1995R1591 — MT — 25.05.2007 — 003.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1591/95 tat-30 ta’ Ġunju 1995 (ĠU L 150, 1.7.1995, p.91) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2625/95 tal-10 ta’ Novembru 1995 |
L 269 |
3 |
11.11.1995 |
|
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 498/2004 tas-17 ta’ Marzu 2004 |
L 80 |
20 |
18.3.2004 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 548/2007 tal-21 ta’ Mejju 2007 |
L 130 |
3 |
22.5.2007 |
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1591/95
tat-30 ta’ Ġunju 1995
li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għall-glukosju u l-ġulepp tal-glukosju użati f’ċerti prodotti proċessati mill-frott u l-ħaxix
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 426/86 ta’ l-24 ta’ Frar 1986 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-prodotti proċessati mill-frott u l-ħaxix ( 1 ), kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1032/95 ( 2 ), u, partikolarment l-Artikoli 13(8), 14(5) u 14a(7) tiegħu,
Billi skond l-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KEE) Nru 426/86, liċenzja ta’ l-esportazzjoni hija meħtieġa qabel tingħata kull rifużjoni;
Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3719/88 ( 3 ), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1199/95 ( 4 ), jippreskrivi regoli dettaljati sabiex tiġi applikata s-sistema tal-liċenzji ta’ importazzjoni u ta’ esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ l-iffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli;
Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 ( 5 ), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 836/95 ( 6 ), jistabbilixxi nomenklatura għall-prodotti agrikoli għal rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni;
Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87 ( 7 ), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 331/95 ( 8 ), jippreskrivi regoli komuni sabiex tiġi applikata s-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli; billi dawn ir-regoli jridu jiġu supplimentati b’regoli speċifiċi fuq il-glukosju u l-ġulepp tal-glukosju inkorporati fi prodotti proċessati mill-frott u l-ħaxix;
Billi,skond l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KEE) Nru 426/86, ir-rifużjonijiet iridu jiġu stabbiliti fil-limiti li joħorġu minn ftehim konklużi skond l-Artikolu 228 tat-Trattat;
Billi, b’dan il-ħsieb, u sabiex tiġi evitata distorsjoni fil-kompetizzjoni, is-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni tal-glukosju u l-ġulepp tal-glukosju inkorporati fi prodotti proċessati mill-frott u ħaxix trid tiġi konformi mas-sistema prevista fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1518/95 tad-29 ta’ Ġunju 1995 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolamenti (KEE) Nru 1418/76 u (KEE) Nru 1766/92 fir-rigward ta’ importazzjoni u esportazzjoni jew prodotti proċessati minn ċereali u ross u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1162/95 li jippreskrivi regoli speċjali dettaljati dwar l-applikazzjoni tas-sistema ta’ liċenzji għall-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ ċereali u ross ( 9 );
Billi l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Prodotti Proċessati mill-Frott u l-Ħaxix,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Rifużjoni fuq esportazzjoni tista tingħata fir-rigward ta’ glukosju u ġulepp tal-glukosju li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 1702 30 51, 1702 30 59, 1702 30 91, 1702 30 99 u 1702 40 90 użati fil-prodotti elenkati fl-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 426/86.
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 1518/95 għandu japplika għall-prodotti msemmijin fl-Artikolu 1.
Madanakollu, sabiex dan ir-Regolament jiġi applikat, is-sezzjoni 20 ta’ l-applikazzjoni għal-liċenzja u tal-liċenzja għandu jkun fiha waħda mir-referenzi elenkati fl-Anness.
L-għotja ta’ rifużjoni skond dan ir-Regolament għandha twaqqaf l-għotja ta’ rifużjoni skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1429/95 ( 10 ) li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fir-rigward ta’ prodotti proċessati mill-frott u l-ħaxix, għajr dawk ir-rifużjonijiet mogħtija fir-rigward ta’ zokkor miżjud.
L-Artikolu 2a
L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jeżaminaw l-akkuratezza tad-dikjarazzjonijiet msemmija fl-Artikolu 14a (3) tar-Regolament (KEE) Nru 426/86 fuq kampjun ta’ mill-anqas ta’ 5 % magħżul fuq bażi ta’ analiżi ta’ riskju. Tali kontrolli għandhom jitwettqu fuq id-dokumenti dwar il-ħażna miżmuma mill-manifattur.
Artikolu 3
Għandu jibda japplika mill-1 ta[rsquo] Lulju 1995.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
Ir-referenzi msemmija fit tieni paragrafu jew fl-Artikolu 2:
|
bil-Bulgaru |
: |
Глюкоза, използвана в един или повече продукти, изброени в член 1 (1) (б) на регламент (ЕИО) № 426/86 |
|
bl-Ispanjol |
: |
Glucosa utilizada en uno o varios productos enumerados en la letra b) del apartado 1 del artículo 1 del Reglamento (CEE) no 426/86 |
|
biċ-Ċek |
: |
Glukosa používaná v jednom nebo více produktech uvedených v čl. 1 odst. 1 písm. b) nařízení (EHS) č. 426/86 |
|
bid-Daniż |
: |
Glucose anvendt i et eller flere af de produkter, der er nævnt i artikel 1, stk. 1, litra b), i forordning (EØF) nr. 426/86 |
|
bil-Ġermaniż |
: |
Glukose, einem oder mehreren der in Artikel 1 Absatz 1 Buchstabe b) der Verordnung (EWG) Nr. 426/86 genannten Erzeugnisse zugesetzt |
|
bl-Estonjan |
: |
Glükoos, mida on kasutatud ühes või mitmes määruse (EMÜ) nr 426/86 artikli 1 lõike 1 punktis b loetletud tootes |
|
bil-Grieg |
: |
Γλυκόζη η οποία χρησιμοποιείται σε ένα ή περισσότερα των προϊόντων που απαριθμούνται στο άρθρο 1 παράγραφος 1 στοιχείο β) του κανονισμού (EOK) αριθ. 426/86 |
|
bl-Ingliż |
: |
Glucose used in one or more products as listed in Article 1(1)(b) of Regulation (EEC) No 426/86 |
|
bil-Franċiż |
: |
Glucose mis en œuvre dans un ou plusieurs produits énumérés à l'article 1er paragraphe 1 point b) du règlement (CEE) no 426/86 |
|
bit-Taljan |
: |
Glucosio incorporato in uno o più prodotti di cui all'articolo 1, paragrafo1, lettera b) del regolamento (CEE) n. 426/86 |
|
bil-Latvjan |
: |
Glikoze, ko izmanto vienā vai vairākos produktos, kuri uzskaitīti Regulas (EEK) Nr. 426/86 1. panta 1. punkta b) apakšpunktā |
|
bil-Litwan |
: |
Gliukozė naudojama viename ar daugiau produktų, išvardytų Reglamento (EEB) Nr. 426/86 1 straipsnio 1 dalies b punkte |
|
bl-Ungeriż |
: |
A 426/86/EGK rendelet 1. cikke (1) bekezdésének b) pontjában felsorolt egy vagy több termékben felhasznált glükóz |
|
bil-Malti |
: |
Glukożju wżat fi prodott wieħed jew aktar elenkati fl-Artikolu 1 (1) (b) tar-Regolament (KEE) Nru 426/86 |
|
bl-Olandiż |
: |
Glucose, verwerkt in een of meer van de in artikel 1, lid 1, onder b), van Verordening (EEG) nr. 426/86 genoemde produkten |
|
bil-Pollakk |
: |
Glukoza zastosowana w jednym lub więcej produktach wymienionych w art. 1 ust. 1 lit. b) rozporządzenia (EWG) nr 426/86. |
|
bil-Portugiż |
: |
Glicose utilizada num ou mais produtos enumerados no n.o 1, alínea b), do artigo 1.o do Regulamento (CEE) n.o 426/86 |
|
bir-Rumen |
: |
Glucoză folosită în unul sau mai multe produse listate la articolul 1 alineatul (1) litera (b) din Regulamentul (CEE) nr. 426/86 |
|
bl-Islovakk |
: |
V jednom alebo viacerých produktoch vymenovaných v článku 1, odsek 1, bod b) nariadenia (EHS) č. 426/86 sa použila glukóza |
|
bl-Isloven |
: |
Glukoza, dodana enemu ali večim proizvodom, navedenim v členu 1(1)(b) Uredbe (EGS) št. 426/86 |
|
bil-Finlandiż |
: |
Yhdessä tai useammassa asetuksen (ETY) N:o 426/86 1 artiklan 1 kohdan b alakohdassa luetellussa tuotteessa käytetty glukoosi |
|
bl-Iżvediż |
: |
Glukos som tillsätts i en eller flera av produkterna i artikel 1.1 b i förordning (EEG) nr 426/86. |
( 1 ) ĠU L 49, tas-27.2.1986, p. 1.
( 2 ) ĠU L 105, tad-9.5.1995, p. 3.
( 3 ) ĠU L 331, tat-2.12.1998, p. 1.
( 4 ) ĠU L 119, tat-30.5.1995, p. 4.
( 5 ) ĠU L 366, ta’ l-24.12.1987, p. 1.
( 6 ) ĠU L 88, tal-21.4.1995, p. 1.
( 7 ) ĠU L 351, ta’ l-14.12.1987, p. 1.
( 8 ) ĠU L 38, tat-18.2.1995, p. 1.
( 9 ) ĠU L 147, tat-30.6.1995, p. 55.
( 10 ) ĠU L 141, ta’ l-24.6.1995, p. 28.