|
4.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 295/50 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-31 ta’ Ottubru 2008
li tistabbilixxi data ta’ skadenza ġdida għall-preżentazzjoni ta’ dossiers għal ċerti sustanzi li għandhom jiġu eżaminati skond il-programm ta’ ħidma ta’ għaxar snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6266)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/831/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 16(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 ta’ l-4 ta’ Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (2) jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bil-għan li possibbilment ikunu inklużi fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE. |
|
(2) |
Għal għadd ta’ sustanzi / kombinazzjonijiet ta’ tipi ta’ prodotti inklużi f’dik il-lista, jew irtiraw il-parteċipanti kollha inkella ma wasal l-ebda dossier sad-data ta’ skadenza speċifikata fl-Artikolu 9(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007 mill-Istat Membru maħtur bħala r-Rapporteur għall-evalwazzjoni. |
|
(3) |
Għalhekk, u skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri b’dan. Fit-8 ta’ Novembru 2007, dik l-informazzjoni ġiet ippubblikata wkoll permezz ta’ mezzi elettroniċi. |
|
(4) |
Fi żmien tliet xhur mill-pubblikazzjoni elettronika ta’ dik l-informazzjoni, ċerti kumpaniji indikaw l-interess tagħhom li jassumu r-rwol ta’ parteċipant għal xi wħud mis-sustanzi u t-tipi ta’ prodotti kkonċernati, skond l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007. |
|
(5) |
Għalhekk għandha tiġi stabbilita data ta’ skadenza ġdida għall-preżentazzjoni ta’ dossiers għal dawn is-sustanzi u t-tipi ta’ prodotti skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 12(3) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(6) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-data ta’ skadenza l-ġdida għall-preżentazzjoni ta’ dossiers għas-sustanzi u t-tipi ta’ prodotti stipulati fl-Anness għandha tkun l-1 ta’ Diċembru 2009.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 31 ta’ Ottubru 2008.
Għall-Kummissjoni
Stavros DIMAS
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
Sustanzi u tipi ta' prodotti li d-data ta' skadenza l-ġdida għall-preżentazzjoni tad-dossiers tagħhom hija l-1 ta' Diċembru 2009
|
Isem |
Numru EC |
Numru CAS |
Tip ta’ prodott |
SMR |
|
1,2-benżisotijażol-3(2H)-on |
220-120-9 |
2634-33-5 |
2 |
ES |
|
2,2′-ditijobis[N-metilbenżamid] |
219-768-5 |
2527-58-4 |
6 |
PL |
|
2,2′-ditijobis[N-metilbenżamid] |
219-768-5 |
2527-58-4 |
13 |
PL |
|
2-Butanon, perossidu |
215-661-2 |
1338-23-4 |
1 |
HU |
|
2-Butanon, perossidu |
215-661-2 |
1338-23-4 |
2 |
HU |
|
2-Butanon, perossidu |
215-661-2 |
1338-23-4 |
3 |
HU |
|
2-Butanon, perossidu |
215-661-2 |
1338-23-4 |
6 |
HU |
|
2-kloroaċetamid |
201-174-2 |
79-07-2 |
3 |
EE |
|
2-kloroaċetamid |
201-174-2 |
79-07-2 |
6 |
EE |
|
2-kloroaċetamid |
201-174-2 |
79-07-2 |
13 |
EE |
|
Monoidroklorur tad-dodeċilgwanidin |
237-030-0 |
13590-97-1 |
6 |
ES |
|
Ossidu ta’ l-etilene |
200-849-9 |
75-21-8 |
2 |
NO |
|
Glijossal |
203-474-9 |
107-22-2 |
2 |
FR |
|
Glijossal |
203-474-9 |
107-22-2 |
3 |
FR |
|
Glijossal |
203-474-9 |
107-22-2 |
4 |
FR |
|
Aċidu eża-2,4-dienojku/Aċidu sorbiku |
203-768-7 |
110-44-1 |
6 |
DE |
|
Taħlita ta’ ċis- u trans-p-mentan-3,8-dijol/Ċitrijodijol |
255-953-7 |
42822-86-6 |
1 |
UK |
|
Taħlita ta’ ċis- u trans-p-mentan-3,8-dijol/Ċitrijodijol |
255-953-7 |
42822-86-6 |
2 |
UK |
|
Oligo(2-(2-etossi)etossietilgwanidinju klorur) |
Polimer |
374572-91-5 |
1 |
FR |
|
Oligo(2-(2-etossi)etossietilgwanidinju klorur) |
Polimer |
374572-91-5 |
5 |
FR |
|
Oligo(2-(2-etossi)etossietilgwanidinju klorur) |
Polimer |
374572-91-5 |
6 |
FR |
|
Oligo(2-(2-etossi)etossietilgwanidinju klorur) |
Polimer |
374572-91-5 |
13 |
FR |
|
Poli(eżametilindiammina gwanidinju klorur) |
Polimer |
57028-96-3 |
1 |
FR |
|
Poli(eżametilindiammina gwanidinju klorur) |
Polimer |
57028-96-3 |
5 |
FR |
|
Poli(eżametilindiammina gwanidinju klorur) |
Polimer |
57028-96-3 |
6 |
FR |
|
Poli(eżametilindiammina gwanidinju klorur) |
Polimer |
57028-96-3 |
13 |
FR |
|
Jodju polivinilpirrolidon |
Polimer |
25655-41-8 |
1 |
SE |
|
Potassju-(E,E)-eża-2,4-dienoat |
246-376-1 |
24634-61-5 |
6 |
DE |
|
Piridin-2-tijol 1-ossidu, melħ tas-sodju |
223-296-5 |
3811-73-2 |
2 |
SE |
|
Piridin-2-tijol 1-ossidu, melħ tas-sodju |
223-296-5 |
3811-73-2 |
3 |
SE |
|
Aċidu saliċiliku |
200-712-3 |
69-72-7 |
1 |
LT |
|
Aċidu saliċiliku |
200-712-3 |
69-72-7 |
2 |
LT |
|
Aċidu saliċiliku |
200-712-3 |
69-72-7 |
3 |
LT |
|
Aċidu saliċiliku |
200-712-3 |
69-72-7 |
4 |
LT |
|
Diossidu tas-silikon – amorfuż |
231-545-4 |
7631-86-9 |
3 |
FR |
|
Klorur tal-fidda |
232-033-3 |
7783-90-6 |
3 |
SE |
|
Klorur tal-fidda |
232-033-3 |
7783-90-6 |
4 |
SE |
|
Klorur tal-fidda |
232-033-3 |
7783-90-6 |
5 |
SE |
|
Klorur tal-fidda |
232-033-3 |
7783-90-6 |
13 |
SE |
|
Diossidu tal-kubrit |
231-195-2 |
7446-09-5 |
1 |
DE |
|
Diossidu tal-kubrit |
231-195-2 |
7446-09-5 |
2 |
DE |
|
Diossidu tal-kubrit |
231-195-2 |
7446-09-5 |
4 |
DE |
|
Diossidu tal-kubrit |
231-195-2 |
7446-09-5 |
5 |
DE |
|
Diossidu tal-kubrit |
231-195-2 |
7446-09-5 |
6 |
DE |
|
Diossidu tal-kubrit |
231-195-2 |
7446-09-5 |
13 |
DE |
|
Tijabendażol |
205-725-8 |
148-79-8 |
2 |
ES |
|
Tijabendażol |
205-725-8 |
148-79-8 |
13 |
ES |
|
Triklosan |
222-182-2 |
3380-34-5 |
3 |
DK |
|
Polimer ta’ formaldeide u akrolein |
Polimer |
26781-23-7 |
3 |
HU |