|
1.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
519 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE, EURATOM) Nru 1945/2006
tal-11 ta’ Diċembru 2006
li jemenda r-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 495/77 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali li jkunu ntitolati għal, u l-kondizzjonijiet għal, u r-rati ta', allowances għal xogħol regolari ta' stand-by
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal ta' l-uffiċjali tal-Komunitajiet
Ewropej u l-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet, stabbiliti fir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 31/2005, u b'mod partikolari it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 56b tar-Regolamenti tal-Persunal,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, preżentata wara konsultazzjoni mal-Kumitat tar-Regolamenti tal-Persunal,
Billi rr-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 495/77 (2) jeħtieġ li jiġi emendat sabiex jiġi adattat għall-bidliet fil-bżonnijiet għal servizzi regolari ta' stand-by fi ħdan l-istituzzjonijiet Ewropej,
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 495/77 huwa b'dan emendat kif ġej:
|
1) |
L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 1(1) għandu jinbidel b'li ġej: “Uffiċjali
għandhom ikunu intitolati għal allowance meta jkunu regolarment meħtieġa sabiex jagħmlu xogħol ta' stand-by skond l-Artikolu 56b tar-Regolamenti tal-Persunal.” |
|
2) |
L-Artikolu 3 għandu jinbidel b'li ġej: “Artikolu 3 F'April ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kunsill rapport dwar in-numru ta' uffiċjali u ħaddiema f'kull kategorija li jkunu rċevew l-allowance imsemmija f'dan ir-Regolament, b'referenza speċjali għall-każijiet fejn l-allowance tkun ingħatat taħt id-dispożizzjonijiet tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 1(1).” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Diċembru 2006.
Għall-Kunsill
Il-President
E. TUOMIOJA
(1) ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 31/2005 (ĠU L 8, 12.1.2005, p. 1).
(2) ĠU L 66, 12.3.1977, p. 1. IR-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 859/2004 (ĠU L 161, 30.4.2004, p. 23).