|
30.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 362/3 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2020/1579
tad-29 ta’ Ottubru 2020
li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2021 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolament (UE) 2020/123 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet tas-sajd f’ilmijiet oħra
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jirrikjedi li jiġu adottati miżuri ta’ konservazzjoni li jqisu l-pariri xjentifiċi, tekniċi u ekonomiċi disponibbli, inkluż, fejn rilevanti, ir-rapporti mfassla mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd u minn korpi konsultattivi oħra, kif ukoll pariri mogħtija minn Kunsilli Konsultattivi stabbiliti għaż-żoni ġeografiċi jew l-oqsma ta’ kompetenza u rakkomandazzjonijiet konġunti li jsiru mill-Istati Membri. |
|
(2) |
Hija r-responsabbiltà tal-Kunsill li jadotta miżuri dwar l-istabbiliment u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd, inkluż ċerti kundizzjonijiet li huma marbutin magħhom b’mod funzjonali, kif xieraq. Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd jiġu allokati lill-Istati Membri b’tali mod li tiġi żgurata l-istabbiltà relattiva tal-attivitajiet tas-sajd ta’ kull Stat Membru għal kull stokk jew attività tas-sajd filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013. |
|
(3) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jipprevedi li l-objettiv tal-PKS huwa li, fejn possibbli, sal-2015 tinkiseb ir-rata ta’ sfruttament tar-rendiment massimu sostenibbli (MSY) u, b’mod progressiv u inkrementali, sa mhux aktar tard mill-2020 għall-istokkijiet kollha. |
|
(4) |
Għalhekk, il-qabdiet totali permissibbli (TACs) jenħtieġ li jiġu stabbiliti, f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, abbażi tal-pariri xjentifiċi disponibbli, filwaqt li jitqiesu l-aspetti bijoloġiċi u soċjoekonomiċi u jiġi żgurat trattament ġust bejn is-setturi tas-sajd, kif ukoll wara li jitqiesu l-opinjonijiet tal-partijiet ikkonċernati espressi waqt il-konsultazzjoni. |
|
(5) |
Ir-Regolament (UE) 2016/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet (“il-pjan”). Il-pjan għandu l-għan li jiżgura li l-isfruttament tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar jirkupra l-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet mistada u jżommhom ’il fuq mil-livelli li jistgħu jipproduċu l-MSY. Għal dan il-għan, il-mortalità mis-sajd fil-mira għall-istokkijiet ikkonċernati, espressa fil-meded, għandha tinkiseb kemm jista’ jkun malajr u, b’mod progressiv u inkrementali, sal-2020. Huwa xieraq li l-limiti tal-qbid applikabbli fl-2021 għall-istokkijiet tal-bakkaljaw, tal-aringi u tal-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku jiġu stabbiliti f’konformità mal-objettivi tal-pjan. |
|
(6) |
Il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (‘ICES’) indika li l-bijomassa tal-aringa tal-Baltiku tal-Punent fis-suddiviżjonijiet 20- 24 tal-ICES hija biss 48 % mill-punt ta’ referenza ta’ limitu tal-bijomassa ta’ stokk riproduttiva (Blim), li taħtu huwa possibbli li l-kapaċità riproduttiva titnaqqas. Għalhekk, il-parir xjentifiku maħruġ mill-ICES fid-29 ta’ Mejju 2020 fil-parir annwali tiegħu dwar l-istokkijiet kien li jsirx sajd għall-aringa tal-Baltiku tal-Punent. Skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) 2016/1139, jenħtieġ li jiġu adottati l-miżuri ta’ rimedju xierqa kollha biex jiġi żgurat li l-istokk ikkonċernat jitreġġa’ lura malajr għal livelli ogħla mil-livell li kapaċi jipproduċi MSY. Barra minn hekk, dik id-dispożizzjoni tirrikjedi li jiġu adottati miżuri ta’ rimedju ulterjuri. Għal dan il-għan, jinħtieġ li titqies l-iskeda ta’ żmien għall-kisba tal-objettivi tal-PKS b’mod ġenerali u tal-pjan b’mod partikolari bil-ħsieb tal-effett mistenni tal-miżuri ta’ rimedju adottati, filwaqt li fl-istess ħin jiġu rispettati l-objettivi għall-kisba tal-benefiċċji ekonomiċi, soċjali u tal-impjiegi, kif stabbilit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Għalhekk u skont l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) 2016/1139, huwa xieraq li l-opportunitajiet tas-sajd għall-aringa tal-Baltiku tal-Punent jiġu stabbiliti taħt il-meded tal-mortalità mis-sajd, sabiex jitqies it-tnaqqis fil-bijomassa għal dak l-istokk fis-suddiviżjonijiet 20-24 tal-ICES. |
|
(7) |
Fir-rigward tal-istokk tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant, mill-2019, l-ICES seta’ jibbaża il-parir ta’ prekawzjoni tiegħu fuq valutazzjoni aktar rikka minn dak li kien possibbli qabel.. L-ICES jistma li l-bijomassa tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant kienet anqas minn Blim fl-2019 u kompliet tonqos minn dak iż-żmien. Għalhekk, l-ICES tenna l-parir tiegħu għall-2021 dwar qabdiet żero tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant. Madanakollu, l-ICES ma kienx f’pożizzjoni li jiddetermina l-valuri tal-meded tal-mortalità mis-sajd. Bħas-sena li għaddiet, jekk l-opportunitajiet tas-sajd għall-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant kellhom jiġu stabbiliti fil-livell indikat fil-parir xjentifiku, l-obbligu li jinħattu l-art il-qabdiet kollha f’sajd imħallat b’qabdiet aċċessorji tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant iwassal għall-fenomenu ta’ “speċijiet bi kwota limitanti”. Sabiex jinstab il-bilanċ it-tajjeb bejn il-kontinwazzjoni tas-sajd bil-ħsieb tal-implikazzjonijiet soċjoekonomiċi potenzjalment severi tal-projbizzjoni tal-qabdiet kollha tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant, u l-ħtieġa li jinkiseb status bijoloġiku tajjeb għall-istokk, filwaqt li titqies id-diffikultà tas-sajd tal-istokkijiet kollha f’sajd imħallat b’MSY fl-istess ħin, huwa xieraq li tiġi stabbilita TAC speċifika għall-qabdiet aċċessorji tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant. L-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) 2016/1139. |
|
(8) |
F’Mejju 2020, l-ICES ta parir aġġornat dwar il-livelli ta’ qabdiet aċċessorji tal-bakkaljaw f’sajd ieħor. Huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-opportunitajiet tas-sajd f’konformità ma’ dak il-parir speċjali, bl-eżenzjoni tal-operazzjonijiet tas-sajd imwettqa għall-fini esklużiva ta’ investigazzjonijiet xjentifiċi u f’konformità sħiħa mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Barra minn hekk, skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) 2016/1139 għandhom jiġu adottati miżuri ta’ rimedju addizzjonali biex jiġi żgurat li l-istokk jitreġġa’ lura malajr għal livelli ogħla mil-livell li kapaċi jipproduċi MSY. Il-parir xjentifiku jindika li l-għeluq fiż-żmien riproduttiv b’mod partikolari jista’ jkollu benefiċċji addizzjonali għal stokk li ma jistgħux jinkisbu bit-TAC biss, pereżempju żieda fir-reklutaġġ permezz ta’ riproduzzjoni bla xkiel. Għalhekk huwa xieraq li jinżamm l-għeluq fiż-żmien riproduttiv tas-sajf eżistenti. Barra minn hekk, il-parir xjentifiku jindika li l-importanza relattiva tas-sajd rikreattiv tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant tiddependi fuq il-livell tat-TAC. Minħabba t-TAC imnaqqsa ħafna, il-kwantitajiet maqbuda fis-sajd rikreattiv huma kkunsidrati sostanzjali u għalhekk huwa xieraq li tinżamm il-projbizzjoni tas-sajd rikreattiv għall-bakkaljaw fis-suddiviżjonijiet 25 u 26 tal-ICES fejn il-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant huwa l-aktar abbundanti. |
|
(9) |
Fir-rigward tal-istokk tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Punent, l-ICES irreveda ’l isfel il-bijomassa stmata u jistma li l-bijomassa tal-istokk tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Punent ma rkuprax ’il fuq mill-punt ta’ referenza tal-bijomassa riproduttiva tal-istokk li taħtu għandha tittieħed azzjoni ta’ ġestjoni speċifika u xierqa (Btrigger). Għalhekk huwa xieraq li jinżammu l-miżuri ta’ akkumpanjament introdotti għall-2020 u li jiġu stabbiliti l-opportunitajiet tas-sajd f’konformità mal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2016/1139 filwaqt li jitqiesu l-livelli ta’ bakkaljaw maqbud b’mod aċċessorju f’sajd ieħor fis-suddiviżjoni 24 tal-ICES kif irrakkomandat mill-ICES, sabiex ikun hemm koerenza mal-approċċ segwit fiż-żona ta’ ġestjoni tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant. Barra minn hekk, il-parir xjentifiku jindika li l-istokkijiet tal-bakkaljaw tal-Punent u tal-Lvant jitħalltu fis-suddiviżjoni 24 tal-ICES. Sabiex jitħares l-istokk tal-bakkaljaw tal-Lvant u jiġu żgurati kondizzjonijiet ekwi maż-żona ta’ ġestjoni tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant, jenħtieġ li l-użu tat-TAC fis-suddiviżjoni 24 tal-ICES ikompli jkun limitat għal qabdiet aċċessorji tal-bakkaljaw bl-eċċezzjoni tal-operazzjonijiet tas-sajd imwettqa għall-fini esklużiva ta’ investigazzjonijiet xjentifiċi u f’konformità sħiħa mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2019/1241 u għas-sajjieda kostali fuq skala żgħira li jistadu bi rkaptu tas-sajd passiv f’żoni sa sitt mili nawtiċi mill-kosta fejn il-fond tal-ilma huwa anqas minn 20 metru peress li l-bakkaljaw tal-Punent jinstab predominanti f’dawk iż-żoni kostali baxxi. Barra minn hekk, il-perijodu ta’ għeluq fis-suddiviżjoni 24 tal-ICES jenħtieġ li jiġi allinjat mal-perijodu ta’ għeluq fis-suddiviżjonijiet 25 u 26 tal-ICES sabiex tiġi żgurata protezzjoni ekwivalenti konsistenti mal-parir tal-ICES. |
|
(10) |
Għaldaqstant, u sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet ekwi mas-suddiviżjonijiet 25 u 26 tal-ICES, is-sajd rikreattiv għall-bakkaljaw fis-suddiviżjoni 24 tal-ICES jenħtieġ li jiġi pprojbit lil hinn minn sitt mili nawtiċi mill-kosta. Barra minn hekk, peress li l-parir xjentifiku jindika li s-sajd rikreattiv jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-mortalità globali mis-sajd ta’ dak l-istokk u filwaqt li jitqies l-istatus ta’ dak l-istokk u t-tnaqqis tat-TAC, jenħtieġ li jinżamm il-limitu tal-qabda ta’ kuljum għal kull sajjied. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-prinċipju tal-istabbiltà relattiva applikabbli għall-attivitajiet tas-sajd kummerċjali. Fl-aħħar nett, minħabba l-istatus fraġli tal-istokk u l-fatt li l-parir xjentifiku jindika li l-għeluq fiż-żmien riproduttiv, b’mod partikolari, jista’ jkollu benefiċċji addizzjonali għal stokk li ma jistgħux jinkisbu bit-TAC biss, pereżempju żieda fir-reklutaġġ permezz ta’ riproduzzjoni bla xkiel, jenħtieġ li jinżamm l-għeluq riproduttiv tax-xitwa, bl-eżenzjoni għal ċerti sajjieda kostali fuq skala żgħira u għal attivitajiet tas-sajd li jsiru biss għall-finijiet tal-investigazzjonijiet xjentifiċi u f’konformità sħiħa mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2019/1241. |
|
(11) |
L-ICES jistma li l-bijomassa tal-aringa tal-Baltiku ċentrali waqgħet taħt il-punt ta’ referenza tal-bijomassa riproduttiva tal-istokk li taħtu għandha tittieħed azzjoni ta’ ġestjoni speċifika u xierqa (Btrigger). Huwa għalhekk xieraq li jiġu stabbiliti l-opportunitajiet tas-sajd skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2016/1139. |
|
(12) |
Skont il-parir tal-ICES, il-bakkaljaw jinqabad b’mod aċċessorju fis-sajd tal-barbun tat-tbajja’. Barra minn hekk, il-laċċa kaħla tinqabad f’sajd imħallat mal-aringa u hija speċi tal-priża għall-bakkaljaw. Huwa xieraq li jitqiesu dawk il-kunsiderazzjonijiet ta’ bejn l-ispeċijiet biex jiġu stabbiliti l-opportunitajiet tas-sajd għall-barbun tat-tbajja’ u l-laċċa kaħla. |
|
(13) |
Sabiex jiġi żgurat l-użu sħiħ tal-opportunitajiet tas-sajd kostali, ilha li ġiet introdotta flessibbiltà limitata bejn iż-żoni għas-salamun mis-suddiviżjonijiet 22-31 sas-suddiviżjoni 32 tal-ICES fl-2019. Minħabba l-bidliet fl-opportunitajiet tas-sajd għal dawk iż-żewġ stokkijiet, huwa xieraq li tiżdied dik il-flessibbiltà. |
|
(14) |
L-introduzzjoni ta’ projbizzjoni tas-sajd għat-trota tal-baħar lil hinn minn erba’ mili nawtiċi u ta’ limitazzjoni tal-qabdiet aċċessorji tat-trota tal-baħar għal 3 % tal-qabda kkombinata tat-trota tal-baħar u tas-salamun ikkontribwixxiet sa ċertu punt għal tnaqqis sostanzjali ta’ rappurtar ħażin tal-qabdiet fis-sajd għas-salamun li qabel kien sinifikanti, b’mod partikolari bħala qabdiet ta’ trota tal-baħar. Huwa għalhekk xieraq li tinżamm dik id-dispożizzjoni sabiex jitnaqqas kemm jista’ jkun ir-rappurtar ħażin. |
|
(15) |
L-użu tal-opportunitajiet tas-sajd stabbilit f’dan ir-Regolament huwa soġġett għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (4), u b’mod partikolari għall-Artikoli 33 u 34 tiegħu li jikkonċernaw ir-reġistrazzjoni tal-qabdiet u l-isforz tas-sajd, kif ukoll għat-trażmissjoni tad-data dwar l-eżawriment tal-opportunitajiet tas-sajd lill-Kummissjoni. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jispeċifika l-kodiċijiet relatati mal-ħatt l-art tal-istokkijiet soġġetti għal dan ir-Regolament li għandhom jintużaw mill-Istati Membri meta jibagħtu d-data lill-Kummissjoni. |
|
(16) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (5) introduċa kondizzjonijiet addizzjonali għall-ġestjoni minn sena għal sena tat-TACs inkluż, skont l-Artikoli 3 u 4, id-dispożizzjonijiet għat-TACs prekawzjonarji u analitiċi. Skont l-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament, meta jistabbilixxi t-TACs, il-Kunsill għandu jiddeċiedi liema huma l-istokkijiet li għalihom ma għandhomx japplikaw l-Artikoli 3 jew 4, b’mod partikolari abbażi tal-istatus bijoloġiku tal-istokkijiet. Aktar reċentement, l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 daħħal il-mekkaniżmu tal-flessibbiltà minn sena għal sena għall-istokkijiet kollha li huma soġġetti għall-obbligu tal-ħatt l-art. Għalhekk, sabiex tiġi evitata l-flessibbiltà eċċessiva li ddgħajjef il-prinċipju tal-isfruttament razzjonali u responsabbli tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar, li xxekkel il-kisba tal-objettivi tal-PKS u li tikkawża d-deterjorament tal-istatus bijoloġiku tal-istokkijiet, jenħtieġ li jiġi stabbilit li l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplikaw għat-TACs analitiċi biss fejn ma tintużax il-flessibbiltà minn sena għal sena prevista fl-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. |
|
(17) |
Barra minn hekk, peress li l-bijomassa tal-istokk ta’ bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant tinsab taħt il-Blim u li s-sajd aċċessorju u xjentifiku biss huwa permess fl-2021, l-Istati Membri ntrabtu li ma japplikawx l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għal dan l-istokk għat-trasferimenti mill-2020 għall-2021 sabiex il-qabdiet fl-2021 ma jaqbżux it-TAC stabbilita għall-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant. |
|
(18) |
Is-sena tas-sajd għall-merluzz tan-Norveġja fid-diviżjoni 3a tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 2a tal-ICES u s-subżona 4 tal-ICES hija mill-1 ta’ Novembru sal-31 ta’ Ottubru. Abbażi ta’ parir xjentifiku ġdid, jenħtieġ li tiġi stabbilita TAC preliminari għall-merluzz tan-Norveġja għal dawk iż-żoni. Ir-Renju Unit ma għandux kwota għall-merluzz tan-Norveġja. Madankollu, parti mill-kwota tinqabad fl-ilmijiet tar-Renju Unit. Ir-Renju Unit ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 130(1) tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (6). Għalhekk, jenħtieġ li tiġi stabbilita TAC preliminari għall-opportunitajiet tas-sajd għall-perijodu mill-1 ta’ Novembru 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020. Dak it-TAC ser jippermetti l-bidu tal-istaġun tas-sajd. Ir-Renju Unit ser jiġi kkonsultat dwar l-opportunitajiet tas-sajd għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Ottubru 2021. Minkejja l-fatt li r-Renju Unit ma għandu l-ebda sehem tal-kwota f’dan l-istokk, ir-riżorsa hija kondiviża mar-Renju Unit. Għalhekk jenħtieġ li jsiru konsultazzjonijiet dwar il-ġestjoni konġunta tal-istokk wara l-iskadenza tal-perijodu ta’ tranżizzjoni fil-31 ta’ Diċembru 2020. Ir-Regolament dwar l-opportunitajiet tas-sajd għall-merluzz tan-Norveġja fid-diviżjoni 3a tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 2a tal-ICES u s-subżona 4 tal-ICES jenħtieġ li jiġi emendat aktar tard biex jinkludi l-eżitu ta’ dawk il-konsultazzjonijiet, għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Ottubru 2021, biex ikopri s-sena tas-sajd sħiħa mill-1 ta’ Novembru 2020 sal-31 ta’ Ottubru 2021. |
|
(19) |
Sabiex tiġi evitata l-interruzzjoni tal-attivitajiet tas-sajd u jiġi żgurat l-għajxien tas-sajjieda tal-Unjoni, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-1 ta’ Jannar 2021. Madankollu, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika għall-merluzz tan-Norveġja fid-diviżjoni 3a tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 2a tal-ICES u s-subżona 4 tal-ICES mill-1 ta’ Novembru 2020 sal-31 ta’ Ottubru 2021. Minħabba l-urġenza, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ minnufih wara l-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut fil-Baħar Baltiku għall-2021 u jemenda ċerti opportunitajiet tas-sajd f’ilmijiet oħra stabbiliti bir-Regolament (UE) 2020/123 (7).
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament japplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li joperaw fil-Baħar Baltiku.
2. Dan ir-Regolament japplika wkoll għas-sajd rikreattiv fejn jissemma espliċitament fid-dispożizzjonijiet rilevanti.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
Barra minn hekk, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“suddiviżjoni” tfisser suddiviżjoni tal-ICES tal-Baħar Baltiku kif definita fl-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 218/2009 (8); |
|
(2) |
“qabda totali permissibbli” (TAC) tfisser il-kwantità ta’ kull stokk li tista’ tinqabad fuq perijodu ta’ sena; |
|
(3) |
“kwota” tfisser proporzjon mit-TAC allokat lill-Unjoni, lil Stat Membru jew lil pajjiż terz; |
|
(4) |
“sajd rikreattiv” tfisser attivitajiet tas-sajd mhux kummerċjali li jisfruttaw ir-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar għal rikreazzjoni, turiżmu jew sport. |
KAPITOLU II
OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD
Artikolu 4
TACs u allokazzjonijiet
It-TACs, il-kwoti u l-kondizzjonijiet marbutin b’mod funzjonali magħhom, fejn xieraq, huma stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 5
Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjonijiet tal-opportunitajiet tas-sajd
L-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri, kif stabbilit f’dan ir-Regolament, għandha tkun mingħajr preġudizzju għal:
|
(a) |
skambji li jsiru skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013; |
|
(b) |
tnaqqis u riallokazzjonijiet magħmula skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009; |
|
(c) |
ħatt l-art addizzjonali permess skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 jew skont l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013; |
|
(d) |
kwantitajiet miżmuma f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 jew trasferiti skont l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013; |
|
(e) |
tnaqqis li jsir skont l-Artikoli 105 u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. |
Artikolu 6
Kondizzjonijiet għall-ħatt l-art ta’ qabdiet u ta’ qabdiet aċċessorji
L-istokkijiet ta’ speċijiet mhux fil-mira li jinsabu fil-limiti bijoloġiċi sikuri msemmija fl-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 li jikkwalifikaw għad-deroga mill-obbligu li l-qabdiet jingħaddu skont il-kwoti rilevanti huma identifikati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 7
Għeluq biex jipproteġi l-bakkaljaw li jkun qed ibid
1. Għandu jkun ipprojbit is-sajd bi kwalunkwe tip ta’ rkaptu tas-sajd fis-suddiviżjonijiet 25 u 26 mill-1 ta’ Mejju sal-31 ta’ Awwissu,
2. Eżenzjoni mill-projbizzjoni stipulata fil-paragrafu 1 għandha tapplika fil-każijiet li ġejjin:
|
(a) |
operazzjonijiet tas-sajd imwettqa għall-fini esklużiva tal-investigazzjonijiet xjentifiċi, li jistgħu jitwettqu dment li dawk l-investigazzjonijiet jitwettqu f’konformità sħiħa mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2019/1241; |
|
(b) |
bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b’tul totali ta’ anqas minn 12-il metru li jistadu bl-għeżula, bix-xbieki tat-tħabbil jew bil-pariti tal-qiegħ, bil-konzijiet tal-qiegħ, bil-konzijiet, bil-konzijiet tal-wiċċ, bix-xlief u bl-irkaptu tat-trejjix jew b’irkaptu passiv simili f’żoni fejn il-fond tal-ilma jkun inqas minn 20 metru skont il-koordinati fil-mappa nawtika uffiċjali li tinħareġ mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti; |
|
(c) |
bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jistadu fis-suddiviżjoni 25 fejn il-fond tal-ilma huwa inqas minn 50 metru għall-istokkijiet pelaġiċi għall-konsum dirett mill-bniedem, bl-użu ta’ rkaptu b’daqs tal-malja ta’ 45 mm jew inqas, u li jintgħażel il-ħatt l-art tagħhom. |
3. Għandu jkun ipprojbit li jsir sajd bi kwalunkwe tip ta’ rkaptu tas-sajd fis-suddiviżjonijiet 22 u 23 mill-1 ta’ Frar sal-31 ta’ Marzu, u fis-suddiviżjoni 24 mill-15 ta’ Mejju sal-15 ta’ Awwissu.
4. Eżenzjoni mill-projbizzjoni stipulata fil-paragrafu 3 għandha tapplika fil-każijiet li ġejjin:
|
(a) |
operazzjonijiet tas-sajd imwettqa għall-fini esklużiva tal-investigazzjonijiet xjentifiċi imwettqa f’konformità sħiħa mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2019/1241; |
|
(b) |
bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b’tul totali ta’ anqas minn 12-il metru li jistadu bl-għeżula, bix-xbieki tat-tħabbil jew bil-pariti tal-qiegħ, bil-konzijiet tal-qiegħ, bil-konzijiet, bil-konzijiet tal-wiċċ, bix-xlief u bl-irkaptu tat-trejjix jew b’irkaptu passiv simili fis-suddiviżjonijiet 22 u 23 f’żoni fejn il-fond tal-ilma huwa inqas minn 20 metru skont il-koordinati fuq il-mappa nawtika uffiċjali li tinħareġ mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, u fis-suddiviżjoni 24 f’żoni sa sitt mili nawtiċi mkejla mil-linji bażi fejn il-fond tal-ilma jkun inqas minn 20 metru skont il-koordinati fuq il-mappa nawtika uffiċjali li tinħareġ mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti; |
|
(c) |
bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jistadu fis-suddiviżjoni 24 sa sitt mili nawtiċi mkejla mil-linji bażi fejn il-fond tal-ilma jkun inqas minn 40 metru għall-istokkijiet pelaġiċi għall-konsum dirett mill-bniedem, bl-użu ta’ rkapti b’daqs tal-malja ta’ 45 mm jew inqas, u li jintgħażel il-ħatt l-art tagħhom. |
5. Il-kaptani ta’ bastimenti tas-sajd kif imsemmi fil-paragrafu 2, il-punti (b) jew (c) u fil-paragrafu 4, il-punti (b) jew (c) għandhom jiżguraw li l-attività tas-sajd tagħhom tkun tista’ tiġi mmonitorjata f’kull ħin mill-awtoritajiet tal-kontroll tal-Istat Membru.
Artikolu 8
Miżuri dwar is-sajd rikreattiv għall-bakkaljaw fis-suddiviżjonijiet 22-26
1. Fis-sajd rikreattiv, ma jistgħux jinżammu aktar minn ħames kampjuni ta’ bakkaljaw għal kull sajjied kuljum fis-suddiviżjonijiet 22 u 23 u fis-suddiviżjoni 24 sa sitt mili nawtiċi mkejla mil-linji bażi, ħlief fil-perijodu mill-1 ta’ Frar sal-31 ta’ Marzu 2021, meta ma jistgħux jinżammu aktar minn żewġ kampjuni ta’ bakkaljaw għal kull sajjied kuljum.
2. Is-sajd rikreattiv għall-bakkaljaw għandu jiġi pprojbit fis-suddiviżjoni 24 lil hinn mis-sitt mili nawtiċi mkejla mil-linji bażi, u fis-suddiviżjonijiet 25 u 26.
3. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għal miżuri nazzjonali aktar stretti.
Artikolu 9
Miżuri dwar is-sajd għat-trota tal-baħar u għas-salamun fis-suddiviżjonijiet 22-32
1. Għandu jkun ipprojbit għall-bastimenti tas-sajd li jistadu għat-trota tal-baħar lil hinn minn erba’ mili nawtiċi mkejla mil-linji bażi fis-suddiviżjonijiet 22-32 mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2021. Meta jsir is-sajd għas-salamun f’dawk l-ilmijiet, il-qabdiet aċċessorji tat-trota tal-baħar ma għandhomx jaqbżu t-3 % tal-qabda totali tas-salamun u tat-trota tal-baħar fi kwalunkwe mument abbord jew meta jinħattu l-art wara kull vjaġġ tas-sajd.
2. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għal miżuri nazzjonali aktar stretti.
Artikolu 10
Flessibbiltà
1. Ħlief fejn ikun speċifikat mod ieħor fl-Anness għal dan ir-Regolament, l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika għall-istokkijiet soġġetti għal TACs prekawzjonarji u l-Artikolu 3(2) u (3) u l-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament għandhom japplikaw għall-istokkijiet soġġetti għal TAC analitika.
2. L-Artikolu 3(2) u (3) u l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikawx fejn Stat Membru juża l-flessibbiltà minn sena għal sena prevista fl-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
Artikolu 11
Trażmissjoni tad-data
Fejn, skont l-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-Istati Membri jibagħtu lill-Kummissjoni d-data dwar il-kwantitajiet tal-istokkijiet maqbuda jew li nħattu l-art, huma għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokkijiet stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.
KAPITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 12
Emenda għar-Regolament (UE) 2020/123
Fl-Anness IA, it-tabella tal-Opportunitajiet tas-sajd għall-merluzz tan-Norveġja u l-qabdiet aċċessorji assoċjati fid-diviżjoni 3a tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 2a tal-ICES u s-subżona 4 tal-ICES hija sostitwita b’dan li ġej:
|
“Speċi: |
merluzz tan-Norveġja u qabdiet aċċessorji assoċjati Trisopterus esmarkii |
Żona: |
3a; l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 2a u 4 (NOP/2A3A4.) |
|||
|
Perijodu |
1 ta’ Novembru 2019 - 31 ta’ Ottubru 2020 |
1 ta’ Novembru 2020 - 31 ta’ Diċembru 2020 |
TAC analitika |
|||
|
Danimarka |
72 433 |
29 972 |
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika |
|||
|
Ġermanja |
14 |
6 |
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika |
|||
|
Netherlands |
53 |
22 |
|
|||
|
Unjoni |
72 500 |
30 000 |
|
|||
|
Norveġja |
14 500 |
pm |
|
|
||
|
Gżejjer Faeroe |
5 000 |
pm |
|
|
||
|
TAC |
Mhux rilevanti |
|
Mhux rilevanti |
|
|
|
Artikolu 13
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021 ħlief l-Artikolu 12 li għandu japplika mill-1 ta’ Novembru 2020 sal-31 ta’ Ottubru 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ottubru 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
M. ROTH
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
(2) Ir-Regolament (UE) 2016/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2016 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 (ĠU L 191, 15.7.2016, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta’ ekosistemi tal-baħar permezz ta’ miżuri tekniċi, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1380/2013, (UE) 2016/1139, (UE) 2018/973, (UE) 2019/472 u (UE) 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005 (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 105).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta’ Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tal-TAC u l-kwoti (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3).
(7) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/123 tas-27 ta’ Jannar 2020 li jistabbilixxi għall-2020 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 25, 30.1.2020, p. 1).
(8) Ir-Regolament (KE) Nru 218/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar il-preżentazzjoni ta’ statistiċi ta’ qbid nominali mill-Istati Membri li jistadu fil-grigal tal-Atlantiku (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 70).
(9) Sa 5 % tal-kwota jista’ jikkonsisti minn qabdiet aċċessorji tal-merluzz tal-linja sewda u tal-merlangu (OT2/*2A3A4). Il-qabdiet aċċessorji tal-merluzz tal-linja sewda u tal-merlangu magħduda mal-kwota skont din id-dispożizzjoni u l-qabdiet aċċessorji tal-ispeċijiet magħduda mal-kwota skont l-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, magħduda flimkien, ma għandhomx jaqbżu 9 % tal-kwota.
(10) Il-kwota tista’ tinqabad biss fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 2a, 3a u 4 tal-ICES.
(11) Il-kwota tal-Unjoni tista’ tiġi mistada biss mill-1 ta’ Novembru 2019 sal-31 ta’ Ottubru 2020.
(12) Għandu jintuża għarbiel.
(13) Għandu jintuża għarbiel. Din il-kwota tinkludi ammont massimu ta’ 15 % ta’ qabdiet aċċessorji li ma jistgħux jiġu evitati (NOP/*2A3A4), li għandhom jiġu magħduda ma’ din il-kwota.
(14) Il-kwota tal-Unjoni tista’ tiġi mistada mill-1 ta’ Novembru 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020.”.
ANNESS
TACs APPLIKABBLI GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIŻ-ŻONI FEJN JEŻISTU T-TACs SKONT L-ISPEĊI U SKONT IŻ-ŻONA
It-tabelli li ġejjin jistabbilixxu t-TACs u l-kwoti (f’tunnellati ta’ piż ħaj, ħlief fejn ikun speċifikat mod ieħor) skont l-istokk u l-kondizzjonijiet marbutin magħhom b’mod funzjonali.
Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għaż-żoni tal-ICES, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
L-istokkijiet tal-ħut huma msemmija skont l-ordni alfabetika tal-ismijiet bil-Latin tal-ispeċijiet.
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, qed tingħata t-tabella komparattiva li ġejja bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni:
|
Isem xjentifiku |
Kodiċi Alfa-3 |
Isem komuni |
|
Clupea harengus |
HER |
Aringa |
|
Gadus morhua |
COD |
Bakkaljaw |
|
Pleuronectes platessa |
PLE |
Barbun tat-tbajja’ |
|
Salmo salar |
SAL |
Salamun tal-Atlantiku |
|
Sprattus sprattus |
SPR |
Laċċa kaħla |
|
Speċi: |
Aringa Clupea harengus |
Żona: |
Suddiviżjonijiet 30-31 (HER/30/31.) |
|
|
Finlandja |
53 306 |
|
|
|
|
Żvezja |
11 712 |
|
||
|
Unjoni |
65 018 |
|
||
|
TAC |
65 018 |
|
TAC prekawzjonarja |
|
|
Speċi: |
Aringa Clupea harengus |
Żona: |
Suddiviżjonijiet 22-24 (HER/3BC+24) |
|
|
Danimarka |
221 |
|
|
|
|
Ġermanja |
869 |
|
||
|
Finlandja |
0 |
|
||
|
Polonja |
205 |
|
||
|
Żvezja |
280 |
|
||
|
Unjoni |
1 575 |
|
||
|
TAC |
1 575 |
|
TAC analitika L-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika. |
|
|
Speċi: |
Aringa Clupea harengus |
Żona: |
Ilmijiet tal-Unjoni tas-suddiviżjonijiet 25-27, 28.2, 29 u 32 (HER/3D-R30) |
|
|
Danimarka |
2 146 |
|
|
|
|
Ġermanja |
569 |
|
||
|
Estonja |
10 960 |
|
||
|
Finlandja |
21 393 |
|
||
|
Latvja |
2 705 |
|
||
|
Litwanja |
2 848 |
|
||
|
Polonja |
24 304 |
|
||
|
Żvezja |
32 626 |
|
||
|
Unjoni |
97 551 |
|
||
|
TAC |
Mhux rilevanti |
TAC analitika L-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament japplika. |
||
|
Speċi: |
Aringa Clupea harengus |
Żona: |
Suddiviżjoni 28.1 (HER/03D.RG) |
|
|
Estonja |
18 216 |
|
|
|
|
Latvja |
21 230 |
|
||
|
Unjoni |
39 446 |
|
||
|
TAC |
39 446 |
|
TAC analitika L-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament japplika. |
|
|
Speċi: |
Bakkaljaw Gadus morhua |
Żona: |
Ilmijiet tal-Unjoni tas-suddiviżjonijiet 25-32 (COD/3DX32.) |
|
|
Danimarka |
137 |
|
||
|
Ġermanja |
54 |
|||
|
Estonja |
13 |
|||
|
Finlandja |
10 |
|||
|
Latvja |
51 |
|||
|
Litwanja |
33 |
|||
|
Polonja |
159 |
|||
|
Żvezja |
138 |
|||
|
Unjoni |
595 |
|||
|
TAC |
Mhux rilevanti |
TAC prekawzjonarja L-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. |
||
|
Speċi: |
Bakkaljaw Gadus morhua |
Żona: |
Suddiviżjonijiet 22-24 (COD/3BC+24) |
|
|
Danimarka |
1 746 |
|
||
|
Ġermanja |
854 |
|||
|
Estonja |
39 |
|||
|
Finlandja |
34 |
|||
|
Latvja |
144 |
|||
|
Litwanja |
94 |
|||
|
Polonja |
467 |
|||
|
Żvezja |
622 |
|||
|
Unjoni |
4 000 |
|||
|
TAC |
4 000 |
TAC analitika L-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. |
||
|
Speċi: |
Barbun tat- tbajja’ Pleuronectes platessa |
Żona: |
Ilmijiet tal-Unjoni tas-suddiviżjonijiet 22-32 (PLE/3BCD-C) |
|
|
Danimarka |
5 187 |
|
|
|
|
Ġermanja |
576 |
|
||
|
Polonja |
1 086 |
|
||
|
Żvezja |
391 |
|
||
|
Unjoni |
7 240 |
|
||
|
TAC |
7 240 |
|
TAC analitika L-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament japplika. |
|
|
Speċi: |
Salamun tal-Atlantiku Salmo salar |
Żona: |
Ilmijiet tal-Unjoni tas-suddiviżjonijiet 22-31 (SAL/3BCD-F) |
|
|
Danimarka |
19 582 |
|
||
|
Ġermanja |
2 179 |
( (3) |
||
|
Estonja |
1 990 |
|||
|
Finlandja |
24 417 |
|||
|
Latvja |
12 455 |
|||
|
Litwanja |
1 464 |
|||
|
Polonja |
5 940 |
|||
|
Żvezja |
26 469 |
|||
|
Unjoni |
94 496 |
|||
|
TAC |
Mhux rilevanti |
TAC prekawzjonarja L-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. |
||
|
Speċi: |
Salamun tal-Atlantiku Salmo salar |
Żona: |
Ilmijiet tal-Unjoni tas-suddiviżjoni 32 (SAL/3D32.) |
|
|
Estonja |
911 |
|
||
|
Finlandja |
7 972 |
|||
|
Unjoni |
8 883 |
|||
|
TAC |
Mhux rilevanti |
TAC prekawzjonarja |
||
|
Speċi: |
Laċċa kaħla Sprattus sprattus |
Żona: |
Ilmijiet tal-Unjoni tas-suddiviżjonijiet 22-32 (HER/3BCD-C) |
|
|
Danimarka |
21 993 |
|
|
|
|
Ġermanja |
13 933 |
|
||
|
Estonja |
25 539 |
|
||
|
Finlandja |
11 513 |
|
||
|
Latvja |
30 845 |
|
||
|
Litwanja |
11 158 |
|
||
|
Polonja |
65 460 |
|
||
|
Żvezja |
42 517 |
|
||
|
Unjoni |
222 958 |
|
||
|
TAC |
Mhux rilevanti |
TAC analitika L-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament japplika. |
||
(1) Esklużivament għall-qabdiet aċċessorji. Mhux permess l-ebda sajd dirett taħt din il-kwota.
B’deroga mill-ewwel paragrafu, operazzjonijiet tas-sajd imwettqa għall-fini esklużiva tal-investigazzjonijiet xjentifiċi jistgħu jiġu diretti għall-bakkaljaw dment li dawk l-investigazzjonijiet jitwettqu f’konformità sħiħa mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2019/1241.
(2) Fis-suddiviżjoni 24, esklużivament għall-qabdiet aċċessorji. Mhux permess l-ebda sajd dirett taħt din il-kwota fis-suddiviżjoni 24.
B’deroga mill-ewwel paragrafu, operazzjonijiet tas-sajd imwettqa għall-fini esklużiva tal-investigazzjonijiet xjentifiċi jistgħu jiġu diretti għall-bakkaljaw dment li dawk l-investigazzjonijiet jitwettqu f’konformità sħiħa mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2019/1241.
B’deroga mill-ewwel paragrafu, is-sajd ta’ din il-kwota fis-suddiviżjoni 24 huwa permess għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b’tul totali ta’ anqas minn 12-il metru li jistadu bl-għeżula, bix-xbieki tat-tħabbil jew bil-pariti tal-qiegħ, bil-konzijiet tal-qiegħ, bil-konzijiet, bil-konzijiet tal-wiċċ, bix-xlief u bl-irkaptu tat-trejjix jew b’irkaptu passiv simili f’żoni sa sitt mili nawtiċi mkejla mil-linji bażi fejn il-fond tal-ilma jkun inqas minn 20 metru skont il-koordinati fil-mappa nawtika uffiċjali li tinħareġ mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali. Il-kaptani ta’ dawk il-bastimenti tas-sajd għandhom jiżguraw li l-attività tas-sajd tagħhom tkun tista’ tiġi mmonitorjata fi kwalunkwe ħin mill-awtoritajiet tal-kontroll tal-Istat Membru.
(3) Espress fl-għadd ta’ ħutiet individwali.
(4) Kondizzjoni speċjali: sa 25 % u mhux aktar minn 500 kampjun ta’ din il-kwota jistgħu jiġu mistada fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-suddiviżjoni 32 (SAL/*3D32).
(5) Espress fl-għadd ta’ ħutiet individwali.