European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/2388

23.10.2026

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/2388

tal-21 ta’ Ottubru 2026

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 tas-7 ta’ Lulju 2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2465/96 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(b) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jelenka persuni fiżiċi u ġuridiċi, korpi jew entitajiet assoċjati mar-reġim tal-eks President Saddam Hussein milquta bl-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi u bi projbizzjoni fuq li fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli.

(2)

Fil-5 ta’ Ottubru 2026, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi entità waħda mil-lista ta’ persuni u entitajiet li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar tal-assi.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ottubru 2026.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Id-Direttur Ġenerali

Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabbiltà Finanzjarja,

Servizzi Finanzjarji u Unjoni tas-Swieq Kapitali


(1)   ĠU L 169, 8.7.2003, p. 6, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1210/oj.


ANNESS

Fl-Anness IV għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003, titħassar l-entrata li ġejja:

“97. LOGARCHEO S.A. (magħrufa wkoll bħala LOGARCHEO AG). Indirizz: Chemin du Carmel, 1661 Le Paquier-Montbarry, l-Iżvizzera. Informazzjoni oħra: Nru Federali: CH-2 17-0-431-423-3 (L-Iżvizzera).”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/2388/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)