra tar-rikors; u</P></ITEM></LIST></P><P>f’kull każ:</P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tirriżerva l-ispejjeż relatati mal-proċedura fl-ewwel istanza u mal-appell.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Il-komun ta’ Gdynia u l-kumpannija PLGK jitolbu li l-appell jiġi miċħud u li l-Kummissjoni tiġi kkundannata għall-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Polonja titlob li dan l-appell jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-appell</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà tal-appell</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Mingħajr ma jinvokaw formalment l-inammissibbiltà tal-appell, il-komun ta’ Gdynia u l-kumpannija PLGK isostnu li l-portata u l-kontenut tad-diversi aggravji mqajma insostenn tiegħu ma humiex ċari biżżejjed. Dawn tal-aħħar huma fformulati b’mod differenti fil-punt 32 tal-appell, fis-sottotitoli li jippreċedu d-diversi lmenti u fil-kontenut stess ta’ dawn l-aggravji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE, mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kif ukoll mill-Artikolu 168(1)(d) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, jirriżulta li appell għandu jindika b’mod preċiż l-elementi kkritikati tas-sentenza li jkun qiegħed jintalab l-annullament tagħha kif ukoll l-argumenti legali li jissostanzjaw b’mod speċifiku lil din it-talba. Fl-Artikolu 169(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja huwa speċifikat li l-aggravji u l-argumenti fid-dritt invokati għandhom jidentifikaw bi preċiżjoni l-punti tal-motivi tad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali li jkunu qegħdin jiġu kkontestati (digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190115">15 ta’ Jannar 2019</DATE>, <NAME.CASE>CeramTec vs EUIPO</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑463/18 P</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:18">EU:C:2019:18</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi rrilevat li l-komun ta’ Gdynia u l-kumpannija PLGK sempliċement isostnu, b’mod għalkollox ġenerali, li l-aggravji tal-appell ma humiex ċari sa fejn jintużaw diversi formulazzjonijiet sabiex jiddeskrivuhom. Madankollu, huma ma jispjegawx kif tali differenzi jipprekludu li wieħed jifhem l-argumenti tal-Kummissjoni kif imressqa fl-appell. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tidentifika bi preċiżjoni, fil-kuntest ta’ kull wieħed mill-aggravji tal-appell tagħha, l-elementi kkritikati tas-sentenza appellata u tesponi fid-dettall l-argumenti legali li jsostnu b’mod speċifiku t-talba tagħha għall-annullament ta’ din is-sentenza, u b’hekk tippermetti lil kull parti normalment diliġenti tifhem il-kontenut tagħha u lill-Qorti tal-Ġustizzja twettaq l-istħarriġ tagħha tal-legalità (ara, b’analoġija, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160128">28 ta’ Jannar 2016</DATE>, <NAME.CASE>Heli‑Flight vs AESA</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑61/15 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:59">EU:C:2016:59</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). L-argument żviluppat mill-komun ta’ Gdynia u mill-kumpannija PLGK fis-sottomissjonijiet bil-miktub tagħhom jixhed li huma kienu f’pożizzjoni li jifhmu l-aggravji tal-appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Għaldaqstant, dan tal-aħħar ma jistax jitqies li huwa inammissibbli fl-intier tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Għandu jingħad ukoll li, sa fejn il-komun ta’ Gdynia u l-kumpannija PLGK iressqu argument distint intiż speċifikament sabiex jikkontesta l-ammissibbiltà tat-tieni aggravju, dan l-argument ser jiġi indirizzat fil-kuntest tal-eżami ta’ dan l-aggravju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka tliet aggravji, fejn l-ewwel wieħed huwa bbażat fuq żbalji ta’ liġi dwar il-portata tad-drittijiet li l-partijiet ikkonċernati f’dan il-każ jisiltu mill-Artikolu 108(2) TFUE, it-tieni wieħed huwa bbażat fuq interpretazzjoni żbaljata tad-deċiżjoni kkontestata, u t-tielet wieħed, ippreżentat sussidjarjament, huwa bbażat fuq in-natura sproporzjonata tal-punt 1 tad-dispożittiv tas-sentenza appellata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel parti tal-ewwel aggravju</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel parti tal-ewwel aggravju, il-Kummissjoni tilmenta li l-Qorti Ġenerali, fil-punti 69 sa 89 tas-sentenza appellata, applikat b’mod żbaljat id-dritt mogħti lill-partijiet ikkonċernati mill-Artikolu 108(2) TFUE li jippreżentaw osservazzjonijiet, b’mod li jmur kontra s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080508">8 ta’ Mejju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Ferriere Nord vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑49/05 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:259">EU:C:2008:259</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), billi kklassifikat b’mod żbaljat dan id-dritt, fiċ-ċirkustanzi tal-każ, bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>forma proċedurali sostanzjali<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, li n-nuqqas ta’ osservanza tiegħu jwassal awtomatikament għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata, mingħajr ma huwa neċessarju li jintwera l-impatt ta’ dan il-ksur fuq is-sitwazzjoni tal-parti kkonċernata jew fuq il-konklużjonijiet deċiżi f’dik is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li l-konsegwenzi legali kollha li jirriżultaw mill-klassifikazzjoni żbaljata tad-dritt inkwistjoni bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>forma proċedurali sostanzjali<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> huma wkoll ivvizzjati bi żball ta’ liġi. B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali żbaljat meta kkonstatat, fil-punt 70 tas-sentenza appellata, li hija setgħet teżamina <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> l-ksur ta’ din il-forma proċedurali sostanzjali bħala motiv ta’ ordni pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-argument imressaq quddiem il-Qorti Ġenerali bbażat fuq tali ksur kien inammissibbli sa fejn kien jirrigwarda s-sistema legali użata fid-deċiżjoni kkontestata, peress li dan l-argument tqajjem mill-kumpannija PLGK biss fl-istadju tar-replika li din tal-aħħar ippreżentat fl-ewwel istanza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Billi kklassifikat l-imsemmi argument, fil-punt 70 tas-sentenza appellata, bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>amplifikazzjoni ta’ motiv imsemmi preċedentement, direttament jew impliċitament<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, fir-rikors promotur u billi ġġudikatu ammissibbli, il-Qorti Ġenerali kisret ir-regola li tipprojbixxi l-produzzjoni ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Sa fejn, f’dak ir-rikors, il-komun ta’ Gdynia u l-kumpannija PLGK ressqu motiv ibbażat fuq ksur tal-garanziji proċedurali tagħhom waqt l-adozzjoni tad-deċiżjoni inkwistjoni peress li ma kellhomx l-okkażjoni li jippreżentaw osservazzjonijiet, huma kienu qegħdin jirreferu għall-assenza ta’ ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali ġdida qabel l-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni, liema ftuħ kien jippermetti li jiġu eżaminati l-effetti legali tal-esklużjoni tal-ispejjeż marbuta mal-eżekuzzjoni ta’ kompiti ta’ interess pubbliku mill-kamp tal-għajnuna mill-Istat inkwistjoni. Dan il-motiv kien għalhekk ibbażat fuq ġustifikazzjoni kompletament differenti minn dik dwar in-nuqqas ta’ konsultazzjoni tal-komun ta’ Gdynia u tal-kumpannija PLGK fir-rigward tal-Linji Gwida tal-2014.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni żżid li, minkejja li huwa biss l-Istat Membru responsabbli mill-għoti tal-għajnuna li għandu drittijiet tad-difiża, madankollu, f’dan il-każ, ir-Repubblika tal-Polonja ma ppreżentatx rikors għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata bbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża tagħha jew tad-dritt tagħha għal dibattitu kontradittorju u, bħala intervenjent, hija ma tistax tinvoka tali motiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Il-komun ta’ Gdynia u l-kumpannija PLGK huma tal-fehma li l-ewwel parti tal-ewwel aggravju hija infondata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fil-fehma tagħhom, il-Kummissjoni qiegħda tipprova timminimizza l-importanza tad-dritt tal-partijiet interessati f’dan il-każ li jippreżentaw osservazzjonijiet billi tinvoka ġurisprudenza stabbilita li tgħid li r-rwol tal-partijiet ikkonċernati fi proċedura ta’ investigazzjoni formali huwa biss li jservu bħala sors ta’ informazzjoni lill-Kummissjoni. Issa, tali argumenti jmorru kontra l-istat attwali tad-dritt tal-Unjoni, peress li s-sentenzi ċċitati mill-Kummissjoni f’dan ir-rigward ingħataw qabel id-dħul fis-seħħ tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Issa, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni d-dritt għal smigħ tal-partijiet ikkonċernati qabel l-adozzjoni ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni. Kuntrarjament għal dak li ssostni din tal-aħħar f’dan ir-rigward, il-komun ta’ Gdynia u l-kumpannija PLGK ma jsostnux li l-fatt li l-Karta tapplika b’mod sħiħ għall-proċeduri mibdija mill-Kummissjoni u li l-Artikolu 41(2)(a) tagħha, li jipprovdi li kull persuna għandha d-dritt li tinstema’ qabel ma tittieħed miżura individwali li taffettwaha b’mod sfavorevoli fir-rigward tagħha, japplika għall-benefiċjarju ta’ għajnuna bħall-kumpannija PLGK, ifisser li l-komun ta’ Gdynia u l-kumpannija PLGK jibbenefikaw, b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Karta, minn dritt għal dibattitu kontradittorju mal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kuntrarjament għal dak li tissuġġerixxi l-Kummissjoni, il-Qorti Ġenerali ġustament ċaħdet, fil-punt 70 tas-sentenza appellata, l-argument tagħha li jgħid li l-argument imressaq mill-kumpannija PLGK fir-replika tagħha, dwar l-emenda tas-sistema legali użata fid-deċiżjoni kkontestata, jikkostitwixxi aggravju ġdid. Barra minn hekk, il-fatt li l-Qorti Ġenerali ppreċiżat li hija setgħet tqajjem il-ksur ta’ forma proċedurali sostanzjali <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> ma jimplikax li, f’dan il-każ, hija eżaminat dan il-ksur <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel parti tal-ewwel aggravju, il-Kummissjoni tiffoka fuq is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080508">8 ta’ Mejju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Ferriere Nord vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑49/05 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:259">EU:C:2008:259</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), billi pproponiet interpretazzjoni restrittiva għaliha, filwaqt li l-Qorti Ġenerali rreferiet ukoll għal sentenzi oħra tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali u, b’mod partikolari, għas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081211">11 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Freistaat Sachsen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑334/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:709">EU:C:2008:709</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Mill-punt 56 ta’ din l-aħħar sentenza jirriżulta li, meta s-sistema legali, li abbażi tagħha Stat Membru jkun ipproċeda bin-notifika ta’ għajnuna ppjanata, tinbidel qabel ma l-Kummissjoni tieħu d-deċiżjoni tagħha, din għandha titlob lill-partijiet ikkonċernati jieħdu pożizzjoni dwar il-kompatibbiltà ta’ din l-għajnuna mar-regoli l-ġodda. L-obbligu li l-partijiet interessati jintalbu jieħdu pożizzjoni jibqa’ r-regola, ħlief jekk is-sistema legali l-ġdida ma tinkludix bidla sostanzjali meta mqabbla ma’ dik li kienet fis-seħħ qabel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080508">8 ta’ Mejju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Ferriere Nord vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑49/05 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:259">EU:C:2008:259</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), ma tippermettix lill-Kummissjoni tfassal regoli universali, applikabbli għal kull sitwazzjoni, peress li l-punti ta’ fatt u ta’ liġi rilevanti fil-kawża li tat lok għal din is-sentenza huma differenti minn dawk analizzati fis-sentenza appellata. B’mod partikolari, l-ewwel nett, fil-kawża li tat lok għas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080508">8 ta’ Mejju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Ferriere Nord vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑49/05 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:259">EU:C:2008:259</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), la l-partijiet u lanqas il-Qorti Ġenerali ma rrilevaw differenzi sinjifikattivi bejn id-deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura u d-deċiżjoni kkontestata, bħal dawk li l-Qorti Ġenerali kkonstatat fil-punti 67 sa 71 tas-sentenza appellata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>It-tieni nett, f’dan il-każ, id-Deċiżjoni 2014/883 li tagħlaq il-proċedura tal-Kummissjoni kienet diġà ġiet adottata u kienet is-suġġett ta’ rikors quddiem il-Qorti Ġenerali u l-irtirar ulterjuri tagħha ġie immedjatament segwit minn għeluq ġdid tal-proċedura li kienet tkompliet, li ma kienx il-każ fil-kawża li tat lok għas-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080508">8 ta’ Mejju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Ferriere Nord vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑49/05 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:259">EU:C:2008:259</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>It-tielet nett, il-Qorti Ġenerali indikat b’mod ċar, f’din l-aħħar sentenza, li l-prinċipji stabbiliti miż-żewġ sistemi legali tal-għajnuna mill-Istat inkwistjoni kienu essenzjalment identiċi. Il-Qorti tal-Ġustizzja rrilevat ukoll dan ix-xebh fl-imsemmija sentenza. Min-naħa l-oħra, fil-punti 67 sa 78 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali wriet, bi preċiżjoni, li d-dispożizzjonijiet il-ġodda tal-Linji Gwida tal-2014, applikati mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata, kienu għamlu modifiki sostanzjali meta mqabbla mas-sistema legali fis-seħħ preċedentement u li ttieħdet inkunsiderazzjoni fid-deċiżjoni ta’ ftuħ kif ukoll fid-Deċiżjoni 2014/883.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Il-komun ta’ Gdynia u l-kumpannija PLGK iqisu li dawn l-emendi kif ukoll l-obbligu tal-Kummissjoni li tiddefinixxi b’mod suffiċjenti l-kuntest tal-eżami tagħha wasslu lill-Qorti Ġenerali sabiex tikklassifika, f’dan il-każ, l-obbligu tal-Kummissjoni li tqiegħed lill-partijiet ikkonċernati f’pożizzjoni li jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>formalità sostanzjali<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, konformement mal-punt 55 tas-sentenza tal-<?PAGE NO="10"?><REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081211">11 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Freistaat Sachsen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑334/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:709">EU:C:2008:709</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Fil-fatt, emendi ta’ tali daqs probabbilment kienu jeħtieġu proċedura ta’ investigazzjoni formali ġdida skont l-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 659/1999, ħaġa li dawn il-partijiet kienu ċertament jindikaw fl-osservazzjonijiet tagħhom kieku kellhom il-possibbiltà li jifformulawhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>L-approċċ difiż mill-Kummissjoni jmur ukoll kontra l-pożizzjoni espressa fil-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Sharpston fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Spanja vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑114/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:309">EU:C:2018:309</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li tgħid li d-dritt tal-Istat Membru li jinstema’ mill-Kummissjoni f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni f’din il-kawża, huwa forma proċedurali sostanzjali. Il-komun ta’ Gdynia u l-kumpannija PLGK jikkondividu wkoll l-opinjoni espressa f’dawn il-konklużjonijiet li tgħid li ma huwiex importanti li l-Istat Membru kkonċernat jirnexxilu juri konkretament li, fl-assenza ta’ ksur ta’ dan id-dritt mill-Kummissjoni, id-deċiżjoni ta’ din tal-aħħar dwar l-għajnuna mill-Istat inkwistjoni kienet tkun differenti. Fil-fatt, tali kundizzjoni hija neċessarjament spekulattiva u jkun diffiċli li jiġi identifikat il-livell ta’ prova u l-livell ta’ preċiżjoni meħtieġ sabiex jintwera li d-deċiżjoni kkonċernata kienet effettivament tkun differenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Il-komun ta’ Gdynia u l-kumpannija PLGK jirrilevaw li, meta l-Kummissjoni adottat, fil-<DATE ISO="20140331">31 ta’ Marzu 2014</DATE>, il-Linji Gwida tal-2014, hija stiednet kemm lill-Istati Membri kif ukoll lill-ajruporti benefiċjarji ta’ għajnuna sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar il-miżuri li fir-rigward tagħhom il-Kummissjoni kienet fetħet proċeduri ta’ investigazzjoni formali. F’din l-istedina jissemmew 23 proċedura li jikkonċernaw għajnuna mill-Istat lil ajruporti jew lil kumpanniji tal-ajru, iżda ma jissemmiex il-fajl dwar l-ajruport ta’ Gdynia‑Kosakowo, peress li dan ngħalaq bid-Deċiżjoni 2014/883. Dan il-metodu ta’ proċedura jista’ jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>diskriminatorju<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>. Ftit jimporta f’dan ir-rigward li din id-deċiżjoni ġiet adottata, peress li din ġiet sussegwentement irtirata u peress li l-Kummissjoni kompliet il-proċedura amministrattiva f’din il-kawża sal-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Polonja tqis ukoll li l-ewwel parti tal-ewwel aggravju hija infondata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>B’mod partikolari, hija ssostni li bl-ebda mod ma jirriżulta mis-sentenza appellata li l-Qorti Ġenerali tat drittijiet tad-difiża lill-partijiet interessati f’dan il-każ. Min-naħa l-oħra, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-Kummissjoni kienet obbligata li tistieden lil dawn tal-aħħar sabiex isostnu l-argumenti tagħhom qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, fid-dawl tal-portata tal-emendi li saru permezz tal-Linji Gwida tal-2014. Id-dritt li jiġu fformulati osservazzjonijiet ma huwiex limitat biss għad-drittijiet tad-difiża, iżda għandu portata iktar wiesgħa. Dan jikkostitwixxi, b’mod partikolari, element essenzjali tad-dritt għal amministrazzjoni tajba, previst fl-Artikolu 41 tal-Karta, li l-komun ta’ Gdynia u l-kumpannija PLGK jistgħu jinvokaw, kif ukoll id-dritt għall-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-pożizzjoni difiża mill-Kummissjoni tista’ tippreġudika dawn id-drittijiet fundamentali, peress li, f’dan il-każ, minħabba d-differenzi fundamentali bejn il-Linji gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali u l-Linji Gwida tal-2014, huwa impossibbli li jintwera li l-fatt li l-partijiet fil-proċedura fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat jiġu mċaħħda mill-possibbiltà li jippreżentaw osservazzjonijiet kellu effett fuq l-eżitu ta’ din il-proċedura. Minn dan isegwi li l-Kummissjoni tista’ tinjora l-obbligu li tisma’ lill-partijiet mingħajr biża’ ta’ konsegwenzi negattivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ma kkontestatx l-eżistenza ta’ differenzi fundamentali bejn il-Linji gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali u l-Linji Gwida tal-2014 u lanqas ma tikkontesta l-fatt li hija ma poġġietx lill-partijiet interessati f’din il-kawża f’pożizzjoni li jippreżentaw osservazzjonijiet qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Għalkemm il-Qorti tal-Ġustizzja ma indikatx espliċitament fis-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080508">8 ta’ Mejju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Ferriere Nord vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑49/05 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:259">EU:C:2008:259</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li d-dritt li jiġu ppreżentati osservazzjonijiet kien jikkostitwixxi forma proċedurali sostanzjali, hija lanqas ma eskludietu. Fir-rigward tas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081211">11 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Freistaat Sachsen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑334/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:709">EU:C:2008:709</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-punt 55 ta’ din is-sentenza, li fiha<?PAGE NO="11"?> l-Qorti tal-Ġustizzja indikat b’mod ċar li l-obbligu tal-Kummissjoni li tqiegħed lill-partijiet interessati f’pożizzjoni li jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom huwa forma proċedurali sostanzjali. Il-Kummissjoni sempliċement semmiet il-punt 56 ta’ din is-sentenza, filwaqt li l-punti 55 u 56 tal-imsemmija sentenza kellhom jiġu interpretati flimkien.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni lanqas ma ħadet inkunsiderazzjoni l-fatt li, fil-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Sharpston fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Spanja vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑114/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:309">EU:C:2018:309</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), ġie propost li, sa fejn il-Kummissjoni kienet ibbażat id-deċiżjoni ta’ emenda tagħha fuq informazzjoni li fir-rigward tagħha parti ma kinitx f’pożizzjoni li tifformula osservazzjonijiet, hija kienet aġixxiet bi ksur tad-dritt għal smigħ ta’ din il-parti u, għaldaqstant, tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Barra minn hekk, indipendentement mill-ksur tad-dritt tar-rikorrenti li jippreżentaw osservazzjonijiet, il-Kummissjoni kisret id-drittijiet tad-difiża tar-Repubblika tal-Polonja bħala Stat Membru destinatarju tad-deċiżjoni kkontestata, hekk li pprekludietha milli ssostni l-argumenti tagħha qabel l-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni. Ir-Repubblika tal-Polonja, bħala intervenjenti, għandha d-dritt li tinvoka, f’din il-proċedura, il-ksur tad-drittijiet tad-difiża tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>L-argument ippreżentat mill-Kummissjoni, li permezz tiegħu din tal-aħħar tikkontesta l-possibbiltà għar-Repubblika tal-Polonja li tinvoka tali ksur, huwa inammissibbli minħabba t-tardività tiegħu, peress li l-Kummissjoni kkontestat għall-ewwel darba din il-possibbiltà biss fl-istadju tar-replika li hija ppreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja, filwaqt li r-Repubblika tal-Polonja invokat l-imsemmi ksur sa mill-bidu tal-proċedura fl-ewwel istanza.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi osservat, fl-ewwel lok, li l-Qorti Ġenerali eżaminat it-tielet ilment tas-sitt motiv tar-rikors quddiemha mhux mill-perspettiva tad-drittijiet tad-difiża, li huma biss l-Istati Membri, bħala partijiet fil-proċeduri ta’ eżami ta’ għajnuna mill-Istat, li jgawdu minnhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020924">24 ta’ Settembru 2002</DATE>, <NAME.CASE>Falck u Acciaierie di Bolzano vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑74/00 P u C‑75/00 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:524">EU:C:2002:524</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0080">80</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0083">83</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), iżda fid-dawl tad-dritt li għandhom il-partijiet interessati, skont l-Artikolu 108(2) TFUE, li jippreżentaw osservazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif jirriżulta mill-punt 89 tas-sentenza appellata, peress li kkonstatat il-ksur ta’ dan l-aħħar dritt f’dan il-każ, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li ma kienx hemm lok li tingħata deċiżjoni, b’mod partikolari, dwar il-possibbiltà għall-komun ta’ Gdynia u għall-kumpannija PLGK li jinvokaw, quddiem il-Qorti Ġenerali, il-ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-Repubblika tal-Polonja, li ġiet ukoll imressqa fin-nota ta’ intervent ta’ dan l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Konsegwentement, ma hemmx lok li jiġu eżaminati, f’dan l-istadju tal-proċedura, l-argumenti ppreżentati quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja dwar, minn naħa, il-kwistjoni dwar jekk, bħala intervenjenti fl-ewwel istanza, ir-Repubblika tal-Polonja għandhiex id-dritt li tinvoka motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża tagħha jew tad-dritt tagħha għal dibattitu kontradittorju meta hija ma ppreżentatx rikors għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata bbażat fuq ksur ta’ dawn id-drittijiet u, min-naħa l-oħra, dwar jekk tali ksur iwassalx għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata. Minn dan isegwi li ma hemmx iktar lok li jiġi evalwat, għall-finijiet tal-eżami ta’ dan l-appell, l-argument ippreżentat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja mill-imsemmi Stat Membru dwar in-natura inammissibbli tal-argument ippreżentat mill-Kummissjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja li permezz tiegħu l-Kummissjoni tikkontesta l-possibbiltà għar-Repubblika tal-Polonja li tinvoka tali ksur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, mis-sentenza appellata u, b’mod partikolari, mill-punt 89 tagħha jirriżulta li l-Qorti Ġenerali lanqas ma ddeċidiet fuq l-obbligu li għandha l-Kummissjoni li tistieden lill-partijiet interessati f’dan il-każ sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom fir-rigward tal-bidliet fattwali mwettqa fid-deċiżjoni kkontestata, u għalhekk iffokat fuq dan l-obbligu sa fejn dan jikkonċerna<?PAGE NO="12"?> s-sistema legali l-ġdida applikata fl-imsemmija deċiżjoni. Konsegwentement, lanqas ma hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha teżamina l-argument imressaq mill-komun ta’ Gdynia u mill-kumpannija PLGK li permezz tiegħu dawn jikkritikaw lill-Kummissjoni talli ma stednitx lill-partijiet interessati f’din il-kawża sabiex jippreżentaw il-perspettiva tagħhom fid-dawl tal-informazzjoni fattwali ġdida li tinsab fid-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, fir-rigward tal-argument tal-Kummissjoni espost fil-punti 39 sa 41 ta’ din is-sentenza, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 84(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, ebda motiv ġdid ma jista’ jiġi ppreżentat matul il-kawża sakemm dan il-motiv ma jkunx ibbażat fuq punti ta’ liġi u ta’ fatt li joħorġu matul il-proċedura. Madankollu, motiv jew argument, li jikkostitwixxu estensjoni ta’ motiv imressaq preċedentement, direttament jew impliċitament, fir-rikors promotur u li jkunu marbuta mill-qrib ma’ dan il-motiv għandhom jiġu ddikjarati ammissibbli (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130711">11 ta’ Lulju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Ziegler vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑439/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:513">EU:C:2013:513</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>F’dan il-każ, huwa stabbilit li, kif irrilevat il-Qorti Ġenerali fil-punt 70 tas-sentenza appellata, fir-rikors promotur tagħhom, il-komun ta’ Gdynia u l-kumpannija PLGK indikaw li huma kellu jkollhom il-possibbiltà li jesprimu ruħhom dwar l-argumenti l-ġodda u l-analiżi l-ġdida tal-Kummissjoni u li n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu li huma invokaw fuq dan il-punt jikkostitwixxi, bħala tali, ksur tal-forom proċedurali sostanzjali. Il-Kummissjoni lanqas ma tikkontesta li, kif irrilevat il-Qorti Ġenerali wkoll fl-imsemmi punt 70, il-punt II.14 tar-rikors, li jiġbor fil-qosor il-motivi mressqa insostenn tar-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali, huwa intitolat b’mod partikolari <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>[k]sur tal-forom proċedurali sostanzjali fil-forma ta’ dritt tar-rikorrenti li jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom u jieħdu pożizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball ta’ liġi meta ddeċidiet, fl-istess punt 70, li l-argument imqajjem fir-replika tal-kumpannija PLGK ibbażat fuq ksur tad-dritt tal-partijiet ikkonċernati li jippreżentaw osservazzjonijiet dwar ir-rilevanza tas-sistema legali l-ġdida, li permezz tiegħu din il-kumpannija kienet qiegħda tirreferi preċiżament għall-analiżi l-ġdida tal-Kummissjoni li saret fid-deċiżjoni inkwistjoni, jikkostitwixxi l-estensjoni tal-motiv imqajjem fir-rikors ibbażat fuq ksur tal-forom proċedurali sostanzjali dwar id-dritt tal-komun ta’ Gdynia u tal-kumpannija PLK li jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Peress li l-Qorti Ġenerali ġustament ikkonstatat in-natura ammissibbli ta’ dan l-argument, hija setgħet ġustament teżamina l-mertu tiegħu, indipendentement mill-punt dwar jekk, kif irrilevat ukoll, fil-punt 70 tas-sentenza appellata, hija setgħetx tinvoka l-ksur li huwa s-suġġett tal-imsemmi argument <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> bħala motiv ta’ ordni pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Wara li saru dawn il-konstatazzjonijiet preliminari, għandu jitfakkar, f’dak li jikkonċerna d-dritt li l-ksur tiegħu ġie deċiż mill-Qorti Ġenerali bħala li jwassal għall-annullament tal-Artikoli 2 sa 5 tad-deċiżjoni kkontestata, li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-impriżi potenzjalment benefiċjarji tal-għajnuna mill-Istat jitqiesu bħala partijiet interessati u li l-Kummissjoni għandha l-obbligu, matul il-fażi tal-eżami msemmija fl-Artikolu 108(2) TFUE, li tistedinhom jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19930615">15 ta’ Ġunju 1993</DATE>, <NAME.CASE>Matra vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑225/91</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:239">EU:C:1993:239</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980402">2 ta’ April 1998</DATE>, Il-<NAME.CASE>Kummissjoni vs Sytraval u Brink’s France</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑367/95 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:154">EU:C:1998:154</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080911">11 ta’ Settembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Il-Ġermanja <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Kronofrance</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑75/05 P u C‑80/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:482">EU:C:2008:482</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Għalkemm dawn il-partijiet ikkonċernati ma jistgħux jinvokaw id-drittijiet tad-difiża, huma għandhom, min-naħa l-oħra, id-dritt li jiġu assoċjati mal-proċedura amministrattiva segwita mill-Kummissjoni b’mod adegwat fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-każ inkwistjoni (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080508">8 ta’ Mejju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Ferriere Nord vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑49/05 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:259">EU:C:2008:259</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-Artikolu 108(2) TFUE, li l-pubblikazzjoni ta’ avviż f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> tikkostitwixxi mezz adegwat sabiex il-partijiet ikkonċernati kollha jsiru jafu bil-ftuħ ta’ proċedura. Din il-komunikazzjoni hija intiża sabiex tinkiseb, min-naħa ta’ dawn tal-aħħar, l-informazzjoni kollha intiża sabiex il-Kummissjoni jkollha għarfien ċar fl-azzjoni futura tagħha. Tali proċedura tagħti wkoll lill-Istati Membri l-oħra u lill-oqsma kkonċernati l-garanzija li jkunu jistgħu jinstemgħu (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020924">24 ta’ Settembru 2002</DATE>, <NAME.CASE>Falck u Acciaierie di Bolzano vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑74/00 P u C‑75/00 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:524">EU:C:2002:524</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0080">80</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Il-proċedura ta’ investigazzjoni tal-għajnuna mill‑Istati hija, fid-dawl tal-istruttura ġenerali tagħha, proċedura miftuħa fil-konfront tal-Istat Membru responsabbli, fid-dawl tal-obbligi tiegħu skont il-liġi tal-Unjoni, għall-għoti tal-għajnuna. Huwa għalhekk li, sabiex jiġu rrispettati d-drittijiet tad-difiża, sa fejn dan l-Istat Membru ma ġiex awtorizzat jikkummenta dwar ċerta informazzjoni, il-Kummissjoni ma tistax teħodha inkunsiderazzjoni fid-deċiżjoni tagħha kontra dan l-Istat Membru (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020924">24 ta’ Settembru 2002</DATE>, <NAME.CASE>Falck u Acciaierie di Bolzano vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑74/00 P u C‑75/00 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:524">EU:C:2002:524</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0081">81</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Fil-proċedura ta’ stħarriġ tal-għajnuna mill-Istat, il-partijiet interessati minbarra l-Istat Membru kkonċernat għandhom biss ir-rwol imfakkar fil-punt 72 ta’ din is-sentenza u, f’dan ir-rigward, huma ma jistgħux jippretendu huma stess dibattitu kontradittorju mal-Kummissjoni, bħal dak miftuħ favur l-imsemmi Stat Membru (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020924">24 ta’ Settembru 2002</DATE>, <NAME.CASE>Falck u Acciaierie di Bolzano vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑74/00 P u C‑75/00 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:524">EU:C:2002:524</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0082">82</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Ebda dispożizzjoni tal-proċedura ta’ stħarriġ tal-għajnuna mill-Istat ma tirriżerva, fost il-partijiet interessati, rwol partikolari għall-benefiċjarju ta’ tali għajnuna. F’dan ir-rigward, għandu jiġi ppreċiżat li l-proċedura ta’ stħarriġ tal-għajnuna mill-Istat ma hijiex proċedura li tinfetaħ kontra l-benefiċjarju jew il-benefiċjarji tal-għajnuna li timplika li dan jew dawn tal-aħħar jistgħu jinvokaw drittijiet daqstant estiżi bħad-drittijiet tad-difiża fihom innifishom (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020924">24 ta’ Settembru 2002</DATE>, <NAME.CASE>Falck u Acciaierie di Bolzano vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑74/00 P u C‑75/00 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:524">EU:C:2002:524</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0083">83</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Fir-rigward taċ-ċirkustanzi konkreti tal-każ inkwistjoni, għandu jitfakkar li, fit-<DATE ISO="20130702">2 ta’ Lulju 2013</DATE>, il-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni ta’ ftuħ li permezz tagħha din fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali dwar il-miżura ta’ għajnuna inkwistjoni, skont l-Artikolu 108(2) TFUE, u stiednet lill-partijiet interessati f’dan il-każ sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom. Permezz tad-Deċiżjoni 2014/883, il-Kummissjoni kkonstatat li l-proġett ta’ finanzjament inkwistjoni kien jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, u li din kellha tiġi rkuprata mill-awtoritajiet Pollakki fl-ammont li din kienet tħallset. Sussegwentement, din id-deċiżjoni ġiet irtirata u ssostitwita bid-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-punt 79 tas-sentenza appellata, u ma huwiex ikkontestat fil-kuntest ta’ dan l-appell, jirriżulta li l-partijiet ikkonċernati f’dan il-każ ma ġewx mistiedna jippreżentaw b’mod utli l-osservazzjonijiet tagħhom dwar l-applikabbiltà u l-effett eventwali tal-Linji Gwida tal-2014 qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, minkejja li dawn il-linji gwida ġew ippubblikati fl-<DATE ISO="20140404">4 ta’ April 2014</DATE>, jiġifieri wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2014/883 u għalhekk wara l-għeluq inizjali tal-proċedura ta’ eżami.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi eżaminat jekk il-Qorti Ġenerali setgħetx ġustament tikkonstata, fil-punt 81 tas-sentenza appellata, li d-dritt tal-partijiet interessati f’dan il-każ li jippreżentaw osservazzjonijiet dwar din is-sistema legali ġdida u, b’mod partikolari, dwar il-Linji Gwida tal-2014, qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, jikkostitwixxi forma proċedurali sostanzjali, fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE, li l-ksur tagħha jwassal għall-annullament ta’ din id-deċiżjoni, mingħajr ma jkun neċessarju li jiġi stabbilit li l-proċedura amministrattiva setgħet twassal għal riżultat differenti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Kif diġà ddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kummissjoni ma tistax, mingħajr ma tikser id-drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati, tibbaża d-deċiżjoni tagħha fuq prinċipji ġodda, introdotti minn sistema legali ġdida, mingħajr ma tistieden lil dawn tal-aħħar jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom f’dan ir-rigward (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080508">8 ta’ Mejju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Ferriere Nord vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑49/05 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:259">EU:C:2008:259</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Madankollu, huwa prinċipju li irregolarità proċedurali twassal għall-annullament totali jew parzjali ta’ deċiżjoni biss jekk jiġi stabbilit li fl-assenza ta’ din l-irregolarità d-deċiżjoni kkontestata seta’ jkollha kontenut differenti (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19860423">23 ta’ April 1986</DATE>, <NAME.CASE>Bernardi vs Il-Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>150/84</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1986:167">EU:C:1986:167</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>B’mod iktar speċifiku, fir-rigward tad-drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati, meta jkun hemm bidla fis-sistema legali wara li l-Kummissjoni tkun poġġiet lill-partijiet interessati f’pożizzjoni li jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom u qabel l-adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ deċiżjoni dwar proġett ta’ għajnuna u meta l-Kummissjoni tibbaża din id-deċiżjoni fuq is-sistema legali l-ġdida mingħajr ma tistieden lil dawn il-partijiet jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom fuqha, is-sempliċi eżistenza ta’ differenzi bejn is-sistema legali li fuqha l-imsemmija partijiet tqiegħdu f’pożizzjoni li jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom u dik li fuqha hija bbażata l-imsemmija deċiżjoni ma tistax twassal, bħala tali, għall-annullament tal-istess deċiżjoni. Fil-fatt, minkejja li s-sistemi legali inkwistjoni nbidlu, tqum il-kwistjoni dwar jekk, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet ta’ dawn is-sistemi li huma rilevanti għall-każ ineżami, l-imsemmija bidla setgħetx tbiddel is-sens tad-deċiżjoni kkontestata (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080508">8 ta’ Mejju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Ferriere Nord vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑49/05 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:259">EU:C:2008:259</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0078">78</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0083">83</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi, fil-punt 81 tas-sentenza appellata, meta ddeċidiet li d-dritt tal-partijiet ikkonċernati li jippreżentaw osservazzjonijiet f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni f’din il-kawża għandu n-natura ta’ forma proċedurali sostanzjali, fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE, li l-ksur tagħha jwassal għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata, mingħajr ma jkun neċessarju li jiġi stabbilit li l-ksur ta’ dan id-dritt seta’ jaffettwa s-sens ta’ din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Qorti Ġenerali wettqet ukoll żball ta’ liġi, fil-punt 83 ta’ din is-sentenza, meta ċaħdet l-argument tal-Kummissjoni li permezz tiegħu din riedet turi li d-deċiżjoni kkontestata kien ikollha kontenut identiku li kieku l-partijiet interessati f’dan il-każ kienu tqiegħdu f’pożizzjoni li jippreżentaw osservazzjonijiet fuq il-Linji Gwida tal-2014, peress li l-għajnuna għall-operat kienet fi kwalunkwe każ inkompatibbli mas-suq intern minħabba l-inkompatibbiltà tal-għajnuna għall-investiment ma’ dan is-suq. B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali ċaħdet dan l-argument, minn naħa, billi bbażat ruħha b’mod żbaljat, kif jirriżulta mill-punt 82 ta’ din is-sentenza, fuq il-fatt li ma huwiex neċessarju li jiġi stabbilit li l-ksur ikkonstatat seta’ jaffettwa s-sens tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-Qorti Ġenerali bbażat ruħha fuq il-modifiki sostanzjali li hija kienet identifikat bejn il-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat b’għan reġjonali u l-Linji Gwida tal-2014, filwaqt li, bl-imsemmi argument, il-Kummissjoni kellha preċiżament l-intenzjoni li turi li, indipendentement mill-emendi introdotti mil-Linji Gwida tal-2014, il-konstatazzjoni tal-inkompatibbiltà tal-għajnuna għall-operat kienet ibbażata fuq bażi legali oħra indipendenti minn dawn il-linji gwida tal-aħħar, b’tali mod li din il-konstatazzjoni ma setgħetx tiġi affettwata fil-każ fejn il-partijiet interessati kienu tqiegħdu f’pożizzjoni li jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwarha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Fil-fatt, għalkemm, bħala prinċipju, modifiki sostanzjali ta’ bażi legali li fuqha hija bbażata deċiżjoni tal-Kummissjoni jistgħu jinfluwenzaw din id-deċiżjoni, dan ma huwiex il-każ jekk din id-deċiżjoni tkun ibbażata, barra minn hekk, fuq bażi legali awtonoma li ma tkunx ġiet mibdula u li, waħedha, tkun il-bażi tal-imsemmija deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li l-Qorti Ġenerali la setgħet, mingħajr ma tikser il-ġurisprudenza dwar id-drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati kif esposta fil-punti 70 sa 75 kif ukoll 79 u 81 ta’ din is-sentenza, tikkonstata li ma huwiex neċessarju li jiġi eżaminat l-effett fuq id-deċiżjoni kkontestata tal-assenza ta’ stedina tal-partijiet ikkonċernati sabiex jesprimu ruħhom fuq il-Linji Gwida tal-2014 qabel l-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni, u lanqas ma setgħet tikkonstata tali effett mingħajr ma teżamina l-argument tal-Kummissjoni intiż sabiex juri l-eżistenza ta’ bażi legali awtonoma u indipendenti li fuqha hija bbażata l-imsemmija deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Il-konstatazzjoni esposta fil-punt preċedenti ma hijiex ikkontestata mill-argumenti l-oħra mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u, b’mod partikolari, fl-ewwel lok, minn dawk ibbażati fuq is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081211">11 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Freistaat Sachsen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑334/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:709">EU:C:2008:709</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Ċertament, fil-punt 55 ta’ dik is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja rrilevat, essenzjalment, li mill-Artikolu 108(2) TFUE kif ukoll mill-Artikolu 1(h) tar-Regolament Nru 659/1999 jirriżulta li, meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fir-rigward ta’ proġett ta’ għajnuna, hija għandha tqiegħed lill-partijiet ikkonċernati, fosthom lill-impriża jew lill-impriżi kkonċernati, f’pożizzjoni li jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom u li din ir-regola għandha n-natura ta’ forma proċedurali sostanzjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Madankollu, minn naħa, l-imsemmija sentenza tikkonċerna l-obbligi li jkollha l-Kummissjoni fid-data tal-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali. Min-naħa l-oħra, hija tqajjem il-kwistjoni tal-applikazzjoni ta’ regoli legali ġodda adottati wara n-notifika ta’ proġett ta’ għajnuna. Dawn huma għalhekk kwistjonijiet distinti minn dawk imqajma fil-kuntest ta’ dan l-appell, peress li d-dritt li jitqiegħdu f’pożizzjoni li jippreżentaw osservazzjonijiet li jibbażaw ruħhom fuqhom il-komun ta’ Gdynia u l-kumpannija PLGK hu dwar bidla fis-sistema legali li seħħet wara li l-imsemmija partijiet ġew mistiedna jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom u qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-konstatazzjoni esposta fil-punt 86 ta’ din is-sentenza lanqas ma hija kkontestata mill-argument ippreżentat kemm mill-komun ta’ Gdynia u mill-kumpannija PLGK kif ukoll mir-Repubblika tal-Polonja li jgħid li d-dritt tal-partijiet ikkonċernati li jitqiegħdu f’pożizzjoni li jippreżentaw osservazzjonijiet f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni għandu jiġi evalwat fid-dawl tad-drittijiet fundamentali protetti mill-Karta u, b’mod partikolari, fid-dawl tad-dritt għal amministrazzjoni tajba previst fl-Artikolu 41 tagħha, li jikkostitwixxi wieħed mill-komponenti tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li, kif issostni l-Kummissjoni, u kif irrileva wkoll l-Avukat Ġenerali fil-punt 52 tal-konklużjonijiet tiegħu, id-dħul fis-seħħ tal-Karta ma bidilx in-natura tad-drittijiet mogħtija mill-Artikolu 108(2) TFUE u lanqas ma għandu l-għan li jbiddel in-natura tal-istħarriġ tal-għajnuna mill-Istat stabbilit mit-Trattat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kuntrarjament għal dak li tissuġġerixxi r-Repubblika tal-Polonja permezz tal-affermazzjoni ġenerali li hija tagħmel, esposta fil-punt 56 ta’ din is-sentenza, dwar eventwali ksur tad-drittijiet fundamentali, ma jistax jiġi kkonstatat, qabel kollox, li l-eżistenza tad-differenzi bejn iż-żewġ sistemi legali inkwistjoni f’dan il-każ tirrendi impossibbli li jintwera li l-fatt li l-partijiet ikkonċernati jiġu mċaħħda mill-possibbiltà li jippreżentaw osservazzjonijiet fuq il-Linji Gwida tal-2014 jista’ jkollu effett fuq l-eżitu tal-proċedura. Għall-kuntrarju, huwa preċiżament, b’mod partikolari, minħabba tali differenzi li, jekk ikun il-każ, tali dimostrazzjoni tista’ ssir. Issa, il-kwistjoni dwar jekk in-nuqqas ta’ konsultazzjoni mal-partijiet interessati f’dan il-każ fuq il-Linji Gwida tal-2014 jistax effettivament ikollu effett fuq il-konklużjoni li waslet għaliha l-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata tirrigwarda l-mertu tat-tieni parti tal-ewwel aggravju u tat-tieni aggravju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, fir-rigward tal-argumenti esposti fil-punti 52 u 59 ta’ din is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>u bbażati fuq il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Sharpston fil-kawża Spanja vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑114/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:309">EU:C:2018:309</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li, fis-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180920">20 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Spanja vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑114/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:753">EU:C:2018:753</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja ma segwietx l-istess raġunament bħal dak irrakkomandat f’dawk il-konklużjonijiet.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Fir-raba’ u l-aħħar lok, fir-rigward tal-argument espost fil-punt 53 ta’ din is-sentenza, ibbażat fuq l-istedina magħmula fi proċeduri oħra lill-Istati Membri u lill-ajruporti benefiċjarji ta’ għajnuna sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom, għandu jiġi rrilevat li, hekk kif osserva l-Avukat Ġenerali, essenzjalment, fil-punt 54 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-fatt, jekk jitqies li huwa stabbilit, li l-Kummissjoni osservat id-drittijiet proċedurali tal-partijiet ikkonċernati, kif deskritti fil-punt 79 ta’ din is-sentenza, fil-kuntest tat-23 proċedura li jirreferu għalihom il-komun ta’ Gdynia u l-kumpannija PLGK, ma jneħħi xejn mill-kunsiderazzjonijiet esposti fil-punt 82 ta’ din is-sentenza, li minnhom jirriżulta li d-dritt li jinvokaw il-komun ta’ Gdynia u l-kumpannija PLGK fil-kuntest ta’ din il-kawża ma għandux in-natura ta’ forma proċedurali sostanzjali li s-sempliċi ksur tagħha jwassal għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-ewwel parti tal-ewwel motiv għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Madankollu, kif jirriżulta mill-punt 82 ta’ din is-sentenza, l-iżbalji kkonstatati fil-punti 82 sa 86 ta’ din is-sentenza jistgħu jwasslu għall-annullament tas-sentenza appellata, sa fejn il-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjoni kkontestata, biss fil-każ fejn id-dispożizzjonijiet tal-Linji Gwida tal-2014 li bbażat ruħha fuqhom il-Kummissjoni f’din id-deċiżjoni effettivament ma setgħux ibiddlu s-sens tal-imsemmija deċiżjoni. Issa, kif jirriżulta mill-punt 91 ta’ din is-sentenza, il-kwistjoni dwar jekk dan huwiex il-każ taqa’ taħt il-mertu tat-tieni parti tal-ewwel aggravju u tat-tieni aggravju tal-appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tieni parti tal-ewwel aggravju u t-tieni aggravju għandhom jiġu eżaminati flimkien.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni parti tal-ewwel aggravju u t-tieni aggravju</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet fuq it-tieni parti tal-ewwel aggravju</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni parti tal-ewwel aggravju, il-Kummissjoni ssostni li, fil-punti 71 sa 89 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali interpretat u applikat b’mod żbaljat il-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080508">8 ta’ Mejju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Ferriere Nord vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑49/05 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:259">EU:C:2008:259</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), meta qieset li l-Kummissjoni kienet wettqet ksur ta’ forma proċedurali sostanzjali, f’dan il-każ, billi ma tatx lill-komun ta’ Gdynia u lill-kumpannija PLGK il-possibbiltà li jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom fuq il-Linji Gwida tal-2014.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>Il-komun ta’ Gdynia u l-kumpannija PLGK isostnu li l-Kummissjoni kienet żbaljata meta sostniet li d-deċiżjoni tagħha dwar il-kompatibbiltà tal-miżura ta’ għajnuna mas-suq intern ma kinitx ibbażata fuq il-Linji Gwida tal-2014. Kif uriet il-Qorti Ġenerali, fil-punt 84 tas-sentenza appellata, il-Kummissjoni semmiet espressament il-Linji Gwida tal-2014 fil-premessi 245 u 246 tad-deċiżjoni kkontestata fil-kuntest tal-evalwazzjoni tagħha tal-kompatibbiltà tal-għajnuna għall-funzjonament mas-suq intern.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kuntrarjament għas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080508">8 ta’ Mejju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Ferriere Nord vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑49/05 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:259">EU:C:2008:259</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Kummissjoni ma tistax tippretendi, f’dan il-każ, li l-prinċipji u l-kriterji ta’ evalwazzjoni li jinsabu fil-Linji Gwida tal-2014 kienu essenzjalment identiċi għal dawk li jinsabu fis-sistema legali preċedenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>Il-komun ta’ Gdynia u l-kumpannija PLGK jikkontestaw l-argument tal-Kummissjoni li jgħid li, billi fil-punt 73 tas-sentenza appellata osservat li, fil-kuntest, minn naħa, tad-deċiżjoni ta’ ftuħ u tad-Deċiżjoni 2014/883 u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni inkwistjoni, il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq diversi dispożizzjonijiet tat-Trattat għall-finijiet tal-analiżi tal-kompatibbiltà tal-għajnuna għall-funzjonament mas-suq intern, il-Qorti Ġenerali tat prova ta’ approċċ purament formalistiku. In-natura fundamentalment differenti tal-Linji gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali u tal-Linji<?PAGE NO="17"?> Gwida tal-2014 tirriżulta, minn naħa, mill-fatt li tal-ewwel jikkonċernaw għajnuna reġjonali u tat-tieni jikkonċernaw għajnuna settorjali u, min-naħa l-oħra, minn diversi argumenti esposti mill-Qorti Ġenerali fil-punti 67 sa 78 tas-sentenza appellata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>Skont il-komun ta’ Gdynia u l-kumpannija PLGK, xejn ma jista’ għalhekk jiġġustifika l-allegazzjoni li tgħid li s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080508">8 ta’ Mejju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Ferriere Nord vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑49/05 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:259">EU:C:2008:259</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), teħles lill-Kummissjoni mill-obbligu li tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati meta hija tqis li l-imsemmija konsultazzjoni ma tistax tbiddel id-deċiżjoni tagħha. Id-dritt tal-partijiet ikkonċernati li jkunu f’pożizzjoni li jippreżentaw osservazzjonijiet għandu, f’dan il-każ, in-natura ta’ forma proċedurali sostanzjali, li l-ksur tagħha, ikkonstatat f’dan il-każ, iwassal għall-annullament tal-att ivvizzjat, mingħajr ma jkun neċessarju li jiġi stabbilit li l-proċedura amministrattiva setgħet twassal għal riżultat differenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Polonja ssostni li l-Kummissjoni tinjora l-espożizzjoni ddettaljata tal-Qorti Ġenerali dwar il-modifiki sostanzjali introdotti mil-Linji Gwida tal-2014. Il-fatt li dawn tal-aħħar huma essenzjalment differenti mis-sistema legali preċedenti jirriżulta mill-argument tal-Kummissjoni li jgħid li hija applikat biss l-ewwel kriterju tal-punt 113 tal-Linji Gwida tal-2014. Barra minn hekk, il-kriterju li jikkonsisti f’li jiġi ffaċilitat l-iżvilupp reġjonali, li jinsab fil-Linji Gwida tal-2014, huwa interpretat b’mod differenti minn dak tal-kriterju ta’ kontribuzzjoni għall-iżvilupp reġjonali previst mil-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat b’għan reġjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Polonja lanqas ma tista’ taċċetta l-pożizzjoni tal-Kummissjoni li tgħid li huwa irrilevanti li l-Linji Gwida tal-2014 ġew adottati skont dispożizzjoni tat-Trattat, jiġifieri l-Artikolu 107(3)(c) TFUE, differenti mill-komunikazzjoni tagħha intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>Linji gwida tal-Komunità dwar il-finanzjament tal-ajruporti u l-għajnuna tal-bidu lill-kumpaniji tal-ajru li jitilqu minn ajruporti reġjonali<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="312" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2005">ĠU 2005, C 312, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Linji Gwida tal-2005<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>), jiġifieri l-Artikolu 107(3)(a) TFUE. Għalkemm dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet tat-Trattat għandhom bħala punt komuni li jippermettu li tiġi approvata għajnuna maħsuba għall-iżvilupp ta’ ċerti reġjuni, huma jistabbilixxu kundizzjonijiet addizzjonali differenti ta’ kompatibbiltà tal-għajnuna, billi jeżiġu, b’mod partikolari fl-Artikolu 107(3)(c) TFUE, li l-għajnuna mogħtija ma tbiddilx il-kundizzjonijiet ta’ skambju b’mod li jmur kontra l-interess komuni. Skont il-punti 131 u 132 tal-Linji Gwida tal-2014, sabiex tevalwa l-kompatibbiltà tal-għajnuna għall-funzjonament, il-Kummissjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u l-effetti fuq il-kummerċ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>Dan ifisser li, qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kellha tqiegħed lir-Repubblika tal-Polonja f’pożizzjoni li tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-kwistjoni tal-limitazzjoni tad-distorsjonijiet eċċessivi tal-kompetizzjoni, peress li dan l-obbligu ġie introdott bil-Linji Gwida tal-2014. Dan juri kemm in-natura sostanzjali tal-emendi magħmula minn dawn tal-aħħar kif ukoll il-fatt li l-evalwazzjoni li tinsab fid-deċiżjoni kkontestata setgħet tkun differenti li kieku l-Kummissjoni poġġiet lir-Repubblika tal-Polonja f’pożizzjoni li tippreżenta osservazzjonijiet.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet fuq it-tieni aggravju</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni aggravju tagħha, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali kkonkludiet, b’mod żbaljat, fil-punt 89 tas-sentenza appellata, li d-deċiżjoni kkontestata kienet illegali billi bbażat ruħha fuq l-interpretazzjoni żbaljata ta’ din id-deċiżjoni u tad-Deċiżjoni 2014/883, esposta fil-punti 84 sa 87 ta’ din is-sentenza, u b’hekk żnaturat dawn iż-żewġ deċiżjonijiet. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tikkontesta l-argumenti ppreżentati mill-komun ta’ Gdynia u mill-kumpannija PLGK li permezz tagħhom dawn tal-aħħar għandhom l-intenzjoni li juru n-natura ineffettiva u inammissibbli tat-tieni aggravju.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>Il-komun ta’ Gdynia u l-kumpannija PLGK jikkunsidraw li t-tieni aggravju huwa inammissibbli, peress li jirrigwarda l-evalwazzjoni tal-fatti u li l-Kummissjoni ma pproduċietx il-prova, kif jirriżulta mill-argumenti ppreżentati mill-komun ta’ Gdynia u mill-kumpannija PLGK fuq il-mertu tat-tieni aggravju, li, bl-evalwazzjoni tagħha ta’ dawn il-provi, il-Qorti Ġenerali żnaturat id-deċiżjoni inkwistjoni. B’mod partikolari, il-Kummissjoni ma tikkontestax il-fatt li, sa fejn jikkonċernaw id-deċiżjoni kkontestata u d-Deċiżjoni 2014/883, il-punti 84 sa 87 tas-sentenza appellata, ikkontestati mill-Kummissjoni fil-kuntest tat-tieni aggravju tal-appell, iqajmu diversi sensiliet ta’ punti ta’ dawn id-deċiżjonijiet, jiġifieri l-punti 196, 197, 198 sa 202, 245 u 246 tad-deċiżjoni kkontestata kif ukoll il-punti 227 u 228 tad-Deċiżjoni 2014/883, dwar konstatazzjonijiet fattwali u mhux kwistjonijiet ta’ interpretazzjoni tad-dritt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>Il-komun ta’ Gdynia u l-kumpannija PLGK iżidu li l-argument stess li jinsab fir-replika, li permezz tiegħu l-Kummissjoni tfittex li turi l-ammissibbiltà tat-tieni aggravju tal-appell, huwa inammissibbli, peress li l-Kummissjoni ma tindikax b’mod ċar is-silta mir-risposta li tirreferi għaliha għal dan il-għan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>Il-komun ta’ Gdynia u l-kumpannija PLGK isostnu li t-tieni motiv huwa wkoll ineffettiv. B’mod partikolari, il-motivi invokati mill-Qorti Ġenerali insostenn tal-annullament tad-deċiżjoni kkontestata jinsabu fil-punti 62 sa 79 tas-sentenza appellata. Issa, dan l-ilment tal-Kummissjoni jikkonċerna l-punti 84 sa 87 ta’ dik is-sentenza, jiġifieri kunsiderazzjonijiet espressi mill-Qorti Ġenerali biss sussidjarjament, b’risposta għall-argumenti l-oħra tal-Kummissjoni. Dan jirriżulta mill-punt 80 tas-sentenza appellata li jgħid li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>[l]-argumenti l-oħra tal-Kummissjoni ma jistgħux iqiegħdu inkwistjoni dawn il-konstatazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni sempliċement tindika n-nuqqas ta’ qbil tagħha mal-interpretazzjoni magħmula mill-komun ta’ Gdynia u mill-kumpannija PLGK fir-rigward ta’ dawn it-termini.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109</NO.P><TXT>Il-komun ta’ Gdynia u l-kumpannija PLGK iqisu li l-ewwel sentenza tal-punt 89 tista’ tiġi interpretata biss bħala konferma tal-fatt li l-argumenti tal-Kummissjoni, invokati mill-Qorti Ġenerali fil-punti 81 sa 88 tas-sentenza appellata, bl-ebda mod ma jaffettwaw il-konstatazzjoni li tgħid li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tiġi annullata abbażi tal-argumenti esposti fil-punti 62 sa 79 ta’ dik is-sentenza. Barra minn hekk, l-ewwel sentenza tal-punt 89 tal-imsemmija sentenza tirrifletti perfettament id-distinzjoni magħmula fil-punt 80 ta’ dik l-istess sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110</NO.P><TXT>Il-komun ta’ Gdynia u l-kumpannija PLGK isostnu li t-tieni aggravju huwa, fi kwalunkwe każ, infondat. Il-Kummissjoni tidher li ssostni li l-konklużjoni li tinsab fil-premessa 244 tad-deċiżjoni kkontestata tikkostitwixxi bażi legali indipendenti li serviet għall-konstatazzjoni ta’ inkompatibbiltà tal-għajnuna għall-operat mas-suq intern, minħabba l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>bħala tali<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> li tinsab f’din il-premessa. Issa, l-użu ta’ tali formula jista’, l-iktar l-iktar, jitqies li huwa mod kif għandu jiġi ppreżentat ir-raġunament li jinsab f’din id-deċiżjoni u mhux bħala motiv sabiex tiġi stabbilita l-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat mas-suq intern. Id-dispożizzjonijiet tat-Trattat jikkostitwixxu tali bażi legali, li l-Qorti Ġenerali ġabret fil-qosor fl-aħħar sentenza tal-punt 87 tas-sentenza appellata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-argument tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward ma huwiex ibbażat fuq il-kliem tal-imsemmija premessa. Apparti dan, mill-punt 87 tas-sentenza appellata jirriżulta li l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni saret fil-kuntest tal-Artikolu 107(3)(a) TFUE u tal-Linji gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali, fir-rigward tad-Deċiżjoni 2014/883, u fil-kuntest tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE kif ukoll tal-Linji Gwida tal-2014, fir-rigward tad-deċiżjoni kkontestata. Għalhekk, kuntrarjament għal dak li ssostni l-Kummissjoni, il-konstatazzjoni ta’ inkompatibbiltà mas-suq intern tal-għajnuna għall-funzjonament ma hijiex ibbażata fuq il-projbizzjoni ġenerali tal-għajnuna mill-Istat li tinsab fl-Artikolu 107(1) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkritika lill-Qorti Ġenerali talli ddeċidiet, fil-punt 84 tas-sentenza appellata, li l-konklużjoni li tgħid li għajnuna għall-funzjonament ma tistax tingħata għal infrastruttura ajruportwali ineżistenti tirriżulta mill-applikazzjoni tal-Linji Gwida tal-2014. Issa, din l-interpretazzjoni tal-imsemmi punt 84 hija żbaljata fid-dawl tal-kliem tiegħu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="19"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tidher ukoll li qiegħda tallega, għalkemm dan ma jirriżultax mill-premessi 244 u 245 tad-deċiżjoni kkontestata, li l-awtonomija tal-konklużjoni li tgħid li l-għajnuna għall-operat hija inkompatibbli mas-suq intern peress li l-għajnuna għall-investiment innifisha hija inkompatibbli ma’ dan is-suq tirriżulta mill-fatt li l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(3) TFUE ma kinux issodisfatti. Madankollu, in-nuqqas ta’ osservanza ta’ dawn il-kundizzjonijiet għandu jiġi interpretat f’dan il-każ bħala r-riżultat tal-assenza ta’ konformità mal-Linji Gwida tal-2014.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkontradixxi lilha nnifisha u tirrikonoxxi li l-evalwazzjoni tal-għajnuna għall-operat kienet essenzjalment ibbażata fuq il-Linji Gwida tal-2014. Minn dan isegwi li l-allegazzjoni essenzjali li tgħid li l-fatt li l-partijiet interessati f’dan il-każ ikunu jistgħu jifformulaw l-opinjoni tagħhom fuq il-Linji Gwida tal-2014 fir-rigward tal-għajnuna għall-funzjonament ma kellhiex effett fuq il-kontenut tad-deċiżjoni kkontestata ma hijiex fondata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Polonja ssostni li t-tieni aggravju huwa infondat. Sa fejn il-Kummissjoni ssostni li d-deċiżjoni kkontestata kien ikollha kontenut identiku kieku l-partijiet interessati f’dan il-każ kienu ngħataw l-opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet, il-Kummissjoni ma tistax tippreġudika l-portata tal-osservazzjonijiet li dawn il-partijiet interessati setgħu jippreżentaw li kieku kellhom il-possibbiltà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116</NO.P><TXT>Fil-premessi 196 u 197 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni indikat li hija kienet ser tapplika, f’dan il-każ, il-prinċipji stabbiliti fil-Linji Gwida tal-2014 fir-rigward tal-għajnuna għall-funzjonament. Fil-premessa 245 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni rreferiet ukoll espressament għal-Linji Gwida tal-2014, billi indikat li l-fatt li l-għajnuna għall-operat kienet inkompatibbli mas-suq intern, peress li l-għajnuna għall-investiment innifisha kienet inkompatibbli mal-imsemmi suq, kien ukoll rilevanti fil-kuntest tal-Linji Gwida tal-2014. Kif osservat il-Qorti Ġenerali fil-punt 84 tas-sentenza appellata, il-Kummissjoni, barra minn hekk, applikat l-ewwel kriterju tal-Linji Gwida tal-2014 fil-premessa 246 tad-deċiżjoni kkontestata, filwaqt li, fl-appell tagħha, il-Kummissjoni ssostni li hija applikat biss il-kriterju li jinsab fil-punt 113(a) tal-Linji Gwida tal-2014.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Polonja tqis għalhekk li t-tieni aggravju, sa fejn huwa bbażat fuq allegata bażi legali doppja tal-evalwazzjoni magħmula mill-Kummissjoni, huwa infondat u jikkontradixxi l-allegazzjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni, li jinsabu kemm fid-deċiżjoni kkontestata kif ukoll fl-appell tagħha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà tat-tieni aggravju</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-komun ta’ Gdynia u mill-kumpannija PLGK dwar l-argumenti tal-Kummissjoni żviluppati fir-replika tagħha u intiżi sabiex juru n-natura ammissibbli tat-tieni aggravju, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li, anki jekk, fil-kuntest ta’ din l-argumentazzjoni, il-Kummissjoni rreferiet b’mod żbaljat għall-punti 35 u 36 tar-risposta tal-komun ta’ Gdynia u tal-kumpannija PLGK pjuttost milli għall-punti 34 u 35 ta’ din ir-risposta, tali nuqqas ta’ preċiżjoni ma għandux l-effett li jipprekludi la lill-partijiet l-oħra fl-appell li jidentifikaw il-punti li jinsabu fir-replika msemmija u li l-Kummissjoni tixtieq tagħti risposta għalihom u lanqas lill-Qorti tal-Ġustizzja milli tadotta deċiżjoni dwar dan il-punt. Għaldaqstant, f’dan il-punt l-argument tal-Kummissjoni ma jistax jitqies li huwa tant ftit ċar li għandu jiġi ddikjarat inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119</NO.P><TXT>L-argument espost fil-punt 107 ta’ din is-sentenza għandu għalhekk jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0120"><NO.P>120</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-argument imsemmi fil-punt 106 ta’ din is-sentenza, kuntrarjament għal dak li jissuġġerixxu l-komun ta’ Gdynia u l-kumpannija PLGK, il-Kummissjoni ma tillimitax ruħha, fil-kuntest tat-tieni aggravju, li tikkontesta l-evalwazzjoni mill-Qorti Ġenerali tal-konstatazzjonijiet fattwali li jinsabu fid-Deċiżjoni 2014/883 u fid-deċiżjoni kkontestata, iżda ssostni li l-Qorti Ġenerali<?PAGE NO="20"?> interpretat b’mod żbaljat dawn id-deċiżjonijiet billi ma rrikonoxxietx li l-konstatazzjoni ta’ inkompatibbiltà tal-għajnuna għall-funzjonament mas-suq intern li tinsab f’kull waħda minnhom hija bbażata fuq deċiżjoni awtonoma u indipendenti, fil-każ tad-Deċiżjoni 2014/883, mil-Linji gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali u, fil-każ tad-deċiżjoni kkontestata, mil-Linji Gwida tal-2014.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0121"><NO.P>121</NO.P><TXT>Issa, il-kwistjoni dwar jekk il-Qorti Ġenerali interpretatx b’mod żbaljat l-imsemmija deċiżjonijiet bil-mod espost fil-punt preċedenti tikkostitwixxi kwistjoni ta’ liġi ammissibbli fl-istadju tal-appell, filwaqt li, kif jirriżulta mill-argumenti stess tal-komun ta’ Gdynia u tal-kumpannija PLGK, il-kwistjoni dwar jekk il-Kummissjoni rnexxilhiex turi n-natura żbaljata ta’ dawn l-interpretazzjonijiet fil-kuntest ta’ din il-kawża taqa’ taħt il-mertu tat-tieni aggravju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0122"><NO.P>122</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tieni aggravju għandu jitqies li huwa ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0123"><NO.P>123</NO.P><TXT>Preliminarjament, fir-rigward tal-argument imressaq mill-komun ta’ Gdynia u mill-kumpannija PLGK li jgħid li t-tieni aggravju huwa ineffettiv, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li, fis-sentenza appellata, wara li ġie deċiż li d-dritt tal-partijiet ikkonċernati li jippreżentaw osservazzjonijiet f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni f’din il-kawża kellu n-natura ta’ forma proċedurali sostanzjali li l-ksur tagħha jwassal għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata u li ma tistax tiġi ppreġudikata l-portata ta’ dawn l-osservazzjonijiet, fid-dawl tal-bidliet introdotti mis-sistema legali l-ġdida, il-Qorti Ġenerali ċaħdet, f’kull każ, l-argument tal-Kummissjoni intiż li juri li d-dispożizzjonijiet tal-Linji Gwida tal-2014 li din kienet ibbażat ruħha fuqhom fid-deċiżjoni kkontestata ma kinux tali li setgħu jinfluwenzawha. Fid-dawl ta’ dawn l-aħħar motivi żviluppati mill-Qorti Ġenerali, it-tieni aggravju ma jistax jiġi ddikjarat ineffettiv kollu kemm hu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0124"><NO.P>124</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-fondatezza tat-tieni parti tal-ewwel aggravju u tat-tieni aggravju, qabel kollox, il-Kummissjoni tikkritika lill-Qorti Ġenerali talli estendiet indebitament is-suġġett tar-rikors, fl-aħħar parti tal-punt 86 tas-sentenza appellata, meta hija rrilevat li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>d-Deċiżjoni 2014/883 ġiet irtirata u li l-kwistjoni ma hijiex tant dwar jekk il-partijiet interessati kinux f’pożizzjoni jagħmlu osservazzjonijiet fir-rigward ta’ din id-deċiżjoni, iżda jekk huma kinux f’pożizzjoni li jagħmlu dan fil-kuntest tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali. Issa, fid-deċiżjoni ta’ ftuħ, il-Kummissjoni kienet sempliċement indikat li, bħala prinċipju, għajnuna għall-operat hija kompatibbli mas-suq intern biss meta tosserva l-kriterji ddikjarati fil-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0125"><NO.P>125</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ssostni li, permezz ta’ tali konstatazzjonijiet, il-Qorti Ġenerali riedet tikkunsidra li l-kwistjoni mqajma permezz tar-rikors kienet dwar jekk il-partijiet interessati ġewx mistiedna jippreżentaw osservazzjonijiet fil-kuntest tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali dwar il-konstatazzjoni li tgħid li l-għajnuna għall-operat hija inkompatibbli mas-suq intern, sa fejn l-għajnuna għall-investiment stess hija inkompatibbli ma’ dan is-suq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0126"><NO.P>126</NO.P><TXT>Madankollu, anki jekk jitqies li l-Qorti Ġenerali kellha l-intenzjoni tiddefinixxi b’dan il-mod il-kwistjoni mqajma fil-kuntest tal-kawża li kellha quddiemha, xorta jibqa’ l-fatt li l-kwistjoni li l-Qorti Ġenerali effettivament eżaminat, fil-punti 63 sa 85, 87 u 88 tas-sentenza appellata, kienet tikkonċerna n-nuqqas ta’ konsultazzjoni tal-partijiet ikkonċernati dwar il-Linji Gwida tal-2014 qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, indipendentement mill-proċedura ta’ investigazzjoni formali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0127"><NO.P>127</NO.P><TXT>Fil-fatt, fir-rigward tal-argument ippreżentat fl-ewwel istanza li jgħid li l-Kummissjoni kellha tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali qabel ma adottat id-deċiżjoni kkontestata, il-Qorti Ġenerali fakkret, fil-punt 62 tas-sentenza appellata, li, skont il-ġurisprudenza, il-proċedura intiża li tissostitwixxi att illegali tista’ titkompla mill-punt preċiż li fih seħħet l-illegalità, mingħajr ma l-Kummissjoni tkun obbligata terġa’ tibda l-proċedura billi tmur lura lil hinn minn dan il-punt preċiż u li din il-ġurisprudenza dwar is-sostituzzjoni ta’ att annullat mill-qorti tal-Unjoni tapplika wkoll, fin-nuqqas<?PAGE NO="21"?> ta’ annullament tal-att inkwistjoni mill-qorti, meta jiġi rtirat jew issostitwit att illegali mill-awtur tiegħu. Fil-punt 63 ta’ dik is-sentenza, il-Qorti Ġenerali ppreċiżat li l-fatt li l-Kummissjoni ma għandhiex obbligu terġa’ tibda l-proċedura billi tmur lura lil hinn mill-punt preċiż li fih seħħet l-illegalità ma jfissirx li hija ma għandhiex, bħala prinċipju, tintima lill-partijiet interessati jressqu osservazzjonijiet qabel l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0128"><NO.P>128</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-punti tas-sentenza appellata msemmija fil-punt preċedenti, kif ukoll mill-punti 89 u 91 tagħha, jirriżulta li, kuntrarjament għal dak li sostnew il-komun ta’ Gdynia u l-kumpannija PLGK waqt is-seduta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, għall-finijiet tal-annullament tad-deċiżjoni kkontestata li hija ddeċidiet f’dik is-sentenza, il-Qorti Ġenerali bbażat ruħha fuq il-ksur mill-Kummissjoni tal-obbligu tagħha li tqiegħed lill-partijiet interessati f’pożizzjoni li jesprimu ruħhom dwar il-Linji Gwida tal-2014 qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0129"><NO.P>129</NO.P><TXT>Peress li l-konklużjoni li waslet għaliha l-Qorti Ġenerali fis-sentenza appellata hija għalhekk ibbażata fuq dan il-ksur u mhux fuq il-kwistjoni dwar jekk il-partijiet ikkonċernati ngħatawx il-possibbiltà li jesprimu ruħhom fil-kuntest tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali, l-argument tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward huwa ineffettiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0130"><NO.P>130</NO.P><TXT>Sussegwentement, għandu jiġi osservat li l-Kummissjoni ma tikkontestax li, fid-deċiżjoni kkontestata, hija applikat il-Linji Gwida tal-2014 għall-finijiet tal-analiżi tagħha tal-kompatibbiltà tal-għajnuna għall-funzjonament mas-suq intern.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0131"><NO.P>131</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, hija ssostni li, billi ċaħdet l-argument tagħha li jgħid li d-dispożizzjonijiet tal-Linji Gwida tal-2014, li hija effettivament applikat fid-deċiżjoni kkontestata, ma kellhomx l-effett li jbiddlu l-konklużjoni li waslet għaliha f’din id-deċiżjoni li tgħid li l-għajnuna għall-operat hija inkompatibbli mas-suq intern, il-Qorti Ġenerali marret kontra l-ġurisprudenza msemmija fil-punt 81 ta’ din is-sentenza u żnaturat l-imsemmija deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0132"><NO.P>132</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, kif jirriżulta mill-punt 81 ta’ din is-sentenza, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni f’din il-kawża, il-qorti tal-Unjoni ma tistax tillimita ruħha li tidentifika emendi introdotti minn sistema legali ġdida sabiex tiġġustifika l-annullament ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapplikaha, iżda għandha, barra minn hekk, tivverifika jekk il-bidla tas-sistema legali setgħetx tinfluwenza din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0133"><NO.P>133</NO.P><TXT>B’hekk, indipendentement mill-punt dwar sa fejn il-Linji Gwida tal-2014 jinkludu emendi fir-rigward tas-sistema legali li kienet fis-seħħ qabel u, b’mod partikolari, jekk il-kunsiderazzjonijiet esposti f’dan ir-rigward mill-Qorti Ġenerali fil-punti 72 sa 77 tas-sentenza appellata jissostanzjawx, ġustament, il-konklużjoni li waslet għaliha l-Qorti Ġenerali, fil-punt 78 ta’ dik is-sentenza, li tgħid li tali emendi kienu sostanzjali, għandu jiġi eżaminat jekk il-Qorti Ġenerali setgħetx ġustament tiċħad l-argumenti tal-Kummissjoni mressqa fl-ewwel istanza li saret referenza għalihom fil-punt 131 ta’ din is-sentenza, għal motivi differenti minn dawk li, hekk kif jirriżulta mill-punti 82 sa 86 ta’ din is-sentenza, ġew adottati b’mod żbaljat mill-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0134"><NO.P>134</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li, hekk kif issostni ġustament il-Kummissjoni, il-Qorti Ġenerali llimitat ruħha, essenzjalment, minn naħa, sabiex tesponi, b’mod partikolari fil-punti 69, 71 sa 78 u 88 tas-sentenza appellata, sa fejn is-sistema legali applikata fid-deċiżjoni kkontestata kienet differenti minn dik applikata fid-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura u fid-Deċiżjoni 2014/883 u, min‑naħa l-oħra, b’mod partikolari fil-punti 69, 71, 78 u 84 ta’ dik is-sentenza, sabiex tenfasizza li l-Kummissjoni effettivament applikat il-Linji Gwida tal-2014 fid-deċiżjoni kkontestata u għalhekk dispożizzjonijiet ġodda meta mqabbla ma’ dawk li l-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jesprimu ruħhom fuqhom.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="22"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0135"><NO.P>135</NO.P><TXT>Madankollu, kif issostni l-Kummissjoni, mill-premessi 244 u 245 tad-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li l-konstatazzjoni ta’ inkompatibbiltà tal-għajnuna għall-operat mas-suq intern kienet ibbażata, barra minn hekk, fuq il-fatt li l-għajnuna għall-investiment innifisha kienet inkompatibbli mas-suq intern. B’mod partikolari, b’riferiment għall-premessa 227 tad-Deċiżjoni 2014/883, huwa rrilevat f’din il-premessa 244 li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>l-għoti ta’ għajnuna operatorja sabiex jiġi żgurat l-operat ta’ proġett ta’ investiment li jibbenefika minn għajnuna għall-investiment inkompatibbli [mas-suq intern] huwa inerentement inkompatibbli mas-suq intern<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>. Il-Kummissjoni ppreċiżat ukoll, fl-imsemmija premessa 244, li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>[m]ingħajr l-għajnuna għall-investiment inkompatibbli [mas-suq intern], l-ajruport ta’ Gdynia kieku ma jeżistix, peress li huwa ffinanzjat kollu kemm huwa permezz ta’ dik l-għajnuna, u l-għajnuna operatorja ma tistax tingħata għall-infrastruttura tal-ajruport li ma teżistix<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0136"><NO.P>136</NO.P><TXT>Fil-premessa 245 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni sostniet li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>[d]ik il-konklużjoni skont il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 hija valida bl-istess mod skont il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 u biżżejjed biex ikun konstatat li l-għajnuna operatorja mogħtija lill-operatur tal-ajruport hija inkompatibbli mas-suq intern<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0137"><NO.P>137</NO.P><TXT>Għalhekk, mill-premessi 244 u 245 tad-deċiżjoni kkontestata u, b’mod partikolari, mit-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>inerentement<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, li jinsab f’din l-ewwel premessa, kif ukoll mit-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>biżżejjed<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, imsemmi f’din it-tieni premessa, jirriżulta li l-inkompatibbiltà tal-għajnuna għall-investiment mas-suq intern kienet tiġġustifika, waħedha, il-konstatazzjoni tal-inkompatibbiltà tal-għajnuna għall-operat mas-suq intern. Barra minn hekk, huwa stabbilit li l-Kummissjoni ma bbażatx ruħha fuq il-Linji Gwida tal-2014 sabiex tikkonkludi, fid-deċiżjoni kkontestata, li l-għajnuna għall-investiment hija inkompatibbli mas-suq intern, peress li din l-aħħar konklużjoni lanqas ma ġiet ikkontestata fil-kuntest ta’ dan l-appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0138"><NO.P>138</NO.P><TXT>Ċertament, hekk kif tirrileva l-Qorti Ġenerali fil-punt 84 tas-sentenza appellata, il-Kummissjoni ppreċiżat, fil-premessa 245 tad-deċiżjoni kkontestata, li l-konklużjoni li hija kienet siltet fil-premessa 244 ta’ din id-deċiżjoni hija wkoll rilevanti fil-kuntest tal-Linji Gwida tal-2014. Madankollu, kif issostni l-Kummissjoni, tali riferiment għal dawn il-linji gwida bl-ebda mod ma jista’ jiġi interpretat bħala li jimplika li hija applikat l-imsemmija linji gwida sabiex tasal għal din il-konklużjoni, iżda sempliċement li din tal-aħħar hija meħtieġa indipendentement minn dawn l-istess linji gwida u għalhekk ma tistax tiġi kkontestata minnhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0139"><NO.P>139</NO.P><TXT>Barra minn hekk, huwa minnu li, hekk kif tosserva l-Qorti Ġenerali, ukoll fil-punt 84 tas-sentenza appellata, immedjatament wara li esponiet il-kunsiderazzjonijiet dwar l-interdipendenza bejn il-konstatazzjoni tal-inkompatibbiltà tal-għajnuna għall-investiment mas-suq intern u dik tal-inkompatibbiltà tal-għajnuna għall-operat ma’ dan is-suq, il-Kummissjoni kompliet l-evalwazzjoni tagħha tal-kompatibbiltà ta’ din l-aħħar għajnuna mal-imsemmi suq, fil-premessi 246 u 247 tad-deċiżjoni kkontestata, billi rrilevat li l-ewwel kundizzjoni ta’ kompatibbiltà tal-għajnuna ma’ dan is-suq, iddefinita fil-Linji Gwida tal-2014, ma tiġix issodisfatta fil-każ tal-għajnuna għall-operat u li, konsegwentement, din hija inkompatibbli mas-suq intern anki għal din ir-raġuni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0140"><NO.P>140</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-premessa 254 tad-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li l-Kummissjoni bbażat ruħha fuq żewġ bażijiet legali sabiex tikkonstata l-inkompatibbiltà tal-għajnuna għall-operat mas-suq intern, jiġifieri, l-ewwel nett, l-inkompatibbiltà tal-għajnuna għall-investiment ma’ dan tal-aħħar u, it-tieni nett, il-fatt li l-għajnuna għall-operat twassal għal sempliċi duplikazzjoni tal-infrastrutturi, u b’hekk ma tissodisfax għan leġittimu ta’ interess ġenerali ddefinit b’mod ċar kif teżiġi l-ewwel kundizzjoni ta’ kompatibbiltà tal-Linji Gwida tal-2014.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0141"><NO.P>141</NO.P><TXT>Madankollu, kif essenzjalment issostni l-Kummissjoni, minn qari flimkien tal-premessi 244 sa 254 tad-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li l-premessi 244 u 245 tagħha kienu jagħtu bażi, waħedhom, għall-konstatazzjoni ta’ inkompatibbiltà tal-għajnuna għall-funzjonament mas-suq intern, indipendentement minn kull applikazzjoni tal-Linji Gwida tal-2014 għal din l-għajnuna, peress li l-konstatazzjoni ta’ inkompatibbiltà tal-imsemmija għajnuna mas-suq intern magħmula fid-deċiżjoni kkontestata hija bbażata fuq żewġ bażijiet legali awtonomi. F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li<?PAGE NO="23"?> l-Qorti Ġenerali stess irrikonoxxiet, fil-punt 86 tas-sentenza appellata, li l-kunsiderazzjoni li tgħid li l-għajnuna għall-operat hija inkompatibbli mas-suq intern sa fejn l-għajnuna għall-investiment innifisha kienet inkompatibbli mal-imsemmi suq ma tirriżultax minn kundizzjoni espressament prevista mil-Linji gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali jew mil-Linji Gwida tal-2014.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0142"><NO.P>142</NO.P><TXT>Fil-fatt, huwa inerenti għal-loġika tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar l-għajnuna mill-Istat li l-Istati Membri ma jistgħux jiffinanzjaw proġetti li jeżistu biss permezz ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq intern. Minn dan isegwi neċessarjament li, kif essenzjalment issostni l-Kummissjoni, il-konklużjoni li waslet għaliha fid-deċiżjoni kkontestata ma tistax tiġi kkontestata b’xi applikazzjoni tal-Linji Gwida tal-2014 għall-għajnuna għall-funzjonament, peress li l-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà mas-suq intern ta’ din l-aħħar għajnuna ma tistax tinjora l-proġett li l-imsemmija għajnuna hija intiża għalih.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0143"><NO.P>143</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ċertament, il-Qorti Ġenerali rrilevat, fil-punt 85 tas-sentenza appellata, li d-deċiżjoni kkontestata tinkludi tal-inqas impreċiżjoni dwar il-kuntest ġuridiku li fuqu kienet ibbażata l-konstatazzjoni tal-Kummissjoni li tgħid li l-għajnuna għall-operat kienet inkompatibbli mas-suq intern sa fejn l-għajnuna għall-investiment innifisha kienet inkompatibbli ma’ dan is-suq. B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali osservat li l-Kummissjoni kienet indikat, fil-premessa 245 tad-deċiżjoni kkontestata, li, fid-Deċiżjoni 2014/883, din il-konstatazzjoni kienet ibbażata konformement mal-Linji Gwida tal-2005, filwaqt li mill-premessi 227 u 228 tad-Deċiżjoni 2014/883 jirriżulta li l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward saret fil-kuntest tal-Linji gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali u abbażi tal-Artikolu 107(3)(a) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0144"><NO.P>144</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali enfasizzat ukoll, fl-imsemmi punt 85, li l-konstatazzjoni tal-Kummissjoni li tgħid li l-għajnuna għall-operat kienet inkompatibbli mas-suq intern sa fejn l-għajnuna għall-investiment kienet hija stess inkompatibbli ma’ dan is-suq saret għal finijiet ta’ kompletezza fid-Deċiżjoni 2014/883 u tpoġġiet qabel il-konklużjoni adottata fil-premessa 228 ta’ din id-deċiżjoni li l-għajnuna għall-operat ma tissodisfax il-kriterji previsti mil-Linji gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0145"><NO.P>145</NO.P><TXT>Madankollu, kif issostni l-Kummissjoni, mis-sentenza appellata ma jirriżultax, u barra minn hekk, ma ntweriex fil-kuntest ta’ dan l-appell, kif tali impreċiżjoni tista’ tinfluwenza l-interpretazzjoni li għandha ssir tad-deċiżjoni kkontestata, b’mod partikolari peress li l-konstatazzjoni esposta fil-punt 143 ta’ din is-sentenza għandha titqies li tirriżulta minn bażi legali awtonoma u indipendenti mil-Linji Gwida tal-2014.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0146"><NO.P>146</NO.P><TXT>Fir-rigward tan-natura superfluwa ta’ din il-konstatazzjoni kif tinsab fid-Deċiżjoni 2014/883, il-fatt li din ġiet imressqa sussidjarjament mill-Kummissjoni ma jneħħi xejn min-natura awtonoma tagħha sabiex tiġi stabbilita, f’din id-deċiżjoni, il-konklużjoni tal-Kummissjoni li tgħid li l-għajnuna għall-operat hija inkompatibbli mas-suq intern. Fil-fatt, l-awtonomija tal-konstatazzjoni msemmija f’dan ir-rigward tirriżulta, minn naħa, mit-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>inerentement<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, użat fil-premessa 227 tal-imsemmija deċiżjoni u, min-naħa l-oħra, mill-fatt li tali konstatazzjoni hija inerenti fil-loġika stess tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar l-għajnuna mill-Istat, kif tfakkar fil-punt 142 ta’ din is-sentenza fir-rigward tal-konstatazzjoni analoga li tinsab fid-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0147"><NO.P>147</NO.P><TXT>Bl-istess mod, kif essenzjalment issostni l-Kummissjoni, il-fatt li hija kienet inkludiet din l-istess konstatazzjoni fil-premessa 227 tad-Deċiżjoni 2014/883 u għalhekk qabel il-konklużjoni tagħha, fil-premessa 228 ta’ din id-deċiżjoni, li tgħid li l-għajnuna għall-operat ma tosservax il-kriterji previsti fil-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat b’għan reġjonali, jirriżulta minn għażla editorjali li ma tistax tpoġġi indiskussjoni l-interpretazzjoni tal-imsemmija deċiżjoni kif esposta fil-punt preċedenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0148"><NO.P>148</NO.P><TXT>Barra minn hekk, sa fejn il-Qorti Ġenerali tenfasizza, fil-punti 81, 87 u 88 tas-sentenza appellata, li l-Kummissjoni, għall-finijiet tal-evalwazzjoni tagħha tal-kompatibbiltà tal-għajnuna għall-operat mas-suq intern, applikat, fid-Deċiżjoni 2014/883, il-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat b’għan reġjonali, li jimplimentaw l-Artikolu 107(3)(a) TFUE, filwaqt li, fid-deċiżjoni kkontestata, hija applikat il-Linji Gwida tal-2014, li jimplimentaw dispożizzjoni differenti tat-Trattat, jiġifieri<?PAGE NO="24"?> l-Artikolu 107(3)(c) TFUE, biżżejjed li jiġi rrilevat li, hekk kif tosserva l-Kummissjoni, din iċ-ċirkustanza la taffettwa l-interpretazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, li tgħid li l-konstatazzjoni tal-inkompatibbiltà tal-għajnuna għall-operat mas-suq intern f’din l-aħħar deċiżjoni tistrieħ fuq bażi legali awtonoma u indipendenti mil-Linji Gwida tal-2014, u lanqas il-fatt li, hekk kif jirriżulta mill-punt 142 ta’ din is-sentenza, din il-bażi legali żżomm il-validità tagħha tkun xi tkun l-eventwali applikazzjoni tal-Linji Gwida tal-2014.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0149"><NO.P>149</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali enfasizzat ukoll, fil-punt 87 tas-sentenza appellata, li l-argument imressaq mill-Kummissjoni fl-ewwel istanza, ibbażat fuq il-fatt li l-konstatazzjoni li tgħid li l-għajnuna għall-operat hija inkompatibbli mas-suq intern sa fejn l-għajnuna għall-investiment innifisha kienet inkompatibbli ma’ dan is-suq tirriżulta minn bażi legali awtonoma li tirriżulta mit-Trattat, ma huwiex fondat fit-termini tad-Deċiżjoni 2014/883 jew tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0150"><NO.P>150</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li, għalkemm il-motivazzjoni pprovduta fil-premessi 244 u 245 tad-deċiżjoni kkontestata hija qasira, hija madankollu turi b’mod ċar li għajnuna għall-operat ma tistax titqies li hija kompatibbli mar-regoli tal-Unjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat jekk din ikollha biss l-għan li tiffinanzja proġett li jkun jeżisti biss permezz ta’ għajnuna li hija stess tkun inkompatibbli ma’ dawn ir-regoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0151"><NO.P>151</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għalkemm huwa minnu li l-Kummissjoni ma rreferietx speċifikament, f’dan il-kuntest, għat-Trattat FUE, mill-premessi msemmija fil-punt preċedenti jirriżulta neċessarjament li r-raġunament tagħha f’dan ir-rigward huwa bbażat fuq id-dispożizzjonijiet ta’ dan it-trattat. Fil-fatt, kif jirriżulta mill-kliem stess tal-Artikolu 107 TFUE kif ukoll mill-evalwazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata, l-eżistenza ta’ għajnuna bħal dik inkwistjoni għandha tiġi evalwata fid-dawl ta’ dan l-artikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0152"><NO.P>152</NO.P><TXT>Issa, peress li, kif ġie rrilevat fil-punti 142 u 146 ta’ din is-sentenza, huwa inerenti għal-loġika tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar l-għajnuna mill-Istat li l-Istati Membri ma jistgħux jiffinanzjaw proġetti li jeżistu biss minħabba għajnuna inkompatibbli mas-suq intern, il-Kummissjoni ma tistax tiġi kkritikata li ma speċifikatx li l-evalwazzjoni esposta fil-premessi 244 u 245 tad-deċiżjoni kkontestata għandha bħala bażi l-imsemmija dispożizzjonijiet, u wisq inqas ma tista’ tiġi kkritikata li ma ċċitatx dispożizzjoni speċifika f’dan il-kuntest. Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi, fil-punt 87 tas-sentenza appellata, sa fejn ikkunsidrat li l-konstatazzjoni li tgħid li l-għajnuna għall-operat hija inkompatibbli mas-suq intern sa fejn l-għajnuna għall-investiment innifisha kienet inkompatibbli ma’ dan is-suq ma hijiex ibbażata fuq it-termini tad-Deċiżjoni 2014/883 jew tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0153"><NO.P>153</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, għandu jiġi rrilevat li, anki fil-każ li l-partijiet interessati f’dan il-każ kienu tqiegħdu f’pożizzjoni li jippreżentaw osservazzjonijiet fuq il-Linji Gwida tal-2014 qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata u kieku rnexxielhom juru li l-għajnuna għall-operat kienet tissodisfa l-kriterji rilevanti previsti minn dawn il-linji gwida, il-Kummissjoni kienet, fi kwalunkwe każ, għar-raġunijiet esposti fil-premessi 244 u 245 tal-imsemmija deċiżjoni, tasal, ġustament, għall-konklużjoni li tgħid li din l-għajnuna hija inkompatibbli mas-suq intern. B’hekk, billi ċaħdet l-argument ippreżentat mill-Kummissjoni intiż sabiex juri li d-deċiżjoni kkontestata kien ikollha kontenut identiku li kieku l-partijiet interessati f’dan il-każ kienu ġew mistiedna jesprimu ruħhom dwar ir-rilevanza tal-Linji Gwida tal-2014, il-Qorti Ġenerali injorat il-ġurisprudenza msemmija fil-punt 81 ta’ din is-sentenza u interpretat b’mod żbaljat id-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0154"><NO.P>154</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi konkluż li l-Qorti Ġenerali żbaljat meta ddeċidiet li l-fatt li l-Kummissjoni ma poġġietx lill-partijiet interessati f’dan il-każ f’pożizzjoni li jippreżentaw osservazzjonijiet dwar ir-rilevanza tal-Linji Gwida tal-2014 qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata jwassal għall-annullament tagħha u li, għaldaqstant, fil-punt 91 tas-sentenza appellata, hija laqgħet is-sitt motiv imressaq fl-ewwel istanza u annullat l-Artikoli 2 sa 5 ta’ din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="25"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0155"><NO.P>155</NO.P><TXT>Finalment, din il-konklużjoni ma tistax tiġi kkontestata mill-argumenti l-oħra mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest ta’ din il-kawża u, b’mod partikolari, fl-ewwel lok, mill-fatt enfasizzat mill-komun ta’ Gdynia kif ukoll mill-kumpannija PLGK u rrilevat ukoll mill-Qorti Ġenerali, fil-punt 87 tas-sentenza appellata, li jgħid li l-Kummissjoni ressqet il-konstatazzjoni esposta fil-punt 143 ta’ din is-sentenza għall-ewwel darba waqt is-seduta quddiem il-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0156"><NO.P>156</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li, anki jekk jitqies li l-Kummissjoni kienet qajmet din il-konstatazzjoni biss fl-imsemmi stadju tal-proċedura tal-ewwel istanza, fi kwalunkwe każ, dan ma jaffettwax l-evalwazzjoni fiha nnifisha li għandha ssir tal-motivi mqajma mir-rikorrenti fl-ewwel istanza insostenn tar-rikors tagħhom u, b’mod partikolari, tal-kwistjoni dwar jekk il-ksur tad-dritt tal-partijiet interessati f’dan il-każ li jippreżentaw osservazzjonijiet fuq il-Linji Gwida tal-2014 iwassalx għall-annullament ta’ din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0157"><NO.P>157</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-argument espost fil-punt 104 ta’ din is-sentenza, huwa biżżejjed li jitfakkar li, kif jirriżulta mill-punti 62 sa 64 ta’ din is-sentenza, l-argumenti ppreżentati quddiem il-Qorti Ġenerali dwar id-drittijiet tad-difiża tar-Repubblika tal-Polonja ma ġewx eżaminati minnha fis-sentenza appellata u għalhekk ma għandhomx ikunu s-suġġett ta’ evalwazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja f’dan l-istadju tal-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0158"><NO.P>158</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tieni parti tal-ewwel motiv u t-tieni motiv għandhom jintlaqgħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0159"><NO.P>159</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li ma hemmx lok li jiġu eżaminati l-argumenti tal-Kummissjoni, li permezz tagħhom hija tfittex li turi li, anki jekk jiġi preżunt li l-inkompatibbiltà mas-suq intern tal-għajnuna għall-operat ma kinitx ibbażata fuq bażi legali indipendenti mil-Linji Gwida tal-2014, id-dispożizzjonijiet tagħhom applikati fid-deċiżjoni kkontestata sabiex tiġi evalwata l-kompatibbiltà ta’ din l-għajnuna mas-suq intern kienu essenzjalment identiċi għal dawk tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat b’għan reġjonali applikati fid-Deċiżjoni 2014/883, b’tali mod li l-osservazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati f’dan il-każ fir-rigward tal-Linji Gwida tal-2014 f’kull każ ma setgħux, f’dan ir-rigward, jinfluwenzaw ir-riżultat ta’ din l-ewwel deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0160"><NO.P>160</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, is-sentenza appellata għandha tiġi annullata. Għaldaqstant, ma hemmx lok li t-tielet aggravju jiġi eżaminat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq li l-kawża tintbagħat lura quddiem il-Qorti Ġenerali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0161"><NO.P>161</NO.P><TXT>Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-każ li tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali, tista’ jew taqta’ l-kawża definittivament hija stess, meta din tkun fi stat li tiġi deċiża, jew tista’ tibgħatha lura quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċidiha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0162"><NO.P>162</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha l-elementi neċessarji sabiex tiddeċiedi b’mod definittiv fuq l-argument imqajjem fil-kuntest tat-tielet ilment tas-sitt motiv tar-rikors, ibbażat fuq ksur tad-drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati f’dan il-każ minħabba l-fatt li dawn ma tpoġġewx f’pożizzjoni li jesprimu ruħhom dwar ir-rilevanza tas-sistema legali l-ġdida qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata. F’dan ir-rigward, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li dan l-argument għandu jiġi miċħud bħala ineffettiv, peress li, għar-raġunijiet esposti fil-punti 70 sa 95 u fil-punti 132 sa 156 ta’ din is-sentenza, il-fatt li l-Kummissjoni ma stednitx lill-imsemmija partijiet sabiex jippreżentaw osservazzjonijiet dwar ir-rilevanza tal-Linji Gwida tal-2014 għall-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna għall-funzjonament mas-suq intern ma jistax, fi kwalunkwe każ, iwassal għall-annullament ta’ din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0163"><NO.P>163</NO.P><TXT>Għall-bqija, il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li l-kawża ma hijiex fi stat li tiġi deċiża.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="26"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0164"><NO.P>164</NO.P><TXT>B’mod partikolari, minn naħa, fir-rigward tal-possibbiltà għall-komun ta’ Gdynia u għall-kumpannija PLGK li jinvokaw, quddiem il-Qorti Ġenerali, il-ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-Repubblika tal-Polonja kif ukoll il-possibbiltà għal din tal-aħħar, bħala intervenjenti fl-ewwel istanza, li tinvoka tali ksur, għandu jiġi osservat li, kif jirriżulta mill-punti 62 u 63 ta’ din is-sentenza, il-Qorti Ġenerali ma ddeċidietx fuq dawn iż-żewġ possibbiltajiet. Barra minn hekk, quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, għalkemm ir-Repubblika tal-Polonja esponiet ir-raġunijiet għalfejn għandha titqies bħala li għandha tali possibbiltà, il-Kummissjoni, essenzjalment, illimitat ruħha li ssostni, f’dan l-aħħar rigward, li r-Repubblika tal-Polonja ma ppreżentatx rikors għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata bbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża tagħha jew tad-dritt tagħha għal dibattitu kontradittorju u li bħala intervenjenti, hija ma tistax tinvoka tali motiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0165"><NO.P>165</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-ewwel sal-ħames motiv tar-rikors la ġew eżaminati mill-Qorti Ġenerali u lanqas diskussi quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0166"><NO.P>166</NO.P><TXT>Konsegwentement, hemm lok li l-kawża tintbagħat lura quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċiedi dwar l-elementi tar-rikors li sar riferiment għalihom fil-punti 164 u 165 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0167"><NO.P>167</NO.P><TXT>Peress li l-kawża għandha tiġi rrinvijata quddiem il-Qorti Ġenerali, l-ispejjeż relatati ma’ dan l-appell għandhom jiġu rriżervati.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-<DATE ISO="20171117">17 ta’ Novembru 2017</DATE>, Gmina Miasto Gdynia u Port Lotniczy Gdynia Kosakowo vs Il-Kummissjoni (T‑263/15), hija annullata.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">It-tielet ilment tas-sitt motiv tar-rikors għal annullament huwa miċħud, sa fejn dan l-ilment huwa bbażat fuq ksur tad-drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati f’dan il-każ minħabba l-fatt li dawn tal-aħħar ma tpoġġewx f’pożizzjoni li jesprimu ruħhom, qabel l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1586 tas-<DATE ISO="20150226">26 ta’ Frar 2015</DATE> dwar il-miżura SA.35388 (13/C) (ex 13/NN u ex 12/N) – Il-Polonja – It-twaqqif tal-ajruport ta’ Gdynia‑Kosakowo, dwar ir-rilevanza tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kawża qiegħda tintbagħat lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex din tiddeċiedi, minn naħa, dwar l-aspetti tat-tielet ilment tas-sitt motiv tar-rikors għal annullament li dwarhom ma tteħditx deċiżjoni fis-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-<DATE ISO="20171117">17 ta’ Novembru 2017</DATE>, Gmina Miasto Gdynia u Port Lotniczy Gdynia Kosakowo vs Il-Kummissjoni (T‑263/15) u, min-naħa l-oħra, dwar l-ewwel sal-ħames motiv tar-rikors.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-ispejjeż huma rriżervati.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>