|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/5439 |
6.9.2024 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda mhux minuri għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott skont l-Artikolu 50(2), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(C/2024/5439)
Fi żmien 3 xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni, l-awtoritajiet ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz, jew persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu u li tkun stabbilita jew residenti f’pajjiż terz, jistgħu jippreżentaw, f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), oppożizzjoni mal-Kummissjoni.
APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA’ DENOMINAZZJONIJIET TA’ ORIĠINI PROTETTI/INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI PROTETTI LI MHIJIEX MINURI
Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012
“Espárrago de Huétor–Tájar”
Nru tal-UE: PGI-ES-0056-AM01
Ippreżentat fit-18.10.2019
DOP X IĠP
1. Grupp ta’ applikanti u interess leġittimu
|
|
- Isem tal-grupp applikant: |
Consejo Regulador de la Indicación Geográfica Protegida “Espárrago de Huétor–Tájar” [Bord Regolatorju tal-IĠP “Espárrago de Huétor–Tájar”]
|
|
Indirizz: Ctra. De la Estación s/n – 18.360 Huétor–Tájar (Granada, Spanja) |
|
|
Tel. +34 958333443 |
|
|
Indirizz e-mail: info@esparragodehuetortajar.com |
|
|
Kompożizzjoni jew forma ġuridika: |
Il-Bord Regolatorju għall-IĠP “Espárrago de Huétor-Tájar” huwa korporazzjoni tal-liġi pubblika mingħajr skop ta’ qligħ, rikonoxxut bħala l-korp maniġerjali tal-IĠP mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru. Dan jirrappreżenta l-interessi tas-setturi involuti fil-produzzjoni tal-ispraġ protett: il-kultivaturi (bdiewa) u l-proċessuri (immaniġġjar tal-ispraġ frisk u l-impjanti tal-mili f’laned). Huwa rregolat demokratikament u fuq il-prinċipju li l-interessi ekonomiċi u industrijali li jikkostitwuh, u b’mod partikolari l-interessi minoritarji, għandhom ikunu rappreżentati b’mod ugwali, u dan huwa fil-fatt il-każ. Barra minn hekk, il-Bord Regolatorju għandu l-kapaċità ġuridika li jissottometti din l-applikazzjoni għal emenda f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali, speċifikament l-Artikolu 13(2)(a) tal-Liġi tal-Gvern ta’ Andalusija 2/2011 tal-25 ta’ Marzu 2011 dwar is-sajd u l-kwalità tal-ikel.
2. Stat membru jew pajjiż terz
Spanja
3. Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i
|
☐ |
Isem il-prodott |
|
☒ |
Deskrizzjoni tal-prodott |
|
☐ |
Żona ġeografika |
|
☒ |
Prova tal-oriġini |
|
☒ |
Metodu ta’ produzzjoni |
|
☒ |
Link |
|
☒ |
Tikkettar |
|
☒ |
Oħrajn (rekwiżiti ġuridiċi u kontrolli tal-konformità tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott) |
4. Tip ta’ emenda/(i)
|
☒ |
Emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
|
☐ |
Emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li għaliha ma ġie ppubblikat l-ebda Dokument Uniku (jew ekwivalenti) u li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
5. Emenda/(i)
5.1. Definizzjoni ġdida tal-ispeċijiet botaniċi tal-popolazzjonijiet tal-ispraġ lokali li jinsabu f’Huétor–Tájar u r-ristrutturar tas-subtaqsimiet. Taqsima B) DESKRIZZJONI TAL-PRODOTT
Din l-emenda tikkonċerna l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott fl-ewwel paragrafu tat-Taqsima B) DESKRIZZJONI TAL-PRODOTT. Barra minn hekk, biex it-Taqsima B) kollha tkun aktar faċli biex tinftiehem, ġiet ristrutturata fi tliet subtaqsimiet: B.1. – Definizzjoni tal-prodott; B.2. – Karatteristiċi tal-varjetà lokali; u B.3. – Standards għall-prodotti mibjugħa friski jew fil-landa.
Deskrizzjoni dettaljata tal-bidliet u r-raġuni għall-emenda
Il-kliem “ Asparagus officinalis L. subespecie genéticamente tetraploide, simili...” ġie sostitwit b’“varjetà lokali magħrufa bħala ‘ Espárrago Verde Morado de Huétor-Tájar ’ jew ‘ Morado de Huétor ’ (Asparagus maritimus Mill. x Asparagus officinalis L.), magħrufa bl-Ispanjol bħala ‘espárragos trigueros’ , peress li għandhom karatteristiċi simili...”. Fi tmiem it-tieni paragrafu “tas-seklu” ġie sostitwit b’“tas-seklu 20”.
L-emenda tikkonċerna d-definizzjoni l-ġdida tal-popolazzjoni lokali tal-ispraġ ta’ Huétor-Tájar, kif stabbilit f’din it-Taqsima (B). Id-definizzjoni l-ġdida tirriżulta mill-għarfien xjentifiku aġġornat dwar il-prodott miksub matul l-aħħar 20 sena.
L-istudji ta’ karatterizzazzjoni ġenetika dwar l-“Espárrago de Huétor-Tájar” mid-Dipartiment tal-Ġenetika tal-Pjanti tal-Università ta’ Córdoba jipprovdu l-bażi xjentifika għal din il-bidla. Din ir-riċerka, li tinvolvi analiżi tad-DNA (mikrosatellita), turi li l-varjetà lokali oriġinat fil-bidu tas-seklu 20 mill-ibridizzazzjoni naturali tal-ispeċi kkultivata Asparagus officinalis (diplojde 2x) u l-ispeċi selvaġġa Asparagus maritimus (eżaplojde 6x), li tipproduċi inkroċju interspeċifiku. L-Asparagus maritimus Mill. huwa l-aktar speċi dominanti, li jammonta għal żewġ terzi (66,67 %) tal-ġermoplażma tal-“Espárrago de Huétor-Tájar”, filwaqt li l-ispeċi Asparagus officinalis L. tirrappreżenta biss terz (33,33 %). Dan jagħtiha karatteristiċi filoġenetiċi uniċi li huma deskritti fil-letteratura xjentifika estensiva ppubblikata dwar il-ġenetika u l-fitokimika tal-“Espárrago de Huétor-Tájar”. Il-kliem “tas-seklu 20” ġie miżjud biex jiġi ċċarat li jirreferi għas-seklu 20.
5.2. L-aġġornament tal-karatteristiċi morfoloġiċi u organolettiċi, u t-tneħħija tad-deskrizzjoni ċitoloġika u tal-markaturi tal-isoenzimi tal-popolazzjoni lokali ta’ Huétor-Tájar. Taqsima B) DESKRIZZJONI TAL-PRODOTT
Din l-emenda taffettwa l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott fit-Taqsima B) DESKRIZZJONI TAL-PRODOTT, bit-2 sal-10 paragrafu inklużi.
Deskrizzjoni dettaljata tal-bidliet u r-raġuni għall-emenda
It-tieni paragrafu, “Il-karatteristiċi tal-popolazzjonijiet indiġeni huma dawn li ġejjin:”, ġie sostitwit bi:
B.2. - Karatteristiċi tal-varjetà lokali
Il-karatteristiċi li jiddistingwu l-varjetà lokali ta’ Huétor-Tájar minn varjetajiet kummerċjali oħra ta’ spraġ aħdar li jinsabu madwar id-dinja huma kif ġej:
Barra minn hekk, il-kliem tat-3 paragrafu ġie emendat:
|
— |
Dehra viżiva: Iz-zkuk tal-ispraġ għandhom kulur vjola, vjola fil-bronż, bronż, aħdar fil-vjola jew aħdar. Huma rqaq (dijametru ta’ 4–12-il mm) u l-ponta hija ppuntata jew konika u usa’ mill-bqija taz-zokk. Iz-zkuk għandhom “xpruni” żgħar taħt il-brakti. |
Dan ta’ hawn fuq ġie aġġornat kif ġej:
|
— |
Dehra viżiva: Il-kulur tal-antoċjanina – vjola, vjola fil-bronż, bronż, aħdar fil-vjola jew aħdar – jista’ jinstab kemm fiz-zokk kif ukoll fil-ponta. Iz-zkuk tal-ispraġ huma dritti u ċilindriċi. Dawn ivarjaw minn irqaq sa medji (ġeneralment dijametru ta’ bejn 4 mm u 16-il mm), u l-ponta hija ppuntata jew konika u usa’ mill-bqija taz-zokk (forma ta’ lanza). Iz-zkuk għandhom “xpruni” żgħar taħt il-brakti u linji ħfief jistgħu jkunu viżibbli fuq il-qoxra. |
Id-deskrizzjoni fiżika tal-prodott ġiet estiża bħala riżultat tal-avvanzi fl-għarfien tekniku u xjentifiku tal-“Espárrago de Huétor-Tájar”. Hemm enfasi fuq il-karatteristiċi speċifiċi li ġejja mill-ispeċi li minnha toriġina, Asparagus maritimus Mill. It-test issa jiddeskrivi z-zkuk tal-ispraġ bħala dritti u li għandhom ponta f’forma ta’ lanza, li huma karatteristiċi li jiddistingwuh mill-varjetajiet tal-ispraġ aħdar kummerċjali tal-ispeċi Asparagus officinalis L. Il-fatt li linji ħfief jistgħu jkunu viżibbli fuq il-qoxra issa jissemma wkoll. Dan id-deskrittur huwa assoċjat ma’ speċi differenti tal-ispraġ “triguero” selvaġġ, inkluż A. marittimus Mill. Bidla oħra fid-deskrizzjoni tad-dehra viżiva hija żieda fil-valur ta’ fuq tal-medda ta’ dijametru normali, li issa hija 4–16-il mm minflok 4–12-il mm. Din il-bidla seħħet minħabba li, bħala riżultat tax-xogħol iebes tal-bdiewa lokali fl-għażla tal-pjanti, issa huwa possibbli li jinkisbu pjanti tal-ispraġ aktar uniformi u vigorużi mill-popolazzjoni “Espárrago Verde Morado de Huétor-Tájar”.
Il-kliem tar-raba' (4) paragrafu ġie emendat:
|
— |
Proprjetajiet organolettiċi: It-tiswira tal-ispraġ hija ratba, laħmija u soda. Għandu togħma delikata ta’ ħlewwa morra u aroma intensa li tfakkar fl-ispraġ “triguero” selvaġġ. |
Dan ta’ hawn fuq ġie aġġornat kif ġej:
|
— |
Proprjetajiet organolettiċi: Meta jkun frisk, it-tiswira tal-ispraġ tkun tarija, laħmija u ratba. Iz-zkuk huma flessibbli ħafna: skont id-dijametru – aktar kemm ikun irqiq iz-zokk, aktar jitgħawweġ – xi wħud jistgħu jitgħawġu ’l fuq minn 70° mingħajr ma jinqasmu. L-ispraġ għandu togħma delikata ħelwa morra u aroma intensa. |
Id-deskrizzjoni organolettika ġiet estiża bħala riżultat tal-informazzjoni li waslet dwar l-ittestjar sensorjali tal-“Espárrago de Huétor-Tájar” li sar fl-Università ta’ Granada fl-2003 (Dipartiment tan-Nutrizzjoni u x-Xjenza Alimentari, l-Iskola tal-Farmaċija). Fid-deskrizzjoni, “soda” ġiet sostitwita bil-kelma“ratba”, parametru reoloġiku marbut mal-fermezza li, minħabba li huwa irħas u aktar faċli biex jitkejjel, inaqqas l-ispejjeż taċ-ċertifikazzjoni. Il-kejl tal-fermezza tal-ispraġ jeħtieġ analizzatur tat-tiswira, li jinvolvi proċess ta’ ttestjar għoli u kumpless. B’kuntrast ma’ dan, l-irtubija tal-ispraġ tista’ titkejjel fil-flessibbiltà tiegħu, jiġifieri kemm jista’ jitgħawweġ, li huwa faċli, rapidu u rħis ħafna biex isir. Ġie introdott parametru oġġettiv u li jista’ jitkejjel għall-proprjetajiet reoloġiċi li huma speċifiċi għall-“Espárrago de Huétor-Tájar”: għandu jkun possibbli li z-zkuk jitgħawġu mill-inqas 70o mingħajr ma jinqasmu. Din hija karatteristika distintiva tal-ispraġ “triguero” selvaġġ u tal-“Espárrago de Huétor-Tájar” li ma jinstabx fl-ispraġ tal-ġnien aktar riġidu u fibruż (Asparagus officinalis L.). Il-kliem “li jfakkar fl-ispraġ ‘triguero’ selvaġġ” tneħħew ukoll mid-deskrizzjoni organolettika, peress li din il-frażi ma pprovdiet l-ebda informazzjoni deskrittiva fil-livell organolettiku u s-similarità tal-prodott mal-ispraġ “triguero” diġà ssemma fid-definizzjoni tal-prodott (is-subtaqsima B.1).
Il-paragrafi 5 sa 9 tħassru:
|
— |
Ċitoloġija... (2n = 40) |
|
— |
isoenzimi... Euphytica 61: 169–179). |
Id-deskrizzjoni ċitoloġika u ċ-ċitazzjoni li tirreferi għall-markaturi tal-isoenzimi inklużi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott preċedenti tneħħew minħabba li huma skaduti fid-dawl tal-aħħar riċerka ġenetika dwar l-“Espárrago de Huétor-Tájar”. Barra minn hekk, mhumiex meħtieġa deskritturi ġenetiċi għall-istandardizzazzjoni tal-“Espárrago de Huétor-Tájar”. Deskrizzjoni tad-dehra viżiva u tal-karatteristiċi organolettiċi hija aktar minn biżżejjed, u aktar faċli u irħas biex tiġi evalwata. Dawn huma wkoll fatturi ta’ differenzjazzjoni ewlenin, peress li hemm korrispondenza mill-qrib u ċara ħafna bejn dawn il-markaturi u l-ġenetika tal-“Espárrago de Huétor-Tájar” (Asparagus maritimus Mill. x Asparagus officinalis L.).
Il-paragrafu 10 ġie emendat:
Bis-saħħa ta’ dawn il-karatteristiċi, l-ispraġ nattiv ta’ Huétor-Tájar jista’ faċilment jingħaraf, f’termini kemm tad-dehra viżiva kif ukoll tal-ġenetika, minn varjetajiet oħra ta’ spraġ aħdar mibjugħ madwar id-dinja.
Ġie aġġornat kif ġej:
Bis-saħħa ta’ dawn il-karatteristiċi, li huma definiti b’mod ċar ħafna, l-ispraġ nattiv ta’ Huétor-Tájar jista’ faċilment jingħaraf, f’termini kemm tad-dehra viżiva kif ukoll tal-proprjetajiet organolettiċi, minn varjetajiet oħra ta’ spraġ aħdar mibjugħ madwar id-dinja, kollha kemm huma spraġ tal-ġnien (isem botaniku Asparagus officinalis L.).
Hemm enfasi fuq id-differenzi kbar (f’termini ta’ dehra viżiva u proprjetajiet organolettiċi) bejn l-“Espárrago de Huétor-Tájar” u varjetajiet kummerċjali oħra tal-ispraġ aħdar disponibbli bħalissa. Ir-raġuni għal dawn id-differenzi tinsab fis-separazzjoni ġenetika konsiderevoli bejn l-ispeċi Asparagus officinalis L. u Asparagus maritimus Mill. Dan tal-aħħar huwa relatat mill-qrib mal-“Espárrago de Huétor-Tájar”.
5.3. Aġġornament tal-istandards ta’ klassifikazzjoni u kummerċjali għall-prodotti koperti mill-IĠP “Espárrago de Huétor-Tájar”. Taqsima B) DESKRIZZJONI TAL-PRODOTT
Din l-emenda taffettwa l-ispeċifikazzjoni mill-11-il paragrafu tat-Taqsima B) DESKRIZZJONI TAL-PRODOTT. Din tikkonċerna l-aġġornament tal-informazzjoni teknika dwar il-klassifikazzjoni tal-prodotti koperti mill-IĠP u mibjugħa friski jew fil-laned. Dan għaliex il-prattiki kummerċjali, il-proċeduri ta’ spezzjoni u l-valutazzjoni tal-konformità tal-prodotti ċċertifikati ġew aġġornati.
Deskrizzjoni dettaljata tal-bidliet u r-raġuni għall-emenda
L-istruttura tas-subtaqsima u l-kliem tal-paragrafu 11 ġew aġġornati:
L-ispraġ jista’ jinbiegħ frisk jew fil-laned. Meta jinbiegħ frisk, iz-zkuk tal-ispraġ iridu jkunu intatti, friski fid-dehra viżiva, b’riħa friska, b’saħħithom, mhux imbenġla, ħielsa minn ħsara kkawżata minn pesti, u mingħajr umdità esterna li ma tkunx ir-riżultat li z-zkuk ikunu ġew imxarrba qabel ma jitqiegħdu fl-imballaġġ. L-ispraġ... u vjola.
Dan ta’ hawn fuq ġie sostitwit b’dan li ġej:
B.3. – Standards għall-prodotti mibjugħa friski jew fil-landa
L-ispraġ jista’ jinbiegħ frisk jew fil-laned.
Prodotti li għandhom jinbiegħu friski
Id-daqs u l-klassijiet deskritti hawn taħt għandhom jintużaw biex l-ispraġ jinbiegħ frisk, li jrid ikun frisk fid-dehra viżiva u b’riħa friska, b’saħħtu, mhux imbenġel, mhux maqsum, mingħajr ħsara minn pesti, taħsir jew deterjorament, nadif u ħieles minn umdità esterna anormali meta ppreżentat fi kwalunkwe waħda mill-forom stabbiliti għall-prodotti friski. L-ispraġ... u vjola.
Il-kliem tal-paragrafu 14(a) “klassi ‘Extra’ ” ġie emendat:
|
(a) |
il-klassi “Extra”: L-ispraġ f’din il-klassi... “friegħi” żgħar taħt il-brakti. Il-blanzun apikali għandu jingħalaq, għalkemm huwa permess xi ftuħ tal-ponot ħafif bħala sinjal ta’ tixjiħ... il-blanzuni tal-fjuri ma jisporġux minn taħt il-weraq żgħar. F’din il-klassi, sinjali ta’ injam fil-bażi taz-zokk iridu jkunu limitati għal mhux aktar minn kwart tat-tul totali tal-ispraġ. |
Dan ta’ hawn fuq ġie sostitwit b’dan li ġej:
|
(a) |
“Extra”: L-ispraġ f’din il-klassi... “friegħi” żgħar taħt il-brakti. Xi kultant jistgħu jkunu viżibbli linji ħfief fuq il-ġilda. Il-blanzun apikali għandu jingħalaq, għalkemm huwa permess xi ftuħ tal-ponot ħafif bħala sinjal ta’ tixjiħ [...] il-blanzuni tal-fjuri jew il-blanzuni axxillarji huma viżibbli biss fuq il-weraq tal-ispraġ tal-ponta tal-ispraġ. Il-qatgħa fil-bażi tan-nebbieta għandha tkun dritta, bħala prova ta’ standardizzazzjoni. |
Il-kliem tal-paragrafu 15(b) “Klassi ‘I’ ” ġie emendat:
|
(b) |
Klassi I: Zkuk tal-ispraġ tal-Klassi I... Klassi “extra”,... il-blanzuni tal-fjuri ma jisporġux minn taħt il-weraq żgħar, u l-injam fil-bażi taz-zokk huwa permess sa terz tat-tul totali tal-ispraġ. |
Dan ta’ hawn fuq ġie sostitwit b’dan li ġej:
|
(b) |
“I”: Zkuk tal-ispraġ f’din il-klassi... “Extra”... il-blanzuni tal-fjuri jew il-blanzuni axxillarji ma jisporġux taħt il-weraq żgħar tal-ponta tal-ispraġ. Il-qatgħa fil-bażi tan-nebbieta għandha tkun dritta, għalkemm tiġi aċċettata qatgħa dritta fuq waħda djagonali magħmula matul il-ħsad, bħala prova ta’ standardizzazzjoni. Tarf abjad fil-bażi taz-zokk huwa permess f’din il-klassi sakemm mhuwiex itwal minn wieħed minn tmienja tat-tul totali tal-ispraġ. |
L-ammont permess tal-ftuħ tal-ponta bħala sinjal ta’ tixjiħ huwa deskritt b’mod aktar preċiż, u jistabbilixxi differenza aktar ċara bejn ir-rekwiżiti għaż-żewġ klassijiet. Ir-referenzi għal “l-injam fil-qiegħ taz-zokk tal-ispraġ” tħassru għaż-żewġ klassijiet minħabba d-diffikultà teknika li tiġi vverifikata l-konformità ma’ tali rekwiżiti. Minfloku, ġie introdott rekwiżit aktar oġġettiv u li jista’ jitkejjel: tarf abjad fil-bażi taz-zokk.
Il-kliem tal-paragrafi 17 sa 19, dwar it-“Tqassim skont id-Daqs”, ġie emendat:
|
(a) |
Iz-zkuk tal-ispraġ għandhom ikunu twal bejn 20 cm u 27 cm. Il-varjazzjoni massima permessa fit-tul f’qatta waħda hija ta’ 5 cm. |
|
(b) |
Id-dijametru minimu huwa ta’ 4 mm għaż-żewġ klassijiet. Hemm żewġ kategoriji ta’ dijametru: 4–10 mm, u 10 mm u aktar. |
Dan ta’ hawn fuq ġie sostitwit b’dan li ġej:
It-tqassim skont id-daqs skont it-tul huwa kif ġej:
|
(a) |
“Spraġ”, “spraġ sħiħ” jew “spraġ twil”: Iz-zkuk iridu jkunu twal bejn 17 cm u 27 cm. Il-varjazzjoni massima permessa fit-tul f’qatta waħda hija ta’ 5 cm. |
|
(b) |
“Spraġ qasir”: Iz-zkuk iridu jkunu twal bejn 12 cm u 17 cm. Il-varjazzjoni massima permessa fit-tul f’qatta waħda jew pakkett wieħed hija ta’ 4 cm. |
|
(c) |
“Ponot tal-ispraġ”: Iz-zkuk iridu jkunu twal bejn 7 cm u 12 cm. Il-varjazzjoni massima permessa fit-tul f’qatta waħda jew pakkett wieħed hija ta’ 4 cm. |
|
(d) |
“Bċejjeċ tal-ispraġ”: Zkuk tal-ispraġ maqtugħin b’mod trasversali f’biċċiet twal 2–7 cm. |
Il-prodotti ppreżentati fi kwalunkwe wieħed minn dawn il-formati tat-tul iridu jinkisbu mill-“ispraġ sħiħ” jew mill-“ispraġ twil” li l-ewwel ġie kklassifikat bħala “Extra” jew “I”.
It-tqassim tad-daqs skont id-dijametru huwa kif ġej:
Id-dijametru minimu huwa ta’ 4 mm għaż-żewġ kategoriji. Id-differenza fid-dijametru bejn l-eħxen u l-irqaq zkuk f’pakkett wieħed jew f’qatta waħda ma tistax taqbeż it-8 mm.
Il-kliem tal-paragrafi 21 sa 23, dwar it-“Tolleranzi”, ġie emendat:
Kull pakkett jista’ jkun fih ċertu ammont ta’ prodott li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-kwalità u tad-daqs tal-klassi inkwistjoni, filwaqt li jirrispetta l-limiti ta’ tolleranza stabbiliti hawn taħt.
|
(a) |
Tolleranzi tal-kwalità: Il-pakketti tal-ispraġ tal-klassi “Extra” jista’ jkun fihom sa 5 %, skont l-għadd jew il-piż, tal-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta’ dik il-klassi iżda li jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-Klassi “I” jew, f’każijiet eċċezzjonali, li jaqgħu taħt it-tolleranzi stabbiliti għall-Klassi “I”. Il-pakketti tal-ispraġ tal-Klassi “I” jista’ jkun fihom sa 10 %, skont l-għadd jew il-piż, ta’ spraġ li ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ dik il-klassi iżda li jissodisfa r-rekwiżiti għall-prodotti tal-Klassi “II” stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2377/1999 tad-9 ta’ Novembru 1999. |
|
(b) |
Tolleranzi tad-daqs: 10 %, skont in-numru... rekwiżiti applikabbli. |
Dan ta’ hawn fuq ġie sostitwit b’dan li ġej:
|
(a) |
Tolleranzi tal-kwalità: Il-pakketti tal-ispraġ tal-klassi “Extra” jista’ jkun fihom sa 5 %, skont l-għadd jew il-piż, tal-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta’ dik il-klassi iżda li jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-Klassi “I” jew, f’każijiet eċċezzjonali, li jaqgħu taħt it-tolleranzi stabbiliti għall-Klassi “I”. Il-pakketti tal-ispraġ tal-Klassi “I” jista’ jkun fihom sa 10 %, skont l-għadd jew il-piż, ta’ spraġ li ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ dik il-klassi. |
|
(b) |
Tolleranzi tad-daqs: Sa 10 %, skont in-numru... rekwiżiti applikabbli. |
Ġew miżjuda paragrafi ġodda li jiddeskrivu l-preżentazzjoni tal-prodott finali f’aktar dettall:
L-ispraġ jista’ jiġi ppreżentat b’wieħed minn żewġ modi:
|
(a) |
F’qatet marbuta b’mod sikur sa 2 kg; |
|
(b) |
Sfużi jew magħquda f’pakketti żgħar mqiegħda ġewwa pakketti jew kaxxi sa 6 kg. |
Il-kontenut ta’ kull pakkett żgħir jew kaxxa jew ta’ kull qatta jrid ikun uniformi, bi spraġ tal-istess format, firxiet tad-daqs (tul u dijametru), piż u kategorija.
Ir-rekwiżiti tat-tqassim skont id-daqs (kemm it-tul kif ukoll id-dijametru), it-tolleranzi tal-kwalità u r-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-prodott ġew aġġustati biex jiġu allinjati, sa ċertu punt, mar-regoli internazzjonali dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-ispraġ aħdar frisk u l-prattiki kummerċjali stabbiliti fl-Unjoni Ewropea. Madankollu, dawn ir-regoli dwar it-tqassim skont id-daqs ivarjaw mill-istandard internazzjonali minħabba li l-“Espárrago de Huétor-Tájar” huwa popolazzjoni lokali tal-ispraġ affettwata minn varjazzjoni akbar mill-varjetajiet kummerċjali tal-ispraġ aħdar, li joriġinaw minn ibridi mtejba tal-Asparagus officinalis L. u għalhekk huma aktar omoġenji fid-daqs u l-forma.
Fl-aħħar nett, il-paragrafu 24, dwar l-ispraġ fil-landa, tħassar:
L-ispraġ fil-landa jista’ jkun jew intatt jew imqatta’ f’biċċiet u jrid ikun prodott tal-klassi “Extra” jew tal-klassi “I”.
It-Taqsima dwar ir-regoli għall-ispraġ fil-landa nkitbet mill-ġdid.
Verżjoni ġdida:
Prodotti li jinbiegħu fil-laned
L-“Espárrago de Huétor-Tájar” fil-landa huwa tradizzjonalment ippreservat jew fis-salmura (ilma, melħ u aċidu ċitriku) jew fiż-żejt taż-żebbuġa ekstra verġni. Likwidi oħra ta’ preservazzjoni awtorizzati għall-użu fl-industrija tal-ikel jistgħu jintużaw ukoll.
L-ispraġ fil-landa jista’ jiġi ppreżentat sħiħ jew f’biċċiet, iggradat bl-użu tal-klassijiet tal-kwalità “Extra” u “I” stabbiliti f’din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Il-formati disponibbli għall-bejgħ huma kif ġej:
|
— |
“Spraġ” jew “zkuk tal-ispraġ”: li jikkonsistu fil-ponta u z-zokk u b’tul ta’ mill-inqas 12-il cm; |
|
— |
“Spraġ qasir”: zkuk li jikkonsistu fil-ponta u z-zokk u b’tul ta’ bejn 7 cm u 12-il cm; |
|
— |
“Ponot tal-ispraġ”: biċċiet magħmulin mill-ponta u parti miz-zokk u b’tul ta’ bejn 2 cm u 7 cm; |
|
— |
“Biċċiet tal-ispraġ”: biċċiet irqaq twal bejn 2 cm u 7 cm, maqtugħin b’mod trasversali, b’ponot li jinkludu mill-inqas 25 % tal-piż mingħajr ilma. |
L-ispraġ irid jiġi kklassifikat ukoll abbażi tad-dijametru ta’ sezzjoni trasversali taz-zokk, biex il-prodott jingħata dehra viżiva uniformi fil-firxiet li ġejjin:
|
Isem il-kategorija tad-dijametru |
Dijametru f’mm |
|
Irqiq |
taħt 9 |
|
Medju |
9 sa 11 |
|
Oħxon |
11 sa 14 |
|
Oħxon ħafna |
14 sa 19 |
|
Oħxon iżżejjed |
’il fuq minn 19 |
It-tabella li ġejja tistabbilixxi l-parametru tal-kwalità u t-tolleranzi permessi applikabbli għal kull waħda miż-żewġ klassijiet:
|
Parametru ta’ kwalità |
Klassi “Extra” |
Klassi “I” |
|
Ftuħ tal-ponot bħala sinjal ta’ tixjiħ |
L-istess bħal għall-ispraġ mibjugħ frisk |
L-istess bħal għall-ispraġ mibjugħ frisk |
|
Uniformità tat-tul |
1,10 |
1,15 |
|
Dardir tal-likwidu tal-preservazzjoni, salmura (indiċi tat-turbidità Kertesz) (*1) |
4 |
2 |
|
Tolleranza tad-daqs |
5 % |
10 % |
|
Difetti fit-tiswira |
5 % |
10 % |
|
Difetti oħra |
5 % |
10 % |
Il-piż mingħajr ilma jiġi ddeterminat mit-tip ta’ imballaġġ użat. Il-proporzjon tal-piż mingħajr ilma tar-reżistenza għall-volum (g sa cm3) huwa ta’ 0,50.
Minbarra li tissodisfa r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni attwali u ta’ din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, it-tikketta trid tiddikjara wkoll il-piż mingħajr ilma, il-kapaċità tal-pakkett, id-daqs taz-zokk tal-ispraġ u l-għadd approssimattiv ta’ zkuk li jinsabu f’kull pakkett żgħir (dan ma japplikax għall-format tal-“biċċiet tal-ispraġ”).
L-istandards għall-“Espárrago de Huétor-Tájar” fil-landa ma kinux inklużi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott preċedenti minħabba li tqies li l-prodott għandu sempliċiment jikkonforma mal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għall-ispraġ fil-landa. Madankollu, dik il-leġiżlazzjoni tapplika għall-prodotti mill-ispeċi Asparagus officinalis L. u, kif urejna, l-“Espárrago de Huétor-Tájar” ma jappartjenix għal dik l-ispeċi botanika iżda minflok huwa ibridu (Asparagus maritimus Mill. x Asparagus officinalis L.) mhux kopert mil-liġi nazzjonali dwar l-ispraġ fil-landa, għalhekk kienu meħtieġa regoli ġodda. It-test inkluż fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jistabbilixxi l-likwidi ta’ preservazzjoni awtorizzati, bis-salmura (ilma, melħ u aċidu ċitriku) u żejt taż-żebbuġa ekstra verġni meqjusa tradizzjonali, u jħalli miftuħa l-possibbiltà li jintużaw likwidi oħra ta’ preservazzjoni li jistgħu jitqiesu xierqa fil-futur, dment li jkunu awtorizzati għall-użu fl-industrija tal-ikel. Il-parametri tal-kwalità huma stabbiliti għal kull klassi u likwidu ta’ preservazzjoni, bl-użu tal-istess ismijiet tal-klassi bħal dawk tal-prodott frisk.
5.4. Aġġornament tal-isem ta’ waħda mill-muniċipalitajiet taż-żona tal-produzzjoni. Taqsima C) ŻONA ĠEOGRAFIKA
Din l-emenda taffettwa l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott fl-aħħar tal-ewwel paragrafu tat-Taqsima C) ŻONA ĠEOGRAFIKA.
Deskrizzjoni qasira u raġuni għall-emenda
Il-“Villanueva de Mesías” inbidel għal “Villanueva Mesía”.
L-emenda tikkonsisti fit-tibdil tal-isem ta’ waħda mill-muniċipalitajiet fiż-żona tal-produzzjoni tal-IĠP “Espárrago de Huétor-Tájar”, li ġie kkonfermat mill-awtorità nazzjonali kompetenti.
5.5. L-aġġornament tal-kliem fis-subtaqsima “Oriġini taż-Żerriegħa” għal deskrizzjoni aktar preċiża tas-sistema tal-produzzjoni taż-żrieragħ, u l-aġġornament tar-responsabbiltajiet ta’ spezzjoni tal-Bord Regolatorju. Taqsima D) Prova li l-prodott oriġina miż-żona
Din l-emenda tikkonċerna l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, fiż-żewġ paragrafi tas-subtaqsima “Oriġini taż-żrieragħ” tat-Taqsima D) Prova li l-prodott oriġina miż-żona.
Deskrizzjoni qasira u raġuni għall-emenda
Biex tittejjeb l-istruttura tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, l-intestatura tas-subtaqsima “Oriġini taż-Żerriegħa” ġiet ittikkettata D.1.
Il-kliem tat-taqsima “Oriġini taż-żerriegħa” ġie rivedut, u jiddefinixxi aħjar ix-xogħol ta’ dawk li jrabbu ż-żrieragħ u tinkludi r-rekwiżit li dawn jiġu elenkati fir-Reġistru taż-Żerriegħa u tal-Ħmiemel tal-Forniment tal-Ħmiemel taż-Żerriegħa kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ konformità u ta’ kontroll li huma soġġetti għalihom. Ir-referenza għall-Bord Regolatorju li huwa responsabbli għall-monitoraġġ tal-għażla u l-propagazzjoni tal-materjal tal-pjanti tneħħiet, peress li din hija r-responsabbiltà tal-korp li jivverifika l-konformità mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Mhuwiex ir-rwol tal-Bord Regolatorju, li jaġixxi bħala l-korp maniġerjali għall-IĠP.
5.6. Aġġornament tal-kliem fis-subtaqsima “Karatteristiċi tal-prodott”. Taqsima D) Prova li l-prodott oriġina miż-żona
Din l-emenda tikkonċerna l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, fil-paragrafu tas-subtaqsima “Karatteristiċi tal-prodott” tat-Taqsima D) Prova li l-prodott oriġina fiż-żona.
Deskrizzjoni qasira u raġuni għall-emenda
Biex tittejjeb l-istruttura tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, l-intestatura tas-subtaqsima “Karatteristiċi tal-prodott” ġiet ittikkettata D.2.
Fit-taqsima “Karatteristiċi tal-prodott”, il-kliem “natura indiġena tal-materjal tal-pjanti (kultivar jew varjetà)” tneħħa u ġie sostitwit b’“natura indiġena tal-materjal tal-pjanti (varjetà lokali)”. Din l-emenda saret minħabba li l-“Espárrago de Huétor-Tájar” mhuwiex fil-fatt kultivar (jew varjetà) minnu nnifsu, iżda pjuttost popolazzjoni tal-ispraġ ta’ oriġini lokali.
Tneħħa wkoll dan li ġej: “... il-kundizzjonijiet tat-tkabbir u, fil-każ tal-ispraġ fil-landa, il-kundizzjonijiet tal-ipproċessar”. Dan ġie sostitwit b’“... il-kundizzjonijiet tat-tkabbir, tal-immaniġġjar u tal-ipproċessar”. Din il-bidla saret minħabba li t-test għandu jkopri kemm l-immaniġġjar tal-ispraġ frisk kif ukoll il-proċess industrijali tal-mili f’laned.
5.7. Aġġornament tal-kliem fis-sottotaqsima “Kontrolli u ċertifikazzjoni”. Taqsima D) Prova li l-prodott oriġina miż-żona
Din l-emenda tikkonċerna l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, fil-paragrafu tas-subtaqsima “Kontrolli u ċertifikazzjoni” tat-Taqsima “D) Prova li l-prodott oriġina miż-żona”.
Deskrizzjoni qasira u raġuni għall-emenda
L-emenda tikkonċerna l-aġġornament tal-kliem ta’ din is-subtaqsima. Wara 20 sena, hemm ħafna kunċetti skaduti li jridu jiġu kkoreġuti f’diversi paragrafi.
Biex tittejjeb l-istruttura tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, l-intestatura tas-subtaqsima “Kontrolli u ċertifikazzjoni” ġiet ittikkettata D.3.
Il-punt (a) ġie rivedut biex jiddeskrivi d-diversi modi ta’ propagazzjoni tal-materjal tal-pjanti (iż-żrigħ dirett taż-żrieragħ, it-tħawwil ta’ nebbieta u kuruni, u biċċiet mill-pjanti omm) f’aktar dettall. Issa qed jiġi ċċarat li l-ħmiemel li jfornu ż-żrieragħ iridu jkunu jinsabu fiż-żona tal-produzzjoni, peress li l-proċess kollu tat-tnissil taż-żerriegħa huwa marbut mill-qrib mal-oriġini.
Il-punt (b) ġie rivedut u issa jiddeskrivi b’mod aktar preċiż il-kontrolli applikabbli għall-għażla tal-ġenotipi tal-ispraġ għar-riproduzzjoni tal-pjanti. Dan ma kienx inkluż fil-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Ir-responsabbiltà għall-kontrolli ma għadhiex attribwita lill-Bord Regolatorju.
Fil-punt (c), il-frażi “... u kwalunkwe leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE applikabbli” ġiet sostitwita bi “... u kwalunkwe leġiżlazzjoni applikabbli”.
Il-kliem tal-punt (d) preċedenti ġie aġġornat u inkorporat fil-punt il-ġdid (d), li jkopri l-kontrolli kollha tal-proċess tal-produzzjoni u l-bejgħ tal-materjal tal-pjanti.
Il-punt (e) – li sar il-punt (d) – ġie aġġornat bit-tneħħija ta’ informazzjoni skaduta u inkonsistenti bħall-involviment tal-korp ta’ ġestjoni tal-IĠP (il-Bord Regolatorju) fil-kontrolli u ż-żieda ta’ referenza għall-imballaġġ taż-żerriegħa (mhux inkluż fil-verżjoni preċedenti) flimkien mat-tnissil u l-kummerċjalizzazzjoni taż-żerriegħa. It-test issa jirreferi wkoll għal “dokument ta’ sostenn” li jrid jiġi pprovdut flimkien ma’ materjal tal-pjanti sabiex tiġi żgurata t-traċċabbiltà mill-ħmiemel tal-pjanti li jfornu ż-żerriegħa li jinsabu fiż-żona tal-produzzjoni.
Il-punt (f) – li sar il-punt (e) – ġie estiż. Issa jsemmi r-“Reġistru tal-Ħmiemel tal-Ispraġ”, li fih iridu jiġu elenkati l-azjendi agrikoli tal-ispraġ, u jagħmilha ċara li l-materjal tal-pjanti tal-ispraġ irid ikun materjal ikkontrollat tal-varjetà lokali mill-ħmiemel ġenituri li jfornu ż-żerriegħa.
Iddaħħal punt ġdid (f). Dan jistabbilixxi kontrolli ġodda li għandhom jitwettqu meta l-ispraġ jiġi kkunsinnat mill-azjendi agrikoli lill-impjanti tal-immaniġġjar ta’ prodotti friski u lill-impjanti tal-mili f’laned.
Il-punt (g) ġie aġġornat, u tħassret informazzjoni skaduta u inkongruenti billi ġiet sostitwita l-frażi “... iridu jkunu dawk stabbiliti fir-Regolament jew rakkomandati mill-Bord Regolatorju, u l-prattiki se jiġu mmonitorjati...” b’ “... iridu jkunu dawk stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, u l-prattiki se jiġu mmonitorjati...” .
Il-kliem fit-Taqsima (i) ġie aġġornat. Il-kliem “Il-prodott irid jinħażen f’ċentri ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti friski jew f’impjanti tal-mili f’laned irreġistrati li jinsabu fiż-żona tal-produzzjoni” ġew sostitwiti bi: Il-prodott irid jinħażen f’impjanti tal-immaniġġjar ta’ prodotti friski jew f’impjanti rreġistrati tal-mili f’laned li jinsabu fiż-żona tal-produzzjoni u elenkati fir-Reġistru tal-Bejjiegħa ta’ Prodotti Friski jew fir-Reġistru tal-Impjanti tal-Mili f’Laned, rispettivament.
Il-punt (j) ġie aġġornat, u tħassret informazzjoni skaduta u inkongruwenti. Tneħħa dan li ġej: Il-Bord Regolatorju se jimmonitorja l-immaniġġjar, l-imballaġġ, il-preżentazzjoni, il-preparazzjoni, id-dispaċċ u t-trasport tal-ispraġ u jista’ jistabbilixxi regoli speċifiċi għal kull ħsad annwali. Issa jgħid: L-immaniġġjar, l-imballaġġ, il-preżentazzjoni, il-preparazzjoni, it-tikkettar u d-dispaċċ tal-ispraġ se jiġu mmonitorjati u jridu jsiru fiż-żona tal-produzzjoni. It-trasport tneħħa minħabba li l-proċess ta’ ċertifikazzjoni tal-oriġini jintemm meta jintbagħat il-prodott. Il-prodott finali qatt ma jiġi ttrasportat bejn l-operaturi fiż-żona tal-produzzjoni. Il-kontrolli possibbli li għandhom jitwettqu mill-Bord Regolatorju tħassru, peress li r-responsabbiltà ewlenija ta’ dan tal-aħħar hija bħala korp ta’ ġestjoni għall-IĠP.
Il-punt (k), fejn “Kemm il-prodotti friski kif ukoll dawk fil-laned iridu jgħaddu mill-ittestjar fiżiku u kimiku (biex jiġu kkontrollati r-residwi u n-nitrati tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti) u l-ittestjar sensorjali” , tħassar. L-ittestjar għar-residwi tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u għan-nitrati fl-ispraġ huma kontrolli obbligatorji. Dawn jiffurmaw parti minn leġiżlazzjoni usa’, u ma hemm l-ebda rekwiżit addizzjonali għall-inklużjoni fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal din l-IĠP. L-analiżi organolettika hija koperta mill-kliem tal-punt il-ġdid (k).
Fl-aħħar nett, il-punt (l) ġie aġġornat u sar il-punt (k). Issa jiddikjara li, minbarra l-kontrolli li għandhom jitwettqu matul il-proċess kollu, il-prodott finali huwa wkoll soġġett għal kontrolli tal-konformità mat-Taqsima B.3. Ir-referenza għall-korp maniġerjali (Bord Regolatorju) tħassret ukoll.
5.8. L-aġġornament tal-kliem tas-subtaqsima “L-għażla taż-żerriegħa u t-tħawwil ta’ ħammiela”, li jiċċara u jespandi l-informazzjoni. Taqsima E) KIF JINKISEB IL-PRODOTT
Din l-emenda tikkonċerna l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, fil-paragrafu tas-subtaqsima “L-għażla taż-żerriegħa u t-tħawwil ta’ ħammiela”, fit-Taqsima E) KIF JINKISEB IL-PRODOTT.
Deskrizzjoni qasira u raġuni għall-emenda
L-emenda tikkonċerna l-aġġornament tal-kliem ta’ din is-subtaqsima. Wara 20 sena, hemm ħafna prattiki li qed jikbru u ta’ kontroll li jeħtieġu kjarifika akbar jew aktar informazzjoni.
Biex tittejjeb l-istruttura tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, l-intestatura tas-subtaqsima “L-għażla taż-żerriegħa u t-tħawwil ta’ ħammiela” ġiet ittikkettata E.1.
Subsezzjoni E.1. (L-għażla taż-żerriegħa u t-tħawwil tal-ħammiela) ġiet riveduta u estiża. Minħabba li l-proċess biex jinkiseb materjal tal-pjanti indiġenu huwa importanti ħafna għall-IĠP, l-informazzjoni teknika f’din is-subtaqsima – dwar l-għażla tan-nebbieta ġenituri, id-dakkir, it-tħejjija ta’ nebbieta fertilizzati fis-sajf u l-ħsad taż-żrieragħ mill-pjanti magħżula fil-ħarifa – ġiet imtejba u estiża.
Huwa meħtieġ ċertu grad ta’ uniformità (kriterji tal-għażla) tal-pjanti tal-ispraġ (maskili u femminili) magħżula fuq roqgħa art partikolari. Iridu jkunu ffurmati sew, vigorużi u iżolati minn pjanti oħra tal-ispraġ mhux magħżula li jkunu fl-istess stadju li jiffjorixxu biex jiġi evitat id-dakkir mhux ikkontrollat. It-test il-ġdid jiddeskrivi l-proċess tal-iżolament tal-pjanti omm u l-użu ta’ dakkir miftuħ fuq l-irqajja’ tal-art tal-ispraġ infushom jew tad-dakkir ġestit bl-użu tat-trab tad-dakra maħsud minn spraġ maskili magħżul, u l-protezzjoni tal-pjanti femminili bi xbieki kontra l-insetti.
It-test issa jiddeskrivi l-proċess tal-ġbir u t-tħejjija taż-żrieragħ. L-informazzjoni dwar iż-żrigħ tal-ħmiemel ġiet riveduta, filwaqt li tneħħew id-dati taż-żrigħ, it-tul ta’ żmien li l-pjanti jibqgħu fil-ħammiela u r-rekwiżit li jiġu rrappurtati lill-korp maniġerjali tal-IĠP. It-tekniki attwali użati biex jitrabbew iż-żrieragħ fi ħmiemel f’kundizzjonijiet ta’ serer jirriżultaw fi pjanti aktar b’saħħithomu aktar uniformi, għalhekk in-nebbieta tal-ispraġ jistgħu jinkisbu barra mid-dati li fihom kienu disponibbli tradizzjonalment.
Fl-aħħar nett, il-verżjoni l-ġdida tiddikjara li l-ħmiemel magħżula għal skopijiet ta’ tnissil taż-żrieragħ għandhom jiġu elenkati fir-Reġistru taż-Żerriegħa u tal-Ħmiemel tal-Forniment tal-Ħmiemel taż-Żerriegħa.
5.9. L-aġġornament tal-kliem tas-subtaqsima “Tħawwil tal-għalla tal-ispraġ”, is-sostituzzjoni tar-referenzi skaduti u l-espansjoni tal-informazzjoni. Taqsima E) KIF JINKISEB IL-PRODOTT
Din l-emenda tikkonċerna l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, fil-paragrafu tas-subtaqsima “It-tħawwil tal-għalla tal-ispraġ”, fit-Taqsima E) KIF JINKISEB IL-PRODOTT.
Deskrizzjoni qasira u raġuni għall-emenda
L-emenda tikkonċerna l-aġġornament tal-kliem ta’ din is-subtaqsima. Wara 20 sena, hemm ħafna prattiki li qed jikbru u ta’ kontroll li jeħtieġu kjarifika akbar jew aktar informazzjoni.
Biex tittejjeb l-istruttura tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, l-intestatura tas-subtaqsima “It-tħawwil tal-għalla tal-ispraġ” ġiet ittikkettata E.2.
Din is-subtaqsima ġiet riveduta u saret aktar preċiża. Issa qed jingħataw dettalji dwar id-diversi prattiki tradizzjonali ta’ tħawwil segwiti fl-irziezet tal-ispraġ ta’ Huétor-Tájar: it-tħawwil ta’ kuruni (pjanti), iż-żrigħ taż-żrieragħ direttament fl-art, jew it-tħawwil ta’ nebbieta mkabbra fis-serer. Il-firxa tad-dati tat-tħawwil issa hija usa’ minn dik taħt il-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, li kienet tipprevedi biss it-tħawwil ta’ kuruni. Il-kuruni jistgħu jitħawlu mix-xitwa sal-aħħar tar-rebbiegħa, filwaqt li ż-żrigħ taż-żerriegħa jew it-tħawwil tan-nebbieta jistgħu jsiru matul il-perjodu tar-rebbiegħa u tas-sajf.
It-test ma għadux jiddikjara li “jitwettaq studju ta’ qabel it-tħawwil tal-ħamrija biex jitkejjel kemm il-ħamrija hija xierqa għat-tkabbir tal-ispraġ u biex jiġi kkalkulat jekk il-kontenut minerali jew organiku tagħha jeħtieġx li jiġi aġġustat”. Din hija rakkomandazzjoni għal prattiki ta’ tkabbir u mhux rekwiżit li jeħtieġ li jiġi inkluż fi Speċifikazzjoni tal-Prodott. Dan għaliex intwera li l-ispraġ jista’ jitkabbar fi kwalunkwe waħda mill-firxa wiesgħa ta’ tipi ta’ ħamrija li jinsabu fiż-żona tal-produzzjoni ta’ Huétor-Tájar, u l-ebda tip ta’ ħamrija mhuwa eskluż.
Il-verżjoni l-ġdida tispeċifika l-proċedura għaż-żrigħ taż-żrieragħ direttament fl-art, li ma kinitx koperta fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott preċedenti. Il-frażi “... u miksija b’saff irqiq ta’ ħamrija ratba” inbidlet għal “... u miksija b’saff ta’ ħamrija”. Il-frażi li ġejja tħassret: Il-kuruna trid titħalla tikber għal sena jew sentejn, skont il-kwalità tal-ħamrija, sabiex ir-riżomi jkunu jistgħu jipproduċu blanzuni vijabbli li kapaċi jipproduċu zkuk tal-ispraġ ta’ kwalità tajba. Il-prattika li l-kuruni jitħallew jikbru għal sentejn hija skaduta u mhux essenzjali għall-kwalità tal-pjanti. Din il-prattika, li issa ma għadhiex tintuża, ġiet segwita minħabba l-ġerminazzjoni fqira taż-żrieragħ fil-ħamrija, in-nuqqas ta’ tekniki ta’ fertigazzjoni u r-rata ta’ tkabbir bil-mod tal-materjal tal-pjanta indiġena Huétor-Tájar, li huwa inqas vigoruż minn varjetajiet oħra ta’ spraġ aħdar, li kollha kemm huma kienu jeħtieġu ċiklu ta’ tkabbir tal-kuruna ta’ sentejn. Sistemi moderni użati għall-produzzjoni ta’ kuruni – u b’mod partikolari “sfurzar” tan-nebbieta fis-serer – ifissru li l-kuruni issa jeħtieġu inqas minn sena u n-nebbieta bejn 3 u 4 xhur.
Fl-aħħar nett, l-informazzjoni skaduta fl-aħħar paragrafu ġiet aġġornata. Minflok “Sabiex il-prodott ikun kopert mid-Denominazzjoni, il-ħammiela tal-ispraġ li minnha jiġi trid tiġi elenkata mal-Bord Regolatorju fix-xitwa qabel l-ewwel ħsad tiegħu”, is-sentenza issa taqra “Għall-produzzjoni li trid tkun koperta mill-IĠP, il-ħammiela tal-ispraġ li minnha jiġi trid tiġi elenkata fir-Reġistru tal-Ħammiela tal-Ispraġ qabel l-ewwel ħsad tiegħu”. Minflok ma jiġi ddikjarat li r-reġistrazzjoni trid issir fix-xitwa, huwa aktar preċiż li jiġi ddikjarat li din trid tkun qabel il-ħsad, peress li l-ħsad tal-ispraġ xi drabi jista’ jibda lejn l-aħħar ta’ Jannar jew fil-bidu ta’ Frar fi snin aktar sħan.
5.10. L-aġġornament tal-kliem tas-subtaqsima “Tkabbir tal-ispraġ”, is-sostituzzjoni tar-referenzi skaduti, il-kjarifika u l-espansjoni tal-informazzjoni. Taqsima E) KIF JINKISEB IL-PRODOTT
Din l-emenda tikkonċerna l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, fil-paragrafu tas-subtaqsima “Tkabbir tal-ispraġ”, fit-Taqsima E) KIF JINKISEB IL-PRODOTT.
Deskrizzjoni qasira u raġuni għall-emenda
L-emenda tikkonċerna l-aġġornament tal-kliem ta’ din is-subtaqsima, it-tneħħija tar-rakkomandazzjonijiet għat-tkabbir li mhumiex fost l-aspetti li għandhom jiġu rregolati fi Speċifikazzjoni tal-Prodott, jew li huma parti minn leġiżlazzjoni usa’. Prattiki ta’ tkabbir u ta’ kontroll aktar speċifiċi ġew ukoll dettaljati kif meħtieġ.
Biex tittejjeb l-istruttura tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, l-intestatura tas-subtaqsima “Tkabbir tal-ispraġ” ġiet ittikkettata E.3.
Il-biċċa l-kbira ta’ din is-subtaqsima ġiet riveduta. L-informazzjoni skaduta mill-ewwel paragrafu ġiet aġġornata. L-applikazzjoni moderna tal-fertilizzanti u t-tekniki moderni tat-tisqija jfissru li l-ħmiemel tal-ispraġ żgħar jistgħu jiżviluppaw perfettament fuq ċiklu ta’ tkabbir ta’ sena u għalhekk jistgħu jinħasdu s-sena ta’ wara, u b’hekk ma hemmx bżonn li l-ħsad jiġi pospost sat-tielet sena wara ż-żrigħ.
Id-deskrizzjoni tal-“prattiki ta’ tkabbir imwettqa matul is-sena” inkluża fil-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (il-preparazzjoni tal-ħamrija ta’ qabel it-tħawwil, l-applikazzjoni tal-bażi u ta’ faxx fuq wiċċ ir-raba’, l-applikazzjoni ta’ qabel u wara l-ħsad tat-trattamenti għall-protezzjoni tal-pjanti, l-irrigazzjoni, il-ħdim u lqugħ tal-frondi fil-ħarifa) tneħħiet kompletament. Xi wħud minn dawn il-prattiki ta’ kultivazzjoni jitqiesu bħala rakkomandazzjonijiet, u oħrajn huma koperti minn leġiżlazzjoni aktar ġenerali, u għalhekk ma jitqisux bħala rekwiżiti ta’ kultivazzjoni essenzjali li jeħtieġ li jiġu inklużi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Madankollu, hemm żewġ prattiki ta’ kultivazzjoni li huma speċifiċi għaż-żona tal-“Espárrago de Huétor-Tájar”, li huma deċiżivi għall-kwalità tal-prodott, u jiffurmaw parti mit-tradizzjoni tat-tkabbir tal-ispraġ f’din il-parti tal-provinċja ta’ Granada (marbuta mal-fattur uman), jiġifieri:
|
— |
Il-mudell speċifiku tat-tħawwil użat meta tiġi stabbilita u żviluppata għalla tal-ispraġ, li tħalli 1,4–1.6 m bejn ir-ringieli u 50–70 cm bejn il-pjanti. |
|
— |
Il-prattika tal-kisi bil-ħamrija gradwali tal-ispraġ tinsab matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu. |
5.11. L-aġġornament tal-kliem tas-subtaqsima “Ħsad, trasport u kunsinna tal-ispraġ għal pjanti ta’ produzzjoni friska”, is-sostituzzjoni ta’ referenzi skaduti, l-aġġornament u l-kjarifika tal-prattiki, u l-istabbiliment ta’ rekwiżiti ġodda b’impatt deċiżiv fuq il-kwalità tal-prodott. Taqsima E) KIF JINKISEB IL-PRODOTT
Din l-emenda tikkonċerna l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, fil-paragrafu tas-subtaqsima “Ħsad, trasport u kunsinna tal-ispraġ lil impjanti ta’ produzzjoni friska”, fit-Taqsima E) KIF JINKISEB IL-PRODOTT.
Deskrizzjoni qasira u raġuni għall-emenda
L-għan tal-emenda huwa li taġġorna l-informazzjoni f’din is-subtaqsima billi tagħti dettalji dwar il-prattiki ta’ mmaniġġjar għall-materja prima fl-għalqa, u kif tiġi ttrasportata u kkonsenjata lil pjanti ta’ prodotti friski.
Biex tittejjeb l-istruttura tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, l-intestatura ta’ din is-subtaqsima ġiet ittikkettata E.4.
Uħud mill-paragrafi ta’ din is-subtaqsima ġew riveduti.
Fl-ewwel paragrafu, minflok “Il-ħsad jibda fit-tieni jew fit-tielet sena wara t-tħawwil, li jdum 15 jew 30 jum, u mit-tielet sena ’l quddiem ikopri l-istaġun kollu, mill-bidu ta’ Marzu sa nofs Ġunju” , issa jgħid:
“L-għalla tista’ tinħasad mis-sena ta’ wara li tinżera’. Id-dati tal-bidu u tat-tmiem tal-ħsad kull sena jiddependu mill-kundizzjonijiet tat-temp, li ġeneralment iseħħu mill-bidu ta’ Marzu sa nofs Ġunju.”
Għall-istess raġunijiet mogħtija għall-emenda preċedenti fil-punt 5.10 (l-applikazzjoni moderna tal-fertilizzanti u t-tekniki tal-irrigazzjoni), ċiklu ta’ tkabbir ta’ sena huwa biżżejjed biex il-ħmiemel tal-ispraġ żgħar jilħqu kundizzjoni ta’ ħsad perfett sal-istaġun tal-ħsad ta’ wara. Mhux meħtieġ li wieħed jistenna sentejn (2) jew 3 snin wara ż-żrigħ.
Barra minn hekk, is-sentenza li ġejja, li kienet skaduta u inkonsistenti skont l-iskema attwali tal-IĠP, ġiet riveduta: Iridu jintużaw metodi xierqa għat-trasport tal-ispraġ maħsud lejn iċ-ċentri tal-ipproċessar, f’konformità mar-regoli stabbiliti mill-Bord Regolatorju għall-ħsad ta’ dik is-sena. Issa tgħid: Iridu jintużaw metodi xierqa biex l-ispraġ maħsud jiġi ttrasportat lejn iċ-ċentri tal-ipproċessar, filwaqt li tingħata attenzjoni biex jiġi evitat li jinqasmu l-ponot tal-ispraġ jew li z-zkuk jitħallew jinxfu fi kwalunkwe punt qabel il-kunsinna.
Il-paragrafu li jmiss ġie aġġornat ukoll. It-test il-qadim kien: Ladarba jiġi kkonsenjat lill-impjanti tal-immaniġġjar ta’ prodotti friski jew lill-impjanti tal-mili f’laned, l-ispraġ irid jitkessaħ. Jista’ jitqiegħed f’tilari li jkun fihom l-ilma biex il-bażi taz-zkuk tinżamm umda, filwaqt li jinżammu friski u mlaħħma. L-ispraġ għandu jiġi kkundizzjonat fi żmien 24 siegħa minn meta jinħasad. It-test il-ġdid huwa: Ladarba jiġi kkonsenjat lill-impjanti tal-immaniġġjar tal-prodotti friski jew lill-impjanti tal-mili f’laned, l-ispraġ jitqiegħed f’tilari li jkun fihom l-ilma biex il-bażijiet taz-zokk jinżammu umdi u jinħażnu f’idrotkessieħa jew fi friġġijiet biex iżommuh frisk u mlaħħam sakemm jiġi pproċessat. L-ispraġ irid jiġi ppakkjat fi żmien 24 siegħa minn meta jiġi kkonsenjat. Dan għandu jiġi pproċessat fi żmien 72 siegħa mill-kunsinna.
Ġew introdotti żewġ tipi oħra ta’ trattament industrijali tal-ispraġ mal-kunsinna: l-idrotkessiħ u r-refriġerazzjoni. Barra minn hekk, sabiex jiġu ffaċilitati l-kontrolli u ċ-ċertifikazzjoni, issa huwa speċifikat li l-ispraġ irid jiġi kkundizzjonat fi żmien 24 siegħa mill-konsenja, aktar milli mill-ħsad. Huwa faċli li jiġi vverifikat il-ħin eżatt li fih jitwassal l-ispraġ, peress li jiġi rreġistrat b’mod elettroniku flimkien mal-piż tal-lottijiet ikkonsenjati u l-informazzjoni dwar it-traċċabbiltà. Huwa diffiċli ħafna li jiġi vverifikat il-ħin eżatt tal-ħsad. Ġie inkluż ukoll rekwiżit addizzjonali: l-ispraġ irid jiġi pproċessat fi żmien 72 siegħa mill-kunsinna.
Ġie miżjud paragrafu ġdid, li jelenka l-awtoverifiki li għandhom jitwettqu fuq il-materja prima mal-kunsinna lill-impjanti tal-immaniġġjar ta’ prodotti friski jew lill-impjanti tal-mili f’laned. Għal kull aspett tal-materja prima li għandha tiġi vvalutata (li tikkonferma li l-ispraġ huwa tal-varjetà nattiva permezz tad-dehra viżiva u l-karatteristiċi organolettiċi tiegħu, it-tul massimu u minimu taz-zkuk, l-ammont ta’ tarf abjad fil-bażi taz-zokk, il-verifika għal kwalunkwe difett tal-ftuħ tal-ponot bħala sinjal ta’ tixjiħ, fil-ħamrija jew fid-dehra viżiva), tingħata deskrizzjoni dettaljata tal-kontrolli u tar-rekwiżiti, bil-firxiet permessi u t-tolleranzi tad-difetti. Din il-miżura ta’ kontroll ġiet introdotta minħabba li hija pass ewlieni fil-garanzija tal-kwalità tal-prodott finali (spraġ frisk u fil-landa).
L-aħħar paragrafu – “Sabiex tiġi ggarantita l-kwalità tal-prodott, il-Bord Regolatorju jistabbilixxi d-data tat-tmiem għal kull ħsad” – tħassar. Dan il-kunċett ta’ ġestjoni tal-kwalità huwa skadut u huwa inkompatibbli mal-istruttura taċ-ċertifikazzjoni attwali tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-IĠP.
Fl-aħħar nett, fl-aħħar żdied paragrafu dwar ir-rekwiżiti ta’ kontroll ġenerali f’dawn l-istadji tal-proċess: Irid ikun hemm kontrolli fis-seħħ biex jimmonitorjaw il-ħsad, it-trasport u l-kunsinna tal-ispraġ lill-impjanti rreġistrati li jimmaniġġjaw prodotti friski jew tal-mili f’laned.
5.12. L-aġġornament tal-kliem tas-subtaqsima “Preparazzjoni u pproċessar tal-ispraġ”, is-sostituzzjoni tar-referenzi skaduti, l-aġġornament u l-kjarifika tal-prattiki, u l-istabbiliment ta’ rekwiżiti ġodda b’impatt deċiżiv fuq il-kwalità tal-prodott. Taqsima E) KIF JINKISEB IL-PRODOTT
Din l-emenda tikkonċerna l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, fil-paragrafu tas-subtaqsima “Preparazzjoni u pproċessar tal-ispraġ”, fit-Taqsima E) KIF JINKISEB IL-PRODOTT.
Deskrizzjoni dettaljata tal-bidliet u r-raġuni għall-emenda
L-emenda tikkonċerna l-aġġornament tal-kliem tas-subtaqsima “Preparazzjoni u pproċessar tal-ispraġ”, l-aġġornament u l-kjarifika tal-prattiki wara 20 sena. Barra minn hekk, ġew stabbiliti rekwiżiti ġodda b’impatt deċiżiv fuq il-kwalità tal-prodott.
Biex tittejjeb l-istruttura tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, l-intestatura tas-subtaqsima ġiet ittikkettata E.5. It-titolu ġie emendat parzjalment, bi “Preparazzjoni u pproċessar ta’ spraġ” mibdul għal: “E.5. L-immaniġġjar u l-ipproċessar tal-ispraġ”.
It-terminu “elaboración” (“preparazzjoni”) ġie sostitwit b’“manipulación” (“immaniġġjar”) fl-ewwel paragrafu (l-intestatura tat-taqsima). Dan huwa terminu iktar preċiż fil-kuntest tal-immaniġġjar tal-ħxejjex friski. Ċerti proċessi industrijali, li qabel kienu deskritti bħala manwali, ġew aġġornati biex ikopru wkoll il-possibbiltà ta’ awtomatizzazzjoni. Il-kliem “... magħżul bl-idejn fuq ċineg trasportaturi” ġie estiż għal “... magħżula bl-idejn u/jew bil-magna fuq ċineg trasportaturi, bl-għajnuna ta’ magni għat-tqattigħ ...”.
Ġie miżjud paragrafu ġdid mat-taqsima “Preparazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni bħala prodott frisk”: Il-prodotti li jiġu kkummerċjalizzati friski ma jistgħux ikunu soġġetti għal proċess ieħor ta’ mmaniġġjar. Il-prattika tal-imballaġġ mill-ġdid tal-ispraġ frisk kellha tiġi pprojbita minħabba t-telf sinifikanti tal-kwalità kkawżat lill-prodott. L-ispraġ huwa ħaxix li jitħassar malajr ħafna. Huwa fraġli u delikat ħafna, b’riskju għoli ta’ tbenġil u ponot maqsuma. Jista’ jinxef ukoll meta jitneħħa mill-katina kiesħa, u malajr jirtab.
Is-sentenza li taqra “L-ispraġ imbagħad jinġabar f’qatet uniformi ta’ ½ kg, 1 kg jew 2 kg u jitqiegħed f’ċestuni” mhijiex meħtieġa. Din tħassret, peress li din l-informazzjoni kienet diġà inkluża fit-Taqsima B.3. (Standards għall-prodotti mibjugħa friski jew fil-landa).
L-aħħar paragrafu qabel kien jaqra: Il-Bord Regolatorju jimmonitorja l-kunsinna, l-immaniġġjar, il-preżentazzjoni u d-dispaċċ tal-ispraġ frisk, li, wara li jgħaddi minn kontrolli tal-kwalità, jiġi rilaxxat taħt l-isem protett. Dan inbidel għal: Iridu jsiru kontrolli fuq il-kunsinna, l-immaniġġajr, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u d-dispaċċ tal-ispraġ frisk kopert mill-IĠP. Il-bidla hija evidenti minnha nnifisha taħt l-istruttura organizzattiva l-ġdida tal-Bord Regolatorju, li huwa l-korp maniġerjali u ma għandux għalfejn ikollu dmirijiet ta’ kontroll.
Fl-aħħar nett, il-formulazzjoni li tiddeskrivi l-istadji fil-proċess tal-“Mili f’laned” ġiet issimplifikata, u issa taqra kif ġej:
L-ipproċessar industrijali jikkonsisti fl-istadji li ġejjin: idratazzjoni, il-qtugħ tal-bażi taz-zkuk, il-ħasil tal-ispraġ, u t-tieni qtugħ sat-tul tal-kontenitur. Fl-ipproċessar awtomatiku, l-ispraġ jiġi riċevut diġà maqtugħ sat-tul tal-kontenitur, imbagħad jiġi mismut, imkessaħ, mogħti ħasla ta’ wara s-smit, magħżul bl-idejn skont id-daqs biex jitneħħa kwalunkwe zokk difettuż u jiġi ppakkjat bl-idejn fil-laned li miegħu mbagħad jiżdied il-likwidu tal-preservazzjoni (salmura, żejt taż-żebbuġa ekstra verġni jew oħrajn); il-laned imbagħad jissaħħnu minn qabel, jiġu ssiġillati, ippreservati, jitkessħu, jinħażnu, jiġu ttikkettati/jitqiegħdu f’kaxxi, jinħażnu għal darb’ oħra u jintbagħtu. L-użu ta’ sistema tal-egżost jista’ jissostitwixxi l-istadju tat-tisħin minn qabel. L-istadju li jikkonsisti fil-ħażna tal-prodott finali għat-tieni darba jista’ wkoll jitħalla barra.
Il-preservazzjoni tista’ tikkonsisti jew fi sterilizzazzjoni jew pasturizzazzjoni bl-aċidifikazzjoni. Tal-aħħar hija metodu tradizzjonali ta’ preparazzjoni tal-“Espárrago de Huétor-Tájar” fil-landa.
Id-deskrizzjoni tal-proċess tal-mili f’laned issa hija aktar sempliċi sabiex jiġu ffaċilitati l-kontrolli tal-prodotti. It-test issa jkopri wkoll modi ġodda ta’ ħidma fl-industrija xierqa għall-inklużjoni fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, inklużi proċessi awtomatizzati, li jispeċifikaw it-tipi tal-likwidu ta’ preservazzjoni, u jippermettu flessibbiltà fir-rigward tat-tikkettar/l-ippakkjar f’kaxxi/ħżin ulterjuri tal-prodott finali.
Barra minn hekk, minbarra l-isterilizzazzjoni tradizzjonali (newtrali għall-pH) li kienet koperta mill-verżjoni preċedenti, l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott il-ġdida ssemmi wkoll il-pasturizzazzjoni bl-aċidifikazzjoni, sistema tradizzjonali li ilha tintuża għall-mili f’laned tal-ispraġ “triguero” selvaġġ u l-“Espárrago de Huétor-Tájar” mill-1970. Il-pasturizzazzjoni bl-aċidifikazzjoni hija proċess ta’ sħana aktar ħafif mill-isterilizzazzjoni. Dan jgħin biex l-“Espárrago de Huétor-Tájar” jinżamm intatt filwaqt li jżomm it-tiswira laħmija delikata u ratba tiegħu. Il-proċess jgħin ukoll biex jistabbilizza antiossidant naturali li jinsab fl-ispraġ tal-landa, magħruf bħala rutin (kwerċetina-3-O-rutinoside), li għandu benefiċċji sinifikanti għas-saħħa.
Fl-aħħar nett, l-aħħar paragrafu – “Il-Bord Regolatorju jimmonitorja u jassenja l-punteġġi tal-kwalità lil dawn il-proċessi kollha – il-kunsinna, it-tħejjija, l-imballaġġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-prodott finali” – ġie rivedut biex jaqra “Il-kontrolli jridu jitwettqu matul il-proċess kollu tal-kunsinna, it-tħejjija, l-imballaġġ, it-tikkettar, il-ħżin u d-dispaċċ tal-prodott finali”. Il-bidla hija evidenti minnha nnifisha taħt l-istruttura organizzattiva l-ġdida tal-Bord Regolatorju, li huwa l-korp maniġerjali u ma għandux għalfejn ikollu dmirijiet ta’ kontroll.
5.13. Żieda ta’ paragrafu introduttorju u ristrutturar tas-sottotaqsimiet fit-Taqsima F) RABTA MAŻ-ŻONA LOKALI
Din l-emenda tikkonsisti fiż-żieda ta’ paragrafu introduttorju u r-ristrutturar u n-numerazzjoni mill-ġdid fl-ispeċifikazzjoni tas-subtaqsimiet tat-Taqsima F) RABTA MAŻ-ŻONA LOKALI.
Deskrizzjoni qasira u raġuni għall-emenda
Is-subtaqsimiet tat-taqsima “Rabta maż-żona lokali” ġew ristrutturati u nnumerati biex ikunu aktar faċli biex jinqraw u biex tiġi segwita l-istruttura tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012: karatteristiċi taż-żona ġeografika / karatteristiċi tal-prodott / relazzjoni bejn it-tnejn.
Is-subtaqsima “Storja” ġiet sostitwita b’waħda intitolata “Reputazzjoni”. Hemm test ġdid li jintroduċi r-“Rabta maż-żona lokali”, li jiddeskrivi l-aktar aspett importanti li jorbot il-prodott mal-ambjent naturali tiegħu għall-finijiet tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. Din il-verżjoni l-ġdida tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tistabbilixxi “diversi karatteristiċi speċifiċi tal-prodott li jistgħu jiġu attribwiti għall-ambjent agrikolu speċifiku” bħala l-aktar aspett importanti tar-rabta bejn il-prodott u l-ambjent lokali; it-tieni, biex jikkomplementa l-punt preċedenti, tiġi deskritta r-relazzjoni mal-oriġini tal-prodott, jew ir-“reputazzjoni”.
5.14. Bidla fit-titolu u aġġornament tal-kontenut tas-subtaqsima “Storja”. Taqsima F) RABTA MAŻ-ŻONA LOKALI
L-emenda tikkonċerna l-bidla fit-titolu tas-subtaqsima “Storja” għal “F.1. – Ir-reputazzjoni” u l-aġġornament tal-informazzjoni fiha. Din l-emenda taffettwa l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, fis-subtaqsima “Storja” tat-Taqsima F) RABTA MAŻ-ŻONA LOKALI.
Deskrizzjoni qasira u raġuni għall-emenda
It-Titolu tas-subtaqsima “Storja” ġie sostitwit b’ “F.1 – Reputazzjoni”. Il-kliem f'F.1. Ir-“Reputazzjoni” (li qabel kienet intitolata “Storja”) ġiet aġġornata, peress li l-informazzjoni biblijografika u xjentifika dwar l-“Espárrago de Huétor-Tájar” ġiet aġġornata f’dawn l-aħħar 20 sena.
Il-verżjoni l-ġdida tintroduċi referenzi għal-letteratura storika li tappoġġja l-affermazzjoni li l-ispraġ “triguero” li jikber fis-selvaġġ ilu magħruf u apprezzat minn żminijiet antiki, u – kif diġà ddeskriviet l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott preċedenti – kif huwa differenti mill-ispraġ tal-ġnien (Asparagus officinalis L.). L-informazzjoni storika mit-tletinijiet u l-erbgħinijiet issa hija appoġġjata minn testimonjanzi mill-bdiewa ta’ Huétor-Tájar inklużi fil-pubblikazzjonijiet maħruġa mill-Bord Regolatorju tal-IĠP “Espárrago de Huétor-Tájar” fl-2000. (Pubblikazzjoni El arte culinario del Espárrago de Huétor-Tájar [L-arti kulinari tal- “Espárrago de Huétor-Tájar”]). Fid-diskussjoni dwar ir-reputazzjoni storika tal-prodott, it-test il-ġdid jiddeskrivi kif is-settur kooperattiv kiber fil-belt ta’ Huétor-Tájar fit-tmeninijiet bis-saħħa tal-kultivazzjoni ta’ din il-varjetà indiġena, li ppermettiet lil Huétor-Tájar jagħmel isem għalih innifsu bħala wieħed miż-żoni ewlenin tat-tkabbir tal-ispraġ tal-Ewropa. Bejn l-1996 u l-2003 ħarġu għadd ta’ pubblikazzjonijiet li ddiskutew l-impatt soċjoekonomiku tal-kultivazzjoni tal-“Espárrago de Huétor-Tájar” fiż-żona tal-produzzjoni, u appoġġjaw il-fehma li din il-belt ta’ Granada kienet “żona importanti għat-tkabbir tal-ispraġ fi Spanja u fl-Ewropa kollha kemm hi”.
It-test issa jinkludi wkoll deskrizzjoni storika ta’ kif l-industrija tal-mili f’laned twaqqfet f’Huétor-Tájar fis-snin 1970, bl-“Espárrago de Huétor-Tájar” imfittex mill-pijunier tal-ispraġ fil-landa ta’ Spanja, José Redondo Fúnez, minħabba s-similarità tiegħu mal-ispraġ “triguero” selvaġġ. It-trademark “Los Monteros” kienet l-ewwel marka Spanjola li taħtha ġie imballat l-ispraġ Mediterranju għall-ewwel darba fl-1970, segwita mill-“Espárrago de Huétor-Tájar” fil-bidu tat-tmeninijiet, minħabba s-similarità kbira tiegħu mal-ispraġ “triguero” selvaġġ.
5.15. Bidla fit-titolu u aġġornament tal-kontenut fis-subtaqsima “Natura” (Pajsaġġ, Ħamrija, Klima u Idrografija). Taqsima F) RABTA MAŻ-ŻONA LOKALI
L-emenda tikkonċerna l-bidla fit-titolu tas-subtaqsima “-Natura” għal “F.2. - Karatteristiċi speċifiċi taż-żona tal-produzzjoni”, kif ukoll l-aġġornament tal-informazzjoni fis-subtaqsima, u tikkoreġi l-iżbalji fl-istampar u l-iżbalji fit-taqsimiet dwar il-Pajsaġġ, il-Ħamrija, il-Klima u l-Idrografija. Is-Subtaqsima ġiet ristrutturata f’żewġ intestaturi: “Fatturi naturali” u “Fatturi umani”. L-informazzjoni taħt l-intestatura “Fatturi naturali” ġiet aġġornata, u ġiet miżjuda intestatura ġdida, “Fatturi umani”, bħala parti essenzjali mis-subtaqsima l-ġdida tal-Ispeċifikazzjoni “F.2. - Karatteristiċi speċifiċi taż-żona tal-produzzjoni” (li qabel kienet intitolata “Natura”).
Dawn l-emendi jaffettwaw l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, fis-subtaqsima “Natura” tat-Taqsima F) RABTA MAŻ-ŻONA LOKALI.
Deskrizzjoni dettaljata tal-bidliet u r-raġuni għall-emenda
It-Titolu tas-subtaqsima “Natura” ġie sostitwit b’“F.2. - “Karatteristiċi speċifiċi taż-żona tal-produzzjoni”, f’konformità mal-istruttura l-ġdida għat-taqsima riveduta “Rabta maż-żona lokali”, kif deskritt fl-emenda 5.13. Dan se jagħmel it-test aktar faċli biex jinqara u se jsegwi l-istruttura tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.
Taħt l-intestatura “Pajsaġġ”, il-limitu superjuri tal-altitudni għat-tkabbir tal-ispraġ fiż-żona tal-produzzjoni ġie aġġornat. Il-formulazzjoni “L-għalla titkabbar f’altitudnijiet ta’ bejn 450 u 650 metru ’l fuq mil-livell tal-baħar” inbidlet għal: “L-għalla titkabbar f’altitudnijiet ta’ bejn 450 u 1 100 metru ’l fuq mil-livell tal-baħar.” Iż-żoni tradizzjonali tat-tkabbir tal-ispraġ taż-żona ta’ produzzjoni tal-IĠP huma ġeneralment pjanuri baxxi u fertili ħdejn il-baċin tax-Xmara Genil u t-tributarji tagħha, li jinsabu f’altitudnijiet bejn 450–650 m. Hekk kif l-għalla nħadmet b’mod aktar wiesa’, din iż-żona nfirxet lejn it-truf tal-pjanuri u l-għoljiet li jmissu magħhom li jiffurmaw parti miż-żona tal-produzzjoni, u laħqet altitudnijiet sa 1 100 m.
Ġew ikkoreġuti żbalji fl-istampar u żbalji taħt l-intestatura “Ħamrija”. Il-kliem “Il-kuntest ġeoloġiku taż-Żona tal-produzzjoni huwa...” ġie sostitwit bi “Il-kuntest ġeoloġiku taż-żona tal-produzzjoni...”. Saru bidliet fis-sentenza “ It-tiswiriet tal-ħamrija li fihom jitkabbar l-ispraġ huma t-trab ġulġlieni tafli, it-trab ġulġlieni ramli u tafli u, sa ċertu punt, it-trab ġulġlieni ramli u t-trab ġulġlieni xaħxi ” biex isir aktar grammatikament korrett bl-Ispanjol (korrezzjoni tat-truf aġġettivali).
Fl-aħħar nett, it-tielet paragrafu sar aktar preċiż. Issa jiddikjara li l-pigmentazzjoni tal-antoċjanina tinstab b’mod komuni fl-ispraġ (ponta u zokk) minħabba li l-għalla titkabbar fil-ħamrija bbażata fuq il-ġebla tal-ġir/lom li hija tipika taż-żona tal-produzzjoni, u karatteristika distintiva ta’ din il-ħamrija hija li hija fqira fil-fosforu u rikka fil-manjeżju. Il-kliem “ Il-fatt li l-ħamrija hija fqira fil-fosforu u rikka fil-manjeżju huwa dak li jagħti l-ispraġ il-pigmentazzjoni intensa tiegħu, b’aħdar aktar profond fiz-zokk u b’aktar vjola fil-ponta ” nbidel għal: Il-ħamrija bbażata fuq il-ġebla tal-ġir/lom li hija tipika taż-żona tal-produzzjoni hija fqira fil-fosforu u rikka fil-manjeżju, li tirriżulta fil-pigmentazzjoni intensa tal-antoċjanina (kulur vjola fil-ponta u z-zokk).
L-iżbalji fl-istampar u l-iżbalji ġew ikkoreġuti taħt l-intestatura “Klima”. L-iżbalji fl-istampar u l-iżbalji ġew ikkoreġuti fl-ewwel paragrafu, u l-valuri tat-temperatura issa huma mqarrba għal pożizzjoni deċimali waħda minflok tnejn. Minflok... “it-temperatura medja hija ta’ 16,3 1 C, b’medja ta’ 7,14 1 C fix-xitwa u ta’ 26,41 1 C fis-sajf”, it-test issa jaqra... “it-temperatura medja hija ta’ 16,3 °C, b’medja ta’ 7,1 °C fix-xitwa u ta’ 26,4 °C fis-sajf.”
Saru kjarifiki fit-tielet paragrafu, li jtejbu d-deskrizzjoni tal-gradjent termali għoli li jinsab fiż-żona u kif dan jgħin biex jiġi evitat il-ftuħ tal-ponot bħala sinjal ta’ tixjiħ. Il-frażi “moderatament għoli matul il-jum għal baxx billejl” ġiet estiża biż-żieda ta’ “(varjazzjonijiet kbar ta’ kuljum f’temperatura sa 22 °C)”.
Il-frażi “Temperaturi jvarjaw minn 141 C f’Marzu sa 19.2 1 C f’Ġunju” ġiet sostitwita mit-“temperaturi medji tal-ħsad li jvarjaw minn 14 °C f’Marzu sa 19,2 °C f’Ġunju.”
Għalhekk issa ġie ċċarat li t-temperatura medja hija ta’ 14 °C u ddaħħlet “°C” fejn kienet nieqsa.
Il-formulazzjoni taħt l-intestatura “Idrografija” ġiet iċċarata. Is-sentenza tal-ftuħ issa tirreferi għal “Iż-żona tal-produzzjoni...”, li huwa t-terminu aktar preċiż u huwa definit fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Il-frażi “Ix-Xmara Genil u... taqsam iż-żona mil-Lvant għall-Punent” inbidlet għal “Ix-Xmara Genil u... taqsam iż-żona tal-produzzjoni mil-Lvant għall-Punent”.
Hemm subtaqsima kompletament ġdida dwar “Fatturi umani”. Dan se jagħmilha aktar faċli biex wieħed jifhem il-fatturi speċifiċi taż-żona tal-produzzjoni (naturali u tal-bniedem) u kif dawn huma marbuta mal-karatteristiċi tal-prodott kif deskritt fis-subtaqsima dwar il-korrelazzjoni (F.4. Korrelazzjoni bejn il-fatturi naturali u umani u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott).
Is-subintestatura l-ġdida “Fatturi umani” taqra kif ġej:
Fatturi umani
Għażla tal-materjal tal-pjanti u prattiki ta’ kultivazzjoni
L-“Espárrago de Huétor-Tájar” jista’ jitqies bħala ekotip assoċjat mal-belt ta’ Huétor-Tájar (il-popolazzjoni tal-“Morado de Huétor”), ir-riżultat ta’ proċess ta’ inkroċjar tar-razez u ta’ selezzjoni ġenetika massal mill-bdiewa tal-belt sa mis-snin 30. Il-fatturi umani u naturali fiż-żona tal-produzzjoni kellhom rwol ewlieni fl-iżvilupp ta’ dan il-materjal tal-pjanti.
L-inkroċju tal-ispeċi Asparagus maritimus Mill. u Asparagus officinalis L. għall-formazzjoni ta’ ibridu naturali u l-proċess tal-għażla li jirriżulta minn nofs is-seklu 20 ’il quddiem jikkostitwixxi kisba kbira fl-ortikultura Spanjola, assoċjata direttament ma’ Huétor-Tájar. Ma hemm l-ebda speċi magħrufa oħra ta’ spraġ ikkultivat – tradizzjonali jew kummerċjali – imkien fid-dinja li hija bbażata fuq ibridu botaniku ta’ dan it-tip.
Il-pjanti omm u ż-żrieragħ użati għat-tkabbir tal-ispraġ nattiv ta’ Huétor-Tájar jintgħażlu bl-użu tal-prattiki tradizzjonali segwiti f’din il-belt ta’ Granada mill-bidu tas-seklu 20 u għaddew minn ġenerazzjoni għall-oħra.
Il-prattiki speċifiċi ta’ kultivazzjoni segwiti – bħad-distanzi sinifikanti li jitħallew bejn il-pjanti tal-ispraġ (1,40–1,60 m bejn ir-ringieli u 50–70 cm bejn il-pjanti), il-kisi bil-ħamrija gradwali tal-ħmiemel tal-pjanti u l-ħsad effiċjenti u metikoluż bl-użu ta’ tekniki tradizzjonali żviluppati f’Huétor-Tájar – huma ideali biex tinkiseb materja prima ta’ kwalità għolja.
Metodi tal-mili f’laned
L-“Espárrago de Huétor-Tájar” fil-landa jitħejja bl-użu ta’ teknika speċjali. Ir-riċetta tista’ tiġi traċċata lura għall-intraprenditur tal-mili f’laned José Redondo Fúnez, li kien fost l-ewwel li ppreserva u biegħ l-ispraġ “triguero” selvaġġ fi Spanja fil-bidu tas-snin sebgħin u aktar tard, madwar l-1982, ittrasferixxa l-metodu lill-“Espárrago de Huétor-Tájar” li ssostitwixxa l-ispraġ selvaġġ bħala l-materja prima minħabba s-similarità tiegħu mal-ispeċijiet selvaġġi. L-aktar parti importanti tal-proċess tal-mili f’laned tal-ispraġ hija l-pasturizzazzjoni bl-aċidifikazzjoni.
5.16. Inklużjoni ta’ subtaqsima ġdida “F.3. – Karatteristiċi speċifiċi tal-prodott” sabiex l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott issir konformi mar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 il-ġdid. Taqsima F) RABTA MAŻ-ŻONA LOKALI
L-emenda tikkonċerna l-inklużjoni tas-subtaqsima “F.3 – Karatteristiċi speċifiċi tal-prodott” li tiġbor fil-qosor il-kwalitajiet ewlenin tal-“Espárrago de Huétor-Tájar” deskritti fit-Taqsima B) b’impatt deċiżiv fuq il-kwalità tal-prodott. Din is-subtaqsima l-ġdida hija meħtieġa għal speċifikazzjonijiet ġodda, u ġġibhom konformi mar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. Din l-emenda taffettwa l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott fit-Taqsima F) RABTA MAŻ-ŻONA LOKALI.
Verżjoni ġdida:
F.3. – Karatteristiċi speċifiċi tal-prodott
Il-varjetà tal-ispraġ imkabbar bħala “Espárrago de Huétor-Tájar” tagħtih ċerti karatteristiċi speċifiċi (id-dehra viżiva, il-proprjetajiet organolettiċi u l-ġenetika unika) li huma tipiċi tal-ispraġ selvaġġ tal-Mediterran (Asparagus maritimus Mill.) li minnu joriġina, inkroċjat mal-Asparagus officinalis L.
Kemm jekk frisk kif ukoll jekk fil-landa, l-ispraġ għandu ċerti karatteristiċi li juru l-influwenza sinifikanti kemm tal-fatturi ambjentali kif ukoll umani (kif titkabbar l-għalla u kif il-prodotti jiġu ttrattati) fuq id-dehra viżiva, il-karatteristiċi organolettiċi u l-kompożizzjoni fitokimika tiegħu.
Il-karatteristiċi speċifiċi li l-“Espárrago de Huétor-Tájar” ġej mill-profil ġenetiku uniku tiegħu jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej:
|
— |
Dehra viżiva:
|
Organolettiċi (valutazzjoni tal-ispraġ frisk):
|
— |
Tiswira: tarija, laħmija u ratba. Iz-zkuk huma flessibbli ħafna. Skont id-dijametru – aktar kemm ikun irqiq iz-zokk, aktar jitgħawweġ – xi wħud jistgħu jitgħawġu ’l fuq minn 70° mingħajr ma jinqasmu. |
|
— |
Togħma: ħlewwa morra |
|
— |
Aromi: aroma intensa. |
Dawn il-karatteristiċi fiżiċi u organolettiċi kollha jinsabu wkoll fi speċijiet oħra li jikbru fis-selvaġġ tal-ispraġ (Asparagus albus, Asparagus aphyllus, Asparagus acutifolius, Asparagus horridus, Asparagus maritimus, eċċ.) magħrufa fin-Nofsinhar ta’ Spanja bħala “espárragos trigueros”.
Barra minn hekk, il-karatteristiċi speċifiċi tal-“Espárrago de Huétor-Tájar” assoċjati ma’ fatturi agroambjentali huma:
Zokk u ponta b’forma tajba, u kulur tal-antoċjanina jew vjola tal-ispraġ, speċjalment il-ponta. L-indukrar tal-għelejjel u l-immaniġġjar tal-prodotti esperti tal-bidwi, flimkien mal-kundizzjonijiet tajbin tal-biedja u tal-klima taż-żona, jagħtu materja prima ta’ kwalità għolja – zokk tal-ispraġ dritt ħafna b’ponta ta’ kulur vjola ffurmata sew.
5.17. Inklużjoni ta’ subtaqsima ġdida “F.4. – Korrelazzjoni bejn il-fatturi naturali u umani u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott” sabiex l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott issir konformi mar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 il-ġdid. Taqsima F) RABTA MAŻ-ŻONA LOKALI
L-emenda tikkonċerna subtaqsima ġdida miżjuda biex tispjega konnessjoni mhux koperta b’mod espliċitu fil-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott: F.4 – Korrelazzjoni bejn il-fatturi naturali u umani u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott. Din is-subtaqsima l-ġdida hija meħtieġa biex l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott il-ġdida ssir konformi mar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. Inkiteb test ġdid għal din is-subtaqsima, bl-użu ta’ xi siltiet – dwar “il-kundizzjonijiet tat-tkabbir”, “l-indukrar tal-għalla” u “l-ħsad” – mill-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Din l-emenda taffettwa l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott fit-Taqsima F) RABTA MAŻ-ŻONA LOKALI.
Verżjoni ġdida:
F.4. – Korrelazzjoni bejn il-fatturi naturali u umani u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott
Il-karatteristiċi tal-prodott huma marbuta mal-fatturi naturali kif ġej:
Kundizzjonijiet speċifiċi tal-biedja u tal-ambjent:
Il-kundizzjonijiet speċifiċi tal-biedja u tal-ambjent fiż-żona tal-produzzjoni jwasslu għat-tkabbir ta’ zkuk tal-ispraġ dritti ħafna b’ponot iffurmati tajjeb u magħluqa u pigmentazzjoni intensa tal-antoċjanina, li ġeneralment isseħħ matul il-perjodu tal-ħsad, ir-raġuni għaliex l-ispraġ nattiv ta’ Huétor-Tájar huwa magħruf ukoll bħala “spraġ vjola ħadrani”.
Il-fatt li l-ħamrija tal-ġebla tal-ġir/lom tipika taż-żona ta’ Vega Baja del Genil ta’ Granada hija fqira fil-fosforu u l-varjazzjonijiet ewlenin fit-temperatura bejn il-jum u l-lejl iwasslu għal pigmentazzjoni intensa tal-antoċjanina fiz-zkuk tal-ispraġ. Il-kontenut għoli tal-potassju tal-ħamrija ġulġliena taflija taż-żona tal-produzzjoni jtejjeb il-kwalità tal-ispraġ, u jagħti liz-zkuk ponta ffurmata sew.
L-irjieħ huma ġentili fiż-żona tal-produzzjoni, peress li r-ringieli tal-muntanji li jmissu magħhom jaġixxu bħala barriera. Dan huwa tajjeb għat-tkabbir tal-ispraġ, speċjalment fiż-żmien tal-ħsad, minħabba li z-zkuk tal-ispraġ ma jkunux mgħawġin waqt li jikbru, u b’hekk jagħtu zkuk dritti ħafna.
It-temperaturi matul il-ħsad huma ideali għat-tkabbir ta’ spraġ ta’ kwalità tajba, u jvarjaw minn moderatament għoljin matul il-jum għal baxxi billejl (varjazzjonijiet kbar ta’ kuljum f’temperatura sa 22 °C), li jippermettu liz-zkuk jikbru fil-parti ċentrali tal-ġurnata u jevitaw il-ftuħ tal-ponot bħala sinjal ta’ tixjiħ billejl. Dawn il-fluttwazzjonijiet kbar fit-temperatura jiffavorixxu wkoll il-pigmentazzjoni tal-antoċjanina fiz-zkuk tal-ispraġ.
L-intensità għolja tal-kulur tal-antoċjanina jew vjola ta-zkuk tal-ispraġ hija ġenetika, aċċentwata minn fatturi ambjentali li jżidu l-livelli ta’ ċerti pigmenti – l-antoċjanini – fil-qoxra. L-“Espárrago de Huétor-Tájar” fih ukoll livelli għoljin ħafna ta’ polifenol relatat ieħor, magħruf fid-dinja tal-ispraġ bħala rutin (kwerċetina-3-O-rutinoside). Bħala membru tal-familja tal-flavonojdi, ir-rutin huwa responsabbli għall-preċipitati li jagħtu fil-griż li tipikament jinstabu fl-“Espárrago de Huétor-Tájar” fil-landa. Dan jappartjeni għal familja magħrufa sew ta’ fitokimiċi, il-polifenoli, u huwa antiossidant li jagħti s-saħħa.
Il-karatteristiċi tal-prodott huma marbuta mal-fatturi umani kif ġej:
Kundizzjonijiet speċifiċi tat-tkabbir:
L-aspetti tal-kultivazzjoni influwenzati mill-bniedem huma l-mod li bih jinkiseb il-materjal tal-pjanti u t-tekniki speċifiċi tat-tkabbir u tal-ħsad, li jikkontribwixxu għall-produzzjoni ta’ spraġ iffurmat tajjeb u ta’ kwalità għolja.
* Kif jinkiseb il-materjal tal-pjanti
Sabiex jinkiseb materjal tal-pjanti indiġeni, l-ewwel jeħtieġ li ssir għażla preċiża tal-pjanti omm. Sa mit-tletinijiet, il-bdiewa ta’ Huétor-Tájar wettqu dan il-proċess b’esperjenza u dedikazzjoni, u pprovdew il-bażi għall-iżvilupp tal-varjetà lokali “Huétor-Tájar vjola ħadra”, magħrufa wkoll fil-letteratura bħala l-popolazzjoni “Morado de Huétor”.
Dan l-ekotip assoċjat mal-belt ta’ Huétor-Tájar huwa r-riżultat ta’ proċess ta’ inkroċjar tar-razez u ta’ selezzjoni ġenetika tal-massa mill-bdiewa tal-belt sa mill-bidu tas-seklu 20. L-“Espárrago de Huétor-Tájar” huwa meqjus bħala ekotip li huwa qarib filoġenetiku mill-qrib tal-ispeċi Asparagus maritimus Mill., mill-istess familja botanika bħall-“espárrago triguero”, li huwa l-isem tradizzjonalment użat fin-Nofsinhar ta’ Spanja biex jirreferi għal diversi speċijiet mill-ġeneru Asparagus (Asparagus albus, Asparagus aphyllus, Asparagus acutifolius, Asparagus horridus, Asparagus maritimus, eċċ.) li jiffurmaw parti mill-ħajja tipika tal-pjanti Mediterranji. Dawn l-ispeċijiet huma differenti ħafna mill-ispeċi komuni kkultivata Asparagus officinalis L., li tinkludi l-kultivari kummerċjali attwali u l-varjetajiet prodotti madwar id-dinja.
Il-kwalità organolettika ewlenija komuni għad-diversi speċijiet tal-ispraġ “triguero” selvaġġ hija t-togħma kemxejn morra jew ħelwa morra tagħhom, kwalità li tinsab ukoll fl-“Espárrago de Huétor-Tájar”. L-“Espárrago de Huétor-Tájar” jikseb l-imrar tiegħu minn bijomarkatur speċifiku ieħor ta’ din il-popolazzjoni tal-ispraġ: sarsapogenin, membru tal-genins, grupp fitokimiku. Din is-sustanza ma tinsabx fil-varjetajiet ikkultivati komuni tal-ispraġ, li kollha jappartjenu għall-ispeċi Asparagus officinalis L.
Il-prossimità filoġenetika mill-qrib bejn l-ispeċi “Espárrago de Huétor-Tájar” u l-ispeċi selvaġġa Asparagus maritimus Mill. – flimkien ma’ karatteristiċi botaniċi, organolettiċi u fitokimiċi komuni oħra – torbot it-tnejn. Tiddistingwi wkoll l-“Espárrago de Huétor-Tájar” minn varjetajiet kummerċjali oħra tal-ispraġ tal-ġonna, li ġejjin mill-ispeċi Asparagus officinalis L.
* It-tħawwil tal-ispraġ u l-iżvilupp tal-għelejjel
Id-disinn tat-tħawwil huwa karatteristika speċifika tal-ispraġ nattiv ta’ Huétor-Tájar, peress li huwa varjetà b’ħajja twila ħafna. Il-pjanti jitqiegħdu aktar ’il bogħod minn xulxin, u jħallu 1,4–1,6 m bejn ir-ringieli u 50–70 cm bejn il-pjanti.
*L-indukrar tal-għalla
Il-kisi bil-ħamrija huwa importanti biex tinkiseb kwalità tajba f’din il-varjetà. Il-proċess jikkonsisti fil-ġbir gradwali tal-ħamrija fuq ix-xifer matul il-ħajja tal-ħammiela, li jgħin biex jiġi evitat li l-ispraġ jiċkien jew ixaqleb lejn il-ftuħ tal-ponot bħala sinjal ta’ tixjiħ. Madankollu, għandha tingħata attenzjoni – li tirrikjedi li l-bidwi jkollu esperjenza kbira – biex jiġi żgurat li dan ikun proċess gradwali, peress li wisq ħamrija tista’ tikkawża soffokazzjoni tal-għeruq fi snin aktar umdi.
* Ħsad:
L-għalla normalment tinħasad kmieni filgħodu sabiex l-ispraġ ma jkunx espost għax-xemx ta’ nofsinhar. Għażla inizjali ssir direttament fuq ir-roqgħa art, u tarmi kwalunkwe spraġ li jkun miftuħ, mibrum, bil-ħsara minħabba l-pesti, eċċ. L-ispraġ jinġabar f’qatet u jitqiegħed bir-reqqa fil-vettura, xogħol li jeħtieġ ħila u esperjenza biex jiżgura li z-zkuk delikati tal-ispraġ ma jinqasmux waqt it-trasport lejn iċ-ċentru tal-immaniġġjar jew tal-ipproċessar.
Il-ħsad b’suċċess jiddependi fuq it-teknika u l-esperjenza mgħoddija minn ġenerazzjoni għall-oħra.
Kundizzjonijiet speċifiċi tal-mili f’laned
Fl-aħħar nett, kundizzjonijiet speċifiċi tal-ipproċessar bħall-“pasturizzazzjoni bl-aċidifikazzjoni” jgħinu biex l-“Espárrago de Huétor-Tájar” jinżamm intatt u tiġi ppreservata t-tiswira laħmija delikata u ratba tiegħu, kif ukoll biex jinżammu konċentrazzjonijiet stabbli ta’ antiossidant li jagħti s-saħħa li huwa tipiku tal-“Espárrago de Huétor-Tájar” fil-landa, jiġifieri r-rutin (kwerċetina-3-O-rutinoside), li jista’ jinstab bħala preċipitat li jagħti fil-griż fil-qiegħ tal-landa. Ir-rutin jinsab f’konċentrazzjonijiet ħafna ogħla fl-ispraġ miż-żona ta’ Huétor-Tájar minħabba fatturi agroambjentali.
5.18. Id-dispożizzjonijiet relatati mal-Korp ta’ Spezzjoni ġew sostitwiti b’sistemi ġodda għall-kontrolli tal-konformità tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. It-Taqsima G ma għadhiex intitolata “KORP TA’ SPEZZJONI” iżda pjuttost “KONTROLLI TAL-KONFORMITÀ TAL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT”
L-emenda tikkonċerna informazzjoni aġġornata dwar l-awtorità kompetenti u link għas-sit web tagħha, li għandha dettalji tal-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità. Dan biex it-test isir konformi mar-rekwiżiti dwar il-kontrolli tal-konformità tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1151/2012. It-Taqsima G ma għadhiex intitolata “KORP TA’ SPEZZJONI” iżda pjuttost “KONTROLL TAL-KONFORMITÀ TAL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT”. Din l-emenda taffettwa l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott fit-Taqsima F) RABTA MAŻ-ŻONA LOKALI.
5.19. Aġġornament tal-logo tal-IĠP u l-kliem tat-Taqsima H) TIKKETTAR
L-emenda tikkonsisti fl-aġġornament tal-logo u tal-kliem tal-IĠP, is-sostituzzjoni ta’ “korp maniġerjali” b’“Bord Regolatorju”, flimkien ma’ xi aspetti tal-formati tat-tikkettar għall-materjal tal-pjanti. Din l-emenda tikkonċerna t-taqsima H) TIKKETTAR tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
Deskrizzjoni qasira u raġuni għall-emenda
Fit-test kollu, it-terminu “Denominazzjoni Speċifika” ġie sostitwit b’“IĠP” u “korp maniġerjali” b’“Bord Regolatorju”. “Nebbieta” ġiet miżjuda mat-tipi ta’ materjal tal-pjanti elenkati fit-tieni paragrafu, u l-aħdar (Pantone 576) ġie stabbilit bħala l-uniku kulur tat-tikketta sekondarja li għandu jintuża għall-materjal tal-pjanti (żerriegħa, nebbieta jew kuruni).
Il-logo tal-IĠP ġie aġġornat kif ġej:
Ġie miżjud paragrafu ġdid fl-aħħar tat-Taqsima H) biex l-informazzjoni botanika dwar l-“Espárrago de Huétor-Tájar” tkun tista’ tidher fuq it-tikketti.
Dawn li ġejjin jistgħu, b’mod fakultattiv, jidhru fuq it-tikkettar kemm tal-materjal tal-pjanti kif ukoll tal-prodotti koperti:
“Variedad tipo espárrago triguero ‘Asparagus officinalis L. x Asparagus maritimus Mill.’ ”
5.20. It-Taqsima I (REKWIŻITI LEĠIŻLATTIVI) tħassret
Din it-taqsima tħassret peress li ma għadhiex rekwiżit għall-Ispeċifikazzjonijiet tal-Prodott skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.
5.21. Iċ-ċifri (mapep) tħassru
Il-grafika (mapep) tneħħiet minn tmiem l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott peress li ma żiedet l-ebda informazzjoni utli.
DOKUMENT UNIKU
Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
“ESPÁRRAGO DE HUÉTOR-TÁJAR”
Nru tal-UE: PGI-ES-0056-AM01
IĠP (X) DOP ()
1. Isem/ismijiet
“Espárrago de Huétor–Tájar”
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
Spanja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
L-isem “Espárrago de Huétor-Tájar” jindika zkuk ħodor fil-vjola, tarija, b’saħħithom u nodfa tal-ispraġ mill-varjetà lokali magħrufa bħala “Espárago Verde Morado de Huétor-Tájar” jew “Morado de Huétor” (Asparagus officinalis L. x Asparagus maritimus Mill.), magħruf lokalment bħala “espárragos trigueros” .
Il-karatteristiċi li jiddistingwu l-“Espárrago de Huétor-Tájar” minn varjetajiet kummerċjali oħra tal-ispraġ aħdar huma kif ġej:
|
— |
Dehra viżiva: L-ispraġ għandu kulur tal-antoċjanina f’firxiet ta’ vjola, vjola tal-bronż, bronż, aħdar fil-vjola jew aħdar. Iz-zkuk huma dritti u ċilindriċi. Ivarjaw minn irqaq sa medji (dijametru ta’ bejn 4 mm u 16 mm), u l-ponta hija ppuntata jew konika u usa’ mill-bqija taz-zokk (forma ta’ lanza). Iz-zkuk għandhom “xpruni” żgħar taħt il-brakti u linji ħfief jistgħu jkunu viżibbli fuq il-qoxra. |
|
— |
Proprjetajiet organolettiċi: Meta jkun frisk, it-tiswira tal-ispraġ tkun tarija, laħmija u ratba. Iz-zkuk huma flessibbli ħafna: skont id-dijametru – aktar kemm ikun irqiq iz-zokk, aktar jitgħawweġ — xi wħud jistgħu jitgħawġu ’l fuq minn 70°. L-ispraġ għandu togħma delikata ħelwa morra u aroma intensa. |
L-ispraġ jista’ jinbiegħ frisk jew fil-laned.
L-ispraġ mibjugħ frisk huwa kklassifikat skont it-tul u d-dijametru taz-zkuk f’żewġ klassijiet: “Extra” u “I”. Ir-rekwiżiti u t-tolleranzi tad-difetti għal dawn il-klassijiet huma stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
Id-dijametru minimu għall-ispraġ mibjugħ frisk huwa ta’ 4 mm għaż-żewġ klassijiet (“Extra” u “I”). Id-differenza fid-dijametru bejn l-eħxen u l-irqaq zkuk f’pakkett wieħed jew f’qatta waħda ma tistax taqbeż it-8 mm.
L-ispraġ frisk jista’ jiġi ppreżentat b’wieħed mill-modi li ġejjin:
F’qatet marbuta b’mod sikur sa 2 kg;
Sfużi jew miġbura f’pakketti żgħar mqiegħda ġewwa pakketti jew kaxxi sa 6 kg.
L-“Espárrago de Huétor-Tájar” tal-landa huwa ppreservat fi kwalunkwe likwidu ta’ preservazzjoni awtorizzat mil-leġiżlazzjoni attwali. Is-salmura (ilma, melħ u aċidu ċitriku) u żejt taż-żebbuġa ekstra verġni huma partikolarment komuni. Jiġi gradat bl-użu tal-klassijiet tal-kwalità “Extra” u “I”. Ir-rekwiżiti u t-tolleranzi tad-difetti għal dawn il-klassijiet huma stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
Prodotti fil-landa:
|
— |
L-ispraġ mill-popolazzjoni indiġena ta’ Huétor-Tájar, imkabbar u maħsud fiż-żona tal-produzzjoni. |
|
— |
Il-preservazzjoni tal-likwidi awtorizzati mil-leġiżlazzjoni attwali dwar il-ħxejjex ippreservati. |
3.4. Passi speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
Il-passi li ġejjin iridu jsiru fiż-żona tal-produzzjoni: l-għażla u l-produzzjoni taż-żrieragħ, it-tħawwil u l-iżvilupp tal-għelejjel, il-ħsad, il-kunsinna, il-preparazzjoni, il-ħżin u l-immaniġġjar tal-ispraġ fi pjanti ta’ prodotti friski, u l-mili f’laned.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-imballaġġ, it-tikkettar eċċ. tal-prodott li għalih jirreferi l-isem irreġistrat
Il-prodott, kemm fil-forma friska kif ukoll fil-laned, irid jiġi ppakkjat fiż-żona tal-produzzjoni sabiex tiġi ppreservata l-kwalità tal-prodott mill-bidu sal-aħħar. L-ispraġ huwa prodott li jitħassar malajr ħafna, b’kontenut għoli ta’ ilma (aktar minn 90 %) u jista’ jiġi deidrat malajr. Iz-zkuk tat-truf huma fraġli ħafna u ma jistgħux jiġu f’kuntatt mal-ilma qabel ma l-prodott jiġi ppreparat għall-bejgħ (peress li t-truf jistgħu jitħassru). L-esperjenza lokali miksuba fl-industrija tal-immaniġġjar/tal-mili f’laned tal-“Espárrago de Huétor-Tájar” hija essenzjali biex tinżamm il-kwalità tal-prodott sal-imballaġġ.
Il-prodotti li jiġu kkummerċjalizzati friski ma jistgħux ikunu soġġetti għal proċess ieħor ta’ mmaniġġjar.
It-tikketti għandhom jinkludu l-frażi Indicación Geográfica Protegida “Espárrago de Huétor-Tájar” [“Indikazzjoni Ġeografika Protetta 'Espárrago de Huétor-Tájar'”] jew il-logo rreġistrat li ġej:
Tikketta sekondarja nnumerata kkontrollata mill-korp ta’ ġestjoni tal-IĠP trid titwaħħal mal-imballaġġ kollu użat għall-materjal tal-pjanti (żrieragħ, nebbieta jew kuruni) jew għall-ispraġ frisk jew tal-landa kopert mill-IĠP.
Dawn li ġejjin jistgħu, b’mod fakultattiv, jissemmew fuq it-tikketta:
“Variedad tipo espárrago triguero ‘ Asparagus officinalis L. x Asparagus maritimus Mill.’ ”
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona tal-produzzjoni tinsab fiż-żona “Vega Baja del Genil” fil-Punent tal-provinċja ta’ Granada, bejn żewġ ringieli ta’ muntanji: is-sistema Subbaetika fit-Tramuntana u s-Sistema Penibaetika fin-Nofsinhar. Dan jinkludi l-muniċipalitajiet ta’ Huétor-Tájar, Illora, Loja, Moraleda de Zafayona, Salar u Villanueva Mesía u jkopri medda ta’ madwar 78 000 ettaru.
5. Link maż-żona ġeografika
L-aktar aspett importanti tar-rabta bejn il-prodott u l-ambjent lokali ġie stabbilit bħala “diversi karatteristiċi speċifiċi tal-ispraġ li jistgħu jiġu attribwiti għall-ambjent agrikolu speċifiku”; it-tieni nett, biex jikkomplementa l-punt preċedenti, ir-relazzjoni mal-oriġini tal-prodott, jew ir-“reputazzjoni”.
5.1. Speċifiċità taż-żona ġeografika
Fatturi naturali
Iż-żona tal-produzzjoni tinsab fir-reġjun ta’ Vega Baja del Genil, wied tax-xmara li jinsab fil-parti tal-Punent tal-provinċja ta’ Granada. Huwa wied wiesa’ u fertili ħafna, b’altitudni ta’ 450 m fl-aktar punt baxx tiegħu, fejn il-kultivazzjoni tal-ispraġ bdiet madwar l-1930. L-għalla issa tkopri l-għelieqi mtarrġa tal-Vega Baja del Genil kważi sas-Sistema Baetika (1 100 m f’altitudni).
L-għelejjel jitħawlu f’ħamrija b’bażi ta’ ġebla tal-ġir/lom u ħamrija ġulġliena taflija, tipika tar-reġjun ta’ Vega Baja del Genil ta’ Granada, b’livell baxx ta’ fosfru u b’livell għoli ta’ potassju.
Is-sriebet ta’ muntanji li jmissu maż-żoni tax-xmara, fejn il-biċċa l-kbira tal-kultivazzjoni tal-ispraġ hija kkonċentrata, jaġixxu bħala ostaklu għall-irjieħ.
Il-varjazzjonijiet kbar ta’ kuljum fit-temperaturi matul il-ħsad – sa 22 °C – huma tipiċi taż-żona tal-produzzjoni tal-“Espárrago de Huétor-Tájar”.
Fatturi umani
Il-popolazzjoni tal-“Morado de Huétor” tista’ titqies bħala ekotip assoċjat mal-belt ta’ Huétor-Tájar, ir-riżultat ta’ proċess ta’ inkroċjar u ta’ selezzjoni ġenetika tal-massa mill-bdiewa tal-belt sa mit-tletinijiet. Il-fatturi umani u naturali fiż-żona tal-produzzjoni kellhom rwol ewlieni fl-iżvilupp ta’ dan il-materjal tal-pjanti.
L-inkroċju tal-ispeċi Asparagus maritimus Mill. u Asparagus officinalis L. għall-formazzjoni ta’ ibridu naturali u l-proċess tal-għażla li jirriżulta minn nofs is-seklu 20 ’il quddiem jikkostitwixxu kisba kbira fl-ortikultura Spanjola, assoċjata direttament ma’ Huétor-Tájar.
Il-prattiki speċifiċi ta’ kultivazzjoni segwiti – bħad-distanzi sinifikanti li jitħallew bejn il-pjanti (1,40–1.60 m bejn ir-ringieli u 50–70 cm bejn il-pjanti), il-kisi bil-ħamrija gradwali tal-ħmiemel tal-pjanti u l-ħsad effiċjenti u metikoluż bl-użu ta’ tekniki tradizzjonali żviluppati f’Huétor-Tájar – huma ideali biex tinkiseb materja prima ta’ kwalità għolja.
L-“Espárrago de Huétor-Tájar” fil-landa jitħejja bl-użu ta’ teknika speċjali. Ir-riċetta tista’ tiġi traċċata lura għall-intraprenditur tal-mili f’laned José Redondo Fúnez, li kien fost l-ewwel li ppreserva u biegħ l-ispraġ Mediterranju li jikber fis-selvaġġ (espárragos trigueros) fi Spanja fil-bidu tas-snin sebgħin u aktar tard, madwar l-1982, ittrasferixxa l-metodu lill-“Espárrago de Huétor-Tájar” li ssostitwixxa l-ispraġ “triguero” selvaġġ bħala l-materja prima minħabba s-similarità tiegħu mal-varjetà selvaġġa. L-aktar parti importanti tal-proċess tal-mili f’laned tal-ispraġ hija l-pasturizzazzjoni bl-aċidifikazzjoni.
5.2. Karatteristiċi distintivi tal-prodott
L-“Espárrago de Huétor-Tájar” għandu karatteristiċi speċifiċi (dehra viżiva u proprjetajiet organolettiċi) li huma tipiċi tal-ispraġ selvaġġ tal-Mediterran (Asparagus maritimus Mill.) li minnu joriġina, inkroċjat mill-Asparagus officinalis L.
Dehra viżiva
Tonalitajiet tal-antoċjanina (zokk u ponta): firxiet ta’ vjola, vjola fil-bronż, bronż, vjola fl-aħdar u aħdar
Zokk ta’ forma tajba: dritt u ċilindriku, li jvarja minn irqiq għal medju (b’dijametru ta’ bejn 4 mm u 16 mm), u l-ponta hija ppuntata jew konika u usa’ mill-bqija taz-zokk (forma ta’ lanza).
Qoxra u brakti: iz-zkuk għandhom “xpruni” żgħar taħt il-brakti u linji ħfief jistgħu jkunu viżibbli fuq il-qoxra.
Organolettiċi (valutazzjoni tal-ispraġ frisk):
Tiswira: tarija, laħmija u ratba. Iz-zkuk huma flessibbli ħafna. Skont id-dijametru – aktar kemm ikun irqiq iz-zokk, aktar jitgħawweġ – xi wħud jistgħu jitgħawġu ’l fuq minn 70° mingħajr ma jinqasmu.
|
|
Togħma: ħlewwa morra |
|
|
Aromi: aroma intensa. |
5.3. Għad-DOP: rabta kawżali bejn il-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott u l-ambjent ġeografiku, u għall-IĠP: rabta kawżali bejn l-oriġini ġeografika u, fejn xieraq, kwalità partikolari, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħrajn tal-prodott
Il-karatteristiċi tal-prodott huma marbuta mal-fatturi naturali kif ġej:
|
— |
Kundizzjonijiet speċifiċi tal-biedja u tal-ambjent |
Il-kundizzjonijiet speċifiċi tal-biedja u tal-ambjent fiż-żona tal-produzzjoni jiffavorixxu t-tkabbir ta’ zkuk tal-ispraġ dritti ħafna b’ponot iffurmati tajjeb u magħluqa u pigmentazzjoni intensa tal-antoċjanina (vjola), li hija r-raġuni għaliex l-“Espárrago de Huétor-Tájar” huwa magħruf ukoll bħala “spraġ vjola ħadrani”.
Il-kontenut baxx ta’ fosforu tal-ħamrija bbażata fuq il-ġebla tal-ġir/lom u l-varjazzjonijiet ewlenin fit-temperatura bejn il-jum u l-lejl (sa 22 °C) fiż-żona tal-produzzjoni jwasslu għal pigmentazzjoni intensa tal-antoċjanina fiz-zkuk tal-ispraġ. Assoċjati ma’ dan, insibu wkoll konċentrazzjonijiet għoljin ta’ flavonoid rutin (kwerċetina-3-O-rutinoside) li huma ħafna ogħla minn dawk li jinsabu f’tipi oħra ta’ spraġ aħdar.
Il-kontenut għoli ta’ potassju fil-ħamrija ġulġliena taflija taż-żona tal-produzzjoni jipproduċi ponta ffurmata tajjeb u jnaqqas il-ftuħ tal-ponot bħala sinjal ta’ tixjiħ. Is-sriebet ta’ muntanji biswit xulxin jaġixxu bħala ostaklu għall-irjieħ, u jnaqqsu t-tendenza li z-zkuk tal-ispraġ jitgħawġu waqt li jikbru, u b’hekk jagħtu zkuk dritti ħafna. Il-fluttwazzjonijiet sinifikanti fit-temperatura tul il-jum matul il-ħsad jirriżultaw fi zkuk iffurmati tajjeb peress li jikbru biss matul il-jum.
Fl-aħħar nett, il-karatteristiċi tal-prodott huma marbuta mal-fatturi umani kif ġej:
|
— |
Kundizzjonijiet speċifiċi tat-tkabbir |
* Kif jinkiseb il-materjal tal-pjanti: dan jirrikjedi għażla preċiża ta’ pjanti omm. Sa mill-1930, il-bdiewa ta’ Huétor-Tájar wettqu dan il-proċess b’esperjenza u dedikazzjoni, u pprovdew il-bażi għall-iżvilupp tal-popolazzjoni lokali “Morado de Huétor”.
Il-prossimità filoġenetika mill-qrib bejn l-ispeċi “Espárrago de Huétor-Tájar” u l-ispeċi selvaġġa Asparagus maritimus Mill. torbot it-tnejn. Tiddistingwi wkoll l-“Espárrago de Huétor-Tájar” minn varjetajiet kummerċjali oħra tal-ispraġ tal-ġonna, li ġejjin mill-ispeċi Asparagus officinalis L. Il-kwalità organolettika ewlenija komuni għad-diversi speċijiet ta’ spraġ selvaġġ hija t-togħma kemxejn morra jew ħelwa morra tiegħu, kwalità li tinsab ukoll fl-“Espárrago de Huétor-Tájar”. L-“Espárrago de Huétor-Tájar” jikseb l-imrar tiegħu minn bijomarkatur speċifiku ta’ din il-popolazzjoni tal-ispraġ: sarsapogenin, membru tal-genins, grupp fitokimiku. Din is-sustanza ma tinsabx f’varjetajiet oħra tal-ispraġ miksuba mill-ispeċi Asparagus officinalis L.
* It-tħawwil tal-ispraġ u l-iżvilupp tal-għelejjel Ix-xejra tat-tħawwil mifrux li ntużat – minħabba l-fatt li din hija varjetà b’ħajja twila ħafna – hija karatteristika speċifika tal-kultivazzjoni tal-ispraġ Huétor-Tájar.
* L-indukrar tal-għalla Waqt it-tkabbir tal-“Espárrago de Huétor-Tájar”, il-kisi bil-ħamrija gradwali huwa importanti biex jinkiseb prodott iffurmat tajjeb (ponta magħluqa u dijametru usa’ taz-zokk). Din it-teknika tirrikjedi li l-bdiewa ta’ Huétor-Tájar ikollhom esperjenza kbira, u għaddiet minn ġenerazzjoni għal oħra mill-1930.
* Ħsad: Il-ħsad b’suċċess jiddependi fuq it-teknika u l-esperjenza, li huma essenzjali għall-kisba ta’ prodott frisk u ta’ kwalità għolja. Il-prattiki użati għall-ħsad tal-ispraġ ilhom stabbiliti f’Huétor-Tájar u għaddew minn ġenerazzjoni ta’ bdiewa għal oħra.
|
— |
Kundizzjonijiet speċifiċi tal-mili f’laned |
Fl-aħħar nett, kundizzjonijiet speċifiċi tal-ipproċessar bħall-“pasturizzazzjoni bl-aċidifikazzjoni” jgħinu biex l-“Espárrago de Huétor-Tájar” jinżamm intatt u tiġi ppreservata t-tiswira laħmija delikata u ratba tiegħu, kif ukoll biex jinżammu konċentrazzjonijiet stabbli ta’ antiossidant li jagħti s-saħħa li huwa tipiku tal-“Espárrago de Huétor-Tájar” tal-landa, jiġifieri r-rutin (kwerċetina-3-O-rutinoside), li jista’ jinstab bħala preċipitat li jagħti fil-griż fil-qiegħ tal-landa. Ir-rutin jinsab f’konċentrazzjonijiet ħafna ogħla fl-ispraġ miż-żona ta’ Huétor-Tájar minħabba fatturi agroambjentali.
|
— |
Ir-reputazzjoni |
Huwa magħruf li l-muniċipalità ta’ Huétor-Tájar, fiż-żona ta’ Vega de Granada, kienet fost l-ewwel żoni fejn tkabbar l-ispraġ tal-ġnien, madwar l-1930, kif iddikjarat fil-pubblikazzjoni li ħarġet mit-tieni “Konferenza Teknika dwar l-Ispraġ” (Zoilo Serrano, II Jornadas Técnicas del Espárrago (1988), Navarra, volum I, il-paġna 53).
Il-moviment tal-kooperattiva agrikola f’Huétor-Tájar, marbut mill-qrib mal-ispraġ “triguero” tal-Mediterran, ġie kkonsolidat madwar l-1980, u nieda l-prodott frisk fis-swieq madwar Spanja u l-Ewropa, li jfisser li l-konsumaturi bdew jidentifikaw il-prodott b’rabta mal-post tal-oriġini tiegħu bħala l-“Espárrago de Huétor-Tájar” (J. Menor Torivio, “ La Vega de Granada: Transformaciones agrarias recientes en un espacio periurbano ” [“Il-Pjanuri ta’ Granada: Żviluppi reċenti tal-biedja f’żona periurbana”]. Monográfico Tierras del Sur. Universidad de Granada-Instituto de Desarrollo Regional, 2000). Il-ġeografu Ġermaniż Andreas Voth (l-Università ta’ Vechta) jiddeskrivi ż-żona tat-tkabbir tal-ispraġ ta’ Huétor-Tájar bħala mudell ta’ referenza fl-iskema tal-UE tal-IĠP/DOP, u jiddikjara li l-“ispraġ vjola ħadrani ta’ Huétor-Tájar” (“ grün-violettem Spargel bei Huétor-Tájar ”) huwa “spraġ tat-tip ‘triguero’ ” (“Triguero-Spargel”) li huwa apprezzat ħafna fl-Andalusija. (Voth, A. 2002: Entwicklungen Innovattiva f’der Erzeugung und Vermarktung von Sonderkulturprodukten – dargestellt an Fallstudien aus Deutschland, Spanien und Brasilien [Żviluppi Innovattivi fil-Produzzjoni u l-Kummerċjalizzazzjoni tal-Għelejjel ta’ Speċjalità – bl-użu ta’ studji tal-każijiet mill-Ġermanja, Spanja u l-Brażil]. Vechtaer Studien zur Angewandten Geographie und Regionalwissenschaft, volume 24, Vechta, p.340., teżi ta’ wara d-dottorat).
L-“Espárrago de Huétor-Tájar” ilu jissemma f’Wikipedia mill-2008.
L-“Espárrago de Huétor-Tájar” kellu rwol ewlieni fid-9 Kungress Ewropew tal-Ispraġ (Euro Asper 2012), li sar fi Granada (mill-21 sat-23 ta’ Marzu 2012).
Pubblikazzjonijiet xjentifiċi internazzjonali ppubblikati bejn l-1992 u l-2019 jipprovdu prova tan-natura unika tal-“Espárrago de Huétor-Tájar” (L. Amian, et al., 2018, “Introgressjoni tal-qarib selvaġġ tal-ġermoplażma Asparagus spp. fit-tellieqa tal-art Spanjola ‘Morado de Huétor’ ”). Acta Hortic. 1223. ISHS 2018. DOI 10.17660/ActaHortic.2018.1223.5)
Il-fatt li l-varjetà lokali “Morado de Huétor” ilha titkabbar fil-belt sa mit-tletinijiet ifisser li Huétor-Tájar issa għamel isem għalih innifsu bħala wieħed mir-reġjuni l-aktar magħrufa tal-UE li jkabbru l-ispraġ.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott
(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)
It-test sħiħ tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jinstab hawn:
jew permezz tas-sit web tal-Ministeru Reġjonali għall-Agrikoltura, is-Sajd, l-Ilma u l-Iżvilupp Rurali (https://lajunta.es/3w3lc) billi tikklikkja fuq:
“Temas”/“Industrias, Innovación y Cadena Agroalimentaria”/“Calidad”/“Denominaciones de Calidad”/“Frutas y Hortalizas”; l-ispeċifikazzjoni tinsab taħt l-isem ta’ din id-denominazzjoni ta’ kwalità.
(1) Ir-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar indikazzjonijiet ġeografiċi għall-inbid, ix-xorb spirituż u l-prodotti agrikoli, kif ukoll l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti u t-termini tal-kwalità mhux obbligatorji għall-prodotti agrikoli, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) 2019/787 u (UE) 2019/1753 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (ĠU L, 2024/1143, 23.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1143/oj).
(*1) Ir-rekwiżit tad-dardir tal-likwidu tal-preservazzjoni ma japplikax għall-produzzjoni ppreservata fiż-żejt taż-żebbuġa ekstra verġni.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5439/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)