<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑122/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CC0122</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:65">EU:C:2016:65</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>13</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET KOKOTT — KAWŻA C‑122/15</P><P>C</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Kokott</HT></P><P>ippreżentati fit-<DATE ISO="20160128">28 ta’ Jannar 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑122/15</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">C</HT></P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (qorti amministrattiva suprema, il-Finlandja)]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Leġiżlazzjoni fiskali</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tat-taxxa fuq id-dħul</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 21(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2000/78/KE</KEYWORD><KEYWORD>Diskriminazzjoni bbażata fuq l-età</KEYWORD><KEYWORD>Taxxa addizzjonali fuq id-dħul minn pensjoni tax-xjuħija</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>I –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Din il-kawża taf tiftaħ kapitolu ġdid dwar l-influwenza tad-dritt tal-Unjoni fuq id-dritt tal-Istati Membri fil-qasam tal-intaxxar tad-dħul. Meta l-Qorti tal-Ġustizzja ser tkun qed tiddeċiedi dwar ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari magħmul mill-qorti amministrattiva suprema tal-Finlandja, hija għandha tiddeċiedi dwar il-kwistjoni essenzjali jekk il-projbizzjoni prevista mid-dritt tal-Unjoni dwar diskriminazzjoni bbażata fuq l-età tapplikax ukoll għal-leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tat-taxxa fuq id-dħul.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Persuna taxxabbli Finlandiża suġġetta għal taxxa addizzjonali fil-Finlandja, li hija imposta biss fuq id-dħul minn pensjoni tax-xjuħija, invokat fil-fatt din il-projbizzjoni. Il-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq l-età, prevista mid-dritt tal-Unjoni u rregolata mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll minn direttiva, hija prinċipju applikabbli f’tali ċirkustanzi, u fl-affermattiv, tipprekludi Stat Membru milli jipprevedi livell ogħla ta’ ntaxxar tad-dħul minn pensjonijiet tax-xjuħija?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Kawża oħra dwar l-applikabbiltà, fil-kuntest tal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri fil-qasam tat-taxxa fuq id-dħul, tal-projbizzjoni prevista mid-dritt tal-Unjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq l-età hija attwalment wkoll pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Kawża de Lange (C‑548/15).</P></NOTE>. Minkejja li din il-kawża Olandiża tikkonċerna leġiżlazzjoni nazzjonali differenti dwar it-taxxa fuq id-dħul, madankollu din iċ-ċirkustanza tenfasizza l-importanza tad-direzzjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tieħu f’din il-kawża.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>II –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Artikolu 21(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tas-<DATE ISO="20001207">7 ta’ Diċembru 2000</DATE>, kif adottata fit-<DATE ISO="20071212">12 ta’ Diċembru 2007</DATE> fi Strasbourg<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P><REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="326" PAGE.FIRST="391" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, C 326, p. 391</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), jiddisponi b’mod partikolari kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="021.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Kull diskriminazzjoni bbażata fuq […] l-età,[…] għandha tkun projbita.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 51(1) tal-Karta jistabbilixxi fir-rigward tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Kamp ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="051.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Id-dispożizzjonijiet ta’ din il-Karta huma intiżi […] għall-Istati Membri wkoll biss meta jkunu qed jimplimentaw il-liġi ta’ l-Unjoni. […]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea kif emendat bit-Trattat ta’ Amsterdam<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P><REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="340" PAGE.FIRST="173" DATE.PUB="1997">ĠU 1997, C 340, p. 173</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE> (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Trattat KE<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), li sar l-Artikolu 19 TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="326" PAGE.FIRST="47" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, C 326, p. 47</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, jawtorizza lill-Kunsill jieħu l-miżuri li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra tat-Trattati u fil-limiti tal-poteri mogħtija minnu lill-Unjoni, il-Kunsill, […] jista’ jieħu l-azzjoni xierqa sabiex jiġġieled id-diskriminazzjoni li tkun ibbażata fuq […] l-età […]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-<DATE ISO="20001127">27 ta’ Novembru 2000</DATE>, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79.</P></NOTE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Direttiva 2000/78<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>), ġiet adottata fuq il-bażi tal-Artikolu 13 KE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Il-kamp ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> tad-Direttiva 2000/78, l-Artikolu 3 tagħha jistabbilixxi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA><P>Fil-limiti tal-kompetenzi konferiti lill-Komunità, din id-Direttiva għandha tapplika għall-persuni kollha, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f’dak privat, inklużi korpi pubbliċci, f’dak li jirrigwarda:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>il-kundizzjonijiet għall-impjieg u tax-xogħol, inklużi sensji u paga;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>[…]</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>Din id-Direttiva ma tapplikax għall-ħlasijiet ta’ kull tip magħmula minn skemi statali jew simili, inklużi skemi ta’ sigurtà soċjali jew ta’ protezzjoni soċjali.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu 16 tad-Direttiva 2000/78 jiddisponi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>kwalunkwe liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi kuntrarji għall-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament huma aboliti;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/78 fih id-definizzjonijiet li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Għall-iskop ta’ din id-Direttiva, ‘il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament’ għandu jfisser li m’għandux ikun hemm diskriminazzjoni diretta jew indiretta għall-ebda raġguni msemmija fl-Artikolu 1.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>għandu jitqies li jkun hemm diskriminazzjoni diretta meta persuna tiġi trattata b’mod inqas favorevoli milli kienet tiġi trattata oħra f’sitwazzjoni simili, għar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 1;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>għandu jitqies li jkun hemm diskriminazzjoni indiretta meta fejn dispożizzjoni, kriterju jew prattika apparentement newtrali tkun tqiegħed persuni li għandhom […] età partikolari, […] fi żvantaġġ partikolari a paragun ma’ persuni oħra ħlief:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>meta dik id-disposizzjoni, jew dak il-kriterju jew prattika jkunu oġġettivament ġustifikati minn skop leġittimu u l-mezzi li tintlaħaq ikun approprjati u neċessarji, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ii)</NO.P><TXT>[…]</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva 2000/78, li għalih jirreferi l-Artikolu 2(1), jistabbilixxi b’mod partikolari dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>L-iskop ta’ din id-Direttiva huwa li tniżżel parametru ġenerali biex tikkumbatti diskriminazzjoni fuq bażi ta’ […] età […] f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-impjieg u x-xogħol, bi skop li timplimenta fl-Istati Membri il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tad-Direttiva 2000/78, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Il-ġustifikazzjoni għal trattament differenti fuq bażi ta’ età<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, jiddisponi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Minkejja l-Artikolu 2(2), l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li trattament differenti fuq bażi ta’ età m’għandhux jikkostitwixxi diskriminazzjoni, jekk, fil-kuntest tal-liġi nazzjonali, hu objettivament u raġonevolment ġustifikat b’għan leġittimu, inkluża politika leġittima ta’ l-impjieg, tas-suq tax-xogħol u ta’ objettivi ta’ taħriġ professjonali, u jekk il-mezzi biex jintlaħqu dawk l-għanjiet jkunu approprjati u neċessarji.</ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt nazzjonali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Fil-Finlandja, it-taxxa fuq id-dħul hija imposta konformement mal-Liġi Finlandiża dwar it-taxxa fuq id-dħul (tuloverolaki). Fil-verżjoni tagħha fis-seħħ mill-<DATE ISO="20130101">1 ta’ Jannar 2013</DATE>, kif emendata bil-liġi li temenda l-Liġi dwar it-taxxa fuq id-dħul (laki tuloverolain muuttamisesta – 785/2012), din il-liġi tipprevedi fl-ewwel u fir-raba’ paragrafi tal-Artikolu 124, taxxa addizzjonali fuq id-dħul minn pensjoni tax-xjuħija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>It-taxxa addizzjonali hija ta’ 6 % tal-parti mid-dħul minn pensjonijiet tax-xjuħija li, wara t-tnaqqis tal-kwota fuq il-pensjonijiet, jaqbżu EUR <FT TYPE="NUMBER">45000</FT>. Din it-taxxa addizzjonali għandha titħallas flimkien mat-taxxa dovuta fir-rigward ta’ dan id-dħul bl-applikazzjoni tal-iskeda ġenerali progressiva tat-taxxa fuq id-dħul.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>III –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Il-kawża prinċipali tirrigwarda d-determinazzjoni tat-taxxa fuq id-dħul ta’ C (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>persuna taxxabbli<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>) għall-perijodu ta’ ntaxxar li jikkorrispondi għas-sena 2013.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Il-persuna taxxabbli hija ċittadin Finlandiż li tgħix fil-Finlandja. Fl-2013, din il-persuna ddisponiet minn dħul ta’ madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">460000</FT> minn pensjoni tax-xjuħija li tħallset lilha minn kumpannija Finlandiża. L-ammont tal-pensjoni tagħha ġiet ikkalkolata fuq il-bażi tal-aħħar għaxar snin ta’ attività tagħha. Matul dan il-perijodu, il-persuna taxxabbli ħadmet għal kumpannija Svediża, kemm fl-Isvezja kif ukoll fil-Finlandja. Il-pensjoni tal-persuna taxxabbli kienet parzjalment iffinanzjata minn fond tal-pensjoni tal-persuna li timpjega.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>L-awtorità tat-taxxa Finlandiżi ħadu t-taxxa addizzjonali ta’ 6 % mid-dħul tal-persuna taxxabbli minn pensjoni tax-xjuħija, konformement mal-ewwel u mar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 124 tal-Liġi Finlandiża dwar it-taxxa fuq id-dħul. Il-persuna taxxabbli ppreżentat rikors kontra l-impożizzjoni ta’ din it-taxxa billi, fil-fehma tagħha, it-taxxa addizzjonali tikkostitwixxi diskriminazzjoni pprojbita bbażata fuq l-età.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>IV –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Il-Korkein hallinto-oikeus (qorti amministrattiva suprema tal-Finlandja), li sadanittant kienet adita bil-kawża, tikkunsidra li l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni hija determinanti sabiex tingħata soluzzjoni lil din il-kawża u fl-<DATE ISO="20150310">10 ta’ Marzu 2015</DATE>, hija għamlet lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi li ġejjin, konformement mal-Artikolu 267 TFUE:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(1)(ċ) tad-Direttiva 2000/78/KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali bħall-ewwel u r-raba’ paragrafi tal-Artikolu 124 tal-Liġi Finlandiża dwar it-taxxa fuq id-dħul, li tirrigwarda t-taxxa addizzjonali fuq id-dħul minn pensjonijiet tax‑xjuħija, taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, b’mod li d-dispożizzjoni li tipprojbixxi d-diskriminazzjoni minħabba l-età li tinsab fl-Artikolu 21(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea hija applikabbli f’dan il-każ?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Jekk tingħata risposta affermattiva għall-ewwel domanda, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(1) u (2)(a) jew (b) tad-Direttiva 2000/78/KE u l-Artikolu 21(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħall-ewwel u r-raba’ paragrafi tal-Artikolu 124 tal-Liġi dwar it-taxxa fuq id-dħul, li tirrigwarda t-taxxa addizzjonali fuq id-dħul minn pensjonijiet tax-xjuħija, li abbażi tagħha d-dħul minn pensjoni<?PAGE NO="5"?> tax-xjuħija ta’ persuna fiżika, li l-ħlas tagħha huwa marbut tal-inqas indirettament mal-età, jagħti lok f’ċerti sitwazzjonijiet għal taxxa fuq id-dħul ogħla minn dik li tkun dovuta fuq dħul salarjali ta’ livell ekwivalenti?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Jekk id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/78/KE u tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ċċitati iktar ’il fuq jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħat-taxxa addizzjonali fuq id-dħul minn pensjonijiet tax-xjuħija, l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali bħal din it-taxxa addizzjonali tista’ madankollu titqies li hija oġġettivament u raġonevolment iġġustifikata mill-għan tagħha, b’mod partikolari minn għan leġittimu relatat mal-politika tal-impjieg, mas-suq tax-xogħol u mat-taħriġ professjonali, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta l-għan iddikjarat fix-xogħol preparatorju tal-Liġi Finlandiża dwar it-taxxa fuq id-dħul huwa li t-taxxa addizzjonali inkwistjoni tintuża sabiex jinġabar dħul mit-taxxa mingħand il-benefiċjarji ta’ pensjonijiet tax-xjuħija li jkollhom il-kapaċità li jikkontribwixxu, li jitnaqqsu d-differenzi fil-livell ta’ tassazzjoni bejn il-pensjonijiet tax-xjuħija u s-salarji u li jittejbu l-inċentivi għall-persuni anzjani sabiex ikomplu bl-attività professjonali tagħhom?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Osservazzjonijiet bil-miktub fuq dawn id-domandi kienu ppreżentati lill-Qorti tal-Ġustizzja mill-persuna taxxabbli, mill-Irlanda, mir-Repubblika Portugiża, mir-Repubblika tal-Finlandja, mir-Renju tal-Isvezja u mill-Kummissjoni Ewropea. Il-persuna taxxabbli, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isvezja u l-Kummissjoni ppreżentaw osservazzjonijiet orali waqt is-seduta tal-<DATE ISO="20151210">10 ta’ Diċembru 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>V –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi ġuridika</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi, jekk id-Direttiva 2000/78 jew l-Artikolu 21(1) tal-Karta humiex applikabbli għall-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, għandha tingħata risposta negattiva għal din id-domanda. Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tiffissa l-ammont tar-rata tat-taxxa applikabbli għad-dħul minn pensjoni tax-xjuħija ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2000/78 (ara taħt A) jew tal-Karta (ara taħt B). Għalhekk, ma hemmx bżonn li tingħata risposta għat-tieni u għat-tielet domanda.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-kamp ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ applikazzjoni tad-Direttiva 2000/78</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Hekk kif jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-Direttiva 2000/78 tikkonkretizza l-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni bbażata fuq l-età<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kücükdeveci</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑555/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:21">EU:C:2010:21</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Prigge <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑447/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:573">EU:C:2011:573</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Schmitzer</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑530/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2359">EU:C:2014:2359</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>O</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑432/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:643">EU:C:2015:643</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, kif prevista mid-dritt tal-Unjoni u li tirriżulta mill-Karta jew mill-prinċipji ġenerali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Mangold</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑144/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:709">EU:C:2005:709</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0074">74</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0075">75</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, li, konformement mal-Artikolu 6(3) TUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="326" PAGE.FIRST="13" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, C 326, p. 13</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, huma parti mid-dritt tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom għalhekk jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2000/78 meta jadottaw miżuri li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Ara s-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Schmitzer</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑530/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2359">EU:C:2014:2359</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Felber</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑529/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:20">EU:C:2015:20</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2000/78 ġie ddefinit fl-Artikolu 3 tagħha. F’din il-kawża, tqum il-kwistjoni dwar jekk l-impożizzjoni tad-dħul minn pensjoni tax-xjuħija b’konnessjoni ma’ impjieg eżerċitat qabel jaqax taħt il-paragrafu 1(ċ) ta’ din id-dispożizzjoni. Din tipprevedi li d-Direttiva tapplika għall-persuni kollha <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>f’dak li jirrigwarda[…] il-kundizzjonijiet għall-impjieg u tax-xogħol, inklużi […] paga<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Konsegwentement, hemm żewġ kwistjonijiet li jqumu: il-pensjoni li l-persuna taxxabbli tirċievi f’din il-kawża hija, l-ewwel nett, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>remunerazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> u, t-tieni nett, l-<HT TYPE="ITALIC">intaxxar</HT> ta’ din il-pensjoni għandha titqies li hija leġiżlazzjoni dwar ir-remunerazzjoni fis-sens tal-Artikolu 3(1)(ċ) tad-Direttiva 2000/78?</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Il-pensjoni tax-xjuħija kkunsidrata bħala remunerazzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, il-kunċett ta’ remunerazzjoni, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(ċ) tad-Direttiva 2000/78 huwa ddefinit fid-dawl tal-premessa 13 ta’ din id-direttiva, li tieħu spunt mill-Artikolu 157 TFUE (li qabel kien l-Artikolu 141 KE) li jistabbilixxi l-prinċipju ta’ ugwaljanza fir-remunerazzjoni bejn ħaddiema rġiel u nisa. Fl-istess waqt, hija wkoll ikkunsidrata r-restrizzjoni prevista fl-Artikolu 3(3), li tgħid li d-Direttiva 2000/78 ma tapplikax għall-ħlasijiet imwettqa mill-iskemi pubbliċi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Maruko</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑267/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:179">EU:C:2008:179</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>HK Danmark</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑476/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:590">EU:C:2013:590</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Felber</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑529/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:20">EU:C:2015:20</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 157(2) TFUE jiddefinixxi bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>paga [remunerazzjoni]<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> b’mod partikolari <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>kwalunkwe remunerazzjoni oħra, […] li l-ħaddiem jirċievi direttament jew indirettament, […] minngħand min iħaddmu<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>. Il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat din id-definizzjoni fis-sens li tinkludi l-benefiċċji kollha attwali u futuri sakemm huma mħallsa, għalkemm indirettament, mill-persuna li timpjega lill-ħaddiem minħabba fl-impjieg ta’ dan tal-aħħar<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Ara biss is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>HK Danmark</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑476/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:590">EU:C:2013:590</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Dansk Jurist- og Økonomforbund</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑546/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:603">EU:C:2013:603</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Felber</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑529/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:20">EU:C:2015:20</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Għalhekk, benefiċċji mħallsa wara t-terminazzjoni tar-relazzjoni ta’ impjieg ukoll jistgħu għalhekk jiġu inklużi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Ara biss is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Barber</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑262/88</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:209">EU:C:1990:209</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0012">12</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Maruko</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑267/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:179">EU:C:2008:179</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, peress li l-persuna li timpjega tħallas benefiċċji minn fond ta’ pensjoni tal-kumpannija tagħha stess, hekk kif jidher li huwa l-każ hawnhekk, il-kundizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq huma ssodisfatti. Jirriżulta wkoll mill-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2000/78 li l-ammissibbiltà għall-benefiċċji tal-pensjoni mħallsa mill-iskemi professjonali ta’ sigurtà soċjali jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>L-informazzjoni pprovduta mill-qorti tar-rinviju ma tippermettix li jiġi ddeterminat b’ċertezza sa fejn l-elementi l-oħra li jikkostitwixxu l-pensjoni tax-xjuħija tal-persuna taxxabbli jaqgħux ukoll taħt il-kunċett ta’ remunerazzjoni fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 157(2) TFUE. Għalhekk, skont il-każ, huwa għall-qorti tar-rinviju li teżamina hija stess din il-kwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Għall-eżami tad-domanda preliminari, madankollu għandu jitfakkar li l-pensjoni tax-xjuħija rċevuta f’dan il-każ mill-persuna taxxabbli hija, għall-inqas parzjalment, remunerazzjoni fis-sens tal-Artikolu 3(1)(ċ) tad-Direttiva 2000/78.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>L-intaxxar tar-remunerazzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Għalhekk, tqum il-kwistjoni kruċjali dwar jekk l-intaxxar ta’ din ir-remunerazzjoni, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(ċ), jaqax ukoll fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2000/78.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Formulazzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Din id-dispożizzjoni hija fformulata, għall-inqas fil-verżjoni Ġermaniża, b’mod wiesa’. Konformement mal-Artikolu 16(a), moqri flimkien mal-Artikolu 3(1)(ċ), l-Istati Membri għandhom iħassru l-liġijiet diskriminatorji kollha <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>f’dak li jirrigwarda<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, b’mod partikolari, ir-remunerazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Il-kliem tal-Artikolu 3(1)(ċ) tad-Direttiva 2000/78 huma fformulati b’mod ftit iktar ristrett fil-verżjoni Franċiża, peress li dawn jirreferu għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>kundizzjonijiet [ta’] paga<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>; iżda anki hekk ifformulat, dan l-artikolu jibqa’ jikkonċerna l-intaxxar tar-remunerazzjoni.</P></NOTE>. Dispożizzjoni nazzjonali li tissuġġetta din ir-remunerazzjoni għat-taxxa mal-ewwel tindika rabta bħal din.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Paragun ma’ regoli oħra ta’ nuqqas ta’ diskriminazzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja aċċettat, fir-rigward ta’ dispożizzjonijiet oħra tad-dritt tal-Unjoni li jipprevedu regoli ta’ nondiskriminazzjoni fil-qasam tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom għall-intaxxar tar-remunerazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>L-Artikolu 45(2) TFUE jipprevedi għalhekk it-tneħħija ta’ kull diskriminazzjoni, ibbażata fuq in-nazzjonalità, bejn il-ħaddiema tal-Istati Membri, b’mod partikolari f’dak li jikkonċerna r-remunerazzjoni. Skont ġurisprudenza stabbilita, il-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra li l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tar-remunerazzjoni jkun ineffettiv jekk jista’ jiddgħajjef minn dispożizzjonijiet nazzjonali diskriminatorji fir-rigward tat-taxxa fuq id-dħul<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara b’mod partikolari s-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Biehl</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑175/88</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:186">EU:C:1990:186</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0012">12</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Schumacker</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑279/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:31">EU:C:1995:31</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kieback</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑9/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:406">EU:C:2015:406</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Din l-estensjoni tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni fil-moviment liberu tal-ħaddiema fir-rigward tal-intaxxar tar-remunerazzjoni huwa ċertament sostnut minn dispożizzjoni espressa fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 492/2011<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20110405">5 ta’ April 2011</DATE>, dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (kodifikazzjoni) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="141" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU L 141, p. 1</REF.DOC.OJ>); qabel kien hemm fis-seħħ ir-Regolament tal-Kunsill (KKE) Nru 1612/68, tal-<DATE ISO="19681015">15 ta’ Ottubru 1968</DATE>, dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 15).</P></NOTE>, iżda, skont il-ġurisprudenza, jidher li dan jirriżulta wkoll direttament mill-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>paga [remunerazzjoni]<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> msemmi fl-Artikolu 45(2) TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara, pereżempju, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Sopora</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑512/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:108">EU:C:2015:108</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li f’dan ir-rigward ma tagħmel l-ebda referenza għar-Regolament (UE) Nru 492/2011.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bbażat fuq is-sess, il-Qorti tal-Ġustizzja adottat ukoll interpretazzjoni li l-kundizzjonijiet tax-xogħol jinkludu wkoll intaxxar tal-attività. Għalhekk, fir-rigward tal-Artikolu 5(1) tad‑Direttiva 76/207/KEE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE, tad-<DATE ISO="19760209">9 ta’ Frar 1976</DATE>, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa għal dak li għandu x’jaqsam mal-aċċess għall-impjiegi, taħriġ professjonali, promozzjoni, u kondizzjonijiet tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 187); fl-istess ħin, ukoll fis-seħħ f’dan il-qasam, hemm id-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20060705">5 ta’ Lulju 2006</DATE>, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="204" PAGE.FIRST="23" DATE.PUB="2006">ĠU L 204, p. 23</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, li kien fis-seħħ f’dak iż-żmien, hija ddeċidiet li sistema fiskali nazzjonali li tagħti benefiċċji fiskali differenti għal allowances imħallsa fil-kuntest tat-terminazzjoni tar-relazzjoni ta’ impjieg hija parti mill-kundizzjonijiet tax-xogħol, b’mod partikolari tal-kundizzjonijiet ta’ tkeċċija, li taħthom l-Istati Membri għandhom jirrispettaw il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bbażata fuq is-sess<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Vergani</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑207/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:495">EU:C:2005:495</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>Is-sinjifikat u l-iskop</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>L-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2000/78 għall-intaxxar tar-remunerazzjoni tista’ sservi wkoll bis-sħiħ l-għanijiet ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Id-Direttiva ma tipprevedix il-projbizzjoni ta’ diversi tipi ta’ diskriminazzjoni biss bħala valur intrinsiku<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Ara l-premessa 5 tad-Direttiva 2000/78.</P></NOTE>, li jikkontribwixxi l-iktar għall-ugwaljanza fl-opportunitajiet, għall-parteċipazzjoni sħiħa taċ-ċittadini fil-ħajja ekonomika, kulturali u soċjali, kif ukoll għall-iżvilupp personali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Ara l-premessa 9 tad-Direttiva 2000/78.</P></NOTE>. Barra minn hekk, ir-regoli ta’ nondiskriminazzjoni previsti fil-kuntest tad-Direttiva 2000/78 huma intiżi sabiex jiġi evitat li jinkisru ċerti għanijiet tal-Unjoni, b’mod partikolari livell ta’ impjieg u ta’ protezzjoni soċjali għolja, ir-riabilitazzjoni tal-livell tal-kwalità tal-ħajja, il-koeżjoni ekonomika u soċjali, is-solidarjetà u l-moviment liberu tal-persuni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Ara l-premessa 11 tad-Direttiva 2000/78.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Taxxa diskriminatorja fuq ir-remunerazzjoni tista’ wkoll taffettwa dawn l-għanijiet. Fil-fatt, il-parti tar-remunerazzjoni li fl-aħħar mill-aħħar jiddisponi minnha l-ħaddiem tiddependi, b’mod deċiżiv, fuq l-intaxxar ta’ din ir-remunerazzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>Limitazzjoni għall-kompetenzi tal-Komunità</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Madankollu, l-Artikolu 3(1), li jiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2000/78, jinkludi mill-ewwel restrizzjoni li tipprevedi li d-Direttiva tapplika biss <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>[f]il-limiti tal-kompetenzi konferiti lill-Komunità<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>. Din ir‑restrizzjoni hija bbażata fuq limitu ekwivalenti li jikkostitwixxi l-bażi ġuridika tad-Direttiva, jiġifieri l-Artikolu 13 KE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Għalhekk, il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2000/78 ma jistax jestendi lil hinn mill-kompetenzi tal-Komunità. Minħabba f’din ir-restrizzjoni, tqum il-kwistjoni dwar jekk l-intaxxar tal-pensjonijiet taqax taħt il-kompetenzi mogħtija lill-Komunità u issa lill-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ttenni mill-ġdid, f’ġurisprudenza stabbilita, li t-tassazzjoni diretta – li tinkludi wkoll taxxa fuq id-dħul imposta b’mod partikolari fuq pensjonijiet bħal dawk inkwistjoni f’din il-kawża – taqa’ taħt il-kompetenzi tal-<HT TYPE="ITALIC">Istati Membri</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Ara biss is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Schumacker</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑279/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:31">EU:C:1995:31</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Manninen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑319/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:484">EU:C:2004:484</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Hirvonen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑632/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:765">EU:C:2015:765</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Madankollu, dan ma huwiex kompletament eżatt.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Kompetenzi speċifiċi fil-qasam tat-tassazzjoni diretta</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>F’partijiet differenti tat-trattat kollu jinsabu serje ta’ dispożizzjonijiet li taw ukoll lill-Komunità ċerti kompetenzi speċifiċi fil-qasam tat-tassazzjoni diretta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Għalhekk, kien hemm, pereżempju, fil-kuntest tal-politika fil-qasam tal-ambjent, previst fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 175(2) KE [li sar l-Artikolu 192(2)(a) TFUE], kompetenza leġiżlattiva tal-Komunità għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>dispożizzjonijiet essenzjalment ta’ natura fiskali<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> li tinkludi wkoll it-tassazzjoni diretta. Dan issa japplika wkoll għall-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-enerġija, bl-applikazzjoni tal-Artikolu 194(3) TFUE.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Dawn il-kompetenzi, kif ukoll il-kompetenzi speċifiċi l-oħra tal-Komunità jew tal-Unjoni fil-qasam tat-tassazzjoni diretta<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Ara l-Artikolu 182(5) moqri flimkien mal-Artikolu 179(2) TFUE, dwar l-eliminazzjoni ta’ ostakoli fiskali għall-kooperazzjoni fil-qasam tar-riċerka, l-Artikolu 223(2) TFUE, dwar l-issuġġettar għat-taxxa tal-membri tal-Parlament Ewropew, kif ukoll l-Artikolu 12(1) tal-Protokoll (Nru 7) dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="326" PAGE.FIRST="266" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, C 326, p. 266</REF.DOC.OJ>), dwar l-issuġġettar għat-taxxa tal-membri tal-persunal tal-Unjoni.</P></NOTE>, madankollu, ma humiex rilevanti f’din il-kawża peress li l-ebda waħda minnhom ma tagħti kompetenza ġenerali sabiex jiġu adottati atti fil-qasam tat-taxxa fuq id-dħul minn pensjonijiet tax-xjuħija, u b’mod partikolari mhux f’dak li jikkonċerna l-ammont tar-rata ta’ taxxa, applikabbli b’mod ġenerali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>F’dan ir-rigward, ma hemmx lok li tittieħed deċiżjoni dwar il-kwistjoni jekk ir-referenza għall-kompetenzi tal-Komunità, imsemmija fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2000/78, tinkludi bħala prinċipju — eventwalment fuq il-bażi ta’ komprensjoni dinamika — il-kompetenzi tal-Unjoni li huma biss irregolati fil-kuntest tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.</P></NOTE>. Għalhekk, is-sitwazzjoni hija differenti minn dik applikabbli għal taxxi indiretti, li għalihom l-Artikolu 93 KE (li sar l-Artikolu 113 TFUE) jipprevedi kompetenza ġenerali tal-Komunità, u din hija differenti wkoll minn dik prevalenti għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali li, konformement mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 137(3) KE [li sar l-Artikolu 153(1)(c) TFUE], jaqgħu taħt il-kompetenza ġenerali tal-Komunità fil-qasam tas-sigurtà soċjali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Anki jekk il-modalitajiet li permezz tagħhom huwa xieraq li jiġu ddeterminati dawn il-benefiċċji huma ta’ kompetenza tal-Istati Membri, ara, f’dan is-sens, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Maruko</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑267/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:179">EU:C:2008:179</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Kompetenza ġenerali marbuta mas-suq intern</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Minbarra l-kompetenzi speċifiċi fil-qasam tat-tassazzjoni diretta, imsemmija qabel, madankollu, il-Komunità tista’ wkoll tadotta, konformement mal-Artikolu 94 KE (li sar l-Artikolu 115 TFUE), direttivi fl-oqsma ġuridiċi kollha li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>direttament jaffettwaw l-istabbiliment jew l-operazzjoni tas-suq intern<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>. Numru ta’ direttivi li jirregolaw ċerti aspetti tat-tassazzjoni diretta tal-Istati Membri, iżda madankollu mhux l-intaxxar tal-pensjonijiet tax-xjuħija, kienu saħansitra ġew adottati fuq din il-bażi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Direttiva tal-Kunsill 90/434/KEE, tat-<DATE ISO="19900723">23 ta’ Lulju 1990</DATE>, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika għall-inkorporazzjonijiet, id-diviżjonijiet, it-trasferimenti tal-attivi u l-iskambji tal-ishma li jirrigwardaw il-kumpanniji ta’ Stati Membri differenti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 142) (illum id-Direttiva 2009/133/KE); Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE, tat-<DATE ISO="19900723">23 ta’ Lulju 1990</DATE>, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 14) (illum id-Direttiva 2011/96/UE); Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE, tat-<DATE ISO="20030603">3 ta’ Ġunju 2003</DATE>, dwar tassazzjoni ta’ dħul minn tfaddil fil-forma ta’ pagamenti ta’ imgħaxx (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 369); u Direttiva tal-Kunsill Nru 2003/49/KE, tat-<DATE ISO="20030603">3 ta’ Ġunju 2003</DATE>, dwar sistema komuni ta’ tassazzjoni applikabbli għall-pagamenti ta’ imgħax u ta’ royalties bejn kumpaniji assoċjati ta’ Stati Membri differenti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 380).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Madankollu, sakemm l-intaxxar, mill-Istati Membri, tad-dħul minn pensjonijiet tax-xjuħija kellu, fis-sens tal-Artikolu 94 KE, inċidenza diretta fuq il-funzjonament tas-suq komuni, il-Komunità setgħat ukoll tadotta direttivi f’dan il-qasam. It-tassazzjoni tal-pensjonijiet fir-rigward tas-sitwazzjonijiet transkonfinali tkun partikolarment suxxettibbli li jkollha tali effett. Barra minn hekk, miżuri intiżi għal armonizzazzjoni ikbar tal-metodu ta’ ntaxxar tal-pensjonijiet setgħu eventwalment jiġu adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 94 KE sabiex jiġu stabbiliti kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni identiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Madankollu, nemmen li l-kompetenza leġiżlattiva tal-Komunità fil-kuntest tas-suq komuni, imsemmija fl-Artikolu 94 KE, ma hijiex biżżejjed fiha nnifisha sabiex wieħed jista’ jitkellem dwar kompetenza tal-Komunità fis-sens tal-Artikolu 13 KE u tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2000/78.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-Artikolu 94 KE potenzjalment jinkludi l-oqsma kollha tad-dritt. Konsegwentement, jekk nikkunsidraw li l-Artikolu 94 KE huwa bażi suffiċjenti għall-kompetenza tal-Komunità fil-kuntest tal-Artikolu 13 KE, l-Unjoni tista’ tadotta regoli ta’ nondiskriminazzjoni wkoll fl-oqsma kollha tad-dritt. Madankollu, dan iċaħħad mill-preċiżjoni komplementari li tinsab fl-Artikolu 13 KE u fl-Artikolu 19(1) TFUE, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>fil-limiti tal-poteri mogħtija [mit-Trattati] lill-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> mill-effettività tagħha, għaliex din il-preċiżjoni komplementari ma tipproduċi l-ebda effett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Il-ġurisprudenza tagħna diġà tinkludi wkoll elementi favur interpretazzjoni tal-Artikolu 13 KE li, f’dan ir-rigward, tikkunsidra l-Artikolu 94 KE biss b’mod limitat bħala kompetenza tal-Komunità.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja eżaminat fis-sentenza Specht jekk il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2000/78 imurx lil hinn mill-kompetenzi mogħtija lill-Unjoni, peress li l-Artikolu 153(5) TFUE [li kien l-Artikolu 137(6) KE] jeskludi r-remunerazzjonijiet mill-kompetenza tal-Unjoni fil-qasam tal-politika soċjali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Specht <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑501/12 sa C‑506/12, C‑540/12 u C‑541/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2005">EU:C:2014:2005</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Meta għamlet dan, il-Qorti tal-Ġustizzja, madankollu, ma kkunsidratx fil-kuntest tal-motivazzjoni tas-sentenza jekk il-limitazzjoni prevista fl-Artikolu 153(5) TFUE, hijiex kompletament nieqsa minn effett fuq il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2000/78<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Ara wkoll l-ispjegazzjonijiet dwar l-Artikolu 3 fil-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, ippreżentati mill-Kummissjoni fis-<DATE ISO="20000106">6 ta’ Jannar 2000</DATE> [KOM (1999) 565 finali].</P></NOTE>, peress li għall-oqsma tad-dritt esklużi fil-kuntest tal-politika soċjali, kompetenza tal-Unjoni tista’ tirriżulta, kif kulħadd jaf, mill-kompetenzi marbuta mas-suq intern, imsemmija fl-Artikoli 114 u 115 TFUE (li kienu l-Artikoli 95 u 94 KE).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ġiet reċentement adita fil-kawża CHEZ Razpredelenie Bulgaria b’kwistjoni komparabbli dwar il-kwistjoni kif il-limitazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2000/43/KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE, tad-<DATE ISO="20000629">29 ta’ Ġunju 2000</DATE>, li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 20, Vol. 1, p. 23).</P></NOTE> għandha tiġi interpretata fid-dawl tal-kompetenzi tal-Komunità. Fil-motivazzjoni tas-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li ma kien hemm l-ebda dubju dwar din il-kompetenza f’din il-kawża peress li d-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, adottati b’mod partikolari fuq il-bażi tal-kompetenza marbuta mas-suq intern, prevista fl-Artikolu 95 KE (li sar l-Artikolu 114 TFUE), kienet diġà teżisti fil-qasam ġuridiku inkwistjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>CHEZ Razpredelenie Bulgaria</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑83/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:480">EU:C:2015:480</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Għalhekk jidher li l-Qorti tal-Ġustizzja ma kkunsidratx f’dan ir-rigward bħala deċiżiva l-kwistjoni jekk kompetenza tal‑Komunità jew tal-Unjoni bbażata fuq kompetenza marbuta mas-suq intern kinitx teżisti b’mod teoretiku, iżda bbażat l-evalwazzjoni tagħha fuq il-kwistjoni dwar jekk din il-kompetenza kinitx konkretament eżerċitata minn atti ġuridiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Nikkunsidra li dan l-approċċ huwa wkoll adattat fir-rigward tal-kompetenza marbuta mas-suq intern, previst fl-Artikolu 94 KE (li sar l-Artikolu 115 TFUE). Konformement ma’ din id-dispożizzjoni, il-kompetenza tal-Komunità jew tal-Unjoni taf, f’termini ta’ kontenut, ftit limitazzjonijiet. Numru kunsiderevoli ta’ oqsma ġuridiċi huma suxxettibbli li jkollhom impatt dirett fuq is-suq intern. Barra minn hekk, il-konstatazzjoni ta’ tali impatt għandu jkun limitat, fil-parti kbira, għall-prerogattiva ta’ diskrezzjoni tal-leġiżlatur. Dan l-ambitu materjali tal-kompetenza marbut mas-suq intern, previst fl-Artikolu 94 KE, huwa madankollu limitat għar-rekwiżit ta’ unanimità fil-Kunsill. L-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, jistgħu għalhekk jirregolaw parzjalment oqsma tad-dritt li ma jaqgħux, bħala prinċipju, taħt il-kompetenza tal-Unjoni. Fil-kuntest tal-Artikolu 13 KE (li sar l-Artikolu 19 TFUE), il-kompetenza marbuta mas-suq intern ma hijiex madankollu suxxettibbli li tkun limitata b’mod adegwat mir-rekwiżit ta’ unanimità. Konsegwentement, il-kompetenza tal-Komunità tista’ għalhekk tkun permessa biss taħt l-Artikolu 94 KE jekk il-Kunsill ikun diġà adotta miżuri fuq din il-bażi f’qasam ġuridiku partikolari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Madankollu, peress li ebda direttiva dwar it-tassazzjoni tal-pensjonijiet ma kienet teżisti meta d-Direttiva 2000/78 ġiet adottata u lanqas ma teżisti fil-preżent, l-intaxxar tal-pensjonijiet fl-ebda każ ma jagħmel parti mill-kompetenzi mogħtija lill-Komunità fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2000/78. Għalhekk, il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva ma jestendix għall-intaxxar tal-pensjonijiet.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>Ir-rieda tal-leġiżlatur</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat li, meta adotta d-Direttiva 2000/78, il-leġiżlatur tal-Unjoni ma kellux l-intenzjoni li jipprevedi regoli ta’ nondiskriminazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni, anki jekk, konformement mal-Artikolu 13 KE, huwa kien awtorizzat.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, dan diġà ġie espress f’forma embrijonika fit-titolu tad-Direttiva 2000/78, li jipprovdi li din id-direttiva tkopri diskriminazzjoni biss <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>f’dak li għandu x’jaqsam<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> mal-impjieg u max-xogħol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>It-tieni nett, l-ebda wieħed mis-37 premessa ma tinkludi xi indikazzjoni fis-sens li l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva tkopri wkoll il-qasam tat-tassazzjoni fl-Istati Membri. Diffiċilment it-testi kienu jibqgħu siekta jekk il-leġiżlatur tal-Unjoni effettivament kellu l-intenzjoni li permezz tal-adozzjoni tad-direttiva jkun hemm tali konsegwenzi kbar fuq it-tassazzjoni diretta tal-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>It-tielet nett, lanqas l-ispjegazzjonijiet li jirrigwardaw mal-proposta għal Direttiva ma jinkludu referenza għat-tassazzjoni. Sa fejn il-Kummissjoni ssemmi l-kompetenzi tal-Komunità, dawn huma biss kompetenzi fil-kuntest tal-politika soċjali, previsti taħt l-Artikolu 137 KE (li sar l-Artikolu 153 TFUE)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Ara l-iżviluppi li jirrigwardaw il-bażi ġuridika (punt 4) kif ukoll l-ispjegazzjonijiet (punt 5) li jirrigwardaw l-Artikolu 3 tal-proposta (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna Nru 29).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Ir-raba’ nett, il-Kumitat dwar il-Libertajiet u d-Drittijiet taċ-Ċittadini, tal-Ġustizzja u tal-Intern tal-Parlament Ewropew, ippropona fil-kuntest tal-proċedura leġiżlattiva li jinkludi wkoll l-intaxxar ta’ persuni fir-rigward ta’ diskriminazzjoni indiretta<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Rapport, ippreżentat fil-<DATE ISO="20000921">21 ta’ Settembru 2000</DATE>, mill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali tal-Parlament Ewropew, dwar il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (A5‑0264/2000), p. 63.</P></NOTE>. Madankollu, l-emenda inkwistjoni la ma ġiet ikkunsidrata mill-kumitat kompetenti, jiġifieri l-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT>, p. 1 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.</P></NOTE>, u lanqas mis-seduta plenarja tal-Parlament Ewropew<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Ara r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew, tal-<DATE ISO="20101005">5 ta’ Ottubru 2010</DATE>, dwar il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="178" PAGE.FIRST="270" DATE.PUB="2010">ĠU C 178, p. 270</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> fl-opinjonijiet rispettivi tagħhom għall-proposta għal Direttiva.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT>Konklużjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2000/78 ma tapplikax f’dan il-każ għall-intaxxar tad-dħul ibbażat fuq il-pensjonijiet tax-xjuħija.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-kamp ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ applikazzjoni tal-Karta</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, jekk id-Direttiva 2000/78 ma hijiex rilevanti fil-kuntest tal-kawża prinċipali, tqum madankollu l-kwistjoni dwar jekk il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni previst fl-Artikolu 21(1) tal-Karta huwiex direttament applikabbli. Fil-fatt, l-Istati Membri huma obbligati li jirrispettaw dan il-prinċipju wkoll f’oqsma li ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2000/78, sa kemm il-Karta hija intiża li tapplika taħt l-Artikolu 51 tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Meta tkun <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>qed [timplimenta] il-liġi ta’ l-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, ir-Repubblika tal-Finlandja hija marbuta li tosserva, konformement mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 51(1) tal-Karta, il-projbizzjoni, prevista minn din liġi, tad-diskriminazzjoni bbażata fuq l-età. Skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, din il-formulazzjoni tfisser li d-drittijiet fundamentali ggarantiti fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni huma maħsuba sabiex jiġu applikati fis‑sitwazzjonijiet kollha <HT TYPE="ITALIC">rregolati</HT> mid-dritt tal-Unjoni, iżda mhux barra minn sitwazzjonijiet bħal dawn<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Ara, fost oħrajn, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Åkerberg Fransson</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑617/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:105">EU:C:2013:105</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Pfleger <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑390/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:281">EU:C:2014:281</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Delvigne</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑650/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:648">EU:C:2015:648</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Konformement għas-sentenza Pfleger, is-sitwazzjonijiet li fihom leġiżlazzjoni nazzjonali x’aktarx li tfixkel l-eżerċizzju tal-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattat huma wkoll parti mis-sitwazzjonijiet irregolati mid-dritt tal-Unjoni. Stat Membru jista’ biss jiġġustifika tali ostakolu jekk jirrispetta fl-istess ħin id-drittijiet fundamentali tal-Karta<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Pfleger <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑390/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:281">EU:C:2014:281</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-intaxxar tal-pensjoni tax-xjuħija rċevuta mill-persuna taxxabbli tista’ tikkostitwixxi restrizzjoni għal libertà fundamentali u għalhekk il-Karta għandha tiġi applikata. Fil-fatt, il-pensjoni li l-persuna taxxabbli rċeviet fl-2013 ġejja, għall-inqas parzjalment, minn attività li żamm qabel fi Stat Membru ieħor li ma huwiex ir-Repubblika tal-Finlandja. Wara l-intaxxar tal-pensjoni fil-Finlandja, wieħed jista’ għalhekk jikkunsidra restrizzjoni li taffettwa l-moviment liberu tal-persuna taxxabbli bħala ħaddiem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 45(1) TFUE, il-moviment liberu tal-ħaddiema huwa żgurat fl-Unjoni. Skont ġurisprudenza stabbilita, din id-dispożizzjoni tipprekludi kull miżura li, anki jekk applikabbli mingħajr diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità, tista’ tfixkel jew tagħmel inqas attraenti l-eżerċizzju, miċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea, tal-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Ara biss is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Belġju</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑317/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:63">EU:C:2015:63</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Ma hemm l-ebda oġġezzjoni f’dan ir-rigward, minn naħa, li l-persuna taxxabbli, bħala ċittadin Finlandiż, tagħmel użu mill-moviment liberu tal-ħaddiema kontra l-Istat tiegħu stess. Min-naħa l-oħra, pensjoni tax-xjuħija rċevuta minħabba f’relazzjoni ta’ impjieg preċedenti taqa’ wkoll taħt il-protezzjoni offerta mill-Artikolu 45 TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Sehrer</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑302/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:322">EU:C:2000:322</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Minkejja li l-intaxxar fil-Finlandja tal-pensjoni li l-persuna taxxabbli tkun irċeviet, għall-inqas parzjalment, fir-rigward ta’ attività eżerċitata fl-Isvezja, jaffettwa l-eżerċizzju tad-dritt tiegħu għal moviment liberu bħala ħaddiem, madankollu hawnhekk ma hawnx, skont il-ġurisprudenza attwali, restrizzjoni fuq din il-libertà fundamentali. Fil-fatt, konformement mal-ġurisprudenza, miżura nazzjonali fil-qasam tal-leġiżlazzjoni fiskali hija ta’ natura tali li tfixkel jew tagħmel inqas attraenti l-eżerċizzju ta’ libertà fundamentali biss fil-każ jekk tiddistingwi bejn l-attivitajiet nazzjonali u l-attivitajiet transkonfinali. Madankollu, l-att ta’ teħid ta’ taxxa diretta mingħajr ma ssir distinzjoni bejn sitwazzjonijiet nazzjonali u sitwazzjonijiet transkonfinali – hekk kif inhu l-każ hawnhekk, bl-applikazzjoni ta’ rata tat-taxxa uniformi għad-dħul kollu minn pensjonijiet tax-xjuħija – ma huwiex suxxettibbli li jirrestrinġi l-libertajiet fundamentali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Ara l-konklużjonijiet tiegħi fil-kawżi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>X</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑498/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:870">EU:C:2011:870</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Hervis Sport- és Divatkereskedelmi</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑385/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:531">EU:C:2013:531</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0083">83</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0084">84</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), kif ukoll <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>X</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑686/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:31">EU:C:2015:31</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); eċċezzjoni tista’ tapplika għal taxxa li tipproduċi effett projbittiv, ara s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Berlington Hungary <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑98/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:386">EU:C:2015:386</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), kif ukoll il-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Viacom Outdoor</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑134/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:676">EU:C:2004:676</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Finlandja għalhekk ma timplimentax id-dritt tal-Unjoni meta, f’dan il-każ, hija tissuġġetta d-dħul minn pensjoni tax-xjuħija għat-taxxa fuq id-dħul. Konsegwentement, il-projbizzjoni prevista mid-dritt tal-Unjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq l-età, imsemmija fl-Artikolu 21(1) tal-Karta, ma hijiex direttament applikabbli għall-kawża prinċipali, konformement mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 51(1).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="13"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>VI –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li r-risposta għad-domandi preliminari magħmula mill-Korkein hallinto-oikeus (qorti amministrattiva suprema, il-Finlandja) tkun kif ġej:</TXT><P>Leġiżlazzjoni nazzjonali bħall-ewwel u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 124 tal-Liġi Finlandiża dwar it-taxxa tad-dħul, li tipprevedi taxxa addizzjonali fuq id-dħul minn pensjonijiet tax-xjuħija, ma taqax taħt il-projbizzjoni prevista mid-dritt tal-Unjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq l-età kif jirriżulta mill-Artikolu 21(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll mid-Direttiva 2000/78/KE.</P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>