|
20.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 395/4 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10033 — Platinum Compass/OTPP/EDPL)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 395/04)
1.
Fit-12 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Platinum Compass B 2018 RSC Limited (“Platinum Compass”), ikkontrollata mill-Abu Dhabi Investment Authority (“ADIA”, l-Emirati Għarab Magħquda), |
|
— |
Ontario Teachers’ Pension Plan Board (“OTPP”, il-Kanada), |
|
— |
Equis Development Pte. Ltd. (“EDPL”), ikkontrollata minn Equis Development Holdings LLC (“Equis”, it-tnejn ta’ Singapore). |
Platinum Compass, OTPP u Equis jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ EDPL.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
għal Platinum Compass: sussidjarja li hija proprjetà kollha kemm hi tal-Awtorità tal-Investiment ta’ Abu Dhabi (“ADIA”) li tipposjedi u tamministra l-investimenti. ADIA hija entità tal-gvern proprjetà tal-Emirat ta’ Abu Dhabi. Hija tinvesti fondi allokati lilha mill-gvern ta’ Abu Dhabi u timmaniġġja l-portafoll f’diversi klassijiet ta’ assi, |
|
— |
għal OTPP: tamministra l-benefiċċji tal-pensjoni u l-investiment tal-assi tal-pjan tal-pensjoni f’isem madwar 329,000 għalliem attiv u rtirat fil-provinċja Kanadiża ta’ Ontario, |
|
— |
għal Equis: kumpanija għall-iżvilupp tal-assi tal-infrastruttura li ssegwi b’mod attiv l-iżvilupp tal-infrastruttura u l-investiment fir-reġjun Asja-Paċifiku kollu, |
|
— |
għal EDPL: tiżviluppa, tibni u topera proġetti ta’ infrastruttura fir-reġjun tal-Paċifiku fl-Asja, li b’mod partikolari huwa mmirat lejn: (a) il-ġenerazzjoni tal-elettriku mix-xemx, mir-riħ, mill-bijomassa jew mill-iskart; u (b) ir-riċiklaġġ u l-ipproċessar tal-iskart. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10t ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:
M.10033 — Platinum Compass/OTPP/EDPL
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-posta elettronika, bil-faks jew bil-posta. Int mitlub tuża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).