|
7.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 4/20 |
It-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett legali skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu ċċekkjati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:
http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html
L-emendi tal-2010 għar-Regolament Nru 38 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni tal-fanali taċ-ċpar ta’ wara għal vetturi bil-magna u l-karrijiet tagħhom
Emendi għar-Regolament Nru 38 ippubblikat fil-ĠU L 148, 12.6.2010, p. 55.
Li jinkorporaw:
Is-suppliment 15 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament — Data tad-dħul fis-seħħ: id-9 ta’ Diċembru 2010
Emendi għat-test ewlieni tar-Regolament
Jiddaħħal paragrafu 5.3.3 ġdid, li jgħid:
|
“5.3.3. |
Modulu ta’ sors tad-dawl għandu jkun iddisinjat b’tali mod li irrispettivament mill-użu tal-għodda jew l-għodod, ma jista jiġi skambjat mekkanikament mal-ebda sors sostitwibbli tad-dawl li jkun approvat.” |