02018D1109 — MT — 10.08.2018 — 000.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

►C1  DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1109

tal-3 ta' Awwissu 2018

li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat 59122 (DAS-59122-7), li jkunu jikkonsistu minnu, jew li jkunu magħmulin minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ◄

(notifikata bid-dokument C(2018) 4978)

(It-testi bl-Olandiż, bl-Ingliż u bil-Franċiż biss huma awtentiċi)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 203 10.8.2018, p. 7)


Ikkoreġuta bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 221, 31.8.2018, p.  4 (2018/1109)




▼B

▼C1

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1109

tal-3 ta' Awwissu 2018

li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat 59122 (DAS-59122-7), li jkunu jikkonsistu minnu, jew li jkunu magħmulin minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

▼B

(notifikata bid-dokument C(2018) 4978)

(It-testi bl-Olandiż, bl-Ingliż u bil-Franċiż biss huma awtentiċi)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Organiżmu ġenetikament modifikat u identifikatur uniku

Il-qamħirrum ġenetikament modifikat (Zea mays L.) tar-razza 59122, kif speċifikat fil-punt (b) tal-Anness, hu assenjat l-identifikatur uniku DAS-59122-7, skont ir-Regolament (KE) Nru 65/2004.

Artikolu 2

Tiġdid tal-awtorizzazzjoni

L-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti li ġejjin hija mġedda f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti f'din id-Deċiżjoni.

(a) l-ikel u l-ingredjenti tal-ikel li fihom il-qamħirrum 59122, li jikkonsistu minnu, jew li jkunu magħmulin minnu;

(b) l-għalf li jkun fih il-qamħirrum 59122, li jikkonsisti minnu, jew li jkun magħmul minnu;

(c) il-qamħirrum 59122 fi prodotti li fihom il-qamħirrum jew li jikkonsistu minnu għal kull użu ieħor għajr dawk previsti fil-punti (a) u (b), bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni.

Artikolu 3

Tikkettar

1.  Għall-finijiet tar-rekwiżiti tat-tikkettjar stipulati fl-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, l-“isem tal-organiżmu” għandu jkun “qamħirrum”.

2.  Il-kliem “mhux għal kultivazzjoni” għandu jidher fuq it-tikketta u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li jkun fihom jew li jikkonsistu mill-qamħirrum 59122, bl-eċċezzjoni tal-ikel u tal-ingredjenti tal-ikel.

Artikolu 4

Metodu ta' detezzjoni

Il-metodu stabbilit fil-punt (d) tal-Anness għandu japplika għad-detezzjoni tal-qamħirrum 59122.

Artikolu 5

Pjan ta' monitoraġġ għall-effetti ambjentali

1.  Id-detenturi tal-awtorizzazzjoni għandhom jiżguraw li l-pjan ta' monitoraġġ għall-effetti ambjentali, kif stipulat fil-punt (h) tal-Anness, jitqiegħed fis-seħħ u jiġi implimentat.

2.  Lill-Kummissjoni, id-detenturi tal-awtorizzazzjoni għandhom ukoll iressqulha r-rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-attivitajiet stipulati fil-pjan ta' monitoraġġ skont id-Deċiżjoni 2009/770/KE.

Artikolu 6

Reġistru Komunitarju

L-informazzjoni stipulata fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni għandha tiddaħħal fir-reġistru tal-Komunità tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati, kif imsemmi fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

Artikolu 7

Detenturi tal-awtorizzazzjoni

1.  Id-detenturi tal-awtorizzazzjoni għandhom ikunu:

(a) Pioneer Overseas Corporation, fil-Belġju, li tirrappreżenta lil Pioneer Hi-Bred International, Inc., fl-Istati Uniti tal-Amerika, kif ukoll

(b) Dow AgroSciences Ltd, fir-Renju Unit, li tirrappreżenta lil Dow AgroSciences LLC, fl-Istati Uniti tal-Amerika.

2.  Iż-żewġ detenturi tal-awtorizzazzjoni għandhom ikunu responsabbli biex iwettqu l-impenji imposti fuq id-detenturi tal-awtorizzazzjoni minn din id-Deċiżjoni u r-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

Artikolu 8

Validità

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal perjodu ta' 10 snin mid-data tan-notifika tagħha.

Artikolu 9

Destinatarju

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil:

(a) Pioneer Overseas Corporation, Avenue des Arts 44, B-1040 Brussels - il-Belġju, kif ukoll

(b) Dow AgroSciences Europe Ltd., European Development Center, 3B Park Square, Milton Park, Abingdon, Oxon OX14 4RN - ir-Renju Unit.




ANNESS

(a)  Applikanti u detenturi tal-Awtorizzazzjoni:

Isem

:

Pioneer Overseas Corporation

Indirizz

:

Avenue des Arts 44, B-1040 Brussels, il-Belġju

F'isem Pioneer Hi-Bred International, Inc., 7100 NW 62nd Avenue, P.O. Box 1014, Johnston, IA 50131-1014, l-Istati Uniti

kif ukoll

Isem

:

Dow AgroSciences Europe Ltd.

Indirizz

:

European Development Center, 3B Park Square, Milton Park, Abingdon, Oxon OX14 4RN, ir-Renju Unit.

F'isem Dow AgroSciences LLC, 9330 Zionsville Road, Indianapolis, IN 46268-1054, l-Istati Uniti

(b)  Isem u speċifikazzjoni tal-prodotti:

(1) l-ikel li jkun fih il-qamħirrum 59122, li jikkonsisti minnu, jew li huwa magħmul minnu;

(2) l-għalf li jkun fih il-qamħirrum 59122, li jikkonsisti minnu, jew li huwa magħmul minnu;

(3) il-qamħirrum 59122 fi prodotti li fihom il-qamħirrum jew li jikkonsistu minnu għal kull użu ieħor għajr dawk previsti fil-punti (1) u (2), bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni.

Il-qamħirrum 59122, kif deskritt fl-applikazzjoni, jesprimi l-proteini Cry34Ab1 u Cry35Ab1, derivati minn Bacillus thuringiensis, li jagħtu protezzjoni kontra ċerti pesti koleotterani, fosthom id-dudu tal-għeruq tal-qamħirrum tal-Punent (western corn rootworm) u l-proteina PAT derivata minn Streptomyces viridochromogenes, li tagħti tolleranza lill-erbiċidi abbażi ta' ammonju tal-glufosfinat u li ntużat bħala markatur tal-għażla.

(c)  Tikkettar:

(1) Għall-finijiet tar-rekwiżiti tat-tikkettjar stipulati fl-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, l-“isem tal-organiżmu” għandu jkun “qamħirrum”.

(2) Il-kliem “mhux għal kultivazzjoni” għandu jidher fuq it-tikketta u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li jkun fihom jew li jikkonsistu mill-qamħirrum 59122, bl-eċċezzjoni tal-ikel u tal-ingredjenti tal-ikel.

(d)  Metodu tad-detezzjoni:

(1) Metodu kwantitattiv fil-ħin reali speċifiku għall-avveniment u abbażi tal-PCR għad-detezzjoni tal-qamħirrum modifikat ġenetikament DAS-59122-7.

(2) Ivvalidat mil-Laboratorju ta' Referenza tal-UE stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, ippubblikat fuq http://gmo-crl.jrc.ec.europa.eu/StatusOfDossiers.aspx

(3) Materjal ta' Referenza: ERM®-BF424 (għal DAS-59122-7) huwa aċċessibbli miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea, fuq https://ec.europa.eu/jrc/en/reference-materials/catalogue/

(e)  Identifikatur uniku:

DAS-59122-7

(f)  Informazzjoni meħtieġa skont l-Anness II tal-Protokoll ta' Kartaġena dwar il-Bijosikurezza fir-rigward tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika:

[Clearing House tal-Bijosikurezza, in-numru tal-ID tar-Rekord: ippubblikat fir-reġistru tal-UE tal-ikel u tal-għalf ġenetikament modifikati meta jiġi nnotifikat].

(g)  Kundizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq, għall-użu jew għall-immaniġġjar tal-prodotti jew restrizzjonijiet fuqhom:

Mhux meħtieġa.

(h)  Pjan ta' monitoraġġ għall-effetti ambjentali:

Il-pjan ta' monitoraġġ għall-effetti ambjentali li jikkonforma mal-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ).

[Ħolqa: pjan ippubblikat fir-reġistru tal-UE tal-ikel u tal-għalf ġenetikament modifikati]

(i)  Rekwiżiti tal-monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq għall-użu tal-ikel għall-konsum mill-bniedem:

Mhux meħtieġa.

Nota: il-ħoloq għal dokumenti rilevanti jista' jkollhom bżonn jiġu emendati minn żmien għall-ieħor. Dawk il-modifiki se jkunu mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-pubbliku permezz tal-aġġornament tar-reġistru tal-UE tal-ikel u tal-għalf modifikati ġenetikament.



( 1 ) Id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1).