14.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 429/30


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8710 — JD/Sonae MC/Balaiko/JDSH/Sport Zone)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 429/14)

1.

Fil-5 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

JD Sports Fashion PLc (JD), (l-Ingilterra u Wales), ikkontrollata mill-Pentland Group, kumpanija privata Brittanika;

—

Sonae MC- Modelo e Continente, SGPS, SA (Sonae MC) (il-Portugall) indirettament ikkontrollata minn Efanor Investimentos SGPS, SA;

—

Balaiko Firaja Invest, S. L (Balaiko) (Spanja), proprjetà kollha kemm hi tal-familja Serraga;

—

JD Sprinter Holdings 2010, SL (JDSH) (Spanja), ikkontrollata minn JD u Balaiko;

—

SDSR- Sports Division SR, SA (Sport Zone) (il-Portugall) li tappartjeni għall-grupp Sonae MC.

JD, Sonae MC u Balaiko takkwista/jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta’ JDSH u Sport Zone kollha kemm huma.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   JD: bejgħ bl-imnut ta’ lbies u żraben sportivi; It-tħaddim ta’ ċentri tal-fitness fir-Renju Unit. JD hija kkontrollata mill-Pentland Group, li huwa attiv fil-fornitura bl-ingrossa ta’ prodotti tad-ditta li jintużaw barra lill-bejjiegħa bl-imnut li jbigħu barra.

—   Sonae MC: kummerċ bl-imnut u bl-ingrossa ta’ prodotti tal-ikel u prodotti mhux tal-ikel u l-ġestjoni ta’ assi ta’ proprjetà immobbli.

—   Balaiko: kumpanija veikolu ta’ investiment.

—   JDSH: Kummerċ bl-imnut ta’ prodotti sportivi fil-Portugall u Spanja bl-isem tad-ditti JD, “size?” u Sprinter.

—   SPZ: il-kummerċ bl-imnut ta’ prodotti sportivi fil-Portugall u Spanja bl-isem tad-ditta Sport Zone.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8710 — JD/SONAE MC/BALAIKO/JDSH/SPORT ZONE

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email:

COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks:

+32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).