<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.00-20081231.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2007MTA.0700586901.case.xml"><NO.CASE>C-145/06</NO.CASE><NO.CASE>C-146/06</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62006J0145</NO.CELEX><NO.SEQ>0005.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>5884</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>5902</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>19</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20070705">5.7.2007</DATE> — KAWŻI MAGĦQUDA C-145/06 U C-146/06</LEFT><RIGHT>FENDT ITALIANA</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20070705">5 ta' Lulju 2007</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING="STAR"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-kawżi magħquda C-145/06 u C-146/06,</P><P>li għandhom bħala suġġett talbiet għal deċiżjoni preliminari taħt l-Artikolu 234 KE, imressqa mill-Commissione tributaria di secondo grado di Trento (l-Italja), permezz ta' deċiżjonijiet, rispettivament, tas-<DATE ISO="20060306">6 ta' Marzu 2006</DATE> u tat-<DATE ISO="20051223">23 ta' Diċembru 2005</DATE>, li waslu fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20060317">17 ta' Marzu 2006</DATE>, fil-proċeduri</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P>Fendt Italiana Srl,</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P>Agenzia Dogane — Ufficio Dogane di Trento,</P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn A. Rosas, President ta' l-Awla, J. Klučka, U. Lõhmus, A. Ó Caoimh (Relatur) u P. Lindh, Imħallfin,</P><?PAGE NO="I-5885"?><P>Avukat Ġenerali: E. Sharpston,</P><P>Reġistratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20070215">15 ta' Frar 2007</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Fendt Italiana Srl, minn G. Maisto, avvocato, u A. Parolini, dottore commercialista,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn L M. Braguglia, bħala aġent, assistit minn G. Aiello, awocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċiprijott, minn N. Charalambidou, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn L. Pignataro u W. Moells, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tad-<DATE ISO="20070419">19 ta' April 2007</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="I-5886"?><PREAMBLE.FINAL><P>tagħti l-preżenti</P></PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talbiet għal deċiżjoni preliminari jirrigwardaw l-interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-<DATE ISO="20031027">27 ta' Ottubru 2003</DATE>, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="283" DATE.PUB="2003" PAGE.FIRST="51">ĠU L 283, p. 51</REF.DOC.OJ>), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2004/75/KE, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta' April 2004</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="157" DATE.PUB="2004" PAGE.FIRST="100">ĠU L 157, p. 100</REF.DOC.OJ>, iktar il quddiem id-<QUOT.START ID="QS0001" REF.END="QE0001" CODE="201C"/>Direttiva 2003/96<QUOT.END ID="QE0001" REF.START="QS0001" CODE="201D"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Dawn it-talbiet ġew ippreżentati fil-kuntest ta' kawżi bejn Fendt Italiana Srl (iktar il quddiem <QUOT.START ID="QS0002" REF.END="QE0002" CODE="201C"/>Fendt<QUOT.END ID="QE0002" REF.START="QS0002" CODE="201D"/>) u l-Agenzia Dogane — Ufficio Dogane di Trento (Awtorità Doganali ta' Trento) dwar in-nuqqas ta' din il-kumpannija milli tħallas, għas-sena ta' stima 2004, it-taxxa imposta fuq il-konsum taż-żejt lubrikanti stabbilita bid-dritt nazzjonali.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-leġiżlazzjoni Komunitarja</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-Direttiva 92/12/KEE</P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE, tal-<DATE ISO="19920225">25 ta' Frar 1992</DATE>, dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta' dan it-tip ta' prodotti (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="076" DATE.PUB="1992" PAGE.FIRST="1">ĠU L 76, p. 1</REF.DOC.OJ>), jgħid:</TXT><?PAGE NO="I-5887"?><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0003" REF.END="QE0003" CODE="201C"/>1</NO.P><TXT>Din id-Direttiva tistabbilixxi l-arranġamenti għal prodotti soġġetti għad-dazji tas-sisa u taxxi indiretti oħra li huma imposti direttament jew indirettament malkonsum ta' dawk il-prodotti, ħlief għat-taxxa fuq il-valur miżjud u t-taxxi stabbiliti mill-Komunità.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet partikolari li jirrelataw ma' l-istrutturi u r-rati ta' dazju fuq prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa għandhom jiġi stabbiliti f Direttivi speċifiċi.<QUOT.END ID="QE0003" REF.START="QS0003" CODE="201D"/></TXT></NP></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 ta' l-imsemmija Direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0004" REF.END="QE0004" CODE="201C"/>1</NO.P><TXT>Din id-Direttiva għandha tgħodd, fil-livell tal-Komunità, għall-prodotti li ġejjin kif definiti fid-Direttivi relevanti:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>żjut minerali,</P></ITEM></LIST></P><P>[...]</P></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-prodotti elenkati fil-paragrafu 1 jistgħu jkunu soġġetti għal taxxi oħra indiretti għal għanijiet speċifiċi, iżda [bil-kundizzjoni li] dawk it-taxxi jkunu jikkonformaw mar-regoli ta' taxxa applikabbli għad-dazju tas-sisa u għall-għanijiet tal-VAT għal dak li għandu x'jaqsam mad-determinazzjoni tal-bażi tat-taxxa, il-kalkolu tat-taxxa, il-ħlas tat-taxxa u l-immonitorjar tat-taxxa.</TXT></NP><?PAGE NO="I-5888"?><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>L-Istati Membri għandhom iżommu d-dritt li jintroduċu jew iżommu taxxi li huma mposti fuq prodotti ħlief għal dawk li huma elenkati fil-paragrafu 1, b'dan illi, iżda, li dawk it-taxxi ma jagħtux lok għal formalitajiet mal-qsim tal-fruntieri fil-kummerċ bejn I-Istati Membri.</TXT><P>[...]<QUOT.END ID="QE0004" REF.START="QS0004" CODE="201D"/></P></NP></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-Direttivi 92/81/KEE u 92/82/KEE</P></TI></TITLE><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Id-Direttiva tal-Kunsill 92/81/KEE, tad-<DATE ISO="19921019">19 ta' Ottubru 1992</DATE>, dwar l-armonizzazzjoni ta l-istrutturi tad-dazji tas-sisa fuq iż-żjut minerali [Traduzzjoni mhux uffiċjali] (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="316" DATE.PUB="1992" PAGE.FIRST="12">ĠU L 316, p. 12</REF.DOC.OJ>), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 94/74/KE, tat-<DATE ISO="19941222">22 ta' Diċembru 1994</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="365" DATE.PUB="1994" PAGE.FIRST="46">ĠU L 365, p. 46</REF.DOC.OJ>, iktar il quddiem id-<QUOT.START ID="QS0005" REF.END="QE0005" CODE="201C"/>Direttiva 92/81<QUOT.END ID="QE0005" REF.START="QS0005" CODE="201D"/>), tipprovdi, fl-Artikolu 2(l)(d) tagħha, moqri flimkien mal-paragrafu 4 ta' l-istess Artikolu, li <QUOT.START ID="QS0006" REF.END="QE0006" CODE="201C"/>l-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 2710<QUOT.END ID="QE0006" REF.START="QS0006" CODE="201D"/>, fil-verżjoni tan-nomenklatura maqgħuda (iktar il quddiem <QUOT.START ID="QS0007" REF.END="QE0007" CODE="201C"/>NM<QUOT.END ID="QE0007" REF.START="QS0007" CODE="201D"/>) li kienet fis-seħħ fl-<DATE ISO="19941001">1 ta' Ottubru 1994</DATE>, jiġifieri, b'mod partikolari, iż-żjut lubrikanti, huma żjut minerali għall-finijiet ta' l-applikazzjoni tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Skond il-paragrafu (2) ta' l-imsemmi Artikolu 2, <QUOT.START ID="QS0008" REF.END="QE0008" CODE="201C"/>iż-żjut minerali, minbarra dawk li għalihom livell ta' dazju huwa stabbilit mid-Direttiva 92/82/KEE, huma suġġetti għal dazju tas-sisa jekk ikunu intiżi sabiex jiġu użati, offruti għall-bejgħ jew użati bħala kombustibbli jew karburant [...]<QUOT.END ID="QE0008" REF.START="QS0008" CODE="201D"/> [Traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 8(l)(a) tad-Direttiva 92/81 jipprovdi:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0009" REF.END="QE0009" CODE="201C"/>1.</NO.P><TXT>Minbarra d-dispożizzjonijiet ġenerali tad-Direttiva 92/12/KEE dwar l-użu eżenti ta' prodotti suġġetti għal dazju tas-sisa u bla ħsara għal dispożizzjonijiet Komunitarji<?PAGE NO="I-5889"?> oħra, l-Istati Membri għandhom jeżentaw il-prodotti li ġejjin mid-dazju tas-sisa armonizzat, taħt il-kundizzjonijiet li huma jistabbilixxu bil-għan li jassiguraw lapplikazzjoni korretta u ċara ta' dawn l-eżenzjonijiet u li jimpedixxu l-frodi, l-evażjoni u l-abbużi:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>iż-żjut minerali intiżi għal użu differenti minn dawk ta' karburant jew ta' kombustibbli;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[...]<QUOT.END ID="QE0009" REF.START="QS0009" CODE="201D"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></NP></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Id-Direttiva tal-Kunsill 92/82/KEE, tad-<DATE ISO="19921019">19 ta' Ottubru 1992</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tar-rati tad-dazji tas-sisa fuq iż-żjut minerali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="316" DATE.PUB="1992" PAGE.FIRST="19">ĠU L 316, p. 19</REF.DOC.OJ>), kif emendata bid-Direttiva 94/74 (iktar il quddiem id-<QUOT.START ID="QS0010" REF.END="QE0010" CODE="201C"/>Direttiva 92/82<QUOT.END ID="QE0010" REF.START="QS0010" CODE="201D"/>), tistabbilixxi rata minima ta' dazju tas-sisa għal xi żjut minerali. L-Artikolu 2 ta' din id-Direttiva jsemmi ż-żjut minerali kkonċernati, u ż-żjut lubrikanti ma jinsabux fosthom.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-Direttiva 2003/96</P></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-ewwel sat-tielet premessa u s-seba' premessa tad-Direttiva 2003/96 jipprovdu kif</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0011" REF.END="QE0011" CODE="201C"/>(1)</NO.P><TXT>L-iskop tad-Direttiva tal-Kunsill 92/81/KEE [...] u tad-Direttiva tal-Kunsill 92/82/KEE [...] huwa ristrett għaż-żjut minerali.</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-5890"?><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>L-assenza ta' proviżżjonijiet tal-Komunità li jimponu rata minima ta' tassazzjoni fuq l-elettriku u prodotti ta' enerġija minbarra żjut minerali tista' taffetwa ħażin il-funzjonijiet kif suppost tas-suq intern.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>Il-[funzjonament tajjeb] tas-suq intern u s-seħħ ta' l-għanijiet ta' politiki oħra tal-Kommunità jeħtieġu li livelli minimi ta' tassazzjoni jkunu stabbiliti fuq livell Kommunitarju għal bosta mill-prodotti ta' l-enerġija, inkluż l-elettriku, il-gass naturali u faħam.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(7)</NO.P><TXT>Bħala sieħba tal-konvenzjoni kwadru tan-Nazzjonijiet Uniti dwar tibdil filklima, il-Komunità rratifikat il-Protokoll ta' Kyoto. It-tassazzjoni fuq prodotti ta enerġija u, fejn xieraq, ta' elettriku hija waħda mill-istrumenti disponibbli biex jinkisbu l-iskopijiet tal-Protokoll ta' Kyoto.<QUOT.END ID="QE0011" REF.START="QS0011" CODE="201D"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Barra minn hekk, it-tnejn u għoxrin premessa tad-Direttiva 2003/96 tgħid:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0012" REF.END="QE0012" CODE="201C"/>Prodotti ta' enerġija essenzjalment għandhom ikunu suġġetti għall-qafas fi ħdan il-Komunità meta jkunu użati bħala karburant li jsaħħan jew karburant għall-karozzi [kombustibbli]. Għal dan il-għan, hija fin-natura u l-loġika tas-sistema ta' taxxa li teskludi mill-iskop ta' dan il-qafas l-użu doppju u użu ta' prodotti ta' enerġija li mhux karburant kif ukoll ipproċessar tal-mineraloġija. Elettriku użat bl-istess manjiera għandfu] [j]iġi ttrattat l-istess.<QUOT.END ID="QE0012" REF.START="QS0012" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-5891"?><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva 2003/96 jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jintaxxaw il-prodotti ta' enerġija u l-elettriku b'mod konformi ma' din id-Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(l)(b) ta' l-imsemmija Direttiva, moqri flimkien mal-paragrafu 5 ta' listess Artikolu, jistabbilixxi li, għall-finijiet ta' din id-Direttiva, il-kliem <QUOT.START ID="QS0013" REF.END="QE0013" CODE="201C"/>prodotti ta enerġija<QUOT.END ID="QE0013" REF.START="QS0013" CODE="201D"/> jirreferi għall-prodotti <QUOT.START ID="QS0014" REF.END="QE0014" CODE="201C"/>li huma deskritti taħt Kodiċi NM 2701, 2702 u 2704 sa 2715<QUOT.END ID="QE0014" REF.START="QS0014" CODE="201D"/>, kif jidhru fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2031/2001, tas-<DATE ISO="20010806">6 ta Awwissu 2001</DATE>, li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="279" DATE.PUB="2001" PAGE.FIRST="1">ĠU L 279, p. 1</REF.DOC.OJ>), jiġifieri, b'mod partikolari, iż-żjut minerali deskritti taħt lintestatura 2710 tan-NM.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-kliem ta' l-Artikolu 2(4)(b) tad-Direttiva 2003/96 jgħid hekk:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0015" REF.END="QE0015" CODE="201C"/>4.</NO.P><TXT>Din id-Direttiva ma tapplikax għal:</TXT></NP><P>[...]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>l-użu kif imniżżel hawn taħt ta' prodotti ta' enerġija u elettriku:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>prodotti ta' l-enerġija użati mhux bħala karburant [...] jew [kombustibbli],</P></ITEM><ITEM><P>[prodotti ta' enerġija b'użu doppju.]</P></ITEM></LIST></P><?PAGE NO="I-5892"?><P>Prodott ta' l-enerġija għandu użu doppju meta jiġi użat kemm bħala [kombustibbli] kif ukoll għal skopijiet differenti minn karburant [jew kombustibbli]. L-użu ta' prodotti ta' l-enerġija għat-tnaqqis ta' kimiki u fi trattamenti elettrolitiki kif ukoll metallurġiki [għandu jiġi kkunsidrat] bħala użu doppju,</P></NP></ITEM></LIST></P><P>[...]<QUOT.END ID="QE0015" REF.START="QS0015" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2003/96 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0016" REF.END="QE0016" CODE="201C"/>[Fid-]Direttiva 92/12/KEE, [riferenzi] għal <QUOT.START ID="QS0017" REF.END="QE0017" CODE="201C"/>żjut minerali<QUOT.END ID="QE0017" REF.START="QS0017" CODE="201D"/> u <QUOT.START ID="QS0018" REF.END="QE0018" CODE="201C"/>taxxa tas-sisa<QUOT.END ID="QE0018" REF.START="QS0018" CODE="201D"/>, [...] kemm-il darba [jkunu relatati ma'] żjut minerali, [...] jkopru l-prodotti ta' l-enerġija kollha, l-elettriku u t-taxxi indiretti nazzjonali [kollha stabbiliti] [...] rispettivament fl-Artikolu 2 u [fl-Artikolu] 4(2) ta' din id-Direttiva.<QUOT.END ID="QE0016" REF.START="QS0016" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2003/96 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0019" REF.END="QE0019" CODE="201C"/>1.</NO.P><TXT>Barra d-dispożizzjonijiet ġenerali kif imniżżla fid-Direttiva 92/12/KEE fuq użijiet eżenti ta' prodotti taxxabli, u mingħajr preġudizzju għall-dispożizzjonijiet oħra tal-Komunità, Stati Membri għandhom jeżentaw dan li ġej mit-tassazzjoni b'kundiz-zjonijiet li huma għandhom jagħmlu biex jiżguraw l-applikazzjoni korretta u sempliċi ta' dawn l-eżenzjonijiet u biex jimpedixxu [l-frodi,] l-evażjoni, [...] jew l-[abbużi]:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>prodotti ta' enerġija u elettriku użati biex jipproduċu elettriku u elettriku użat biex iżomm il-produzzjoni ta' elettriku. [...]</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-5893"?><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>prodotti ta' enerġija forniti biex jintużaw bħala karburant għall-iskop ta' navigazzjoni bl-ajru barra minn safar b'mod privat u għa[d]-divertiment</TXT><P>[...]</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>prodotti ta' enerġija forniti għall-użu ta' karburant għall-[i]skopijiet ta' navigazzjoni fl-ibħra ġewwa l-Komunità (tinkludi s-sajd), barra minn dgħajjes għall-użu privat jew għad-divertiment, u elettriku magħmul abbord [id-dgħajjes].</TXT><P>[...]<QUOT.END ID="QE0019" REF.START="QS0019" CODE="201D"/></P></NP></ITEM></LIST></P></NP></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Skond l-Artikoli 15 u 16 tad-Direttiva 2003/96, l-Istati Membri jistgħu wkoll japplikaw eżenzjonijiet jew tnaqqis fil-livell ta' tassazzjoni fil-każijiet li ssir referenza għalihom.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu 28(1) u (2) tad-Direttiva 2003/96 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0020" REF.END="QE0020" CODE="201C"/>1.</NO.P><TXT>[L-Is]tati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrativi neċessarji biex [jikkonformaw ruħhom] ma' din id-Direttiva sa mhux iktar tard mill-<DATE ISO="20031231">31 ta' Diċembru 2003</DATE>. Huma għandhom jinfurmaw b'dan mill-ewwel lil[l-]Kummissjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="I-5894"?><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-<DATE ISO="20040101">1 ta' Jannar 2004</DATE>, ħlief id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 16 u 18(1), li jistgħu jiġu applikati mill-Istati Membri mill-<DATE ISO="20030101">1 ta' Jannar 2003</DATE>.<QUOT.END ID="QE0020" REF.START="QS0020" CODE="201D"/></TXT></NP></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 30 ta' l-imsemmija Direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0021" REF.END="QE0021" CODE="201C"/>Minkejja l-Artikolu 28(2), id-Direttivi 92/81/KEE u 92/82/KEE għandhom jiġu mneħħija mill-<DATE ISO="20031231">31 ta' Diċembru 2003</DATE>.</P><P>[Ir-r]eferenzi għad direttivi mħassra għandhom jinftiehmu [bħala] referenzi għal din id-Direttiva.<QUOT.END ID="QE0021" REF.START="QS0021" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-leġiżlazzjoni nazzjonali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>It-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 21 tad-digriet leġiżlattiv Nru 504, bit-titolu <QUOT.START ID="QS0022" REF.END="QE0022" CODE="201C"/>Test Ikkonsolidat tad-Dispożizzjonijiet Legali rigward dazji fuq il-produzzjoni u lkonsum u multi kriminali u amministrattivi relatati<QUOT.END ID="QE0022" REF.START="QS0022" CODE="201D"/> (Decreto legislativo n<HT TYPE="SUP">o</HT> 504, <QUOT.START ID="QS0023" REF.END="QE0023" CODE="00AB"/>Testo unico delle disposizioni legislative concernenti le imposte sulla produzione e sui consumi e relative sanzioni penale e amministrative<QUOT.END ID="QE0023" REF.START="QS0023" CODE="00BB"/>), tas-<DATE ISO="19951026">26 ta' Ottubru 1995</DATE> (Suppliment Ordinarju tal-GURI Nru 279, tad-<DATE ISO="19951129">29 ta' Novembru 1995</DATE>, iktar il quddiem id-<QUOT.START ID="QS0024" REF.END="QE0024" CODE="201C"/>digriet leġiżlattiv Nru u 504/95<QUOT.END ID="QE0024" REF.START="QS0024" CODE="201D"/>), jissuġġetta l-prodotti mniżżla taħt lintestatura 2710 tan-NM (żjut lubrikanti), użati bħala karburant jew bħala kombustibbli, għal taxxa tas-sisa stabbilita bl-istess rata bħal dik stabbilita għall-karburant jew il-kombustibbli ekwivalenti.</TXT></NP><?PAGE NO="I-5895"?><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 62 tad-digriet leġiżlattiv Nru 504/95 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0025" REF.END="QE0025" CODE="201C"/>Bla ħsara għad-dazju stipulat fl-Artikolu 21(2), żjut lubrikanti (kodiċi KM 27 10 00 87 sa 27 10 00 98), huma suġġetti għal taxxa fuq il-konsum meta jkunu intiżi, offruti għall-bejgħ jew użati b'mod ieħor milli bħala karburant jew kombustibbli.<QUOT.END ID="QE0025" REF.START="QS0025" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Ir-rata ta' din it-taxxa fuq il-konsum hija differenti mir-rata tat-taxxa tas-sisa msemmija fl-Artikolu 21(2) tad-digriet leġiżlattiv Nru 504/95.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz ta' sentenza tal-<DATE ISO="20030925">25 ta' Settembru 2003</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Italja (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-437/01" YEAR="2003" PAGE.ECR="I-9861">C-437/01, Ġabra p. I-9861</REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li r-Repubblika Taljana naqset mill-obbligi imposti fuqha bis-saħħa ta' l-Artikoli 3(2) tad-Direttiva 92/12 u 8 (l)(a) tad-Direttiva 92/81 billi żammet fis-seħħ l-Artikolu 62(1) tad-digriet leġiżlattiv Nru 504/95.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Fil-punt 30 tas-sentenza Il-Kummissjoni vs L-Italja, iċċitata iktar il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja fil-fatt iddeċidiet li, bis-saħħa ta' l-Artikoli 8(1)(a) u 2(2) tad-Direttiva 92/81, moqrija flimkien ma' l-Artikolu 2 tad-Direttiva 92/82, iż-żjut lubrikanti jistgħu jkunu suġġetti għal taxxa tas-sisa biss jekk ikunu intiżi għal użu, offruti għal bejgħ jew użati bħala karburanti jew kombustibbli, filwaqt li, fil-każijiet l-oħra, huma għandhom jiġu eżentati mit-taxxa tas-sisa armonizzata. F'dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-punti 31 u 32 ta' l-imsemmija sentenza, enfasizzat li, kieku l-Istati Membri kellhom jingħataw il-possibbiltà li jimponu taxxa indiretta oħra fuq ilprodotti li għandhom ikunu eżenti mit-taxxa tas-sisa armonizzata, jiġi eliminat kull effett utli tad-Direttiva 92/81, bmod partikolari ta' l-Artikolu 8(1)(a) tagħha.</TXT></NP><?PAGE NO="I-5896"?><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Huwa paċifiku li, fid-data tal-fatti fil-kawżi prinċipali, l-Artikolu 62(1) tad-digriet leġiżlattiv Nru 504/95 ma kienx ġie abbrogat mill-awtoritajiet Taljani.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kawżi prinċipali u d-domandi preliminari</P></TI></TITLE><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz ta' żewġ atti ta' notifika separati, l-Agenzia Dogane — Ufficio Dogane di Trento infurmat lil Fendt dwar in-nuqqas ta' ħlas, għas-sena ta' stima 2004, tat-taxxa imposta fuq il-konsum taż-żejt lubrikanti stabbilita mill-Artikolu 62(1) tad-digriet leġiżlattiv Nru 504/95.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Ir-rikorsi mressqa minn Fendt kontra dawn l-atti ġew miċħuda mill-Commissione tributaria provinciale di Trento. Skond din il-qorti, il-prodotti ta' enerġija li mhumiex intiżi għal użu bħala karburant jew bħala kombustibbli ma jaqgħux taħt ilkamp ta' applikazzjoni ristrett tad-Direttiva 2003/96. Għaldaqstant, is-sistema ta taxxa tal-prodotti l-oħra, fosthom iż-żjut minerali, hija stabbilita għal kollox millewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 62 tad-digriet leġiżlattiv Nru 504/95. F'dan irrigward, l-imsemmija Direttiva ġabet tibdil billi ppermettiet lill-Istati Membri li jistabbilixxu sistema ta' taxxa awtonoma għaż-żjut lubrikanti.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Wara li tressaq appell quddiemha, il-Commissione tributaria di secondo grado di Trento tosserva, fid-deċiżjonijiet tar-rinviju tagħha, li, kuntrarjament għal dak li jsostnu l-awtoritajiet doganali kompetenti, id-Direttiva 2003/96 ma tawtorizzax b'mod espliċitu lill-Istati Membri sabiex jistabbilixxu l-intaxxar tal-prodotti użati b'mod ieħor milli bħala karburant jew bħala kombustibbli. Madankollu, mis-<?PAGE NO="I-5897"?>sentenza Il-Kummissjoni vs L-Italja, iċċitata iktar il fuq, jirriżulta li l-iskop ta' din id-Direttiva kif ukoll l-għan imfittex minnha, huwa li ż-żjut li mhumiex użati bħala karburant jew bħala kombustibbli jiġu esklużi mis-sistema Komunitarja ta' tassazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>F'dawn iċ-ċirkustanzi, il-Commissione tributaria di secondo grado ddeċidiet, fiż-żewġ kawżi quddiemha, li tissospendi l-proċeduri u li tressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja, li hija qiegħdet ftermini identiċi f'kull waħda minn dawn il-kawżi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0026" REF.END="QE0026" CODE="201C"/>[Is-]sistema fiskali stabbilita fl-Artikolu 62(1) tad-digriet leġiżlattiv Nru 504/95 [hija kompatibbli] mad-Direttiva 2003/96 [?]<QUOT.END ID="QE0026" REF.START="QS0026" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Permezz ta' digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-<DATE ISO="20060510">10 ta' Mejju 2006</DATE>, il-kawżi C-145/06 u C-146/06 ġew magħquda flimkien għall-finijiet tal-proċedura bilmiktub u tal-proċedura orali, kif ukoll għall-finijiet tas-sentenza.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domandi preliminari</P></TI></TITLE><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Kif osservat ġustament il-Kummissjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja mhijiex kompetenti, fil-kuntest tal-proċedura prevista fl-Artikolu 234 KE, li tiddeċiedi dwar il-kompatibbiltà ta' dispożizzjonijiet nazzjonali mad-dritt Komunitarju. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja hija kompetenti sabiex tipprovdi lill-qorti nazzjonali blelementi kollha ta' interpretazzjoni ta' dan id-dritt li jistgħu jgħinuha sabiex tevalwa din il-kompatibbiltà fid-deċiżjoni tal-kawża li għandha quddiemha (ara, b'mod partikolari, is-sentenza ta' l-<DATE ISO="19990610">10 ta' Ġunju 1999</DATE>, Braathens, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-346/97" YEAR="1999" PAGE.ECR="I-3419">C-346/97, Ġabra p. I-3419, punt 14</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><?PAGE NO="I-5898"?><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>F'dawn iċ-ċirkustanzi, id-domanda li saret għandha tinftiehem fis-sens li l-qorti tarrinviju essenzjalment tistaqsi jekk id-Direttiva 2003/96 tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik in kwistjoni fil-kawżi prinċipali, li tipprovdi għall-ħlas ta' taxxa fuq il-konsum imposta fuq iż-żjut lubrikanti meta dawn ikunu intiżi, offruti għall-bejgħ jew użati b'mod ieħor milli bħala karburant jew kombustibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, għandu jingħad li skond l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2003/96,l-Istati Membri għandhom l-obbligu li jintaxxaw il-prodotti ta' enerġija b'mod konformi ma' din id-Direttiva; din id-Direttiva għandha l-iskop li timponi, hekk kif jirriżulta mit-tieni u t-tielet premessi tagħha, livelli minimi ta' tassazzjoni fil-Komunità għall-biċċa l-kbira tal-prodotti ta' enerġija.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Bis-saħħa ta' l-Artikolu 2(l)(b) tad-Direttiva 2003/96, moqri flimkien mal-paragrafu (5) ta' l-istess Artikolu, il-prodotti msemmija taħt l-intestatura 2710 tan-NM, jiġifieri, b'mod partikolari, iż-żjut lubrikanti, jikkostitwixxu prodotti ta' enerġija fis-sens ta' din id-Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Madankollu, mill-kliem innifsu ta' l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 2(4)(b) ta' limsemmija Direttiva jirriżulta li din <QUOT.START ID="QS0027" REF.END="QE0027" CODE="201C"/>ma tapplikax<QUOT.END ID="QE0027" REF.START="QS0027" CODE="201D"/> għall-prodotti ta' enerġija mhux użati bħala karburant jew kombustibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Skond it-tnejn u għoxrin premessa tad-Direttiva 2003/96, il-prodotti ta' enerġija essenzjalment għandhom ikunu suġġetti għal qafas regolatorju Komunitarju meta jiġu użati bħala karburant jew bħala kombustibbli, u għaldaqstant huwa fin-natura u l-loġika tat-tassazzjoni li jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan il-qafas dawk il-prodotti ta' enerġija li huma użati b'mod ieħor milli bħala karburant jew kombustibbli.</TXT></NP><?PAGE NO="I-5899"?><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li, b'mod differenti mill-Artikolu 8(l)(a) tad-Direttiva 92/81, li kien jipprovdi li l-Istati Membri kellhom jeżentaw iż-żjut minerali użati b'mod ieħor milli bħala karburant jew kombustibbli, l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2003/96, li jsemmi flista eżawrjenti l-eżenzjonijiet obbligatorji imposti fuq limsemmija Stati, ma jsemmix il-prodotti ta' enerġija użati b'mod ieħor milli bħala karburant jew kombustibbli. Bl-istess mod, la l-Artikolu 15 u lanqas l-Artikolu 16 ta din id-Direttiva, li jipprovdu għal ċerti eżenzjonijiet fakultattivi għall-Istati Membri, ma jsemmu prodotti bħal dawn.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, kif essenzjalment osservat l-Avukat Ġenerali fil-punt 37 tal-konklużjonijiet tagħha, għalkemm iż-żjut minerali użati b'mod ieħor milli bħala karburant jew kombustibbli jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 92/81, peress li dawn il-prodotti huma, hekk kif iddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja filpunti 30 u 33 tas-sentenza Il-Kummissjoni vs L-Italja, iċċitata iktar il fuq, eżenti b'mod obbligatorju mit-taxxa tas-sisa armonizzata, il-leġiżlatur Komunitarju, bladozzjoni tad-Direttiva 2003/96, kellu l-intenzjoni li jibdel din is-sistema billi jeskludi tali prodotti mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, hekk kif Fendt infisha, barra minn hekk, ammettiet waqt is-seduta.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Konsegwentement, kif isostnu l-Gvernijiet ta' l-Italja u ta' Ċipru kif ukoll il-Kummissjoni, wara l-<DATE ISO="20040101">1 ta' Jannar 2004</DATE>, id-data li fiha d-Direttiva 2003/96, bis-saħħa ta l-Artikolu 30 tagħha, abrogat id-Direttiva 92/81, l-Istati Mambri huma kompetenti sabiex jintaxxaw il-prodotti ta' enerġija, bħaż-żjut lubrikanti, użati b'mod ieħor milli bħala karburant jew kombustibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Madankollu, waqt is-seduta, Fendt sostniet li huma biss dawk id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 92/81 li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2003/96 li jistgħu jiġu abrogati minn din ta' l-aħħar. Konsegwentement, peress li din id-Direttiva ta' l-aħħar tapplika biss għall-prodotti ta' enerġija użati bħala karburant jew bħala kombustibbli, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 92/81 li, bħall-Artikolu 8(1)(a) tagħha, jirrigwardaw il-prodotti ta' enerġija użati b'mod ieħor milli bħala karburant jew kombustibbli, mhumiex abrogati mid-Direttiva 2003/96 u, għaldaqstant, jibqgħu<?PAGE NO="I-5900"?> fis-seħħ. Din l-interpretazzjoni hija kkonfermata mill-għan tad-Direttiva 2003/96. Fil-fatt, peress li din għandha l-iskop li tikkontribwixxi sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti mill-Protokoll ta' Kyoto, din ma tistax terġa' tagħti l-possibbiltà lill-Istati Membri li jintaxxaw il-prodotti ta' enerġija użati b'mod ieħor milli bħala karburant jew kombustibbli ladarba dawn mhumiex sors ta' tniġġis.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Dan l-argument għandu jiġi miċħud. Fil-fatt, l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2003/96 jipprovdi, fi kliem ċar, li d-Direttiva 92/81 hija abrogata b'effett mill-<DATE ISO="20031231">31 ta' Diċembru 2003</DATE>. Għaldaqstant, la l-fatt li l-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva ta' l-aħħar u dak tad-Direttiva 2003/96 huma differenti, u lanqas l-għan ta' din, ma jistgħu jiġġustifikaw, mingħajr ma tiġi mibdula radikalment il-portata ta' l-imsemmi Artikolu 30 kuntrarjament għall-intenzjoni espressa b'mod ċar mill-leġiżlatur Komunitarju, l-interpretazzjoni ta' dan l-Artikolu fis-sens li x'uħud mid-dispożiz-zjonijiet tad-Direttiva 92/81 jibqgħu fis-seħħ.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Madankollu, għalkemm l-Istati Membri huma kompetenti biex jintaxxaw il-prodotti ta' enerġija, bħaż-żjut lubrikanti, użati b'mod ieħor milli bħala karburant jew kombustibbli, dawn għandhom jeżerċitaw il-kompetenzi tagħhom f'dan il-qasam b'mod konformi mad-dritt Komunitarju (ara, f'dan is-sens, is-sentenzi ta' l-<DATE ISO="19950214">14 ta Frar 1995</DATE>, Schumacker, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-279/93" YEAR="1995" PAGE.ECR="I-225">C-279/93, Ġabra p. I-225, punt 21</REF.DOC.ECR>, u tad-<DATE ISO="20070329">29 ta' Marzu 2007</DATE>, Rewe Zentralfinanz, C-347/04, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra, punt 21 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>B'mod partikolari, f'dan ir-rigward, l-Istati Membri mhux biss għandhom josservaw id-dispożizzjonijiet tat-Trattat KE, b'mod partikolari l-Artikoli 25 KE u 90 KE, iżda wkoll, kif josservaw ġustament il-Gvern Ċiprijott u l-Kummissjoni, dawk stabbiliti fl-Artikolu 3(3)(1) tad-Direttiva 92/12.</TXT></NP><?PAGE NO="I-5901"?><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Fil-fatt, anki jekk iż-żjut lubrikanti użati b'mod ieħor milli bħala karburant jew kombustibbli jaqgħu taħt id-definizzjoni tal-kunċett ta' <QUOT.START ID="QS0028" REF.END="QE0028" CODE="201C"/>prodotti ta' enerġija<QUOT.END ID="QE0028" REF.START="QS0028" CODE="201D"/> fis-sens ta' l-Artikolu 2(l)(b) tad-Direttiva 2003/96, dawn huma esklużi b'mod espliċitu mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-direttiva permezz ta' l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 2(4) (b) u, għaldaqstant, mhumiex inklużi fis-sistema tat-taxxa tas-sisa armonizzata.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>F'dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi meqjus li l-imsemmija żjut lubrikanti, li mhumiex suġġetti għat-taxxa tas-sisa armonizzata, jikkostitwixxu prodotti differenti minn dawk imsemmija fl-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 92/12 (ara, f'dan is-sens, is-sentenzi ċċitati iktar il fuq, Braathens, punti 24 u 25, kif ukoll IIKummissjoni vs L-Italja, punti 31 u 33), b'tali mod li, b'mod konformi mal-paragrafu (3)(1) ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri jżommu d-dritt li jintroduċu jew iżommu fis-seħħ taxxi li huma imposti fuq dawn il-prodotti bil-kundizzjoni li dawk it-taxxi ma jagħtux lok għal formalitajiet ma' kummerċ transkonfini fil-kummerċ bejn l-Istati Membri.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Fid-dawl ta' dak li ntqal, ir-risposta għad-domanda li saret għandha tkun li d-Direttiva 2003/96 għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma tipprekludix liġi nazzjonali, bħal dik in kwistjoni fil-kawżi prinċipali, li tipprovdi għall-ħlas ta' taxxa fuq il-konsum li tolqot iż-żjut lubrikanti meta dawn ikunu intiżi, offruti għall-bejgħ jew użati b'mod ieħor milli bħala karburant jew kombustibbli.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawżi prinċipali, in-natura ta kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li għandha tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni ta' l-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk ta' l-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-5902"?><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta u tiddeċiedi:</P></INTRO><P>Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-<DATE ISO="20031027">27 ta' Ottubru 2003</DATE>, li tirriforma listruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku, kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 2004/75/KE, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta' April 2004</DATE>, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix liġi nazzjonali, bħal dik in kwistjoni fil-kawżi prinċipali, li tipprovdi għall-ħlas ta' taxxa fuq il-konsum li tolqot iż-żjut lubrikanti meta dawn ikunu intiżi, offruti għall-bejgħ jew użati b'mod ieħor milli bħala karburant jew kombustibbli.</P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>