|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2508 |
24.9.2024 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2508
tas-17 ta’ Lulju 2024
li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2017/891 fir-rigward tan-notifiki tal-Istati Membri dwar il-prezzijiet tal-produtturi tal-frott u l-ħxejjex fis-suq intern
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1) u b’mod partikulari l-Artikolu 223(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 55(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/891 (2), l-Istati Membri jridu jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-prezzijiet tal-produtturi tal-frott u l-ħxejjex irreġistrati fis-suq intern li jikkorrispondu għat-tipi u l-varjetajiet ta’ prodotti, daqsijiet u preżentazzjonijiet speċifikati fl-Anness VI ta’ dak ir-Regolament Delegat. Sabiex jiġu allinjati n-notifiki mill-Istati Membri u jittejbu l-komparabbiltà u t-trasparenza tal-prezzijiet tal-frott u l-ħxejjex elenkati f’dak l-Anness, jeħtieġ li jiżdiedu ċerti dispożizzjonijiet mal-Artikolu 55 ta’ dak ir-Regolament Delegat. |
|
(2) |
Biex jitqiesu l-iżviluppi tad-daqsijiet rappreżentattivi u tal-preżentazzjoni tal-frott u l-ħxejjex fis-suq, u l-kapaċità tal-produzzjoni tal-Istati Membri għal ċertu frott u ħxejjex, jeħtieġ li jiġi aġġornat l-Anness VI tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891, abbażi tal-aħħar informazzjoni disponibbli. Minħabba l-importanza ekonomika tagħhom, xi prodotti jenħtieġ li jiżdiedu mal-lista f’dak l-Anness. Ċertu frott jenħtieġ li jitneħħa minn dik il-lista peress li mhuwiex meqjus rappreżentattiv għas-suq tal-Unjoni kollu kemm hu. Valutazzjoni ġdida tal-kapaċità tal-produzzjoni tal-Istati Membri kienet teħtieġ ukoll aġġornament tal-lista tas-swieq rappreżentattivi. |
|
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2017/891 jiġi emendat skont dan. |
|
(4) |
Minħabba li hemm swieq rappreżentattivi ġodda u prodotti ġodda fl-Anness VI tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891, jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw is-sistemi ta’ komunikazzjoni tagħhom. Għalhekk, l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament Delegat jenħtieġ li tiġi differita għall-1 ta’ Jannar 2025, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament Delegat (UE) 2017/891 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 55(1), jiddaħħal is-subparagrafu li ġej wara t-tieni subparagrafu: “L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw biss il-prezzijiet tal-frott u l-ħxejjex prodotti fit-territorju tagħhom. Il-prezzijiet għandhom ikopru l-frott u l-ħxejjex konvenzjonali u mhux organiċi għall-konsum frisk.”; |
|
(2) |
l-Anness VI huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2025.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Lulju 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1308/oj).
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/891 tat-13 ta’ Marzu 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-penali li jridu jiġu applikati f’dawk is-setturi u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 (ĠU L 138, 25.5.2017, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2017/891/oj).
ANNESS
“ANNESS VI
NOTIFIKA TAL-PREZZIJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 55(1)
|
Prodott |
Tip/varjetà |
Preżentazzjoni/daqs |
Swieq rappreżentattivi |
|
Tadam |
Tond |
Daqs 47-102 mm, bl-ingrossa, f’pakketti ta’ madwar 5 jew 6 kg |
Il-Belġju Il-Greċja Spanja Franza L-Italja In-Netherlands Il-Polonja Il-Portugall Ir-Rumanija |
|
Għenieqed |
Kull tip ta’ għanqud, iżda biss jekk id-daqs medju tat-tadam individwali jkun ta’ 47 mm jew iżjed minn 47 mm, f’pakketti ta’ 3 sa 10 kg |
||
|
Speċjali/Ċirasa |
Tadam mhux ippakkjat jew tadam fl-għenieqed, tadam speċjali, iżda biss jekk id-daqs medju tat-tadam individwali jkun inqas minn 47 mm (40 mm fil-każ tat-tadam ċirasa), f’pakketti ta’ madwar 250 sa 500 g |
||
|
Berquq |
Il-varjetajiet u t-tipi kollha |
Daqs 40-50 mm, tilari jew pakketti ta’ madwar 5 sa 10 kg jew pakketti ta’ 500 g sa 1 kg |
Il-Bulgarija Il-Greċja Spanja Franza L-Italja L-Ungerija Ir-Rumanija |
|
Nuċipriska |
Laħma bajda Laħma safra |
Daqs A/B, tilari jew pakketti ta’ madwar 6 sa 10 kg |
Il-Greċja Spanja Franza L-Italja |
|
Nuċiprisk ċatt |
Daqs A/B, tilari jew pakketti ta’ madwar 5 kg |
||
|
Ħawħ |
Laħma bajda Laħma safra |
Daqs A/B, tilari jew pakketti ta’ madwar 6 sa 10 kg jew pakketti ta’ 500 g sa 1 kg |
Il-Greċja Spanja Franza L-Italja |
|
Ħawħ ċatt |
Daqs A/B, tilari jew pakketti ta’ madwar 5 kg |
||
|
Għeneb tal-mejda |
It-tipi u l-varjetajiet kollha biż-żerriegħa It-tipi u l-varjetajiet kollha mingħajr żerriegħa |
Tilari ta’ 300 sa 700 g u pakketti ta’ 3 sa 10 kg |
Il-Greċja Spanja Franza L-Italja |
|
Lanġas |
Blanquilla |
Daqs 55/60, pakketti ta’ madwar 5-10 kg |
Il-Belġju Il-Greċja Spanja Franza L-Italja In-Netherlands L-Awstrija Il-Polonja Il-Portugall Ir-Rumanija |
|
Conference |
Daqs 60/65+, pakketti ta’ madwar 5 sa 10 kg |
||
|
Williams Rocha |
Daqs 65+/75+, pakketti ta’ madwar 5 sa 10 kg |
||
|
Abbé Fétel Kaiser |
Daqs 70/75, pakketti ta’ madwar 5 sa 10 kg |
||
|
Doyenné du Comice |
Daqs 75/90, pakketti ta’ madwar 5 sa 10 kg |
||
|
Tuffieħ |
Braeburn Cox orange Elstar Gala Golden delicious Jonagold (jew Jonagored) Idared Fuji Shampion Granny Smith Red delicious u varjetajiet ħomor oħrajn Ligol Boskoop |
Daqs 65/80, pakketti ta’ madwar 4 sa 20 kg |
Il-Belġju Il-Ġermanja Il-Greċja Spanja Franza L-Italja L-Ungerija In-Netherlands Il-Polonja Il-Portugall Ir-Rumanija |
|
Lumi |
Il-varjetajiet kollha |
Daqsijiet 3-4, pakketti ta’ madwar 10 sa 20 kg |
Il-Greċja Spanja L-Italja |
|
Klementini |
Il-varjetajiet kollha |
Daqsijiet 1-X-3, pakketti ta’ madwar 8 sa 20 kg |
Il-Greċja Spanja L-Italja Franza |
|
Mandolin |
Il-varjetajiet kollha |
Daqsijiet 1-X-3, pakketti ta’ madwar 8 sa 20 kg |
Il-Greċja Spanja L-Italja |
|
Larinġ |
Medja nazzjonali ponderata tal-varjetajiet ewlenin li jkopru mill-inqas 70 % tas-suq rappreżentattiv fil-perjodu ta’ referenza tan-notifika |
Daqs 3-6, pakketti ta’ madwar 8 sa 20 kg |
Il-Greċja Spanja L-Italja Il-Portugall |
|
Kiwi |
Green Hayward |
Daqsijiet 85-90 u 95-125, pakketti ta’ madwar 3 sa 10 kg |
Il-Greċja Spanja Franza L-Italja Il-Portugall |
|
Pastard |
Il-varjetajiet u t-tipi kollha |
Daqs 16 sa 20 cm |
Il-Belġju Il-Ġermanja Il-Greċja Spanja Franza L-Italja In-Netherlands Il-Polonja Il-Portugall Ir-Rumanija |
|
Brunġiel |
Il-varjetajiet u t-tipi kollha |
Daqs 40+/70+ |
Il-Greċja Spanja Franza L-Italja In-Netherlands Ir-Rumanija |
|
Dulliegħ |
Medja nazzjonali ponderata tal-aktar tipi u varjetajiet rappreżentattivi li jkopru mill-inqas 70 % tas-suq rappreżentattiv |
Standards tas-soltu fis-suq rappreżentattiv |
Il-Bulgarija Il-Greċja Spanja L-Italja L-Ungerija Ir-Rumanija |
|
Bettieħ |
Medja nazzjonali ponderata tal-aktar tipi u varjetajiet rappreżentattivi li jkopru mill-inqas 70 % tas-suq rappreżentattiv |
Standards tas-soltu fis-suq rappreżentattiv |
Il-Greċja Spanja Franza L-Italja Il-Portugall Ir-Rumanija |
|
Ħjar |
Varjetajiet lixxi |
minn 350 sa 500 g, irranġati fil-pakkett |
Il-Bulgarija, Il-Ġermanja Il-Greċja Spanja Franza L-Italja L-Ungerija In-Netherlands Il-Polonja Ir-Rumanija Il-Finlandja |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/2508/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)