|
28.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 319/3 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9959 — Advent/Aareal/Aareon)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 319/03)
1.
Fit-18 ta’ Settembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Advent International Corporation (“Advent International”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Aareal Bank AG (“Aareal Bank”, il-Ġermanja), |
|
— |
Aareon AG (“Aareon”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn Aareal Bank. |
Advent International u Aareal Bank jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Aareon.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Advent International: investitur ta’ ekwità privata attiva f’diversi setturi, fosthom l-industrijali, bejgħ bl-imnut, media, komunikazzjonijiet, teknoloġija tal-informazzjoni, internet, kura tas-saħħa u farmaċewtiċi, |
|
— |
Aareal Bank: jipprovdi finanzjament, prodotti ta’ software u soluzzjonijiet diġitali għall-industrija tal-proprjetà immobbli u industriji relatati, |
|
— |
Aareon: tipprovdi soluzzjonijiet ta’ software u servizzi anċillari (konsulenza, taħriġ u servizzi ta’ ċentri tad-data) għal assoċjazzjonijiet tal-akkomodazzjoni fid-djar. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9959 — Advent/Aareal/Aareon
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Fax +32 22964301
Indirizz tal-posta:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).