Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Juzgado de lo Contencioso-Administrativo nº 2 de Granada - Interpretazzjoni tal-Artikolu 43 KE - Leġiżlazzjoni li tipprevedi l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfatti għall-ftuħ ta’ spiżeriji ġodda - Limiti skont in-numru ta’ abitanti u l-ħtieġa li tinżamm distanza minima bejn l-ispiżeriji.

Dispożittiv

Parti operattiva

L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li bħala regola ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi limiti għall-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet ta’ stabbiliment ta’ spiżeriji ġodda, li tipprevedi li:

– f’kull żona farmaċewtika, bħala prinċipju, għal kull 2800 abitant, tista’ tinħoloq spiżerija waħda;

– spiżerija addizzjonali tista’ tinfetaħ biss jekk jinqabeż dan il-limitu, u għal kull frazzjoni ta’ iktar minn 2000 abitant, u

– kull spiżerija għandha tosserva distanza minima fir-rigward tal-ispiżeriji li jeżistu diġà, fejn din id-distanza bħala regola ġenerali hija ta’ 250 metru.

Madankollu, l-Artikolu 49 TFUE jipprekludi tali leġiżlazzjoni nazzjonali sa fejn ir-regoli bażiċi ta’ 2 800 abitant jew ta’ 250 metru jipprevjenu, f’kull żona ġeografika b’karatteristiċi demografiċi partikolari, il-ftuħ ta’ numru biżżejjed ta’ spiżeriji li jistgħu jiżguraw servizz farmaċewtiku adegwat, ħaġa li hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika.