<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><ORDER xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.ORDER><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑32/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CO0032</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:753">EU:C:2016:753</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>5</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>5</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.ORDER><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>DIGRIET TAL-<DATE ISO="20161005">5.10.2016</DATE> – KAWŻA C‑32/16</P><P>WUNDERLICH</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20161005">5 ta’ Ottubru 2016</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja</KEYWORD><KEYWORD>Assenza ta’ dubju raġonevoli</KEYWORD><KEYWORD>Trasport bl-ajru</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 261/2004</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 2(l)</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>kanċellazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Titjira li kienet is-suġġett ta’ waqfa mhux prevista</KEYWORD></INDEX><ORDER.INIT><P>Fil-Kawża C‑32/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Amtsgericht Dresden (qorti distrettwali ta’ Dresden, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20151210">10 ta’ Diċembru 2015</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid-<DATE ISO="20160119">19 ta’ Jannar 2016</DATE>, fil-proċedura</P></ORDER.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Ute Wunderlich</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Bulgarian Air Charter Limited,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE.GEN><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn D. Šváby (Relatur), President tal-Awla, M. Safjan u M. Vilaras, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Bobek,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Bulgarian Air Charter Limited, minn P. Kauffmann, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn D. Colas u M.-L. Kitamura, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn W. Mölls u K. Simonsson, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ permezz ta’ digriet motivat, konformement mal-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE.GEN><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.ORDER><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Digriet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 2(l) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20040211">11 ta’ Frar 2004</DATE>, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Ute Wunderlich u Bulgarian Air Charter Limited, trasportatur tal-ajru, dwar ir-rifjut ta’ din tal-aħħar li tikkumpensaha meta t-titjira tagħha kienet is-suġġett ta’ waqfa mhux prevista qabel ma waslet fid-destinazzjoni finali tagħha.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 1, 2 u 4 tar-Regolament Nru 261/2004 jiddikjaraw:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>(1)</NO.P><TXT>Azzjoni mil-Komunitá fil-qasam ta’ transport permezz ta’ l-ajru għandha jkollha l-iskop, fost affarijiet oħrajn, li tassigura livell ogħli ta’ protezzjoni għall-passiġġieri. ‘Il fuq minn dan, konsiderazzjoni sħiħa għandha tiġi meħuda tal-ħtiġijiet ta’ protezzjoni tal-konsumatur b’mod ġenerali.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Il-fatt li ma jitħallewx jitilgħu u l-kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet jistgħu jikkawżaw problemi serji u inkonvenjenza għall-passiġġieri.</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>Il-Komunitá għandha għalhekk togħla l-istandards ta’ protezzjoni stabbiliti [...] kemm biex issaħħaħ id-drittijiet ta’ passiġġieri u biex tassigura li trasportaturi ta’ l-ajru jaħdmu taħt kondizzjonijiet armonizzati f’suq illiberalizzat.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(l) ta’ dan ir-regolament jiddefinixxi l-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>kanċellazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>in-nuqqas ta’ operazzjoni ta’ titjira li kienet qabel ippjanata u fuq liema mill-inqas post wieħed kien irreżervat<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(1) tal-imsemmi regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Fil-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira, il-passiġġieri in kwistjoni għandhom:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>jkollhom id-dritt għal kumpens mil-trasportatur ta’ l-ajru li jopera skond l-Artikolu 7, [sakemm]:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>[ma jkunux] informati bil-kanċellazzjoni mill-inqas ġimgħatejn qabel il-ħin tat-tluq skedat; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ii)</NO.P><TXT>[ma jkunux] informati bil-kanċellazzjoni bejn ġimgħatejn u sebat ijiem qabel il-ħin tat-tluq skedat u huma offruti rotta differenti, li tħallihom jitilqu mhux aktar minn sagħtejn qabel il-ħin tat-tluq skedat u jaslu fid-destinazzjoni finali tagħhom inqas minn erba’ sigħat wara l-ħin tal-wasla skedat; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>iii)</NO.P><TXT>[ma jkunux] informati bil-kanċellazzjoni inqas minn sebat ijiem qabel il-ħin tat-tluq skedat u huma offruti rotta differenti, li tħallihom jitilqu mhux aktar minn siegħa qabel il-ħin tat-tluq skedat u jaslu fid-destinazzjoni finali tagħhom inqas minn sagħtejn wara l-ħin tal-wasla skedat.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(1) ta’ dan l-istess regolament jipprovdi li, b’mod partikolari fil-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira, il-passiġġieri għandhom jirċievu kumpens li l-ammont tiegħu huwa ffissat għal EUR 250 għat-titjiriet kollha ta’ <FT TYPE="NUMBER">1500</FT> kilometru jew inqas.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>U. Wunderlich irriżervat titjira ma’ Bulgarian Air Charter li kellha titlaq minn Burgas (il-Bulgarija) fit-<DATE ISO="20140913">13 ta’ Settembru 2014</DATE> fil-11:40 u li kellha tasal fi Dresden (il-Ġermanja) fl-istess jum fis-13:00.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-inġenju li wettaq it-titjira inkwistjoni telaq fil-jum u fil-ħin previsti. Madankollu, huwa wettaq waqfa mhux prevista fi Praga (ir-Repubblika Ċeka), sabiex b’hekk wasal Dresden fis-15:20, jiġifieri b’dewmien ta’ sagħtejn u għoxrin minuta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>U. Wunderlich fetħet proċedura quddiem l-Amtsgericht Dresden (qorti distrettwali ta’ Dresden, l-Ġermanja) sabiex tikseb il-ħlas tal-kumpens ta’ EUR 250 previst fl-Artikoli 5 u 7 tar-Regolament Nru 261/2004 fil-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-qorti tar-rinviju tqis li, sabiex jiġi interpretat il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>kanċellazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> fis-sens tal-Artikolu 2(l) tar-Regolament Nru 261/2004, għandu jintuża, konformement mas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111013">13 ta’ Ottubru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Sousa Rodríguez <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑83/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:652">EU:C:2011:652</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>itinerarju<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> ddefinit mill-Qorti tal-Ġustizzja bħala l-vjaġġ li għandu jitwettaq mill-ajruplan mill-ajruport tat-tluq sal-ajruport tal-wasla skont ċerta kronoloġija, jiġifieri li l-ajruplan għandu jitlaq konformement mal-itinerarju previst u għandu jasal fid-destinazzjoni tiegħu skont kif indikata fl-imsemmi itinerarju. F’dan id-dawl, hija tqis li mis-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091119">19 ta’ Novembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Sturgeon <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑402/07 u C‑432/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:716">EU:C:2009:716</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), jirriżulta li l-itinerarju jikkostitwixxi element essenzjali tat-titjira, li għandu jitwettaq konformement ma’ programm iffissat minn qabel mit-trasportatur. Il-qorti tar-rinviju tosserva wkoll li, fid-dawl tad-distinzjoni li għandha ssir bejn dewmien u kanċellazzjoni, titjira tista’ titqies li ġiet ikkanċellata biss jekk it-trasportatur tal-ajru jkun ittrasporta l-passiġġieri fuq titjira oħra, li l-programm inizjali tagħha jkun differenti minn dak tat-titjira inizjalment prevista. Minn dan hija tiddeduċi li l-itinerarju jikkostitwixxi element essenzjali tat-titjira.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Barra minn hekk, filwaqt li tibbaża ruħha fuq is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111013">13 ta’ Ottubru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Sousa Rodríguez <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑83/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:652">EU:C:2011:652</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), hija tikkonstata li diversi qrati Ġermaniżi qiesu li d-devjazzjoni ta’ ajruplan mill-itinerarju previst u l-introduzzjoni ta’ waqfa mhux prevista jikkostitwixxu bidla tal-itinerarju inizjali ta’ importanza tali li għandu jitqies li t-titjira prevista ma twettqitx.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Amtsgericht Dresden (qorti distrettwali ta’ Dresden) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Ikun hemm kanċellazzjoni fis-sens tal-Artikolu 2(l) tar-Regolament Nru 261/2004 meta l-ajruplan li jwettaq it-titjira prevista jkun telaq konformement mal-programm u jkun niżel fid-destinazzjoni b’dewmien inferjuri għal tliet sigħat, iżda jkun madankollu wettaq waqfa mhux prevista?<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta domanda preliminari magħmula tkun identika għal domanda li dwarha l-Qorti tal-Ġustizzja tkun diġà ddeċidiet, meta r-risposta għal tali domanda tkun tista’ tiġi dedotta b’mod ċar mill-ġurisprudenza jew meta r-risposta għad-domanda preliminari ma tħalli lok għal ebda dubju raġonevoli, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull ħin, fuq proposta tal-Imħallef Relatur u wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tiddeċiedi permezz ta’ digriet motivat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Hemm lok li din id-dispożizzjoni tiġi applikata f’din il-kawża.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju qiegħda essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 2(l) tar-Regolament Nru 261/2004 għandux jiġi interpretat fis-sens li titjira li l-postijiet tat-tluq u tal-wasla tagħha kienu konformi mal-programm previst, iżda li tat lok għal waqfa mhux prevista, għandha titqies li ġiet ikkanċellata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi osservat li l-Artikolu 2(l) tar-Regolament Nru 261/2004 jiddefinixxi l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>kanċellazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>in-nuqqas ta’ operazzjoni ta’ titjira li kienet qabel ippjanata u fuq liema mill-inqas post wieħed kien irreżervat<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja speċifikat li, bħala prinċipju, huwa possibbli li jiġi konkluż li titjira tkun ġiet ikkanċellata meta l-programm tat-titjira inizjali jiġi abbandunat u meta l-passiġġieri ta’ din it-titjira jingħaqdu ma’ dawk ta’ titjira li tkun ukoll prevista, u dan irrispettivament mit-titjira li għaliha l-passiġġieri ttrasferiti b’dan il-mod kienu wettqu r-riżervazzjoni tagħhom (ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111013">13 ta’ Ottubru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Sousa Rodríguez <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑83/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:652">EU:C:2011:652</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Madankollu, titjira, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li l-postijiet tat-tluq u tal-wasla tagħha kienu konformi mal-programm previst u li għalhekk bl-ebda mod ma tat lok għat-trasferiment tal-passiġġieri fuq titjira oħra minħabba li t-titjira li kienu rriżervaw ma kinix għadha prevista, ma tistax titqies li ma twettqitx fis-sens tal-Artikolu 2(l) tar-Regolament Nru 261/2004 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111013">13 ta’ Ottubru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Sousa Rodríguez <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑83/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:652">EU:C:2011:652</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-fatt li din it-titjira tat lok għal waqfa mhux prevista ma jistax idaħħal inkwistjoni din il-konstatazzjoni u, b’hekk, ma jistax jippermetti li jitqies li l-imsemmija titjira ġiet ikkanċellata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa minnu li mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-itinerarju ta’ titjira jikkostitwixxi element essenzjali tagħha, peress li din tal-aħħar titwettaq konformement ma’ programm iffissat minn qabel mit-trasportatur (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111013">13 ta’ Ottubru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Sousa Rodríguez <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑83/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:652">EU:C:2011:652</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Madankollu, jekk titjira li tkun waslet fid-destinazzjoni finali prevista tagħha wara waqfa mhux prevista titqies li hija ekwivalenti għal titjira kkanċellata u, għaldaqstant, it-trasportatur tal-ajru jkun obbligat iħallas lill-passiġġieri ta’ din it-titjira l-kumpens previst fl-Artikolu 5(1)(ċ) u fl-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 261/2004, dan la jkun konformi mal-għan ta’ dan ir-regolament u lanqas mal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Minn naħa, huwa paċifiku li r-Regolament Nru 261/2004 huwa intiż, kif jirriżulta mill-premessi 1, 2 u 4 tiegħu, li jiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tal-passiġġieri u tal-konsumaturi, billi jsaħħaħ id-drittijiet tagħhom f’ċertu numru ta’ sitwazzjonijiet li joħolqu diffikultajiet u inkonvenjenzi serji kif ukoll billi jirrimedja dawn tal-aħħar b’mod standardizzat u immedjat (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160622">22 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Mennens</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑255/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:472">EU:C:2016:472</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Issa, il-fatt li titjira tkun tat lok għal waqfa mhux prevista bl-ebda mod ma jikkostitwixxi sitwazzjoni li timplika, bħala tali, għall-passiġġieri, diffikultajiet jew inkonvenjenzi serji bħal dawk li jirriżultaw minn rifjut li jitħallew jitilgħu, minn kanċellazzjoni jew minn dewmien sinjifikattiv, li fir-rigward tagħhom ir-Regolament Nru 261/2004, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja, jipprevedi kumpens.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Tali diffikultajiet u inkonvenjenzi serji jimmaterjalizzaw biss jekk din il-waqfa twassal lill-ajruplan li permezz tiegħu titwettaq it-titjira inkwistjoni jasal fid-destinazzjoni finali tiegħu b’dewmien ekwivalenti għal jew iktar minn tliet sigħat fil-konfront tal-ħin tal-wasla previst, sitwazzjoni din li, bħala prinċipju, tintola lill-passiġġier għad-dritt għall-kumpens previst fl-Artikolu 5(1)(ċ) u fl-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 261/2004, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130226">26 ta’ Frar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Folkerts</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑11/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:106">EU:C:2013:106</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Minn naħa, jekk titjira li tasal fid-destinazzjoni finali prevista tagħha wara waqfa mhux prevista titqies li hija ekwivalenti għal titjira kkanċellata, dan iwassal sabiex jiġi rrikonoxxut dritt għal kumpens lil passiġġier li, minħabba din il-waqfa mhux prevista, ikun ġarrab dewmien fil-wasla ta’ inqas minn tliet sigħat meta passiġġier li jkun ġarrab dewmien identiku minħabba raġuni differenti ma jkunx intitolat li jibbenefika mill-kumpens previst fl-Artikolu 5(1)(ċ) u fl-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 261/2004, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja u, għaldaqstant, ikun imur kontra l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Issa, skont ġurisprudenza stabbilita, kull att legali tal-Unjoni għandu jiġi interpretat konformement mad-dritt primarju kollu, inkluż konformement ma’ dan il-prinċipju, li jeżiġi li sitwazzjonijiet komparabbli ma jiġux ittrattati b’mod differenti u li sitwazzjonijiet differenti ma jiġux ittrattati bl-istess mod, sakemm tali trattament ma jkunx oġġettivament ġustifikat (ara s-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091119">19 ta’ Novembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Sturgeon <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑402/07 u C‑432/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:716">EU:C:2009:716</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju hija li l-Artikolu 2(l) tar-Regolament Nru 261/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li titjira li l-postijiet tat-tluq u tal-wasla tagħha kienu konformi mal-programm previst, iżda li tat lok għal waqfa mhux prevista, ma għandhiex titqies li ġiet ikkanċellata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 2(l) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20040211">11 ta’ Frar 2004</DATE>, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, għandu jiġi interpretat fis-sens li titjira li l-postijiet tat-tluq u tal-wasla tagħha kienu konformi mal-programm previst, iżda li tat lok għal waqfa mhux prevista, ma għandhiex titqies li ġiet ikkanċellata.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.ORDER><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></ORDER>