<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑641/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CC0641</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:795">EU:C:2016:795</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET SZPUNAR – KAWŻA C‑641/15</P><P>VERWERTUNGSGESELLSCHAFT RUNDFUNK</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Szpunar</HT></P><P>ppreżentati fil-<DATE ISO="20161025">25 ta’ Ottubru 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Pollakk</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑641/15</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Verwertungsgesellschaft Rundfunk GmbH</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">vs</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Hettegger Hotel Edelweiss GmbH</HT></P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Handelsgericht Wien (qorti kummerċjali ta’ Vjenna, l-Awstrija)]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Proprjetà intellettwali</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/115/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 9(3)</KEYWORD><KEYWORD>Dritt esklużiv tal‑organizzazzjonijiet tax-xandir</KEYWORD><KEYWORD>Komunikazzjoni lill-pubbliku</KEYWORD><KEYWORD>Postijiet aċċessibbli għall-pubbliku fuq ħlas ta’ miżata għad-dħul</KEYWORD><KEYWORD>Settijiet tat-televiżjoni installati fil-kmamar ta’ lukanda</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Id-domanda preliminari f’din il-kawża tirrigwarda l‑interpretazzjoni tal-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2006/115/KE tal‑Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE>, dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet tal‑awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="376" PAGE.FIRST="28" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 376, p. 28</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>. Din id-dispożizzjoni tagħti lill-organizzazzjonijiet tax-xandir dritt esklużiv biex jawtorizzaw jew jipprojbixxu, b’mod partikolari, il-komunikazzjoni lill-pubbliku tax-xandiriet tagħhom f’postijiet aċċessibbli għall-pubbliku permezz ta’ ħlas ta’ miżata għad-dħul.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Anki jekk l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ komunikazzjoni lill‑pubbliku ma tidhirx li tqajjem problemi serji, il-kunċett ta’ post aċċessibbli għall-pubbliku permezz ta’ ħlas ta’ miżata għad-dħul ma huwiex daqstant ċar. Il-kwistjoni hawnhekk hija jekk kamra f’lukanda tistax tiġi kklassifikata bħala tali post. Ir-risposta għal din id-domanda tirrikjedi analiżi iktar speċifika tal-ġenesi u tal-għan tad-dritt esklużiv stabbilit mid-dispożizzjoni ċċitata, u mhux biss l-interpretazzjoni letterali tagħha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2006/115:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>L-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-organizzazzjonijiet tax‑xandir id-dritt esklussiv biex jawtorizzaw jew jipprojbixxu x-xandir mill-ġdid tax-xandiriet tagħhom b’mezzi mingħajr fili, kif ukoll il‑komunikazzjoni lill-pubbliku tax-xandiriet tagħhom jekk din il‑komunikazzjoni ssir f’postijiet aċċessibbli għall-pubbliku fuq ħlas ta’ miżata għad-dħul<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>.</P></QUOT.S></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Din id-dispożizzjoni ġiet trasposta fid-dritt Awstrijak fl‑Artikolu 76a tal-Urhebergesetz (liġi dwar id-dritt tal-awtur), li l-kliem tiegħu huwa essenzjalment identiku għal dak tad-dispożizzjoni ċċitata iktar ’il fuq tad-Direttiva 2006/115.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti, l-iżvolġiment tal-proċedura u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Hettegger Hotel Edelweiss GmbH (iktar ’il quddiem il‑<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>kumpannija Hettegger Hotel Edelweiss<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), konvenuta fil-kawża prinċipali, hija kumpannija stabbilita taħt id-dritt Awstrijak. Hija topera b’mod partikolari lukanda fil-lokalità ta’ Grossarl (l-Awstrija). Il-kmamar ta’ din il-lukanda huma mgħammra b’settijiet tat-televiżjoni li jirċievu, permezz ta’ antenna komuni tal-lukanda, programmi ta’ organizzazzjonijiet tax‑xandir televiżiv differenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Verwertungsgesellschaft Rundfunk hija kumpannija kollettiva ta’ ġestjoni ta’ drittijiet ta’ awtur u ta’ drittijiet relatati. Hija tiġġestixxi b’mod partikolari d-drittijiet ta’ diversi organizzazzjonijiet tax-xandir televiżiv nazzjonali u barranin, fosthom dawk li x-xandiriet tagħhom jistgħu jiġu riċevuti fil-kmamar tal-lukanda tal-kumpannija Hettegger Hotel Edelweiss.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Verwertungsgesellschaft Rundfunk tikkunsidra li, billi tippermetti li jiġi riċevut sinjal tat-televiżjoni fil-kmamar tal-lukanda li hija tiġġestixxi, il-kumpannija Hetteger Hotel Edelweiss tikkomunika f’post aċċessibbli għall-pubbliku fuq ħlas ta’ miżata għad-dħul – fis-sens tal‑Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2006/115 – ix-xandiriet ta’ organizzazzjonijiet tax-xandir televiżiv li tagħhom din il-kumpannija ta’ ġestjoni kollettiva tirrappreżenta l-interessi. Fl-opinjoni tagħha, l-attività tal-kumpannija Hetteger Hotel Edelweiss li tikkonsisti fit-tgħammir tal‑kmamar ta’ lukanda b’settijiet tat-televiżjoni u l-forniment ta’ sinjal tat-televiżjoni fihom hija għalhekk suġġetta għad-dritt esklużiv tal‑organizzazzjonijiet tax-xandir televiżiv. Din il-kumpannija għalhekk għandha tħallas il-pagament dovut inkambju għall-awtorizzazzjoni ta’ din l-attività.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Għalhekk, Verwertungsgesellschaft Rundfunk ippreżentat rikors quddiem il-qorti tar-rinviju kontra l-kumpannija Hetteger Hotel Edelweiss sabiex din tiġi ordnata tagħti informazzjoni dwar in‑numru ta’ kmamar li fiha l-lukanda li hija tiġġestixxi u dwar l‑istazzjonijiet ta’ televiżjoni li jistgħu jiġu riċevuti fihom, kif ukoll għall-ħlas tad-danni minħabba t-trażmissjoni tax-xandiriet tagħhom sa dakinhar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Il-kumpannija Hetteger Hotel Edelweiss tikkontesta l-fondatezza ta’ din it-talba, billi ssostni b’mod partikolari li l-kmamar tal-lukanda ma humiex postijiet aċċessibbli għall-pubbliku fuq ħlas ta’ miżata għad‑dħul skont id-dispożizzjonijiet li jittrasponu l-Artikolu 8(3) tad‑Direttiva 2006/115, b’tali mod li l-fatt li fihom jixxandru x-xandiriet ta’ organizzazzjonijiet tax-xandir televiżiv ma huwiex suġġett għad-dritt esklużiv previst f’dawn id-dispożizzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Handelsgericht Wien (qorti kummerċjali ta’ Vjenna, l-Awstrija) ddeċidiet li tissospendi l‑proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d‑domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Il-kriterju tal-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>ħlas ta’ miżata għad-dħul<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/>, li jinsab fl-Artikolu 8(3) tad‑[Direttiva 2006/115] huwa ssodisfatt meta:</P><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>settijiet tat-televiżjoni huma disponibbli fid-diversi kmamar ta’ lukanda u l-operatur tal-lukanda jipprovdi aċċess għas-sinjal ta’ diversi programmi tat-televiżjoni u tar-radju permezz ta’ dawn is-settijiet (<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>televiżjoni fil-kamra ta’ lukanda<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/>), u li</P></ITEM><ITEM><P>l-operatur tal-lukanda jitlob, għall-użu tal-kamra (b’televiżjoni fil-kamra ta’ lukanda’) ħlas għall-kamra għal kull lejl (<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>prezz tal‑kamra<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/>) li jinkludi wkoll l-użu tas-sett tat-televiżjoni u ta’ programmi tat-televiżjoni u tar-radju li għalihom jipprovdi aċċess?<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Id-deċiżjoni tar-rinviju waslet quddiem il-Qorti tal‑Ġustizzja fit-<DATE ISO="20151203">3 ta’ Diċembru 2015</DATE>. Ġew ippreżentati osservazzjonijiet bil-miktub mill-partijiet fil-kawża prinċipali, mill‑Gvern Pollakk u mill-Kummissjoni Ewropea. Skont l‑Artikolu 76(2) tar-Regoli tal-Proċedura, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li ma torganizzax seduta għas‑sottomissjonijiet orali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda preliminari li tagħmel f’din il-kawża, il‑qorti tar-rinviju essenzjalment tfittex sabiex tistabbilixxi jekk l‑Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2006/115 għandux jiġi interpretat b’tali mod li l-fatt li jiġu installati settijiet tat-televiżjoni fi kmamar ta’ lukanda u li permezz tagħhom jiġi trażmess sinjal tat-televiżjoni jew tar‑radju jikkostitwixxix komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ xandiriet ta’ organizzazzjonijiet tax-xandir f’postijiet aċċessibbli għall-pubbliku bi ħlas ta’ miżata għad-dħul fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, u, għalhekk, jekk huwiex suġġett għad-dritt esklużiv li minnu jibbenefikaw dawn l-organizzazzjonijiet bis-saħħa tad-dispożizzjoni ċċitata.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunċett ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ komunikazzjoni lill-pubbliku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kunċett ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-installazzjoni ta’ settijiet tat-televiżjoni fi kmamar ta’ lukanda u d-distribuzzjoni permezz tagħhom ta’ sinjal tat‑televiżjoni jikkostitwixxi att ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku fis‑sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20010522">22 ta’ Mejju 2001</DATE>, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal‑informazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230.</P></NOTE>, fir-rigward tad-dritt tal-awturi fuq ix-xogħlijiet tagħhom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20061207">7 ta’ Diċembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>SGAE</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑306/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:764">EU:C:2006:764</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l‑punt 1 tad-dispożittiv).</P></NOTE>, kif ukoll skont l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115, fir‑rigward tad-dritt tal-artisti u tal‑produtturi ta’ fonogrammi għal kumpens ġust<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120315">15 ta’ Marzu 2012</DATE>, <NAME.CASE>Phonographic Performance (Ireland)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑162/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:141">EU:C:2012:141</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-punt 1 tad-dispożittiv).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Kif ġustament tirrileva l-konvenuta fil-kawża prinċipali fl‑osservazzjonijiet f’din il-kawża, l-għan u l-portata tal-protezzjoni prevista mid-dispożizzjonijiet inkwistjoni fis-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq huma differenti minn dawk tal-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2006/115. L‑Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29 fil-fatt jikkonċerna d-dritt wiesa’ ħafna tal-awturi li jawtorizzaw jew jipprojbixxu l-komunikazzjoni lill‑pubbliku tax-xogħlijiet tagħhom fi kwalunkwe forma u b’kwalunkwe mezz. Minn naħa tiegħu, l-Artikolu 8(2) tad‑Direttiva 2006/115 ikopri biss id-dritt tal-produtturi ta’ fonogrammi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Dawn huma reġistrazzjonijiet ta’ eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet mużikali, bil-kliem jew mingħajr kliem.</P></NOTE> u ta’ artisti għal ħlas wieħed minħabba l-użu ta’ fonogramma ppubblikata sabiex tkun ikkomunikata lill-pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Minn naħa l-oħra, ix-xandiriet tar-radju u tat-televiżjoni huma suġġett ta’ protezzjoni kemxejn partikolari fir-rigward tad-dritt tal‑komunikazzjoni lill-pubbliku. L-eżistenza ta’ xandira hija fil-fatt suġġetta għall-fatt li tixxandar u, għalhekk, għal forma ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>It-terminu Pollakk <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>program<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, użat fl-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2006/115, ma jirriflettix kompletament din il-karatteristika partikolari, iżda t-terminoloġija tal‑verżjonijiet bl-Ingliż (<HT TYPE="ITALIC">broadcast</HT>), bil-Franċiż (<HT TYPE="ITALIC">émission</HT>) u bil-Ġermaniż (<HT TYPE="ITALIC">Sendung</HT>) ma jħallu l-ebda dubju dwar il-fatt li l-protezzjoni prevista minn din id‑dispożizzjoni tkopri l-kontenut trażmess mill-organizzazzjonijiet tax-xandir.</P></NOTE>. Għalhekk, kuntrarjament għall-każ ta’ xogħlijiet, jew l-eżekuzzjoni tagħhom jew ir-reġistrazzjoni tagħhom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Inkluż reġistrazzjonijiet tar-radju u tat-televiżjoni li jaqgħu taħt il-protezzjoni fil‑qasam tal-komunikazzjoni lill-pubbliku skont l-Artikolu 3(2)(d) tad-Direttiva.</P></NOTE>, il‑komunikazzjoni lill-pubbliku ma tikkostitwixxix biss waħda mill‑forom tal-użu tax-xandir, iżda hija wkoll element inerenti tas‑suġġett stess ta’ protezzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Madankollu ma naħsibx li din in-natura partikolari ta’ xandiriet tar-radju u tat-televiżjoni, bħala suġġett ta’ protezzjoni, tiġġustifika interpretazzjoni tal-kunċett ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku fil-kuntest tat-trażmissjoni ta’ sinjal lis-settijiet tat-televiżjoni installati fi kmamar ta’ lukanda differenti minn dik mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fis‑sentenzi ċċitati<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Din il-konklużjoni lanqas hija kkontestata bis-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120315">15 ta’ Marzu 2012</DATE>, <NAME.CASE>SCF</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑135/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:140">EU:C:2012:140</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li d‑distribuzzjoni ta’ fonogrammi fi klinika dentali ma tikkostitwixxix komunikazzjoni lill-pubbliku fis-sens tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115. Din is-sentenza ngħatat fl-istess jum u mill-istess qorti bħas-sentenza ċċitata iktar ’il fuq tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120315">15 ta’ Marzu 2012</DATE>, <NAME.CASE>Phonographic Performance (Ireland)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑162/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:141">EU:C:2012:141</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). L-evalwazzjoni differenti tal-Qorti tal-Ġustizzja f’dawn iż-żewġ każijiet għalhekk turi b’mod espress li l-kmamar ta’ lukanda huma każ differenti minn dak ta’ klinika dentali.</P></NOTE>. Fid-dawl ta’ din il-ġurisprudenza, jiena għalhekk nikkunsidra li l-forniment ta’ sinjal tat-televiżjoni jew tar-radju permezz ta’ settijiet tat-televiżjoni installati fi kmamar ta’ lukanda għandu jiġi kkunsidrat bħala komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ xandiriet ta’ organizzazzjonijiet tax-xandir fis-sens tal-Artikolu 8(3) tad‑Direttiva 2006/115.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Madankollu, il-leġiżlatur tal-Unjoni illimita d-dritt esklużiv tal‑organizzazzjonijiet ta’ xandir għall-każijiet ta’ komunikazzjoni lill‑pubbliku f’postijiet aċċessibbli għall-pubbliku <HT TYPE="ITALIC">fuq ħlas ta’ miżata għad-dħul</HT>. Għalhekk għad irid jiġi evalwat jekk il-kmamar ta’ lukanda jikkostitwixxux post aċċessibbli għall-pubbliku fuq ħlas ta’ miżata għad-dħul fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kunċett ta’ post aċċessibbli għall-pubbliku fuq ħlas ta’ miżata għad‑dħul</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, ir-rikorrenti ssostni li, hekk kif il-kmamar ta’ lukanda ġeneralment ma humiex aċċessibbli ħlief għall-klijenti tal‑lukanda, jiġifieri l-persuni li ħallsu jew li huma obbligati li jħallsu għall-akkomodazzjoni, u li l-possibbiltà li ngħatatilhom li jaraw ix‑xandiriet tat-televiżjoni permezz ta’ settijiet installati fil-kmamar huwa element essenzjali tas-servizz ipprovdut mil-lukanda, li jaffettwa l-prezz tas-servizz, il-kmamar ta’ lukanda għandhom jiġu kkunsidrati bħala post aċċessibbli għall-pubbliku fuq ħlas ta’ miżata għad‑dħul skont l-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2006/115.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Il-kliem tad-dispożizzjoni ċċitata jista’ effettivament jissuġġerixxi li tista’ tinftiehem fis-sens indikat hawn fuq. Fil-fatt, jekk l-espressjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>post aċċessibbli għall-pubbliku fuq ħlas ta’ miżata għad‑dħul<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> fiha nnifisha tiġi kkunsidrata indipendentement mill-ġenesi, mill-għan u mir-rwol tal-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2006/115 fis‑sistema tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati, kamra f’lukanda tista’ tiġi kkunsidrata bħala tali post.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Bħall-konvenuta fil-kawża prinċipali, bħall-Gvern Pollakk u bħall‑Kummissjoni, jiena xorta nikkunsidra li tali interpretazzjoni ma hijiex konformi la mal-volontà tal-leġiżlatur tal-Unjoni waqt l-adozzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, u lanqas mar-rwol li għandha tingħata fiċ-ċirkustanzi tekniċi u tas-suq attwali.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>L-interpretazzjoni tal-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2006/115 fir-rigward tal-ġenesi tagħha</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2006/115 hija l-verżjoni kkodifikata tad‑Direttiva tal-Kunsill 92/100/KEE, tad-<DATE ISO="19921119">19 ta’ Novembru 1992</DATE>, dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet tal‑awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 120.</P></NOTE>. L-Artikolu 8(3) tad‑Direttiva 92/100 jikkorrispondi għall-Artikolu 8(3) attwali tad‑Direttiva 2006/115.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Din id-dispożizzjoni ġiet redatta fuq il-mudell tal-Artikolu 13(d) tal-Konvenzjoni għall-protezzjoni tal-artisti, tal-produtturi tal‑fonogrammi u tal-organizzazzjonijiet tax-xandir, iffirmata f’Ruma fis-<DATE ISO="19611026">26 ta’ Ottubru 1961</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Konvenzjoni ta’ Ruma<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>). Dan jikkonfermawh b’mod partikolari l-motivi tal-abbozz emendat tad-Direttiva 92/100, li jipprovdi, f’dak li jirrigwarda d-dispożizzjoni inkwistjoni [fl-abbozz indikat bħala Artikolu 6a(3)]: il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>paragrafu 3, li huwa mmudellat<?PAGE NO="5"?> fuq l‑Artikolu 13 […] [(d)] tal-Konvenzjoni ta’ Ruma, jistipula […] dritt esklużiv ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ xandir bit-televiżjoni <HT TYPE="ITALIC">skont il-kundizzjonijiet diġà msemmija fil-Konvenzjoni ta’ Ruma</HT><QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>COM/92/159 finali, p. 14. Enfasi miżjud minni.</P></NOTE>. Din il‑ġenesi tal-imsemmija dispożizzjoni ġiet ukoll enfasizzata mill-Qorti tal-Ġustizzja, li rrilevat li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>il-portata tad-dritt ta’ komunikazzjoni lill‑pubbliku hija mfassla fuq dik li hija prevista fl-Artikolu 13(d) tal‑Konvenzjoni ta’ Ruma, li tillimitaha għall-postijiet aċċessibbli għall‑pubbliku billi titħallas tariffa tad-dħul<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140904">4 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, (<NO.CASE>C‑114/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2151">EU:C:2014:2151</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0096">96</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Waqt ix-xogħlijiet fuq id-Direttiva 92/100, ma ġiet adotta l-ebda proposta intiża sabiex testendi, lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni stabbilit fil-Konvenzjoni ta’ Ruma, il-protezzjoni tad-dritt tal-organizzazzjonijiet tax-xandir li jipprojbixxu jew jawtorizzaw il-komunikazzjoni lill-pubbliku tax‑xandiriet tagħhom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Ara von Lewinski, S., f’M. M. Walter, S. von Lewinski (ed.), <HT TYPE="ITALIC">European Copyright Law. A Commentary</HT>, Oxford University Press 2010, p. 327.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Il-volontà tal-leġiżlatur tal-Unjoni kienet għalhekk li jagħti lid‑dritt tal-organizzazzjonijiet tax-xandir li jawtorizzaw jew jipprojbixxu l-komunikazzjoni lill-pubbliku tax-xandiriet tagħhom l-istess portata bħal dik tad-dritt li jipproteġi l-Konvenzjoni ta’ Ruma. Dan il-kunċett ta’ post aċċessibbli għall-pubbliku fuq ħlas ta’ miżata għad‑dħul jitlob għalhekk interpretazzjoni konformi għal dik ta’ dan l-istess kunċett abbażi tal-Artikolu 13(d) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Il-partijiet li ppreżentaw osservazzjonijiet f’din il-kawża, inkluż ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, jaqblu dwar il-fatt li l-kunċett ta’ post aċċessibbli għall-pubbliku fuq ħlas ta’ miżata għad‑dħul, fis-sens tal‑imsemmija dispożizzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Ruma, ifisser, jew fi kwalunkwe każ, kien ifisser fiż-żmien tal-adozzjoni tal-Konvenzjoni, post li fih il-ġbir tal-miżata tad-dħul hija direttament marbuta mal‑possibbiltà li tara xandira tat-televiżjoni li fih tkun ikkomunikata lill‑pubbliku<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Kemm l-Artikolu 13(d) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma kif ukoll l-Artikolu 8(3) tad‑Direttiva 2006/115 jikkonċernaw l-organizzazzjonijiet tax-xandir bir-radju u bit-televiżjoni. Fil-prattika, madankollu, il-problemi ta’ applikazzjoni ta’ dawn id‑dispożizzjonijiet jirrigwardaw qabel xejn l-organizzazzjonijiet tax-xandir bit‑televiżjoni, bħal fil-kawża prinċipali. Huwa għalhekk li jien stess nirreferi prinċiparjament għal dawn l-organizzazzjonijiet f’dawn l-osservazzjonijiet. Madankollu, dawn ir-riflessjonijiet japplikaw ukoll, ftit jew wisq, għall‑organizzazzjonijiet tax-xandir bir-radju.</P></NOTE>. Il-ħtieġa li jiġi stabbilit dritt bħal dak previst fl‑Artikolu 13(d) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma hija spjegata minn prattika li nfirxet b’mod universali fil-bidu tal-iżvilupp tat-televiżjoni, jiġifieri dik li jiġi organizzat xandir pubbliku ta’ xandiriet tat-televiżjoni, li jirrikjedu ħlas għad-dħul. Dan kien jippermetti li l-organizzazzjoni ta’ dawn l-ispettakoli ma ssirx jekk dawn ma kinux jissodisfaw l-interessi tal-organizzazzjonijiet tax-xandir jew tal-organizzaturi tal-attività li tintwera fuq it-televiżjoni. Madankollu, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>ħlas ta’ miżata għad‑dħul<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> ma għandux jinftiehem letteralment. Kif japplika għal tipi oħra ta’ divertiment, bħaċ-ċinema jew it-teatru, id-dħul fis-sala jew fil‑post tal-ispettakolu jsir wara li tintwera l-prova tal-ħlas, pereżempju biljett. Madankollu, il-prezz tal-biljett ma huwiex il-ħlas ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>miżata għad‑dħul<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> fis-sala, iżda l-korrispettiv għall-possibbiltà li tara spettakolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, jekk il-ħlas ma huwiex direttament marbut mal‑possibbiltà li tara xandira televiżiva, iżda ma’ servizzi oħra, bħal pereżempju, tal-ikel, is-sitwazzjoni ma taqax taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>komunikazzjoni lill-pubbliku permezz ta’ ħlas ta’ miżata għad-dħul<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> fis-sens tal-Artikolu 13(d) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma. Tali interpretazzjoni hija kkonfermata minn awturi rrikonoxxuti fid‑duttrina<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara, b’mod partikolari, Masouyé, C., <HT TYPE="ITALIC">Guide de la Convention de Rome et de la Convention Phonogrammes</HT>, OMPI, Genève 1981, p. 72 u 73, u von Lewinski, S., <HT TYPE="ITALIC">International Copyright Law and Policy</HT>, Oxford University Press 2008, p. 218 u 219.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, kif għandu jiġi analizzat fil-konfront tal‑Artikolu 13(d) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma servizz li huwa komunikazzjoni ta’ sinjal tat-televiżjoni permezz ta’ settijiet tat‑televiżjoni installati fi kmamar ta’ lukanda? Qabel xejn, jiena ma naqbilx mal-argument sostnut mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali li kamra ta’ lukanda hija post aċċessibbli għall-pubbliku permezz ta’ ħlas ta’ miżata għad‑dħul fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, minħabba l-fatt li l-kmamar huma biss aċċessibbli jekk isir ħlas għalihom. Fil-fatt, kif indikajt hawn fuq, l-intenzjoni tal-awturi tal-Konvenzjoni ta’ Ruma kienet li l-kunċett ta’ ħlas ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>miżata għad‑dħul<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> fir-realtà ma jkoprix il-fatt stess li tidħol fiżikament f’post<?PAGE NO="6"?> stabbilit, iżda sempliċement il‑possibbiltà marbuta miegħu li tara x-xandira li qed tiġi trażmessa hemm. Issa, ma jsirx ħlas għal kamra ta’ lukanda sabiex fiha tkun tista’ tara x-xandir bit-televiżjoni, iżda biex tgħaddi l-lejl fiha. Il-possibbiltà li tara t-televiżjoni hija sempliċement servizz supplimentari li l-klijent jistenna bħal ilma fil-vit, minibar jew konnessjoni tal-internet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Dan iwassalna għat-tieni aspett fundamentali fir-rigward tal‑interpretazzjoni tal-Artikolu 13(d) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma fil‑kuntest tal-komunikazzjoni ta’ xandir tat-televiżjoni fil-kmamar ta’ lukanda. Kif innotajt fil-punt 25 hawn fuq, il-fatturazzjoni li ssir għal servizzi oħra minbarra l-komunikazzjoni ta’ dawn ix-xandiriet, pereżempju għal servizzi tal-ikel, ma hijiex biżżejjed sabiex tali sitwazzjoni tiġi kkunsidrata bħala li taqa’ fid-dritt esklużiv previst minn din id-dispożizzjoni. L-istess japplika għall-kmamar ta’ lukanda, li għalihom il-ħlas huwa inkambju għal servizz ta’ akkomodazzjoni, bil‑possibbiltà li eventwalment tara xandir tat-televiżjoni tkun element mhux essenzjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Jiena mhux konvint mill-argument tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali li l-preżenza ta’ televiżjoni f’kamra għandha l-effett li tgħolli l-prezz tal‑akkomodazzjoni ta’ lejl, u konsegwentement parti minn dak il‑prezz għandha tiġi kkunsidrata bħala ħlas inkambju għall-possibbiltà li tara x-xandir tat-televiżjoni. L-ewwel nett, il-possibbiltà li tara xandir bit-televiżjoni fil-kmamar jista’ jtejjeb il-livell ta’ lussu tal-lukanda u, għalhekk, ikollu effett fuq il-prezz tal-akkomodazzjoni ta’ lejl, iżda dan ma jibdel xejn mill-fatt li dan huwa prezz globali għas-servizz ta’ akkomodazzjoni, li fih il-possibbiltà li tara xandir bit-televiżjoni huwa element wieħed fost oħrajn. L-ammont tal-prezz ta’ dan is-servizz jiddependi minn numru ta’ fatturi u jkun, mingħajr dubju, diffiċli li tindika sa fejn l-aċċess għax-xandir bit-televiżjoni jinfluwenzah.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi enfasizzat li l-aċċess għas-sinjal tat-televiżjoni fil-kamra ta’ lukanda huwa servizz addizzjonali meta mqabbel mas-servizz bażiku li huwa l-akkomodazzjoni, u mhux bil‑kontra. Għalhekk huwa irrilevanti l-argument li r-rikorrenti fil‑kawża prinċipali tagħmel fl-osservazzjonijiet tagħha f’din il-kawża, ibbażat fuq il-paragun bejn is-servizz ta’ akkomodazzjoni f’kamra ta’ lukanda u s-servizzi addizzjonali, ta’ ikel pereżempju, li jingħataw fl‑okkażjoni ta’ spettakoli f’postijiet bħaċ-ċinemas jew swali oħra simili. Huwa evidenti li l-forniment ta’ tali servizzi addizzjonali ma jeskludix l-klassifikazzjoni ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ xandir f’post aċċessibbli għall-pubbliku permezz ta’ ħlas ta’ miżata għad‑dħul, peress li, minbarra l-ħlas ta’ dawn is-servizzi, jitħallas prezz għall‑possibbiltà stess li tara l-ispettakolu, pereżempju, taħt il-forma ta’ biljett taċ-ċinema. Madankollu, din hija sitwazzjoni totalment differenti minn dik ta’ akkomodazzjoni ta’ lejl f’lukanda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Jiena għalhekk ma naqbilx mal-argument tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali li l-ħlas ta’ akkomodazzjoni ta’ lejl f’lukanda għandu natura fundamentalment differenti, mill-perspettiva tal-interpretazzjoni tar‑regoli inkwistjoni, minn dik, pereżempju, tal-ħlas ta’ servizzi ta’ ikel. Is-sid ta’ kafè jew ta’ ristorant mgħammar b’televiżjoni jista’ wkoll jgħolli l-prezz tas-servizzi tiegħu minħabba f’hekk, l-iktar waqt ix‑xandir li jinteressa b’mod partikolari lill-pubbliku, bħax-xandir sportiv. U nfakkar li ħafna drabi ma huwiex possibbli li tpoġġi bil-qegħda f’tali stabbiliment mingħajr ma tordna ikel jew xorb offrut minnu. Madankollu dan ma jfissirx li l-prezz ta’ birra jista’, pereżempju, jiġi kkunsidrat bħala ħlas magħmul sabiex tara dan ix-xandir u l-istabbiliment bħala post aċċessibbli għall-pubbliku permezz ta’ ħlas ta’ miżata għad‑dħul skont l-Artikolu 13(d) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma. Il-ħlas ta’ servizz ta’ akkomodazzjoni ta’ lejl f’lukanda huwa eżattament l-istess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ħafna drabi tmur f’kafè jew ristorant proprjament sabiex hemm tara xandira tat-televiżjoni, bl-ikel jew ix-xorb ikun biss inċidentali, filwaqt li kamra ta’ lukanda rarament tinkera biex fiha tara t-televiżjoni. Kuntrarjament għad-dikjarazzjonijiet li saru mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, is-servizz li jagħti l-possibbiltà li tirċievi sinjal tat-televiżjoni f’kamra ta’ lukanda lanqas għandu fih innifsu natura ekonomika awtonoma.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Fil-qosor, nikkunsidra li, bħall-istabbilimenti tal-ikel u postijiet oħra li jistgħu jkunu mgħammra b’settijiet tat-televiżjoni iżda li fihom l‑eventwali ħlas ma jsirx minħabba l-possibbiltà li fihom tara xandiriet tat-televiżjoni, iżda għaliex fihom jingħataw servizzi oħra, il-kmamar ta’ lukanda ma humiex postijiet aċċessibbli għall-pubbliku permezz ta’ ħlas ta’ miżata għad‑dħul skont l-Artikolu 13(d) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma b’tali mod li l-komunikazzjoni f’dawn il-kmamar ta’ xandir ta’ organizzazzjonijiet tax-xandir ma taqax fid-dritt esklużiv tal-imsemmija organizzazzjonijiet protett mid-dispożizzjoni hawn fuq imsemmija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Peress li, billi adotta l-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 92/100 [li sar l‑Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2006/115], il-leġiżlatur tal-Unjoni ma riedx jestendi din il-protezzjoni lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni previst fil-Konvenzjoni ta’ Ruma, din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata, fid-dawl ta’ din il-konvenzjoni, fis-sens li l-kunċett użat fiha ta’ post aċċessibbli għall-pubbliku permezz ta’ ħlas ta’ miżata għad‑dħul ma jinkludix il-kmamar ta’ lukanda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>L-interpretazzjoni tal-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2006/115 fiċ-ċirkustanzi tekniċi u tas-suq attwali</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Jekk nifhem tajjeb l-osservazzjonijiet tagħha, ir-rikorrenti fil‑kawża prinċipali ssostni wkoll li l-limitazzjoni li jipprovdi l‑Artikolu 13(d) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma għall-portata tal-protezzjoni tad-dritt li għandhom l-organizzazzjonijiet tax-xandir li jiddeċiedu dwar il-komunikazzjoni lill-pubbliku tax-xandir tagħhom kienet riżultat taċ-ċirkustanzi tekniċi u tas-suq li kienu jeżistu fil-mument tal-adozzjoni ta’ din il-konvenzjoni, u li llum inbidlu radikalment. Hija tirrileva b’mod partikolari li dak iż-żmien kien iktar rari li persuna jkollha televiżjoni d‑dar u li anki l-kmamar ta’ lukanda kienu kważi kollha mingħajr televiżjoni. Fl-opinjoni tagħha dan jispjega dak li fil-passat kienet prassi komuni li jiġu organizzati spettakoli pubbliċi, aċċessibbli bi ħlas, ta’ xandir tat-televiżjoni, li konsegwentement iġġustifika l-introduzzjoni fil-Konvenzjoni ta’ Ruma tal-imsemmi dritt tal-organizzazzjonijiet tax‑xandir, li sar biex ikopri preċiżament din ir-realtà. Madankollu, illum, fid-dawl tal-bidla għal din ir-realtà, il-livell għoli ta’ protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati li d-Direttiva għandha l-għan li tagħti, skont ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, tirrikjedi interpretazzjoni differenti tal-Artikolu 8(3) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Dan l-argument għandu jiġi kkunsidrat. Jiena naqbel ukoll ma’ interpretazzjoni dinamika tad-dispożizzjonijiet legali, li kapaċi tadatta l‑kliem tagħhom għal ċirkustanzi li fir-realtà jinbidlu u, għalhekk, li tkun tista’ tilħaq l-għan ta’ dawn id-dispożizzjonijiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ara l-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Vereniging Openbare Bibliotheken</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑174/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:459">EU:C:2016:459</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Madankollu, jiena ma nikkunsidrax li dan huwa meħtieġ jew possibbli f’din il-kawża, u dan għal żewġ raġunijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, ma jidhirlix li, anki jekk immudellat fuq dispożizzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Ruma, iffirmata fl-1961, l‑Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2006/115 għadda żmienu daqstant, kif tissuġġerixxi r-rikorrenti fil-kawża prinċipali. Huwa veru li l-fatt li s-settijiet tat‑televiżjoni fid-djar privati nfirxu bidel il-mod ta’ kif issegwi t-televiżjoni. Madankollu x-xandir pubbliku ta’ xandiriet tat-televiżjoni ma spiċċax. B’mod partikolari, ix-xandir ta’ avvenimenti sportivi huwa spiss aċċessibbli għall-pubbliku f’kull tip ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>fan zones<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, ċinemas, ċinemas fl-apert, eċċ. Ħafna drabi jkun hemm miżata għal dan ix-xandir u għalhekk jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt protett bl-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2006/115.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, l-interpretazzjoni dinamika tad-dispożizzjonijiet ġuridiċi hija ġġustifikata biss jekk jiġi kkunsidrat l-għan li l-leġiżlatur ried li jintlaħaq meta stabbilixxa dawn id-dispożizzjonijiet u jekk tikkontribwixxi sabiex jintlaħaq dan l-għan fir-rigward tal-bdil taċ‑ċirkustanzi fattwali, mingħajr ma dan jiġi ssostitwit b’għan ieħor. Minn din il-perspettiva, ma jkunx iġġustifikat li jiġi kkunsidrat li, peress li l-firmatarji tal-Konvenzjoni ta’ Ruma ma ridux jeskludu s-settijiet tat-televiżjoni installati<?PAGE NO="8"?> fil-kmamar ta’ lukanda mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt esklużiv li minnu jibbenefikaw l‑organizzazzjonijiet tax-xandir, għaliex f’dak iż-żmien dawn il-kmamar ma kienx ikun fihom dawn is‑settijiet, illum jeħtieġ li din il-konvenzjoni tiġi interpretata b’mod li tinkludi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan id-dritt is-settijiet tat-televiżjoni fil-kmamar ta’ lukanda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, għalkemm il-firmatarji tal-Konvenzjoni ma kkunsidrawx is-settijiet tat-televiżjoni fil-kmamar ta’ lukanda, fl-istess ħin kellhom l-intenzjoni li jeskludu mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt esklużiv istanzi ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ xandir f’postijiet bħal stabbilimenti tal-ikel, fejn ma jkunx hemm ħlas speċifiku għax-xandir ta’ tali xandiriet; u l-każ ta’ kmamar ta’ lukanda huwa simili għal dak tal-istabbilimenti tal-ikel<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara l-punt 30 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>. Għalhekk, interpretazzjoni dinamika tirrikjedi preċiżament li jiġu esklużi wkoll mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt esklużiv il-kmamar ta’ lukanda, skont l-għan tal-firmatarji tal‑Konvenzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Għalhekk jiena ma nikkunsidrax li l-bidla fiċ-ċirkustanzi fattwali li seħħet mid-data tal-iffirmar tal-Konvenzjoni ta’ Ruma ’l hawn tiġġustifika li d‑Direttiva 2006/115 tiġi interpretata b’mod radikalment differenti mill‑għanijiet u l-volontà tal-firmatarji ta’ din il-konvenzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>L-argumenti l-oħra tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Fl-osservazzjonijiet tagħha f’din il-kawża, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali tqajjem ukoll argument ta’ natura ekonomika. Fl-opinjoni tagħha, l-operaturi ta’ lukanda għandhom profitt ekonomiku mill-fatt li joffru l-aċċess għax-xandir tat-televiżjoni fil-kmamar tagħhom (il‑preżenza tas-settijiet tat-televiżjoni tgħolli l-livell ta’ kumdità tal‑lukanda u, għalhekk, il‑prezz tal-akkomodazzjoni ta’ lejl), li ma jkunx possibbli li kieku ma jingħatawx is-servizzi mogħtija mill‑organizzazzjonijiet tax-xandir; madankollu dawn l‑organizzazzjonijiet ma jieħdux parti minn dawn il-profitti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ dan l-argument, fl-ewwel lok għandu jiġi rrilevat li, li kieku s-servizzi fornuti mill-organizzazzjonijiet tax-xandir ma jeżistux, fir-realtà ma jkunx hemm la offerta u lanqas domanda għal dawn is-servizzi, inkluż fil-kmamar ta’ lukanda. Din il-konstatazzjoni hija evidenti u tapplika bl-istess mod għas-servizzi kollha fornuti f’lukanda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kwistjoni dwar il-profitti ekonomiċi, għandu jitfakkar li l-maġġoranza tax-xandir tat-televiżjoni huwa <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>free-to-air<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="2019" ID="QE0017"/>, jiġifieri l-organizzazzjoni tax-xandir ma tieħu l-ebda ħlas inkambju għal li tirċievi x-xandir. Għall-kuntrarju hija għandha dħul finanzjarju mir‑reklami u minn komunikazzjoni oħra kummerċjali (jew, fil-każ ta’ organizzazzjonijiet pubbliċi, minn sussidji differenti), il-prezz ta’ liema (jiġifieri l-prezz tal-ħin tax-xandir li l-organizzazzjoni tax-xandir titlob lil min jagħmel ir-reklam) jiddependi b’mod partikolari fuq in-numru ta’ spettaturi mistenni. Iż-żieda potenzjali tan-numru ta’ spettaturi li tirriżulta mill-fatt li x-xandir tal-organizzazzjoni tax-xandir jista’ jiġi riċevut ukoll fil-kmamar ta’ lukanda għandha għalhekk influwenza pożittiva, għalkemm żgħira fil-prattika, fuq id-dħul tal-organizzazzjoni tax-xandir. Għalhekk ma jistax jiġi kkonstatat li l-organizzazzjonijiet tax-xandir ma jieħdu xejn mill-profitti ekonomiċi bbażati fuq il‑possibbiltà li jkun hemm aċċess għax-xandir tat-televiżjoni fil‑kmamar tal-lukanda<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Dan ma japplikax fil-każ ta’ organizzazzjonijiet tax-xandir bi ħlas, li madankollu għandhom il-possibbiltà li jiddeċiedu ma’ min u f’liema kundizzjonijiet jikkonkludu kuntratti relatati max-xandir tax-xandiriet tagħhom. Huma għalhekk jistgħu ma jagħmluhomx aċċesibbli għal-lukandi jew jagħmluhom aċċessibbli bi ħlas ta’ prezz li jkun jissodisfahom.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Finalment, fir-rigward tal-effett li l-preżenza ta’ settijiet tat‑televiżjoni fil-kmamar għandha fuq il-livell tal-lukanda, aspett li fuqu insistiet ħafna r-rikorrenti fil-kawża prinċipali, għandu jiġi rrilevat li dan is-servizz illum infirex tant li ma għadux jinstab biss fil-lukandi ta’ kategorija superjuri. Fi kliem ieħor, l-offerta ta’ aċċess għax-xandir tat-televiżjoni fil-kmamar hija kundizzjoni prattikament indispensabbli sabiex tiġġestixxi lukanda ta’ kategorija medja jew superjuri.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Madankollu, l-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2006/115 ma jagħtix biss lill-organizzazzjonijiet tax-xandir dritt għal ħlas, bħal dak previst pereżempju mill-Artikolu 8(2) ta’ din id-direttiva, iżda wkoll dritt esklużiv li jipprojbixxu jew jawtorizzaw il-komunikazzjoni lill-pubbliku tax-xandir tagħhom. Dan ifisser li l-organizzazzjonijiet tax-xandir għandhom id-dritt li jopponu li persuna partikolari tikkomunika lill-pubbliku x-xandir tagħhom. Konstatazzjoni li dan id-dritt jinkludi wkoll fil-kamp tal-applikazzjoni tiegħu l-aċċess għax-xandir fil-kmamar tfisser li l-organizzazzjonijiet tax-xandir jingħataw il-possibbiltà jiddeċiedu jekk persuna tistax tagħti servizzi fil-lukanda. Minkejja li l‑firmatarji tal-Konvenzjoni ta’ Ruma riedu effettivament jippermettu lill-organizzazzjonijiet tax-xandir il-possibbiltà li jipprojbixxu l‑organizzazzjoni ta’ spettakoli pubbliċi bi ħlas tax-xandiriet tagħhom, żgur li ma kellhomx l-intenzjoni li jagħtuhom id-dritt jiddeċiedu dwar il-possibbiltà jekk persuni oħra jistgħux jeżerċitaw tipi oħra ta’ attività li fihom ix-xandir tat-televiżjoni huwa biss inċidentali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Fil-każ fejn, bħal fil-kawża prinċipali, id-drittjiet tal-organizzazzjonijiet tax-xandir huma eżerċitati minn organizzazzjoni ta’ ġestjoni kollettiva, b’mod ġenerali l-għan ikun li jinkiseb ħlas minħabba l-komunikazzjoni lill-pubbliku. Xorta jibqa’ l-fatt, madankollu, formalment, l-organizzazzjonijiet tax-xandir jistgħu jipprojbixxu tali xandir, li barra minn hekk huwa l-għan li għalih ġiet stabbilita din id-dispożizzjoni (ara l-punt 24 ta’ dawn il-konklużjonijiet u d-duttrina ċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 15).</P></NOTE>. L‑interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni proposta mir-rikorrenti fil‑kawża prinċipali hija għalhekk b’mod ċar kuntrarja għall-għanijiet tal-Konvenzjoni ta’ Ruma, u għalhekk ukoll kuntrarja għall-intenzjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Finalment, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ssostni li d-dritt tal‑organizzazzjonijiet tax-xandir li jiddeċiedu jekk ix-xandir tagħhom jiġix ikkomunikat lill-pubbliku jew le għandu jingħata l-istess protezzjoni bħal dik mogħtija lil persuni oħra li jibbenefikaw mill-protezzjoni tad-dritt tal-awtur abbażi tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2001/29 fir-rigward tal-komunikazzjoni lill-pubbliku. Fl-opinjoni tiegħi dan l-argument ma huwiex rilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Kuntrarjament għad-dikjarazzjoni tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, ma hemmx inkonsistenza fil-fatt li l-istess forma ta’ użu tkun suġġetta għal regoli differenti skont jekk tkunx tirrigwarda xandir ta’ organizzazzjonijiet tax-xandir jew suġġetti oħra protetti bid-dritt tal-awtur. Din id-differenza tirriżulta mir-regoli stess li japplikaw għal dawn is-suġġetti ta’ protezzjoni differenti. Kif jirrilevaw b’mod korrett il-partijiet l-oħra f’din il-kawża, ix-xandir tal-organizzazzjonijiet tax‑xandir, peress li jaqgħu taħt il-protezzjoni tad-drittijiet relatati, huma suġġetti biss, fil-kuntest tal-komunikazzjoni lill-pubbliku, u kuntrarjament għax-xogħlijiet li jibbenefikaw mill-protezzjoni sħiħa tad-dritt tal-awtur, għal protezzjoni li hija limitata fil-każ ta’ komunikazzjoni f’postijiet aċċessibbli għall-pubbliku fuq ħlas ta’ miżata għad-dħul. Għalhekk xejn ma jindika li l-livell ta’ protezzjoni tad-dritt tal-organizzazzjonijiet tax-xandir għandu jiġi assimilat, fir‑rigward tal-komunikazzjoni lill-pubbliku tax-xandir tagħhom, għal-livell ta’ protezzjoni applikabbli għal elementi oħra protetti bid‑dritt tal-awtur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Għalhekk, l-analiżi tal-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2006/115 tista’ tinġabar fil-qosor illi la l-ġenesi u lanqas l-għan ta’ din id-direttiva, u lanqas xi aspett ieħor, ma jimmilitaw favur interpretazzjoni sabiex il‑kmamar ta’ lukanda jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-kunċett ta’ postijiet aċċessibbli għall-pubbliku fuq ħlas ta’ miżata għad-dħul.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja li tagħti r-risposta segwenti għad-domanda preliminari magħmula mill-Handelsgericht Wien (qorti kummerċjali ta’ Vjenna, l-Awstrija):</TXT><P>L-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE>, dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet tal‑awtur fil-qasam tal‑proprjetà intellettwali, għandu jiġi interpretat fis-sens li l‑installazzjoni ta’ settijiet tat-televiżjoni fi kmamar ta’ lukanda u t-tqegħid għad-dispożizzjoni permezz tagħhom ta’ sinjal<?PAGE NO="10"?> tat-televiżjoni jew tar-radju ma tikkostitwixxix komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ xandir ta’ organizzazzjonijiet tax-xandir tat-televiżjoni f’post aċċessibbli għall-pubbliku fuq ħlas ta’ miżata għad-dħul fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>