|
2.8.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 207/50 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 71/2012
tat-30 ta’ Marzu 2012
li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikulari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 29/2012 tat-10 ta’ Frar 2012 (1). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/335/KE tal-20 ta’ April 2009 dwar il-linji gwida tekniċi għall-istabbiliment tal-garanzija finanzjarja skont id-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-immaniġġar ta’ skart mill-industriji tal-estrazzjoni (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/337/KE tal-20 ta’ April 2009 dwar id-definizzjoni tal-kriterji għall-klassifikazzjoni ta’ faċilitajiet tal-iskart skont l-Anness III tad-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-immaniġġar ta’ skart mill-industriji tal-estrazzjoni (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/358/KE tad-29 ta’ April 2009 dwar l-armonizzazzjoni, it-trażmissjoni regolari tat-tagħrif u l-kwestjonarju msemmija fl-Artikoli 22(1)(a) u 18 tad-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-immaniġġar ta’ skart mill-industriji ta’ estrazzjoni (4) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/359/KE tat-30 ta’ April 2009 għall-kompletezza tad-definizzjoni tal-iskart inert fl-implimentazzjoni tal-Artikolu 22(1)(f) tad-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-immaniġġar ta’ skart mill-industriji tal-estrazzjoni (5) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(6) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/360/KE tat-30 ta’ April 2009 li tikkompleta r-rekwiżiti tekniċi għall-karatterizzazzjoni tal-iskart stabbiliti mid-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-immaniġġar ta’skart mill-industriji tal-estrazzjoni (6) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt 32fe (id-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XX tal-Ftehim:
|
“32fea. |
32009 D 0335: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/335/KE tal-20 ta’ April 2009 dwar il-linji gwida tekniċi għall-istabbiliment tal-garanzija finanzjarja skont id-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-immaniġġar ta’ skart mill-industriji ta’estrazzjoni (ĠU L 101, 21.4.2009, p. 25). |
|
32feb. |
32009 D 0337: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/337/KE tal-20 ta’ April 2009 dwar id-definizzjoni tal-kriterji għall-klassifikazzjoni ta’ faċilitajiet tal-iskart skont l-Anness III għad-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-immaniġġar ta’ skart mill-industriji ta’ estrazzjoni (ĠU L 102, 22.4.2009, p. 7). |
|
32fec. |
32009 D 0358: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/358/KE tad-29 ta’ April 2009 dwar l-armonizzazzjoni, it-trażmissjoni regolari tat-tagħrif u l-kwestjonarju msemmija fl-Artikoli 22(1)(a) u 18 tad-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġestjoni tal-iskart mill-industriji tal-estrazzjoni (ĠU L 110, 1.5.2009, p. 39). |
|
32fed. |
32009 D 0359: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/359/KE tat-30 ta’ April 2009 għall-kompletezza tad-definizzjoni tal-iskart inert fl-implimentazzjoni tal-Artikolu 22(1)(f) tad-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-immaniġġar ta’ skart mill-industriji tal-estrazzjoni (ĠU L 110, 1.5.2009, p. 46). |
|
32fee. |
32009 D 0360: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/360/KE tat-30 ta’ April 2009 li tikkompleta r-rekwiżiti tekniċi għall-karatterizzazzjoni tal-iskart stabbiliti mid-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-immaniġġar ta’ skart mill-industriji ta’ estrazzjoni (ĠU L 110, 1.5.2009, p. 48).”. |
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjonijiet 2009/335/KE, 2009/337/KE, 2009/358/KE, 2009/359/KE u 2009/360/KE fil-lingwi tal-Islanda u tan-Norveġja, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Marzu 2012, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2012.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
L-Aġent President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU L 161, 21.6.2012, p. 36.
(2) ĠU L 101, 21.4.2009, p. 25.
(3) ĠU L 102, 22.4.2009, p. 7.
(4) ĠU L 110, 1.5.2009, p. 39.
(5) ĠU L 110, 1.5.2009, p. 46.
(6) ĠU L 110, 1.5.2009, p. 48.
(*1) Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.