<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-687/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0687</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:803">EU:C:2017:803</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>13</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal‑<DATE ISO="20171025">25.10.2017</DATE> – Kawża C‑687/15</HT></P><P><HT TYPE="SC">Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill (WRC‑15)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20171025">25 ta’ Ottubru 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rikors għal annullament</KEYWORD><KEYWORD>Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar il-Konferenza Dinjija tar-Radjukomunikazzjoni tal‑2015 tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 218(9) TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Deroga mill-forma ġuridika prevista– Assenza ta’ indikazzjoni tal-bażi legali</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑687/15,</P><P>li għandha bħala suġġett rikors għal annullament skont l-Artikolu 263 TFUE, ippreżentat fis‑<DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Il‑Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn L. Nicolae u F. Erlbacher, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il‑Kunsill tal‑Unjoni Ewropea</HT>, irrappreżentat minn I. Šulce, J.-P. Hix u O. Segnana, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenut,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><P>sostnut minn:</P><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Ċeka</HT>, irrappreżentata minn M. Smolek, J. Vláčil u M. Hedvábná, bħala aġenti,</P><P><HT TYPE="BOLD">Ir‑Repubblika Federali tal-Ġermanja</HT>, irrappreżentata minn T. Henze u K. Stranz, bħala aġenti,</P><P><HT TYPE="BOLD">Ir‑Repubblika Franċiża</HT>, irrappreżentata minn F. Fize, G. de Bergues, B. Fodda u D. Colas, bħala aġenti,</P><P><HT TYPE="BOLD">Ir‑Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq</HT>, irrappreżentat minn C. Brodie, M. Holt u D. Robertson, bħala aġenti, assistiti minn J. Holmes, barrister,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn K. Lenaerts, President, A. Tizzano, Viċi President, L. Bay Larsen, J. L. da Cruz Vilaça, J. Malenovský, E. Levits u C. Vajda, Presidenti ta’ Awla, J.‑C. Bonichot, A. Arabadjiev, C. Toader, A. Prechal (Relatur), S. Rodin u F. Biltgen, Imħallfin</P><P>Avukat Ġenerali: H. Saugmandsgaard Øe,</P><?PAGE NO="2"?><P>Reġistratur: L. Hewlett, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat‑<DATE ISO="20170502">2 ta’ Mejju 2017</DATE>,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas‑<DATE ISO="20170907">7 ta’ Settembru 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni Ewropea titlob l-annullament tal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, adottati fis‑<DATE ISO="20151026">26 ta’ Ottubru 2015</DATE>, fit‑3419-il sessjoni tiegħu fil-Lussemburgu, dwar il-Konferenza Dinjija tar-Radjukomunikazzjoni tal‑2015 (WRC‑15) tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (ITU) (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>att ikkontestat<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt internazzjonali</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>L-ITU hija istituzzjoni speċjalizzata tan-Nazzjonijiet Uniti responsabbli mit-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni. Bħalma jirriżulta, b’mod partikolari, mill-Artikolu 1 tal-kostituzzjoni tagħha, huwa fil-kuntest tal-ITU li l-ispettru tar-radju u l-orbiti tas-satelliti huma attribwiti lill-iskala dinjija u li l-istandards tekniċi huma żviluppati sabiex tiġi żgurata l-interkonnessjoni tan-netwerks u tat-teknoloġiji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 2 tal-kostituzzjoni tal-ITU, din hija magħmula minn Stati Membri u membri ta’ setturi. Bħalissa, 193 Stat huwa membru tal-ITU, fosthom l-Istati Membri kollha tal-Unjoni li, hija nfisha, hija <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Membru ta’ Settur<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-kostituzzjoni tal-ITU, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Drittijiet u obbligi tal-Istati Membri u tal-Membri tas-Setturi<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali], jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri u l-Membri tas-Setturi għandhom id-drittijiet u huma suġġetti għall-obbligi previsti f’din il-kostituzzjoni u fil-ftehim.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="003.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>F’dak li jirrigwarda l-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet tal-[ITU], il-Membri tas-Setturi huma awtorizzati jipparteċipaw bis-sħiħ fl-attivitajiet tas-Settur li huma membri tiegħu, suġġett għad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din il-kostituzzjoni u tal-ftehim:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>huma awtorizzati, suġġetti għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehim u tad-deċiżjonijiet rilevanti adottati f’dan ir-rigward mill-Konferenza Plenipotenzjarja, jipparteċipaw fl-adozzjoni ta’ Domandi u ta’ Rakkomandazzjonijiet kif ukoll ta’ deċiżjonijiet dwar il-metodi tax-xogħol u l-proċeduri tas-Settur ikkonċernat.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tal-kostituzzjoni tal-ITU, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Strumenti tal-[ITU]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali], huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-istrumenti tal-[ITU] huma:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>din il-kostituzzjoni tal-[ITU],</P></ITEM><ITEM><P>il-konvenzjoni tal-[ITU], u</P></ITEM><ITEM><P>ir-regolamenti amministrattivi.</P></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="004.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Id-dispożizzjonijiet ta’ din il-kostituzzjoni u tal-ftehim huma kkompletati ulterjorment b’dawk tar-regolamenti amministrattivi elenkati iktar ’il quddiem, li jirregolaw l-użu tat-telekomunikazzjoni u jorbtu lill-Istati Membri kollha:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>ir-Regolamenti tar-Radju.</P></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 tal-kostituzzjoni tal-ITU, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Konferenzi tar-Radjukomunikazzjoni u Assembleji tar-Radjukomunikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali], jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="013.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Konferenza Dinjija tar-Radjukomunikazzjoni tista’ tgħaddi għal reviżjoni parzjali jew, b’mod eċċezzjonali, totali tar-Regolament tar-Radju u tittratta kwalunkwe kwistjoni oħra ta’ natura dinjija li taqa’ fil-kompetenza tagħha u li hija relatata mal-aġenda tagħha. Il-funzjonijiet l-oħrajn ta’ din il-konferenza huma ddikjarati fil-ftehim.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="013.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Konferenzi Dinjija tar-Radjukomunikazzjoni normalment jissejħu kull tliet jew erba’ snin; madankollu, konformement mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehim, tali konferenza tista’ ma tissejjaħx, jew tista’ tissejjaħ konferenza addizzjonali.</ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2002/21/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas‑<DATE ISO="20020307">7 ta’ Marzu 2002</DATE>, dwar kwadru [qafas] regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru [Qafas]) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 349), kif emendata bid-Direttiva 2009/140/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal‑<DATE ISO="20091125">25 ta’ Novembru 2009</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="337" PAGE.FIRST="37" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 337, p. 37</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Direttiva Qafas<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>), ġiet adottata abbażi tal-Artikolu 95 KE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 8a tad-Direttiva Qafas, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Ippjanar strateġiku u kordinazzjoni tal-politika tal-ispettru tar-radju<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jistipula, fil-paragrafu 4 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Kull fejn ikun meħtieġ li tiġi żgurata l-koordinazzjoni effettiva tal-interessi tal-Komunità Ewropea f’organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fi kwistjonijiet tal-ispektrum tar-radju, il-Kummissjoni, waqt li tieħu l-akbar kont possibbli tal-opinjoni tal-[Grupp għal Politika dwar l-Ispettru tar-Radju (RSPG)], tista’ tipproponi għanijiet ta’ politika komuni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 9 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Il-ġestjoni ta’ frekwenzi tar-radju għas-servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, jipprovdi, fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Bl-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jkunu qegħdin jirrispettaw il-ftehimiet internazzjonali relevanti, inklużi r-[Regolament dwar ir-Radju], u jkunu jistgħu jqisu l-prospettivi tal-politika pubblika.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas‑<DATE ISO="20020307">7 ta’ Marzu 2002</DATE>, dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-radju) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 317, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-radju<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>), ġiet ukoll adottata abbażi tal-Artikolu 95 KE. L-Artikolu 1(1) ta’ din id-deċiżjoni jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>L-għan ta’ din id-Deċiżjoni huwa li tiġi stabbilita politika u qafas komuni fil-Komunità sabiex tiġi żgurata l-kooperazzjoni u l-attitudni politika u, fejn xieraq, kondizzjonijiet armonizzati fir-rigward tad-disponibilità u l-użu effiċjenti ta’ l-ispettru tar-radju meħtieġa għall-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern fiż-żoni tal-politika tal-Komunità bħal komunikazzjonijiet elettroniċi, trasport u riċerka u żvilupp (R &amp; D).<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Id-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal‑<DATE ISO="20120314">14 ta’ Marzu 2012</DATE>, li tistabbilixxi programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="081" PAGE.FIRST="7" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 81, p. 7</REF.DOC.OJ>), ġiet adottata abbażi tal-Artikolu 114 TFUE. L-Artikolu 1 ta’ din id-deċiżjoni, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Għan u Ambitu<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju għall-ippjanar strateġiku u għall-armonizzazzjoni tal-użu tal-ispettru sabiex ikun żgurat il-funzjonament tas-suq intern fl-oqsma ta’ politika tal-Unjoni li jinvolvu l-użu ta’ spettru, bħall-politika tal-komunikazzjoni elettronika, tar-riċerka, tal-iżvilupp teknoloġiku u tal-ispazju, tat-trasport, tal-enerġija u tal-awdjoviżjoni.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni Nru 243/2012, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Negozjati internazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>F’negozjati internazzjonali relatati ma’ kwistjonijiet tal-ispettru, għandhom japplikaw il-prinċipji li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>jekk is-suġġett tan-negozjati internazzjonali jaqa’ fil-kompetenza tal-Unjoni, il-pożizzjoni tal-Unjoni għandha tiġi stabbilita f’konformità mal-liġi tal-Unjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>jekk is-suġġett tan-negozjati internazzjonali jaqa’ parzjalment fil-kompetenza tal-Unjoni u parzjalment fil-kompetenza tal-Istati Membri, l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jipprovaw jistabbilixxu pożizzjoni komuni f’konformità mar-rekwiżiti tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni sinċiera.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>Għall-fini tal-applikazzjoni tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jikkooperaw f’konformità mal-prinċipju ta’ unità fir-rappreżentazzjoni internazzjonali tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża u l-att ikkontestat</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-WRC‑15 ġiet organizzata f’Genève (l-Isvizzera) bejn it‑2 u s‑<DATE ISO="20151127">27 ta’ Novembru 2015</DATE>. Hemmhekk ftehmu li jiġu rriveduti r-Regolamenti tar-Radju.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fid‑<DATE ISO="20150529">29 ta’ Mejju 2015</DATE>, il-Kummissjoni ppreżentat lill-Kunsill, abbażi tad-dispożizzjonijiet meħuda flimkien tal-Artikolu 114 u tal-Artikolu 218(9) TFUE, proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni, matul il-WRC‑15 [COM(2015) 234 final], li tipprevedi, fl-Artikolu 1 tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>L-Istati Membri, filwaqt li jaġixxu b’mod konġunt fl-interess tal-Unjoni, għandhom jieħdu sehem fin-negozjati fil-[WRC‑15] bil-ħsieb li jiġu riveduti r-Regolamenti tar-Radju.</ALINEA><ALINEA>Il-pożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati f’isem l-Unjoni f’negozjati u matul l-adozzjoni ta’ reviżjonijiet għar-Regolamenti [tar-]Radju huma stabbiliti fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.</ALINEA><ALINEA>Meta proposti ġodda dwar is-suġġett fl-Anness huma magħmula waqt il-[WRC‑15] li għad m’hemmx pożizzjoni tal-Unjoni dwarhom, il-pożizzjoni tal-Unjoni għandha tiġi stabbilita permezz ta’ koordinazzjoni fuq il-post qabel il-[WRC‑15] tissejjaħ biex tadotta reviżjonijiet għar-Regolamenti tar-Radju. F’każijiet bħal dawn, il-pożizzjoni tal-Unjoni għandha tkun konsistenti mal-prinċipji stipulati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-anness għall-imsemmija proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Waqt in-negozjati u l-adozzjoni ta’ reviżjonijiet għar-Regolamenti tar-Radju tal-[ITU] fil-WRC 15, għandhom jittieħdu l-pożizzjonijiet li ġejjin f’isem l-Unjoni.</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Taħt punt 1.1 tal-aġenda:</TXT><P><LIST TYPE="BULLET"><ITEM><P>tiġi identifikata l-banda <FT TYPE="NUMBER">1452</FT>-<FT TYPE="NUMBER">1492</FT> MHz, u l-baned biswit xulxin <FT TYPE="NUMBER">1427</FT>-<FT TYPE="NUMBER">1452</FT> MHz u <FT TYPE="NUMBER">1492</FT>-<FT TYPE="NUMBER">1518</FT> MHz għat-Telekomunikazzjonijiet Mobbli Internazzjonali, filwaqt li jiġu protetti servizzi passivi taħt il-<FT TYPE="NUMBER">1427</FT> MHz;</P></ITEM><ITEM><P>tiġi allokata fuq bażi ko-primarja lis-servizz ċellulari u tiġi identifikata għat-Telekomunikazzjoni Mobbli Internazzjonali l-banda <FT TYPE="NUMBER">3400</FT>-<FT TYPE="NUMBER">3800</FT> MHz;</P></ITEM><ITEM><P>tiġi rrifjutata l-allokazzjoni ko-primarja lis-servizz mobbli tal-banda 470-694 MHz fl-Ewropa;</P></ITEM><ITEM><P>ma tiżdiedx l-allokazzjoni ko-primarja lis-servizz mobbli tal-baned <FT TYPE="NUMBER">5350</FT>-<FT TYPE="NUMBER">5470</FT> MHz u <FT TYPE="NUMBER">5725</FT>-<FT TYPE="NUMBER">5850</FT> MHz u lanqas ma jiġu identifikati għal IMT dawk il-baned kif ukoll il-banda <FT TYPE="NUMBER">5850</FT>-<FT TYPE="NUMBER">5925</FT> MHz, filwaqt li jiġu studjati aktar dawn it-tliet baned bil-ħsieb li jitqies l-użu tagħhom għan-netwerks taż-żona lokali bir-radju u jiġi żgurat li l-użu primarju huwa protett f’kull każ.</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Taħt punt 1.2 tal-aġenda:</TXT><P><LIST TYPE="BULLET"><ITEM><P>jiġu stabbiliti l-livelli ta’ protezzjoni għas-servizz tax-xandir taħt is-694 MHz skont ir-riżultati tal-istudji mwettqa mill-[c]onférence [e]uropéenne des [p]ostes et [t]élécommunications u jiġi stabbilit it-tarf saflieni tal-banda għal 694 MHz;</P></ITEM><ITEM><P>ma jiġux miżjuda restrizzjonijiet addizzjonali għall-protezzjoni tax-xandir fil-banda 694-790 MHz għalkemm jistgħu jiġu adottati miżuri biex jiżguraw koeżistenza bbilanċjata bejn il-wireless broadband u sistemi ta’ radjunavigazzjoni ajrunawtiċi eżistenti mal-fruntieri tal-lvant tal-[Unjoni] fil-banda 694-790 MHz.</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Taħt punt 1.18 tal-aġenda, tiġi allokata l-banda 77.5-78 GHz għas-servizz ta’ radjulokazzjoni u l-użu ta’ dik il-medda għal radars tal-vetturi mingħajr l-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet eċċessivi, iżda jiġi rikonoxxut li l-istazzjonijiet tar-radjuastronomija għandhom ikomplu jibbenefikaw minn protezzjoni.</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="6"?><ITEM><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Taħt punt 10 tal-aġenda, punt fl-aġenda għall-[Konferenza Dinjija tar-Radjukomunikazzjoni tal‑2019 (WRC-19)] li jindirizza l-ħtiġijiet tal-ispettru għal sistemi mobbli 5G għandu jiġi appoġġat, b’enfasi ’l fuq minn 6 GHz għal allokazzjonijiet ġodda u approċċ komuni biex jitnedew studji ta’ kompatibbiltà relatati qabel il-WRC-19.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Meta tiġi nnegozjata kwalunkwe emenda rilevanti għar-Regolamenti tar-Radju tal-[ITU] fil-WRC-15, tiġi żgurata l-konformità mal-liġi tal-Unjoni, b’mod partikolari li l-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 9 tad-[Direttiva Qafas] u d-[Deċiżjoni Nru 243/2012] jiġu osservati, u ma jkollhom l-ebda preġudizzju għal aktar żvilupp prevedibbli.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Wara diskussjonijiet fi ħdan il-Kunsill, dan adotta l-att ikkontestat, li jipprevedi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>WAQT LI JFAKKAR</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>fid-[deċiżjoni Nru 676/2002];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>fid-dispożizzjonijiet tad-[Direttiva Qafas], u b’mod partikolari l-Artikolu 8a(4) tagħha;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>fid-[Deċiżjoni Nru 243/2012];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>fil-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-pożizzjonijiet Ewropej għall-Konferenzi Dinjija tar-Radjukomunikazzjoni tal‑1992, l‑1997, l‑2000, l‑2003, l‑2007 u l‑2012;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>fl-importanza tat-teknoloġiji wireless (bla fili) li jużaw l-ispettru biex jinksibu l-objettivi tal-politika tal-[Unjoni] taħt l-inizjattiva ewlenija tal-Istrateġija UE2020 <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Aġenda Diġitali għall-Ewropa<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="2019" ID="QE0023"/> biex jitwassal internet bil-broadband veloċi u jinkisbu benefiċċji ekonomiċi u soċjali sostenibbli minn suq uniku diġitali,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT>fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20100531">31 ta’ Mejju 2010</DATE> dwar l-Aġenda Diġitali għall-Ewropa;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>WAQT LI JINNOTA</TXT><P><LIST TYPE="BULLET"><ITEM><P>l-Opinjoni tal-[RSPG] ta’ Frar 2015 dwar <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>Objettivi ta’ Politika Komuni għad-WRC‑15<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="2019" ID="QE0024"/>;</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>JESPRIMI L-APPOĠĠ ĠENERALI TIEGĦU GĦALL-objettivi li ġejjin li għandhom jintlaħqu fid-WRC‑15 fid-dawl tal-implimentazzjoni b’suċċess tal-politiki rilevanti tal-Unjoni:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Taħt il-punt 1.1 tal-aġenda:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>i.</NO.P><TXT>Biex tiġi identifikata l-medda ta’ frekwenza 1 452-1 492 MHz, u l-meded biswitha 1 427-1 452 MHz u 1 492-1 518 MHz [għall-IMT], filwaqt li jiġu protetti s-servizzi passivi ’l isfel minn <FT TYPE="NUMBER">1427</FT> MHz. Din l-identifikazzjoni ma tipprekludix l-użu ta’ dawn il-meded ta’ frekwenza minn xi applikazzjonijiet, inklużi tad-difiża, tas-servizzi li huma allokati għalihom, u lanqas ma tistabbilixxi prijorità fir-Regolamenti tar-Radju;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ii.</NO.P><TXT>Biex tiġi allokata l-medda ta’ frekwenza 3400-3800 MHz fuq bażi koprimarja għas-servizz ċellulari u tiġi identifikata għall-IMT, b’kunsiderazzjoni li l-medda ta’ frekwenza għandha rwol importanti għall-komunikazzjoni satellitari;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>iii.</NO.P><TXT>Biex ma tkun appoġġata l-ebda bidla fl-allokazzjonijiet fil-medda ta’ frekwenza 470-694 MHz fl-Ewropa;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>iv.</NO.P><TXT>Biex la tiżdied l-allokazzjoni koprimarja lis-servizz ċellulari tal-meded ta’ frekwenza 5 350-5 470 MHz u 5 725-5 850 MHz u lanqas ma jiġu identifikati dawk il-meded kif ukoll il-medda 5 850-5 925 MHz għall-IMT, filwaqt li dawn it-tliet meded jiġu studjati aktar fil-fond bil-ħsieb li jitqies l-użu tagħhom għan-netwerks taż-żona lokali bir-radju u jiġi żgurat li l-użu primarju jiġi mħares f’kull każ.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Taħt il-punt 1.2 tal-aġenda:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>i.</NO.P><TXT>Biex it-tarf il-baxx tal-medda jiġi ssettjat għal 694 Mhz u jiġu appoġġati r-rakkomandazzjonijiet ITU‑R għal-livelli ta’ ħarsien għas-servizz tax-xandir taħt il-694 MHz skont ir-riżultati tal-istudji mwettqa mill-Konferenza Ewropea tal-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjoni;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="7"?><ITEM><NP><NO.P>ii.</NO.P><TXT>Biex tiġi żgurata koeżistenza bbilanċjata bejn il-broadband bla fili u x-xandir, u ma jiżdidux restrizzjonijiet addizzjonali li jmorru lil hinn mill-ftehim GE‑06 għall-ħarsien tax-xandir fil-medda ta’ frekwenza 694-790 MHz;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>iii.</NO.P><TXT>Biex jiġi żgurat aċċess ibbilanċjat bejn is-servizzi ċellulari u s-servizzi tar-radjunavigazzjoni ajrunawtika (ARNS) fil-fruntieri tal-Istati Membri tal-Lvant, sabiex ikun iffaċilitat l-użu tas-servizzi ċellulari fil-pajjiżi kollha tal-[Unjoni] permezz ta’ dispożizzjonijiet regolatorji xierqa tar-regolamenti tar-radju, filwaqt li tingħata preferenza lill-iżgħar distanzi ta’ separazzjoni effettivi bejn ARNS u IMT u li jiġu appoġġati d-drittijiet tal-Istati Membri tal-Lvant tal-UE f’dan ir-rigward.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>Taħt il-punt 1.18 tal-aġenda, biex il-medda 77,5-78 GHz tiġi allokata għas-servizz tar-radjulokazzjoni sabiex jiġi ffaċilitat l-użu ta’ radars tal-vetturi mingħajr l-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet eċċessivi, u biex ikun rikonoxxut li l-istazzjonijiet tar-radjuastronomija għandhom ikomplu jgawdu minn protezzjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>Taħt il-punt 10 tal-aġenda, biex jiġi appoġġat punt fl-aġenda għall-WRC‑19 li jindirizza l-ħtiġijiet tal-ispettru għas-sistemi ċellulari 5G, b’enfasi ’l fuq minn 6 GHz għal allokazzjonijiet ġodda u approċċ komuni biex jitnedew studji ta’ kompatibbiltà relatati, qabel id-WRC‑19;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI BIEX:</TXT><P><LIST TYPE="BULLET"><ITEM><P>Isegwu l-objettivi stipulati fil-paragrafu 3 u jirrispettaw il-prinċipji stipulati fid-[Deċiżjoni Nru 243/2012] meta jinnegozjaw kwalunkwe emenda rilevanti għar-Regolamenti tar-Radju tal-ITU fid-WRC‑15.</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI BIEX:</TXT><P><LIST TYPE="BULLET"><ITEM><P>Tibgħat rapport minnufih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bir-riżultati tad-WRC‑15 u dwar il-mezzi li jiżguraw li t-tħejjijiet Ewropej għall-konferenza li jmiss fl‑2019 (WRC‑19) jappoġġaw bis-sħiħ il-politiki u l-prinċipji tal-Unjoni.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Meta ġie adottat l-att ikkontestat, il-Kummissjoni għamlet id-dikjarazzjoni li jmiss, inkluża fil-minuti tas-sessjoni tal-Kunsill:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>Il-Kummissjoni tinnota b’dispjaċir li l-Kunsill adotta konklużjonijiet bi tħejjija għall-[WRC‑15], minflok deċiżjoni, kif previst fl-Artikolu 218(9) […] TFUE. Fil-fehma tal-Kummissjoni, din il-pożizzjoni tmur kontra t-Trattat u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja […]. Il-Kummissjoni tirriżerva d-drittijiet kollha tagħha f’dan ir-rigward.<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla l-att ikkontestat u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-Kunsill jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad l-appell fl-intier tiegħu u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Franċiża u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq tħallew jintervjenu insostenn tat-talbiet tal-Kunsill.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq ir-rikors</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà tal-motivi tal-Istati Membri intervenjenti</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni tqajjem motiv wieħed ibbażat fuq il-fatt li, billi adotta l-att ikkontestat, minflok deċiżjoni kif propost mill-Kummissjoni, il-Kunsill kiser l-Artikolu 218(9) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fin-noti ta’ intervent tagħhom, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża jikkontestaw l-applikabbiltà tal-Artikolu 218(9) TFUE għal dan il-każ, billi jargumentaw, b’mod partikolari, li l-Unjoni ma kellhiex il-kompetenza esterna meħtieġa sabiex il-Kunsill jistabbilixxi, konformement mal-imsemmija dispożizzjoni, pożizzjonijiet li għandhom jittieħdu f’isem l-Unjoni fuq il-punti fl-aġenda tal-WRC‑15 imsemmija fl-att ikkontestat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Madankollu, skont l-Artikolu 40 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, parti li hija ammessa bħala intervenjent f’kawża mressqa quddiem din tal-aħħar ma tistax tbiddel is-suġġett tal-kawża kif iċċirkoskritt mit-talbiet u mill-motivi tal-partijiet prinċipali. Minn dan isegwi li huma biss l-argumenti ta’ intervenjent li jaqgħu fil-kuntest deskritt minn dawn it-talbiet u motivi li huma ammissibbli (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141007">7 ta’ Ottubru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Ġermanja vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑399/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2258">EU:C:2014:2258</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Issa, huwa paċifiku bejn il-partijiet prinċipali li l-Artikolu 218(9) TFUE huwa applikabbli għal din il-kawża. Is-suġġett tal-kawża, kif iċċirkoskritt mit-talbiet u l-motivi ta’ dawn il-partijiet prinċipali, jirrigwarda biss il-kwistjoni dwar jekk l-adozzjoni tal-att ikkontestat saritx f’konformità mar-rekwiżiti formali u proċedurali previsti f’din id-dispożizzjoni. Għaldaqstant, il-motivi tal-Istati Membri intervenjenti msemmija fil-punt 22 ta’ din is-sentenza għandhom mill-ewwel jiġu miċħuda bħala inammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-motiv uniku</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, billi adotta konklużjonijiet minflok deċiżjoni, il-Kunsill kiser l-Artikolu 218(9) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tfakkar li, meta jadotta deċiżjoni skont l-Artikolu 218(9) TFUE, il-Kunsill jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata. Ir-regoli ta’ votazzjoni li japplikaw għall-adozzjoni ta’ att bħal konklużjonijiet tal-Kunsill huma, min-naħa l-oħra, mimlija, fil-prattika, b’diverġenzi ta’ opinjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Il-Kunsill qies, diversi drabi, li tali atti għandhom jiġu adottati b’konsensus, li jimplika li dawn ma jistgħux jiġu adottati jekk Stat Membru jopponi għalihom. Il-Kummissjoni tqis li dawn ir-regoli ta’ votazzjoni ma humiex f’konformità mat-Trattati. Skont dik l-istituzzjoni, mill-Artikolu 16(3) TUE, li jipprevedi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>[d]-deċiżjonijiet tal-Kunsill għandhom jittieħdu b’maġġoranza kwalifikata, ħlief fejn it-Trattati jipprovdi mod ieħor<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, jirriżulta fil-fatt li dawn l-atti għandhom jiġu adottati bil-maġġoranza kwalifikata. Din il-kawża turi li t-tfittxija għall-konsensus, minflok il-maġġoranza kwalifikata, tista’ twassal għal riżultat differenti, li jaffettwa negattivament il-politika tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-Kummissjoni targumenta, f’dan ir-rigward, li d-dispożizzjonijiet tal-att ikkontestat jiddevjaw mill-proposta tagħha tad‑<DATE ISO="20150529">29 ta’ Mejju 2015</DATE>. Il-maġġoranza tal-emendi saru preċiżament sabiex il-kontenut tal-att ikkontestat jikkorrispondi mal-forma li l-Kunsill iddeċieda li jagħżel. Għalhekk, l-ewwel nett, l-att ikkontestat ma jinkludi ebda indikazzjoni dwar il-bażi legali tiegħu. Issa, kuntrarjament għal dak li jargumenta l-Kunsill, il-Kummissjoni tqis li din l-ommissjoni ma tikkostitwixxix difett purament formali. It-tieni nett, minflok uża premessi ddettaljati sabiex jispjega<?PAGE NO="9"?> r-raġunijiet li jiġġustifikaw l-att li kellu jiġi adottat, il-Kunsill illimita ruħu li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>jfakkar<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> lista ta’ atti tal-Unjoni adottati fil-qasam tal-azzjoni kkonċernata. It-tielet nett, il-Kummissjoni targumenta li, minflok iddeċieda li l-Istati Membri, filwaqt li jaġixxu flimkien fl-interess tal-Unjoni, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>jadottaw<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> ċerti pożizzjonijiet matul il-WRC‑15, mill-att ikkontestat jirriżulta li l-Kunsill <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>jesprimi l-appoġġ ġenerali tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> għall-għanijiet li għandhom jintlaħqu fil-kuntest tan-negozjati fil-WRC‑15 u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>jistieden lill-Istati Membri biex<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> ifittxu li jilħqu ċerti għanijiet matul dawn in-negozjati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Billi mexa b’dan il-mod, skont il-Kummissjoni, il-Kunsill ma wasalx biex jistabbilixxi pożizzjonijiet ċari u vinkolanti li l-Istati Membri kellhom josservaw fil-parteċipazzjoni tagħhom fil-WRC‑15, billi jaġixxu flimkien fl-interess tal-Unjoni, iżda pjuttost stabbilixxa obbligi li jagħmel l-aħjar tiegħu. Tali obbligi madankollu ma humiex xierqa biex jiggarantixxu rappreżentazzjoni esterna b’saħħitha u magħquda tal-Unjoni fix-xena internazzjonali u, konsegwentement, ma jippermettux li jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti mit-Trattati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Il-Kunsill jargumenta li, fid-deċiżjoni fuq proposta tal-Kummissjoni bbażata fuq l-Artikolu 218(9) TFUE, huwa stabbilixxa pożizzjoni vinkolanti tal-Unjoni fid-dawl tal-WRC‑15, konformement ma’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, l-att ikkontestat jidentifika b’mod ċar il-prijoritajiet tal-Unjoni għal kull wieħed mill-punti fuq l-aġenda tal-WRC‑15 li huma elenkati fl-anness għall-proposta tal-Kummissjoni tad‑<DATE ISO="20150529">29 ta’ Mejju 2015</DATE>. Min-naħa l-oħra, il-pożizzjonijiet iddefiniti fl-att ikkontestat huma ta’ natura vinkolanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-allegat nuqqas ta’ bażi legali, il-Kunsill iqis li tali ommissjoni tikkostitwixxi l-iktar l-iktar difett purament formali li ma jistax iwassal għall-annullament tal-att ikkontestat u jinnota f’dan ir-rigward li l-Kummissjoni ma tikkontestax li l-bażi legali proċedurali applikabbli hija l-Artikolu 218(9) TFUE, u lanqas li l-bażi legali sostantiva hija l-Artikolu 114 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-modalitajiet ta’ votazzjoni, il-Kunsill jargumenta li, minkejja li l-maġġoranza kkwalifikata kienet bħala prinċipju applikabbli għall-adozzjoni tal-att ikkontestat, il-fatt li kienet possibbli li tinkiseb l-unanimità fi ħdan il-Kunsill għall-adozzjoni ta’ dan l-att ma jistax jimplika li l-Kunsill ma aġixxiex skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 218(9) TFUE. Dik l-istituzzjoni żżid li, peress li l-Kummissjoni ma emendatx il-proposta tagħha tad‑<DATE ISO="20150529">29 ta’ Mejju 2015</DATE> matul id-dibattiti li wasslu għall-adozzjoni tal-pożizzjoni tal-Unjoni sabiex tieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li kien se jkun hemm ftehim fuqhom fi ħdan il-Kunsill, mill-Artikolu 293(1) TFUE jirriżulta li l-Kunsill kellu jiddeċiedi bl-unanimità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Il-Kunsill jenfasizza li huwa jadotta kultant, fil-forma ta’ konklużjonijiet, ċerti atti li jipproduċu jew li huma intiżi li jipproduċu effett ġuridiku, filwaqt li jippreċiża li, f’każijiet bħal dawn, huwa għandu josserva r-rekwiżiti proċedurali previsti mit-Trattati, konformement mal-bażi legali applikabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Skont dik l-istituzzjoni, kuntrarjament għal dak li tallega l-Kummissjoni, il-fatt li l-att ikkontestat jiddevja mill-proposta ppreżentata minnha fid‑<DATE ISO="20150529">29 ta’ Mejju 2015</DATE>, ma juri bl-ebda mod li t-tfittxija għall-konsensus, minflok il-maġġoranza kkwalifikata, tista’ twassal għal riżultat differenti, li jaffettwa negattivament il-politika tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kunsill jirrileva li l-ilment invokat mill-Kummissjoni dwar il-forma tal-att ikkontestat jikkontradixxi l-prattika stabbilita tagħha fir-rigward tal-istabbiliment tal-pożizzjoni tal-Unjoni fid-dawl tal-konferenzi dinjija tar-radjukomunikazzjoni preċedenti. Dik l-istituzzjoni tqis li qari tat-Trattati kif maħsub mill-Kummissjoni jikkumplika b’mod sinjifikattiv id-difiża tal-interessi tal-Unjoni fix-xena internazzjonali u jaqleb l-ekwilibriju istituzzjonali previst mit-Trattati.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="10"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Permezz tal-motiv uniku tagħha, il-Kummissjoni targumenta, essenzjalment, li, billi adotta konklużjonijiet dwar il-WRC‑15, minflok deċiżjoni konformement mal-proposta tagħha tad‑<DATE ISO="20150529">29 ta’ Mejju 2015</DATE>, il-Kunsill kiser l-Artikolu 218(9) TFUE. Hija tikkritika wkoll lill-Kunsill li ma indikax il-bażi legali tal-att ikkontestat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Skont din id-dispożizzjoni, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>[i]l-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni […] għandu jadotta deċiżjoni […] li tistabbilixxi l-pożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati f’isem l-Unjoni f’sede stabbilita fi ftehim, meta dik is-sede tintalab tadotta atti li jkollhom effetti legali, sakemm dawn ma jkunux atti li jissupplimentaw jew jemendaw il-qafas istituzzjonali tal-ftehim<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Billi adotta l-att ikkontestat fil-forma ta’ konklużjonijiet, il-Kunsill għaldaqstant uża forma ta’ att differenti minn dik prevista mill-imsemmija dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Madankollu, il-Kunsill jargumenta li t-Trattat iħallilu l-għażla tal-forma ta’ deċiżjoni skont l-Artikolu 218(9) TFUE. F’dan il-każ, huwa adotta materjalment deċiżjoni fil-forma ta’ konklużjonijiet. Huwa jqis, barra minn hekk, li n-nuqqas li tissemma l-bażi legali tal-att ikkontestat ma jikkostitwixxix difett sostanzjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fir-rigward, fl-ewwel lok, tal-forma tal-att ikkontestat, għandu jitfakkar li t-Trattati stabbilixxew sistema ta’ tqassim ta’ kompetenzi bejn l-istituzzjonijiet differenti tal-Unjoni, li tagħti lil kull waħda minnhom il-missjoni rispettiva tagħhom fl-istruttura istituzzjonali tal-Unjoni u fit-twettiq tal-kompiti mogħtija lilhom. Għalhekk, l-Artikolu 13(2) TUE jipprovdi li kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha taġixxi fil-limiti tal-kompetenzi mogħtija lilha mit-Trattati, konformement mal-proċeduri, mal-kundizzjonijiet u mal-għanijiet previsti minnhom. Din id-dispożizzjoni tirrifletti l-prinċipju ta’ ekwilibriju istituzzjonali, li jikkaratterizza l-istruttura istituzzjonali tal-Unjoni, li jimplika li kull istituzzjoni għandha teżerċita l-kompetenzi tagħha filwaqt li tosserva dawk tal-oħrajn (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160728">28 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kunsill vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑660/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:616">EU:C:2016:616</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fil-fatt, hekk kif il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet diġà, sa fejn ir-regoli dwar il-mod kif l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jaslu għad-deċiżjonijiet tagħhom huma stabbiliti mit-Trattati u ma jaqgħux fid-diskrezzjoni la tal-Istati Membri u lanqas tal-istituzzjonijiet stess, it-Trattati biss jistgħu, f’każijiet partikolari, jawtorizzaw lil istituzzjoni temenda proċedura deċiżjonali li huma jistabbilixxu (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170906">6 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Is‑Slovakkja u L‑Ungerija vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑643/15 u C‑647/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:631">EU:C:2017:631</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0149">149</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan il-każ, hemm lok, l-ewwel nett, li jiġi enfasizzat li, kuntrarjament għal dak li jissuġġerixxi l-Kunsill, il-prattika tal-istituzzjonijiet, u b’mod partikolari, f’dak li jirrigwarda din il-kawża, allegata prattika stabbilita fir-rigward tal-istabbiliment tal-pożizzjoni tal-Unjoni fid-dawl tal-konferenzi dinjija tar-radjukomunikazzjoni permezz ta’ konklużjonijiet, li tikkontradixxi mal-pożizzjoni tal-Kummissjoni fil-kuntest ta’ din il-kawża, ma tistax temenda r-regoli tat-Trattati li l-istituzzjonijiet huma obbligati josservaw. Fil-fatt, konformement ma’ ġurisprudenza stabbilita, sempliċi prattika tal-Kunsill ma tistax tidderoga mir-regoli tat-Trattat u konsegwentement ma tistax toħloq preċedent li jorbot lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni [ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080506">6 ta’ Mejju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Parlament vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑133/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:257">EU:C:2008:257</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll Opinjoni <REF.DOC.ECR><NO.CASE>1/08</NO.CASE>, (<NAME.CASE>Ftehimiet li jemendaw l-iskedi ta’ rabtiet speċifiċi skont il-GATS</NAME.CASE>), tat‑<DATE ISO="20091130">30 ta’ Novembru 2009</DATE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:739">EU:C:2009:739</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0172">172</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>It-tieni nett, f’dak li jirrigwarda l-argument tal-Kunsill ibbażat fuq il-punt 9 tas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19811111">11 ta’ Novembru 1981</DATE>, <NAME.CASE>IBM vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>60/81</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1981:264">EU:C:1981:264</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li jipprovdi li l-forma li fiha l-atti jew id-deċiżjonijiet jittieħdu hija, bħala prinċipju, indifferenti għad-determinazzjoni ta’ jekk humiex intiżi li jipproduċu effetti ġuridiċi, għandu jiġi rrilevat li l-ġurisprudenza li tirriżulta minn dik<?PAGE NO="11"?> is-sentenza hija rilevanti sabiex jiġi ddeterminat jekk att jistax ikun is-suġġett ta’ rikors għal annullament. Min-naħa l-oħra, minnha ma jista’ bl-ebda mod jiġi dedott li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni huma ħielsa li jidderogaw mill-forma tal-att prevista mid-dispożizzjoni rilevanti tat-Trattat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Il-fatt li istituzzjoni tal-Unjoni tidderoga mill-forma ġuridika prevista mit-Trattati jikkostitwixxi ksur tal-forom proċedurali sostanzjali ta’ natura li jwassal għall-annullament tal-att inkwistjoni, peress li din id-deroga tista’ toħloq inċertezzi fir-rigward tan-natura ta’ dan l-att jew tal-proċedura li għandha tiġi segwita għall-adozzjoni tagħha, u b’hekk tikkomprometti ċ-ċertezza legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-adozzjoni tal-att ikkontestat fil-forma ta’ konklużjonijiet tagħti lok għal inċertezza fir-rigward tan-natura u tal-portata ġuridika ta’ dan l-att. Fil-fatt, bħalma rrileva wkoll l-Avukat Ġenerali fil-punti 69 sa 72 tal-konklużjonijiet tiegħu, filwaqt li l-Kunsill isostni li l-imsemmi att jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>essenzjalment<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> deċiżjoni min-naħa tiegħu li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni matul il-WRC‑15, ir-Repubblika Ċeka u r-Repubblika Franċiża jikklassifikawha bħala pożizzjoni komuni tal-Unjoni u tal-Istati Membri, u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja tqisha bħala pożizzjoni kkoordinata bejn l-Istati Membri kollha fil-forma ta’ konklużjonijiet tal-Kunsill. Barra minn hekk, il-Kunsill jargumenta li l-att ikkontestat huwa ta’ natura vinkolanti, filwaqt li r-Repubblika Ċeka hija tal-opinjoni li dan l-att huwa legalment vinkolanti biss għal ċerti partijiet, billi jkopri aspetti li jaqgħu, skont dan l-Istat Membru, fil-kompetenza tal-Unjoni, u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja tqis li l-imsemmi att jikkostitwixxi konklużjonijiet mhux vinkolanti. Fir-rigward tal-Kummissjoni, hija targumenta li, billi adotta l-att ikkontestat fil-forma ta’ konklużjonijiet, il-Kunsill għażel forma ġuridika li hija ġeneralment irriżervata għall-atti ta’ natura mhux vinkolanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Il-kliem użat fl-att ikkontestat jikkontribwixxi, barra minn hekk, għal din l-inċertezza. Fil-fatt, minkejja li l-proposta tal-Kummissjoni tad‑<DATE ISO="20150529">29 ta’ Mejju 2015</DATE> kienet tirrigwarda <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>deċiżjoni tal-Kunsill<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> dwar il-pożizzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> matul il-WRC‑15, l-att ikkontestat jikkonsisti għall-Kunsill, skont il-punt 3 tiegħu, f’li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>jesprimi l-appoġġ ġenerali tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> għal serje ta’ għanijiet li għandhom jintlaħqu matul il-WRC‑15 sabiex ikun hemm implementazzjoni tajba tal-politiki kkonċernati tal-Unjoni u, skont il-punt 4 tiegħu, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>jistieden lill-Istati Membri biex<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> ifittxu dawn l-għanijiet u josservaw il-prinċipji esposti fid-Deċiżjoni Nru 243/2012 f’negozjati li jirrigwardaw eventwali emendi tar-regolamenti tar-radju tal-ITU fil-WRC‑15. Bħalma enfasizzat il-Kummissjoni, l-użu ta’ dan il-kliem ma huwiex kompatibbli mal-effett vinkolanti li għandha jkollha deċiżjoni ta’ istituzzjoni tal-Unjoni skont l-Artikolu 288 TFUE. Barra minn hekk, ebda element tal-att ikkontestat ma juri li l-Istati Membri huma obbligati jieħdu pożizzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>f’isem l-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> matul il-WRC‑15, kuntrarjament għal dak li jipprevedi l-Artikolu 218(9) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li, billi adotta l-konklużjonijiet fuq il-WRC‑15, minflok deċiżjoni, kif previst fl-Artikolu 218(9) TFUE, il-Kunsill kiser il-forom sostanzjali meħtieġa minn din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tieni lok, tal-fatt li l-att ikkontestat ma jsemmix il-bażi legali li huwa bbażat fuqha, għandu jiġi rrilevat, qabelxejn, li l-indikazzjoni tal-bażi legali hija meħtieġa fid-dawl tal-prinċipju ta’ għoti ta’ kompetenzi stabbilit fl-Artikolu 5(2) TUE, li jipprovdi li l-Unjoni għandha taġixxi biss fil-limiti tal-kompetenzi mogħtija lilha mill-Istati Membri fit-Trattati sabiex twettaq l-għanijiet stabbiliti minn dawn it-Trattati kemm għall-azzjoni interna kif ukoll għall-azzjoni internazzjonali tal-Unjoni [ara, f’dan is-sens, Opinjoni <REF.DOC.ECR><NO.CASE>2/94</NO.CASE> (<NAME.CASE>Adeżjoni tal-Komunità mal-KEDB</NAME.CASE>), tat‑<DATE ISO="19960328">28 ta’ Marzu 1996</DATE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:140">EU:C:1996:140</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091001">1 ta’ Ottubru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑370/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:590">EU:C:2009:590</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-għażla tal-bażi legali adatta għandha importanza ta’ natura kostituzzjonali peress li l-Unjoni, li għandha biss kompetenzi ta’ attribuzzjoni, għandha torbot l-atti li hija tadotta mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE li jagħtuha s-setgħa għal dan l-għan [Opinjoni <REF.DOC.ECR><NO.CASE>1/15</NO.CASE> (<NAME.CASE>Ftehim PNR UE‑Kanada</NAME.CASE>), tas‑<DATE ISO="20170726">26 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:592">EU:C:2017:592</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>].</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Sussegwentement, l-indikazzjoni tal-bażi legali għandha wkoll importanza partikolari sabiex tippreżerva l-prerogattivi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni kkonċernati permezz tal-proċedura ta’ adozzjoni ta’ att (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091001">1 ta’ Ottubru 2009</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑370/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:590">EU:C:2009:590</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Għaldaqstant, f’dan il-każ, tali indikazzjoni tista’ taffettwa l-kompetenzi tal-Kummissjoni u tal-Kunsill kif ukoll ir-rwoli rispettivi tagħhom fil-proċedura ta’ adozzjoni tal-att ikkontestat. Bl-istess mod, l-indikazzjoni tal-bażi legali hija meħtieġa għad-determinazzjoni tal-modalitajiet tal-votazzjoni fi ħdan il-Kunsill (ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091001">1 ta’ Ottubru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑370/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:590">EU:C:2009:590</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). B’mod partikolari, peress li l-att ikkontestat bl-ebda mod ma jaqa’ taħt waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(8) TFUE, bħala prinċipju, il-Kunsill kellu jadotta dan l-att konformement mad-dispożizzjonijiet meħuda flimkien tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 218(8) TFUE u tal-Artikolu 218(9) TFUE, b’deċiżjoni b’maġġoranza kkwalifikata (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141218">18 ta’ Diċembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Ir-Renju Unit vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑81/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2449">EU:C:2014:2449</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li l-indikazzjoni tal-bażi legali hija meħtieġa fid-dawl tal-obbligu ta’ motivazzjoni li jirriżulta mill-Artikolu 296 TFUE. Dan l-obbligu, li huwa ġġustifikat b’mod partikolari mill-istħarriġ ġudizzjarju li għandu jkun jista’ jiġi eżerċitat mill-Qorti tal-Ġustizzja, għandu japplika, bħala prinċipju, għal kull att tal-Unjoni li jipproduċi effetti ġuridiċi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091001">1 ta’ Ottubru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑370/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:590">EU:C:2009:590</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, ir-rekwiżit taċ-ċertezza legali jirrikjedi li kull att intiż li joħloq effetti ġuridiċi jislet l-effett vinkolanti tiegħu minn dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li għandha tiġi indikata b’mod speċifiku bħala bażi legali u li tistabbilixxi l-forma ġuridika li għandu jkollu l-att (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160614">14 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs McBride e<HT TYPE="ITALIC">t</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑361/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:434">EU:C:2016:434</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-att ikkontestat huwa att tal-Unjoni, peress li ġie adottat mill-Kunsill, u jipproduċi effetti ġuridiċi, sa fejn huwa jistabbilixxi l-għanijiet li huwa jistieden lill-Istati Membri li jfittxu matul il-WRC‑15. Minn dan isegwi li l-Kunsill kellu jindika, fl-att ikkontestat, il-bażi legali sostantiva u proċedurali li huwa bbażat fuqha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Barra minn hekk, filwaqt li huwa minnu li l-ommissjoni ta’ riferiment għal dispożizzjoni speċifika tat-Trattat ma tistax tikkostitwixxi difett sostanzjali meta l-bażi legali ta’ att tista’ tiġi stabbilita permezz ta’ elementi oħrajn tiegħu, bħalma jargumenta l-Kunsill, tali riferiment espliċitu huwa madankollu indispensabbli meta, fin-nuqqas tiegħu, il-persuni kkonċernati u l-Qorti tal-Ġustizzja jitħallew fl-inċertezza dwar il-bażi legali speċifika (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160614">14 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs McBride <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑361/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:434">EU:C:2016:434</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, minflok indika l-bażi legali tal-att ikkontestat, il-Kunsill sempliċement, fil-punt 1 ta’ dan l-att, fakkar il-kuntest ġuridiku rilevanti u l-prattika istituzzjonali tal-Kunsill u, fil-punt 2 tal-imsemmi att, ħa nota tal-opinjoni tar-RSPG tax-xahar ta’ Frar 2015 fuq l-għanijiet politiċi komuni għall-WRC‑15. Minn din il-konstatazzjoni, flimkien ma’ dawk magħmula fil-punt 46 ta’ din is-sentenza, jirriżulta li ebda element tal-att ikkontestat ma jippermetti li tiġi identifikata l-bażi legali sostantiva u proċedurali tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-bażi legali tal-att ikkontestat ma tistax tiġi ddeterminata b’mod ċar. F’dawn iċ-ċirkustanzi, kuntrarjament għal dak li jsostni l-Kunsill, in-nuqqas ta’ riferiment, fl-att ikkontestat, għal kwalunkwe bażi legali ma jistax jiġi kkunsidrat bħala difett purament formali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091001">1 ta’ Ottubru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑370/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:590">EU:C:2009:590</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Għaldaqstant, id-deroga mill-forma ġuridika prevista fl-Artikolu 218(9) TFUE u l-ommissjoni tal-indikazzjoni tal-bażi legali jikkawżaw konfużjoni fir-rigward tan-natura u tal-portata ġuridika tal-att ikkontestat kif ukoll tal-proċedura li kellha tiġi segwita għall-adozzjoni tiegħu, liema konfużjoni setgħet iddgħajjef lill-Unjoni fid-difiża tal-pożizzjoni tagħha fil-WRC‑15 (ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091001">1 ta’ Ottubru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑370/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:590">EU:C:2009:590</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-att ikkontestat għandu jiġi annullat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li l-Kunsill tilef, hemm lok li huwa jiġi ordnat ibati l-ispejjeż kif mitlub mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 140(1) tal-istess regoli, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Franċiża u r-Renju Unit għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, adottati fis‑<DATE ISO="20151026">26 ta’ Ottubru 2015</DATE>, fit‑3419-il sessjoni fil-Lussemburgu, dwar il-Konferenza Dinjija tar-Radjukomunikazzjoni tal‑2015 (WRC‑15) tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (ITU) huma annullati.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Franċiża u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>