Official Journal L 217 , 31/07/1992 P. 0008 - 0008
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 44 P. 0008
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 44 P. 0008
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2159/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar il-finanzjament tan-nefqa għall-istabbiliment u l-aġġornament tar-reġistru tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 154/75 tal-21 ta' Jannar 1975 dwar l-istabbiliment ta' reġistru tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ fl-Istati Membri li jipproduċu żejt taż-żebbuġa [1] u b'mod partikolari l-Artikolu 3 (4) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, billi r-Regolament (KEE) Nru 154/75 jippreskrivi li parti mill-għajnuna tal-produzzjoni mħallsa lil dawk li jkabbru ż-żebbuġ matul ċertu perjodu għandha titnaqqas u tkun allokata għall-iffinanzjar tax-xogħol meħtieġ għall-istabbiliment ta' reġistru tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ; billi, fejn is-somom li jirriżultaw mit-tnaqqis imsemmi ma jkoprux il-livell tan-nefqa, l-Artikolu 3 (4) tar-Regolament imsemmi jipprovdi għall-possibilita li jsir iktar tnaqqis biex tkun koperta n-nefqa l-tibqa'; billi s-somom li jirriżultaw mit-tnaqqis magħmul s'issa naqsu b'mod konsiderevoli li jagħtu dak li hu rekwiżit għall-iffinanzjar tax-xogħol għall-istabbiliment u l-aġġornar tar-reġistru; billi l-perċentwali ta' l-għajnuna ta' produzzjoni matul is-snin tas-suq li ġejjin li għandu jintuża għall-iffinanzjar tan-nefqa msemmija għandu jkun preskritt, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Biex tkun iffinanzjata n-nefqa għall-istabbiliment u aġġornar tar-reġistru tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri produtturi responsabbli li jħallsu l-għajnuna li jipprovdi għaliha l-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 136/66/KEE [2] għandhom, meta jagħmlu pagament, inaqqsu l-ammont ta' għajnuna li tħallset matul is-snin tas-suq mill-1992/93 sa l-1997/98 bi 2,4 %. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 1992. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, 23 ta' Lulju 1992. Għall-Kunsill Il-President John Cope [1] ĠU Nru L 19, 24. 1. 1975, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3788/85 (ĠU Nru L 367, 31. 12. 1985, p. 1). [2] ĠU Nru 172, 30. 9. 1966, p. 3025/66. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2046/92 (ĠU Nru L 215, 30. 7. 1992, p. 1). --------------------------------------------------