<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-459/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0459</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:209">EU:C:2021:209</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas‑<DATE ISO="20210317">17.3.2021</DATE> – Kawża C‑459/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Wellcome Trust</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-qorti tal-ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20210317">17 ta’ Marzu 2021</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali</KEYWORD><KEYWORD>Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/112/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 43 u 44</KEYWORD><KEYWORD>Post tal-provvista tas-servizzi pprovduti lil persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali</KEYWORD><KEYWORD>Post tal-provvista ta’ servizzi ta’ ġestjoni ta’ investimenti rċevuti minn organizzazzjoni ta’ karità għal attività professjonali mhux ekonomika minn fornituri stabbiliti barra mill-Unjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑459/19,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) (il-Qorti Superjuri (Awla tat-Taxxa u tal-Ekwità), ir-Renju Unit), permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20190613">13 ta’ Ġunju 2019</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑<DATE ISO="20190617">17 ta’ Ġunju 2019</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">The Commissioners for Her Majesty’s Revenue &amp; Customs</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Wellcome Trust Ltd,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn E. Regan, President tal-Awla, M. Ilešič, E. Juhász (Relatur), C. Lycourgos u I. Jarukaitis, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: G. Hogan,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Wellcome Trust Ltd, minn F. Mitchell, barrister, u, kif ukoll minn P. Nathwani, C. Millard u H. Grantham, solicitors,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn Z. Lavery, bħala aġent, assistita minn E. Mitrophanous, barrister,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Irlanda, minn M. Browne, J. Quaney u A. Joyce, bħala aġenti, assistiti minn N. Travers, SC,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn S. Jiménez García, bħala aġent,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn R. Lyal u A. Armenia, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal‑<DATE ISO="20200625">25 ta’ Ġunju 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 44 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat‑<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="335" PAGE.FIRST="60" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 335, p. 60</REF.DOC.OJ>), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2008/8/KE tat‑<DATE ISO="20080212">12 ta’ Frar 2008</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="044" PAGE.FIRST="11" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 44, p. 11</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Direttiva dwar il-VAT<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn The Commissioners for Her Majesty’s Revenue &amp; Customs (l-Amministrazzjoni tat-Taxxa u tad-Dwana, ir-Renju Unit) u Wellcome Trust Ltd (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>WTL<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) dwar ir-rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) imħallsa fir-rigward ta’ servizzi li ġew ipprovduti minn ġestjonarji tal-investiment stabbiliti barra mill-Unjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2008/8</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessa 4 tad-Direttiva 2008/8 tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Għall-forniment tas-servizzi lil persuni taxxabbli, ir-regola ġenerali rigward il-post tal-forniment tas-servizzi għandha tkun ibbażata fuq il-post fejn huwa stabbilit ir-riċevitur, aktar milli fejn huwa stabbilit il-fornitur. Għall-finijiet tar-regoli li jiddeterminaw il-post tal-forniment tas-servizzi u li jiġu minimizzati l-piżijiet fuq in-negozju, il-persuni taxxabbli li għandhom ukoll attivitajiet mhux taxxabbli għandhom ikunu ttrattati bħala taxxabbli għas-servizzi kollha mogħtijin lilhom. Bl-istess mod, persuni ġuridiċi mhux taxxabbli li huma identifikati għall-finijiet tal-VAT għandhom jitqiesu bħala persuni taxxabbli. Dawn id-dispożizzjonijiet, skond regoli normali, m’għandhomx jestendu għall-fornimenti ta’ servizzi riċevuti minn persuna taxxabbli għall-użu personali tagħha jew dak tal-persunal tagħha.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva dwar il-VAT</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva dwar il-VAT jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>It-transazzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għall-VAT:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>il-provvista ta’ servizzi bi ħlas fit-territorju ta’ Stat Membru minn persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 9 ta’ din id-direttiva, li jinsab taħt it-Titolu III tagħha, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Persuni taxxabbli<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jiddisponi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Persuna taxxabbli<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> għandha tfisser kull persuna li, b’mod indipendenti, twettaq fi kwalunkwe post kwalunkwe attività ekonomika, ikun x’ikun l-iskop jew ir-riżultati ta’ dik l-attività.</ALINEA><ALINEA>Kwalunkwe attività ta’ produtturi, kummerċjanti jew persuni li jagħtu servizzi, inklużi attivitajiet fil-minjieri u fl-agrikoltura u attivitajiet fil-professjonijiet, għandhom jitqiesu bħala <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>attività ekonomika<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/>. L-isfruttament ta’ proprjetà tanġibbli jew intanġibbli għal skopijiet ta’ dħul minnha fuq bażi kontinwa għandha b’mod partikolari titqies bħala attività ekonomika.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>It-Titolu V tal-imsemmija direttiva, dwar il-post tat-tranżazzjonijiet taxxabbli, jinkludi, b’mod partikolari, il-Kapitolu 3, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Post ta’ provvista ta’ servizzi<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, huwa stess maqsum fi tliet taqsimiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>It-Taqsima 1, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Definizzjoijiet<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, tinkludi artikolu wieħed, l-Artikolu 43 tad-Direttiva dwar il-VAT, li huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Għall-fini li jiġu applikati r-regoli li jikkonċernaw il-post tal-forniment tas-servizzi:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(1)</NO.P><TXT>persuna taxxabbli li twettaq ukoll attivitajiet jew transazzjonijiet li m’humiex ikkunsidrati bħala forniment taxxabbli ta’ merkanzija jew servizzi skond l-Artikolu 2(1) għandha titqies bħala persuna taxxabbli fir-rigward tas-servizzi kollha fornuti lilha;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>persuna ġuridika mhux taxxabbli li hi identifikata għall-finijiet tal-VAT għandha titqies bħala persuna taxxabbli.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>It-Taqsima 2, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Regoli ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, tinkludi l-Artikoli 44 u 45 ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 44 tal-imsemmija direttiva huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Il-post tal-forniment tas-servizzi lil persuna taxxabbli li qiegħda taġixxi bħala tali għandu jkun il-post fejn dik il-persuna tkun stabbilixxiet in-negozju tagħha. Madankollu, jekk dawk is-servizzi jiġu fornuti lil stabbiliment fiss tal-persuna taxxabbli li jinsab f’post li ma jkunx il-post fejn hija stabbilixxiet in-negozju tagħha, il-post tal-forniment ta’ dawk is-servizzi għandu jkun il-post fejn jinsab dak l-istabbiliment fiss. Fin-nuqqas ta’ tali post ta’ stabbiliment jew stabbiliment fiss, il-post tal-forniment tas-servizzi għandu jkun il-post fejn il-persuna taxxabbli li tirċievi tali servizzi għandha l-indirizz permanenti tagħha jew fejn tirrisjedi normalment.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 45 tal-istess direttiva jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Il-post tal-forniment tas-servizzi lil persuna mhux taxxabbli għandu jkun il-post fejn il-fornitur ikun stabbilixxa n-negozju tiegħu. Madankollu, jekk dawk is-servizzi jiġu fornuti minn stabbiliment fiss tal-fornitur li jinsab f’post li ma jkunx il-post fejn huwa stabbilixxa n-negozju tiegħu, il-post tal-forniment ta’ dawk is-servizzi għandu jkun il-post fejn jinsab dak l-istabbiliment fiss. Fin-nuqqas ta’ tali post ta’ stabbiliment jew stabbiliment fiss, il-post tal-forniment tas-servizzi għandu jkun il-post fejn il-fornitur għandu l-indirizz permanenti tiegħu jew fejn jirrisjedi normalment.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>It-Taqsima 3, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Dispożizzjonijiet partikolari<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, tinkludi l-Artikoli 46 sa 59a tad-Direttiva dwar il-VAT, li jipprevedu sensiela ta’ rabtiet speċifiċi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-premessa 19 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011 tal‑<DATE ISO="20110315">15 ta’ Marzu 2011</DATE> li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni fir-rigward tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="077" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 77, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Regolament ta’ Implimentazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>), tipprovdi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Għandu jiġi ċċarat li meta s-servizzi fornuti lil persuna taxxabbli jkunu intenzjonati għal bżonnijiet privati, inkluż użu mill-persunal tal-klijent, dik il-persuna taxxabbli m’għandiex titqies li qed taġixxi fil-kapaċità tagħha ta’ persuna taxxabbli. Sabiex jiġi determinat jekk il-klijent hux jaġixxi bħala persuna taxxabbli jew le, l-għoti tan-numru ta’ identifikazzjoni għall-VAT lill-fornitur għandu jkun biżżejjed biex tiġi determinata din il-kwalità jekk il-fornitur ikollu informazzjoni differenti. Għandu jiġi żgurat ukoll li servizz uniku akkwistat kemm għan-negozju kif ukoll għal raġunijiet personali wkoll jiġi ntaxxat biss f’post wieħed.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-Kapitolu V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Il-post tat-transazzjonijiet taxxabbli<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, jinkludi, b’mod partikolari, it-Taqsima 4, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Il-lok tal-forniment tas-servizzi (Artikoli 43 sa 59 tad-Direttiva [dwar il-VAT])<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, hija stess maqsuma fi ħdax‑il subtaqsima.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Is-subtaqsima 2, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Il-kapaċità tal-klijent<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, tinkludi artikolu wieħed, l-Artikolu 19 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni, li huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Għall-fini tal-applikazzjoni tar-regoli dwar il-lok tal-forniment tas-servizzi previsti fl-Artikoli 44 u 45 tad-Direttiva [dwar il-VAT], persuna taxxabbli, jew persuna legali mhux taxxabbli li titqies bħala persuna taxxabbli, li tirċievi servizzi esklużivament għall-użu personali tagħha inkluż għal dak tal-persunal tagħha, hija kkunsidrata bħala persuna mhux taxxabbli.</ALINEA><ALINEA>Ħlief jekk ikollu informazzjoni kuntrarja, bħal informazzjoni dwar in-natura tas-servizzi pprovduti, il-fornitur jista’ jikkunsidra s-servizzi huma ddestinati għall-attività ekonomika tal-klijent jekk, għal dik it-transazzjoni, il-klijent ikun infurmah bin-numru individwali tiegħu ta’ identifikazzjoni għall-VAT.</ALINEA><ALINEA>Meta l-istess servizz ikun maħsub kemm għal użu privat, inkluż użu mill-persunal tal-klijent, kif ukoll għal użu tan-negozju, il-forniment ta’ dan is-servizz jiddependi esklużivament mill-Artikolu 44 tad-Direttiva [dwar il-VAT], dment li ma tkun teżisti ebda prattika abbużiva.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tar-Renju Unit</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Ir-regoli applikabbli fil-qasam tal-provvista ta’ servizzi ġew implimentati fid-dritt tar-Renju Unit permezz tal-Artikolu 7A tal-Value Added Tax Act 1994 (il-Liġi tal‑1994 dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud) li huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>Post tal-provvista tas-servizzi</ALINEA><ALINEA>(1) Din it-taqsima tapplika sabiex jiġi ddeterminat, għall-finijiet ta’ dan l-Att, il-pajjiż li fih jiġu pprovduti s-servizzi.</ALINEA><ALINEA>(2) Provvista ta’ servizz għandha titqies li seħħet –</ALINEA><ALINEA><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>f’każ fejn il-persuna li lilha ġew ipprovduti s-servizzi hija imprenditur rilevanti, fil-pajjiż fejn jinsab id-destinatarju tas-servizz, u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>inkella, fil-pajjiż fejn ikun jappartjeni l-fornitur.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><?PAGE NO="5"?><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA>(4) Għall-finijiet ta’ dan l-Att, persuna hija imprenditur rilevanti fir-rigward ta’ provvista ta’ servizzi jekk il-persuna –</ALINEA><ALINEA><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>tkun persuna taxxabbli fis-sens tal-Artikolu 9 tad-[Direttiva dwar il-VAT],</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>tkun irreġistrata skont dan l-Att,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>tkun identifikata għall-finijiet tal-VAT skont il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru minbarra r-Renju Unit, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>hija rreġistrata skont Att ta’ Tynwald għall-finijiet ta’ kull taxxa imposta minn jew skont Att ta’ Tynwald li tikkorrispondi [għall-VAT],</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>u li s-servizzi huma rċevuti mill-persuna għal finijiet li ma humiex esklużivament privati.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>WTL hija l-unika trustee ta’ trust ta’ karità, il-Wellcome Trust, li tagħmel għotjiet għal riċerka medika. WTL tirċievi dħul minn investimenti u teżerċita wkoll ċertu numru ta’ attivitajiet żgħar, fosthom il-bejgħ, ir-restawr u l-kiri ta’ proprjetajiet immobbli li għalihom hija rreġistrata għall-VAT. Id-dħul minn investimenti, li jikkostitwixxi l-parti l-kbira tal-finanzjament tal-għotjiet ipprovduti, joriġina prinċipalment minn investimenti barra mill-pajjiż li għalihom is-servizzi ta’ ġestjonarji, stabbiliti kemm fl-Unjoni kif ukoll barra mill-Unjoni, huma pprovduti lil WTL.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fis-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19960620">20 ta’ Ġunju 1996</DATE>, <NAME.CASE>Wellcome Trust</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑155/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:243">EU:C:1996:243</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>attivitajiet ekonomiċi<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> fis-sens tal-Artikolu 4(2) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas‑<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE> fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23), dispożizzjoni li sussegwentement saret l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva dwar il-VAT, ma jinkludix attività li tikkonsisti fix-xiri u fil-bejgħ ta’ azzjonijiet u titoli oħra minn trustee fil-kuntest tal-ġestjoni tal-beni ta’ trust ta’ karità. Konsegwentement, WTL ġiet irrifjutata l-irkupru tat-taxxa tal-input imħallsa fuq l-ispejjeż kollha sostnuti relatati tal-portafoll tagħha barra mill-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Skont l-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) (il-Qorti Superjuri (Awla tat-Taxxa u tal-Ekwità), ir-Renju Unit), il-qorti tar-rinviju, huwa stabbilit li, l-ewwel nett, WTL hija persuna taxxabbli fis-sens tal-Artikoli 2 u 9 tad-Direttiva dwar il-VAT, li, sussegwentement, l-attività li tikkonsisti fix-xiri u fil-bejgħ ta’ azzjonijiet u ta’ titoli oħra minn WTL fil-kuntest tal-ġestjoni tal-beni tal-Wellcome Trust baqgħet l-istess meta mqabbla ma’ dik eżaminata fl-imsemmija sentenza, u li, fl-aħħar nett, din l-attività mhux ekonomika hija attività professjonali, mhux attività privata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>L-imsemmija qorti tispeċifika wkoll li WTL użat is-servizzi akkwistati mingħand fornituri stabbiliti barra mill-Unjoni esklużivament għall-attività professjonali tagħha u li ma użatx dawn is-servizzi għall-provvista ta’ servizzi taxxabbli fis-sens tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva dwar il-VAT. Fil-fatt, WTL għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-istatus ta’ karità tat-trust u hija pprojbita milli twettaq attività kummerċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Mill‑2010, WTL ħallset il-VAT fuq is-servizzi li ġew ipprovduti lilha minn ġestjonarji tal-investiment stabbiliti barra mill-Unjoni, konformement mal-mekkaniżmu tar-reverse charge previst fl-Artikolu 196 tad-Direttiva dwar il-VAT, billi assumiet li l-post tal-provvista ta’ dawn is-servizzi kien ir-Renju Unit.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Bejn April 2016 u Ġunju 2017, WTL ressqet talbiet għal rimbors, minħabba li, mill-perspettiva tagħha, hija kienet ħallset ammont wisq għoli ta’ taxxi tal-output fir-rigward tal-imsemmija servizzi. Essenzjalment, WTL sostniet li, kieku kienet persuna taxxabbli skont l-Artikoli 2 u 9 tad-Direttiva dwar il-VAT, hija ma kinitx tkun persuna taxxabbli <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>li taġixxi bħala tali<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, fis-sens tal-Artikolu 44 ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fis-sentenza tagħha tal‑<DATE ISO="20181010">10 ta’ Ottubru 2018</DATE>, il-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (il-Qorti tal-Ewwel Istanza (Awla Fiskali), ir-Renju Unit) laqgħet l-argumenti ta’ WTL. Wara li rrilevat li ma kienx neċessarju li l-provvisti ta’ servizzi jaqgħu jew taħt l-Artikolu 44 jew taħt l-Artikolu 45 tad-Direttiva dwar il-VAT, din il-qorti kkonstatat li d-dispożizzjonijiet nazzjonali li ttrasponew l-Artikolu 44 ta’ din id-direttiva, li identifikaw ir-Renju Unit bħala l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>post tal-provvista ta’ servizzi<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> għall-persuni taxxabbli li jaġixxu fil-kwalità professjonali, ma humiex konformi mal-imsemmi Artikolu 44.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>L-Amministrazzjoni tat-Taxxa u tad-Dwana appellat quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Quddiem din l-qorti, din l-awtorità sostniet li, minn naħa, l-Artikolu 44 tad-Direttiva dwar il-VAT japplika abbażi kemm tal-formulazzjoni u tal-iskop ta’ din id-dispożizzjoni kif ukoll tad-dispożizzjonijiet relatati magħha u, min-naħa l-oħra, għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, post tal-provvista ta’ servizzi għandu jkun identifikabbli. Issa, peress li, f’dan il-każ, ma huwiex allegat li l-provvisti ta’ servizzi jaqgħu taħt l-Artikolu 45 tad-Direttiva dwar il-VAT jew li tapplika xi waħda mir-regoli speċifiċi stabbiliti fl-Artikoli 46 sa 59a ta’ din id-direttiva, isegwi li għandu japplika l-Artikolu 44 tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Skont WTL, peress li huwa stabbilit li hija ma hijiex <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, għall-finijiet tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva dwar il-VAT, meta hija teżerċita l-attivitajiet ta’ investimenti tagħha, lanqas ma tista’ tkun persuna taxxabbli <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>li taġixxi bħala tali<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, fis-sens tal-Artikolu 44 ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tindika li s-soluzzjoni tat-tilwima tiddependi mill-post li għandu jiġi adottat bħala l-post tal-provvista ta’ servizzi ta’ ġestjoni ta’ investimenti li WTL irċeviet mingħand il-fornituri stabbiliti barra mill-Unjoni. Issa, sabiex ikun jista’ jiġi stabbilit il-post ta’ dawn il-provvisti ta’ servizzi, għandu jiġi stabbilit jekk WTL għandhiex titqies li hija persuna taxxabbli <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>li taġixxi bħala tali<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, fis-sens tal-Artikolu 44 tad-Direttiva dwar il-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) (il-Qorti Superjuri (Awla tat-Taxxa u tal-Ekwità)) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 44 tad-Direttiva [dwar il-VAT] għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna taxxabbli għandha titqies bħala <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="2019" ID="QE0030"/> fejn il-persuna taxxabbli li teżerċita attività mhux ekonomika li tikkonsisti fix-xiri u l-bejgħ ta’ ishma u titoli oħra fil-ġestjoni tal-beni ta’ trust ta’ karità, tikseb, esklużivament għall-finijiet ta’ tali attività, il-provvista ta’ servizzi ta’ ġestjoni ta’ investimenti minn persuna stabbilita barra mill-[Unjoni]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda u l-Artikoli 46 sa 49 tad-[Direttiva dwar il-VAT] ma japplikawx, l-Artikolu 45 [ta’ din id-direttiva] japplika għall-provvisti ta’ servizzi jew beni jew la l-Artikolu 44 u lanqas l-Artikolu 45 [tal-imsemmija direttiva] ma japplikaw għall-provvisti ta’ servizzi?<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 44 tad-Direttiva dwar il-VAT għandux jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ fejn persuna taxxabbli li teżerċita attività mhux ekonomika f’kapaċità professjonali takkwista servizzi għall-bżonnijiet ta’ din l-attività mhux ekonomika, dawn is-servizzi għandhom jitqiesu li huma pprovduti lil din il-persuna taxxabbli <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>li taġixxi bħala tali<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, fis-sens ta’ dan l-artikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mit-talba għal deċiżjoni preliminari, għall-finijiet tas-soluzzjoni tat-tilwima pendenti quddiemha, id-domandi tal-qorti tar-rinviju jirrigwardaw biss l-aspett tas-sistema komuni tal-VAT relatat mad-determinazzjoni tal-post tal-provvista ta’ servizzi. F’dan ir-rigward, minn dan l-Artikolu 44 jirriżulta li l-post tal-provvista ta’ servizzi pprovduti lil persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali huwa, bħala prinċipju, il-post fejn din il-persuna taxxabbli stabbilixxiet is-sede tal-attività ekonomika tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat li l-kundizzjoni li tinsab fl-Artikolu 44 tad-Direttiva dwar il-VAT, li l-persuna taxxabbli għandha taġixxi bħala tali, tinsab ukoll fl-Artikolu 2(1) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ din l-aħħar dispożizzjoni, persuna taxxabbli taġixxi bħala tali meta taġixxi għall-bżonnijiet tal-attività ekonomika tagħha, fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva dwar il-VAT (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20010308">8 ta’ Marzu 2001</DATE>, <NAME.CASE>Bakcsi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑415/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:136">EU:C:2001:136</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120322">22 ta’ Marzu 2012</DATE>, <NAME.CASE>Klub</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑153/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:163">EU:C:2012:163</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Issa, fir-rigward tal-attività inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tikkonsisti fix-xiri u fil-bejgħ ta’ azzjonijiet u ta’ titoli oħra minn WTL, bħala trustee, fil-kuntest tal-ġestjoni tal-beni tat-trust ta’ karità tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>attività ekonomika<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva dwar il-VAT, ma kienx jinkludi attività ta’ din in-natura (ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19960620">20 ta’ Ġunju 1996</DATE>, <NAME.CASE>Wellcome Trust</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑155/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:243">EU:C:1996:243</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fil-kuntest tal-eżerċizzju ta’ tali attività, WTL ma hijiex <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(1)(ċ) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Madankollu, kuntrarjament għal dak li ssostni WTL, ma jsegwix neċessarjament li hija lanqas ma tista’ tiġi kkunsidrata bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 44 tal-imsemmija direttiva, peress li dan l-artikolu huwa limitat, kif ġie stabbilit fil-punt 29 ta’ din is-sentenza, sabiex jipprevedi li l-post fejn il-provvista ta’ servizzi huma pprovduti lil persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali huwa ekwivalenti, fil-prinċipju, għas-sede tal-attività ekonomika ta’ din il-persuna taxxabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fil-fatt, għalkemm, fid-dawl tar-rekwiżiti ta’ unità u ta’ koerenza tal-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, il-kunċetti użati mill-atti adottati fl-istess qasam għandu jkollhom l-istess tifsira, dan ma huwiex il-każ meta l-leġiżlatur tal-Unjoni jkun esprima intenzjoni differenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160915">15 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Landkreis Potsdam-Mittelmark</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑400/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:687">EU:C:2016:687</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Issa, mill-Artikolu 43 tad-Direttiva dwar il-VAT jirriżulta li l-leġiżlatur tal-Unjoni ried jagħti tifsira differenti lill-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, fis-sens tal-Artikolu 44 ta’ din id-direttiva, minn dik li hija għandha skont l-Artikolu 2(1) tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-punt 1 tal-Artikolu 43 tad-Direttiva dwar il-VAT jiddisponi speċifikament li, għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-regoli dwar il-post tal-provvista ta’ servizzi, persuna taxxabbli li twettaq kemm provvista ta’ servizzi taxxabbli, fis-sens tal-Artikolu 2(1) ta’ din id-direttiva, kif ukoll attivitajiet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>li m’humiex ikkunsidrati bħala forniment taxxabbli ta’ […] servizzi skond [din l-aħħar dispożizzjoni] għandha titqies bħala persuna taxxabbli fir-rigward tas-servizzi kollha fornuti lilha<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>. Il-leġiżlatur tal-Unjoni għalhekk ippreveda, f’dan il-punt 1 tal-Artikolu 43, definizzjoni wiesgħa u derogatorja tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>persuna taxxabbli<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> biss għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-regoli dwar il-post tal-provvista ta’ servizzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, fid-dawl tal-punt 1 tal-Artikolu 43 tad-Direttiva dwar il-VAT, persuna taxxabbli tista’ taġixxi, bħala tali, fis-sens tal-Artikolu 44 ta’ din id-direttiva, anki meta taġixxi għall-bżonnijiet tal-attivitajiet mhux ekonomiċi tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Madankollu, interpretazzjoni tal-Artikoli 43 u 44 tad-Direttiva dwar il-VAT ma twassalx għal sitwazzjoni li fiha l-entitajiet li huma suġġetti għaliha, fis-sens tal-punt 1 tal-Artikolu 43 ta’ din id-direttiva, u li lilhom jiġu pprovduti s-servizzi, dejjem jitqiesu li jaġixxu bħala tali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandu jitfakkar li persuna taxxabbli li twettaq tranżazzjoni fi kwalità privata ma taġixxix bħala persuna taxxabbli, fis-sens tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva dwar il-VAT (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150709">9 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Trgovina Prizma</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑331/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:456">EU:C:2015:456</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Barra minn hekk, fil-kuntest tal-istruttura tas-sistema komuni tal-VAT, id-distinzjoni bejn l-attivitajiet ekonomiċi u l-attivitajiet mhux ekonomiċi ssegwi kriterji differenti minn dawk li jiddistingwu bejn użu għan-negozju u użu għal skopijiet li ma humiex ta’ negozju, b’mod partikolari privati (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160915">15 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Landkreis Potsdam-Mittelmark</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑400/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:687">EU:C:2016:687</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fid-dawl tan-natura derogatorja tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, fis-sens tal-Artikolu 44 tad-Direttiva dwar il-VAT, il-fatt li, għall-finijiet biss tal-applikazzjoni ta’ dan l-artikolu, persuna taxxabbli li ma taġixxix għall-bżonnijiet tal-attivitajiet ekonomiċi tagħha għandha titqies li hija persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali ma jistax għaldaqstant iwassal sabiex din il-persuna taxxabbli tibqa’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmi artikolu meta taġixxi, mhux biss għall-bżonnijiet tal-attivitajiet mhux ekonomiċi tagħha, iżda, barra minn hekk, f’kapaċità mhux professjonali, b’mod partikolari, għal finijiet privati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Konsegwentement, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 44 tad-Direttiva dwar il-VAT, għandu jiġi ppreċiżat li l-persuna taxxabbli taġixxi bħala tali għal dak li jirrigwarda l-attivitajiet mhux ekonomiċi tagħha, sakemm dawn ikunu eżerċitati f’kapaċità professjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, kif jirriżulta mill-informazzjoni pprovduta mill-qorti tar-rinviju, huwa stabbilit li l-attività mhux ekonomika eżerċitata minn WTL, li tikkonsisti fix-xiri u fil-bejgħ ta’ azzjonijiet u ta’ titoli oħra fil-kuntest tal-ġestjoni, bħala trustee, tal-beni tal-Wellcome Trust, hija attività professjonali, u mhux attività privata, u li huwa esklużivament għall-finijiet ta’ din l-attività professjonali li l-provvista ta’ servizzi ta’ ġestjoni ta’ investimenti hija pprovduta lil WTL minn persuna stabbilita barra mill-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Tali interpretazzjoni hija kkorroborata mill-kuntest normattiv li l-Artikolu 44 tad-Direttiva dwar il-VAT jagħmel parti minnu. Fl-ewwel lok, il-premessa 4 tad-Direttiva 2008/8 tistabbilixxi, b’mod partikolari, li, fir-rigward tal-provvista ta’ servizzi pprovduti lil persuni taxxabbli, ir-regola ġenerali, fir-rigward tal-post tal-provvista, għandha tkun ibbażata fuq il-post fejn id-destinatarju huwa stabbilit, u li l-persuni taxxabbli li jeżerċitaw ukoll attivitajiet mhux taxxabbli għandhom jitqiesu bħala persuni taxxabbli għas-servizzi kollha pprovduti lilhom. Madankollu, mill-aħħar sentenza tal-premessa 4 jirriżulta li d-dispożizzjonijiet li jimplimentaw dawn ir-regoli normali ma għandhomx jestendu għall-provvista ta’ servizzi li tibbenefika minnhom persuna taxxabbli għall-bżonnijiet privati tagħha jew tal-persunal tagħha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, skont il-premessa 19 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>[g]ħandu jiġi ċċarat li meta s-servizzi fornuti lil persuna taxxabbli jkunu intenzjonati għal bżonnijiet privati, inkluż użu mill-persunal tal-klijent, dik il-persuna taxxabbli m’għandiex titqies li qed taġixxi fil-kapaċità tagħha ta’ persuna taxxabbli<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>. Fl-istess sens, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jiddisponi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>[g]ħall-fini tal-applikazzjoni tar-regoli dwar il-lok tal-forniment tas-servizzi previsti fl-Artikoli 44 u 45 tad-Direttiva [dwar il-VAT], persuna taxxabbli, jew persuna legali mhux taxxabbli li titqies bħala persuna taxxabbli, li tirċievi servizzi esklużivament għall-użu personali tagħha inkluż għal dak tal-persunal tagħha, hija kkunsidrata bħala persuna mhux taxxabbli<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandu jitqies li, fil-każ fejn persuna taxxabbli li teżerċita attività mhux ekonomika takkwista servizzi għall-bżonnijiet ta’ din l-attività mhux ekonomika, dawn is-servizzi huma pprovduti lil din il-persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali, fis-sens tal-Artikolu 44 tad-Direttiva dwar il-VAT, bl-eċċezzjoni tas-servizzi li huma intiżi għall-użu privat tal-persuna taxxabbli jew għal dak tal-persunal tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi miċħud l-argument ta’ WTL, dwar il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, intiż sabiex jikkontesta tali interpretazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Ċertament, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li trustee li jinsab f’sitwazzjoni bħal dik ta’ WTL għandu, fid-dawl tal-Artikolu 9 tad-Direttiva dwar il-VAT, jiġi kkunsidrat bħala li sempliċement jamministra portafoll ta’ investimenti bħal investitur privat (ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19960620">20 ta’ Ġunju 1996</DATE>, <NAME.CASE>Wellcome Trust</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑155/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:243">EU:C:1996:243</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Madankollu, mill-fatt li, billi tamministra portafoll ta’ investimenti, WTL twettaq attivitajiet analogi għal dawk li jagħmel investitur privat, ma jistax jirriżulta li WTL teżerċita l-imsemmija attivitajiet f’kapaċità privata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif jirriżulta mill-punt 43 ta’ din is-sentenza, peress li din l-attività mhux ekonomika ta’ WTL ma hijiex attività privata, is-sitwazzjoni tagħha ma hijiex komparabbli ma’ dik tal-persuni li jakkwistaw servizzi biss għall-bżonnijiet privati tagħhom jew tal-persunal tagħhom. B’differenza minn dawn tal-aħħar, WTL, bħala persuna taxxabbli, taqa’ taħt is-sistema komuni tal-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta li għandha tingħata għall-ewwel domanda preliminari hija li l-Artikolu 44 tad-Direttiva dwar il-VAT għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ fejn persuna taxxabbli li teżerċita attività mhux ekonomika f’kapaċità professjonali takkwista servizzi għall-bżonnijiet ta’ din l-attività mhux ekonomika, dawn is-servizzi għandhom jitqiesu li huma pprovduti lil din il-persuna taxxabbli <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>li taġixxi bħala tali<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, fis-sens ta’ dan l-artikolu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-ewwel domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni domanda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="10"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 44 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat‑<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2008/8/KE tat‑<DATE ISO="20080212">12 ta’ Frar 2008</DATE>, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ fejn persuna taxxabbli li teżerċita attività mhux ekonomika f’kapaċità professjonali takkwista servizzi għall-bżonnijiet ta’ din l-attività mhux ekonomika, dawn is-servizzi għandhom jitqiesu li huma pprovduti lil din il-persuna taxxabbli <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>li taġixxi bħala tali<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>, fis-sens ta’ dan l-artikolu.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>