|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/5716 |
30.10.2026 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12449 – POSCO / JSW / SAFFRON / PMH)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2026/5716)
1.
Fid-19 ta’ Ottubru 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
POSCO Holdings, Inc. (“POSCO”, ir-Repubblika tal-Korea), |
|
— |
JSW Steel Limited (“JSW”, l-Indja), |
|
— |
Saffron Resources Private Limited (“Saffron”, l-Indja), ikkontrollata minn JSW, |
|
— |
POSCO Maharashtra (“PMH”, l-Indja) ikkontrollata minn POSCO. |
POSCO u JSW se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Saffron, inluż PMH (li se tiġi akkwistata minn Saffron).
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
POSCO hija kumpanija globali tal-azzar u tal-materjali. POSCO topera f’portafoll diversifikat ta’ oqsma tan-negozju, inkluż l-ipproċessar tal-azzar, tal-litju u tan-nikil, il-materjali sekondarji tal-batteriji, iċ-ċelloli tal-idroġenu u tal-fjuwil, l-enerġija, il-kostruzzjoni, u t-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, |
|
— |
JSW hija involuta fil-produzzjoni u l-provvista tal-azzar u ta’ prodotti relatati fl-Indja u fi swieq globali oħra. |
3.
Saffron bħalissa ma għandu l-ebda operazzjoni kummerċjali. L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża PMH huma dawn li ġejjin: L-ipproċessar u l-provvista ta’ prodotti tal-azzar fis-suq Indjan, inkluż folji tal-azzar għall-karozzi u prodotti oħrajn tal-azzar b’valur miżjud għoli, b’operazzjonijiet fl-istat ta’ Maharashtra.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) jenħtieġ jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12449 — POSCO / JSW / SAFFRON / PMH
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/5716/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)