|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2503 |
24.9.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2024/2503
tat-23 ta’ Settembru 2024
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1465 dwar azzjoni tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-Mekkaniżmu ta’ Verifika u Spezzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Jemen
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-18 ta’ Settembru 2018, abbażi ta’ talba mill-Mekkaniżmu ta’ Verifika u Spezzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Jemen (UNVIM), il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1249 (1) dwar azzjoni tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-UNVIM. |
|
(2) |
Fit-12 ta’ Ottubru 2020, abbażi ta’ talba mill-UNVIM, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1465 (2) u ġedded l-azzjoni tal-Unjoni b’appoġġ għall-UNVIM għal perjodu ta’ 12-il xahar. |
|
(3) |
Fit-28 ta’ Settembru 2023, abbażi ta’ talba mill-UNVIM, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/2095 (3) u ġedded ulterjorment l-azzjoni tal-Unjoni b’appoġġ għall-UNVIM għal perjodu ta’ 12-il xahar, sat-30 ta’ Settembru 2024. |
|
(4) |
Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti fir-Riżoluzzjoni (UNSCR) 2722 (2024) ikkundanna l-forniment ta’ armi u materjal relatat ta’ kull tip lill-Houthis, bi ksur tal-UNSCR 2216 (2015), u appella għal kooperazzjoni prattika addizzjonali biex l-Houthis ma jitħalliex jakkwista l-materjal meħtieġ biex iwettaq aktar attakki. |
|
(5) |
Il-UNSCR 2742 (2024) estendiet il-mandat tal-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti li tappoġġa l-Ftehim ta’ Hodeidah sabiex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni tal-ftehim dwar il-Belt ta’ Hodeidah u l-portijiet ta’ Hodeidah, Saleef u Ras Issa stabbilit fil-Ftehim ta’ Stokkolma konkluż fit-13 ta’ Diċembru 2018 mill-partijiet għall-kunflitt fil-Jemen, u approvat mill-UNSCR 2451 (2018) u l-UNSCR 2452 (2019). |
|
(6) |
Il-UNVIM talab aktar appoġġ mill-Unjoni għal sena. |
|
(7) |
Jenħtieġ li l-Unjoni ġġedded l-appoġġ tagħha għall-UNVIM għal sena għall-implimentazzjoni tal-mandat tiegħu. |
|
(8) |
Jenħtieġ li jiżdied ammont ta’ referenza finanzjarja biex ikopri l-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2024 sat-30 ta’ Settembru 2025. |
|
(9) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1465 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2020/1465 hija b’dan emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 3(1), jinżdied l-inċiż li ġej:
; |
|
(2) |
fl-Artikolu 5, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Għandha tiskadi fit-30 ta’ Settembru 2025.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Għandha tapplika mill-1 ta’ Ottubru 2024.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
Z. FELDMAN
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1249 tat-18 ta’ Settembru 2018 dwar azzjoni tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-Mekkaniżmu ta’ Verifika u Spezzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Jemen (ĠU L 235, 19.9.2018, p. 14).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1465 tat-12 ta’ Ottubru 2020 dwar azzjoni tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-Mekkaniżmu ta’ Verifika u Spezzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Jemen (ĠU L 335, 13.10.2020, p. 13).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/2095 tat-28 ta’ Settembru 2023 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1465 dwar azzjoni tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-Mekkaniżmu ta’ Verifika u Spezzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Jemen (UNVIM) (ĠU L 241, 29.9.2023, p. 123).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2503/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)