|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2216 |
5.11.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2216
tal-4 ta’ Novembru 2025
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2757 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu triklorojsoċjanuriku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari, l-Artikolu 11(3) tiegħu,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Investigazzjonijiet preċedenti u miżuri fis-seħħ
|
(1) |
Permezz tar-Regolament (KE) Nru 1631/2005 (2), il-Kunsill impona dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu triklorojsoċjanuriku (“TCCA, Trichloroisocyanuric Acid”) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ” jew “iċ-Ċina”) u mill-Istati Uniti tal-Amerka (“l-Istati Uniti”). L-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali, minn hawn ’il quddiem, se tissejjaħ “l-investigazzjoni oriġinali”. |
|
(2) |
Wara rieżami interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, il-Kunsill, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 855/2010 (3), naqqas id-dazju individwali applikabbli għal Heze Huayi Chemical Co. Ltd. (“Heze Huayi”) minn 14,1 % għal 3,2 %. |
|
(3) |
Wara rieżami ta’ skadenza tal-miżuri limitati għall-importazzjonijiet tat-TCCA li joriġinaw mir-RPĊ (“l-ewwel rieżami ta’ skadenza”) li nbeda fis-6 ta’ Ottubru 2010, il-Kunsill impona mill-ġdid id-dazji anti-dumping definittivi applikabbli għall-importazzjonijiet tat-TCCA li joriġinaw miċ-Ċina permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1389/2011 (4). |
|
(4) |
Fit-28 ta’ Awwissu 2013 u fl-1 ta’ Lulju 2014, rispettivament, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet żewġ rieżamijiet ta’ esportatur ġdid skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku. Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 569/2014 (5), il-Kummissjoni imponiet dazju individwali ta’ 32,8 % fuq it-TCCA mmanifatturat minn produttur esportatur Ċiniż ġdid (6). Il-produttur esportatur Ċiniż l-ieħor (7) irtira formalment it-talba tiegħu matul l-investigazzjoni u, b’konsegwenza, il-Kummissjoni temmet l-investigazzjoni permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/392 (8). |
|
(5) |
Wara rieżami ta’ skadenza (“it-tieni rieżami ta’ skadenza”) li beda fl-20 ta’ Diċembru 2016, il-Kummissjoni imponiet mill-ġdid miżuri anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet tat-TCCA li joriġinaw mir-RPĊ permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2230 (9). |
|
(6) |
Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1209 (10), il-Kummissjoni bdiet tliet rieżamijiet ta’ “esportatur ġdid” skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku. Fit-13 ta’ April 2022, l-investigazzjoni ġiet itterminata permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/619 (11). |
|
(7) |
Wara rieżami ta’ skadenza (“it-tielet rieżami ta’ skadenza”) li nbeda fil-5 ta’ Diċembru 2022, il-Kummissjoni imponiet mill-ġdid il-miżuri anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet tat-TCCA li joriġinaw mir-RPĊ permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2757 (12). |
|
(8) |
Fil-31 ta’ Marzu 2023, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/712 (13), il-Kummissjoni bdiet tliet rieżamijiet ta’ “esportatur ġdid” skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku. Fit-13 ta’ Diċembru 2023, l-investigazzjoni ġiet itterminata permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2766 (14) wara li l-applikant irtira t-talba tiegħu. |
|
(9) |
Id-dazji anti-dumping individwali li bħalissa huma fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet tat-TCCA li joriġinaw mir-RPĊ ivarjaw bejn 3,2 % u 40,5 %. Id-dazju anti-dumping applikabbli għall-produtturi esportaturi l-oħrajn kollha jammonta għal 42,6 %. |
1.2. Talba għal rieżami interim
|
(10) |
Il-Kummissjoni rċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku (15) (“it-talba”). |
|
(11) |
It-talba tressqet fid-19 ta’ Marzu 2024 minn ERCROS S.A. u Electroquímica de Hernani S.A. (“l-applikanti”) f’isem l-industrija tal-Unjoni tat-TCCA fis-sens tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. It-talba għal rieżami kienet limitata fl-ambitu għal eżami tad-dumping. It-talba kienet ibbażata fuq evidenza suffiċjenti pprovduta mill-applikanti li, fir-rigward tad-dumping, iċ-ċirkostanzi li abbażi tagħhom ġew imposti l-miżuri eżistenti nbidlu u li dawn il-bidliet huma ta’ natura dejjiema. B’mod partikolari, l-applikanti asserew li mill-investigazzjoni oriġinali kien hemm tkabbir sinifikanti fl-industrija Ċiniża tat-TCCA f’termini tal-għadd ta’ produtturi esportaturi Ċiniżi u l-kapaċitajiet tal-produzzjoni eżistenti tal-prodott ikkonċernat. L-applikanti asserew ukoll li ż-żieda fl-għadd ta’ produtturi esportaturi Ċiniżi, u konsegwentement, iż-żieda fil-kapaċitajiet żejda Ċiniżi wasslu biex il-prezzijiet jonqsu minħabba kompetizzjoni intensiva bejniethom. L-applikanti pprovdew evidenza li, mill-investigazzjoni oriġinali, il-prezz medju tal-importazzjonijiet Ċiniżi fl-Unjoni żdied b’rata aktar baxxa mir-rata tal-inflazzjoni Ċiniża għall-istess perjodu. |
1.3. Bidu ta’ rieżami interim
|
(12) |
Fis-6 ta’ Awwissu 2024, il-Kummissjoni bdiet rieżami interim parzjali dwar l-importazzjonijiet tat-TCCA li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (16) skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku. Ir-rieżami interim parzjali kien ristrett fl-ambitu għall-eżami tad-dumping. |
1.3.1. Kummenti dwar il-bidu
|
(13) |
Fit-12 ta’ Settembru 2024, Hebei Jiheng Chemical Co. Ltd. (“Hebei Jiheng Group”), Heze Huayi u Puyang Cleanway Chemicals Co. Ltd. (“Puyang Cleanway”), bħala l-Alleanza tal-Produtturi Esportaturi tat-TCCA (“ATEP”, Alliance of TCCA Exporting Producers) issottomettew kummenti dwar it-talba u l-bidu tar-rieżami. Fid-9 ta’ Diċembru 2024, l-applikanti pprovdew reazzjoni għal dawn il-kummenti. Fid-19 ta’ Diċembru 2024, Hebei Jiheng, Heze Huayi u Puyang Cleanway issottomettew tweġiba għall-kummenti tal-applikanti. |
|
(14) |
Hebei Jiheng Group, Heze Huayi u Puyang Cleanway asserew li l-argumenti u d-data sottomessi mill-applikanti “ma ġġustifikawx il-kontinwazzjoni tar-rieżami” minħabba li ma kienx hemm evidenza suffiċjenti ta’ bidliet ta’ natura dejjiema għall-industrija tat-TCCA fiċ-Ċina. |
|
(15) |
Huma asserew ukoll li, f’każ li r-rieżami jitħalla jipproċedi, l-ambitu tiegħu għandu jkopri kalkolu mill-ġdid tal-marġni tad-dannu wkoll. |
|
(16) |
Il-Kummissjoni qieset li t-talba għal rieżami interim kienet tinkludi evidenza suffiċjenti li ċ-ċirkostanzi li jikkonċernaw id-dumping inbidlu b’mod sinifikanti kif meħtieġ mill-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku biex jiġġustifikaw il-bidu ta’ rieżami interim. Il-Kummissjoni fakkret li l-istandard li jingħata bidu għal rieżami interim skont l-Artikolu 11(3) huwa aktar baxx minn dak għall-impożizzjoni ta’ miżuri definittivi, għal dan tal-aħħar, hija vvalutat in-natura dejjiema tal-bidliet matul l-investigazzjoni, ara l-premessi (119) sa (127). |
|
(17) |
Fir-rigward tal-asserzjoni li r-rieżami jenħtieġ li jkopri wkoll kalkolu mill-ġdid tal-marġni tad-dannu, il-Kummissjoni fakkret li ma kien hemm l-ebda evidenza fil-fajl li ssostni l-fehma li l-marġni tad-dannu stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali ma kienx għadu akkurat. B’mod partikolari, l-ATEP allegat li l-bidliet fit-tul fl-industrija Ċiniża tat-TCCA għandhom jiġu evalwati fid-dawl tal-impatt potenzjali tagħhom fuq il-prezz tal-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, hija argumentat li l-industrija tal-Unjoni żiedet il-kapaċità tal-produzzjoni tagħha, il-bejgħ domestiku u għall-esportazzjoni tagħha li allegatament influwenzaw l-istrateġiji tal-ipprezzar tagħha kemm fis-swieq domestiċi kif ukoll f’dawk tal-esportazzjoni. Fl-aħħar nett, hija qieset li l-Unjoni implimentat ukoll strateġiji li ma kinux jeżistu fiż-żmien tal-investigazzjoni oriġinali, b’mod partikolari l-“Perkors ta’ Tranżizzjoni għall-Industrija tas-Sustanzi Kimiċi” (“TPCI”, Transition Pathway for the Chemical Industry). |
|
(18) |
Madankollu, il-Kummissjoni sabet li din l-asserzjoni ma kinitx sostanzjata billi bbażat biss fuq asserzjoni wiesgħa li ż-żewġt iswieq huma interkonnessi u fuq strateġiji (it-TPCI) li għad iridu jiġu adottati. L-ATEP la pprovdiet biżżejjed evidenza li turi li l-marġni tad-dannu kkalkulat fl-investigazzjoni oriġinali ma kienx se jibqa’ meħtieġ fil-livell attwali tiegħu biex jikkumpensa għall-effetti dannużi tad-dumping, u lanqas fir-rigward tad-data użata għall-kalkolu ta’ dan il-marġni. Fi kliem ieħor, il-partijiet interessati ma pprovdewx evidenza suffiċjenti li tiġġustifika l-bidu ta’ rieżami li jkopri d-dannu, u tali evidenza lanqas ma kienet disponibbli għall-Kummissjoni. Għalhekk, ma kien hemm l-ebda evidenza disponibbli għall-Kummissjoni li tissuġġerixxi li l-marġnijiet tad-dannu stabbiliti qabel ma kinux għadhom rappreżentattivi tad-dannu mġarrab mill-industrija tal-UE. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
1.4. Perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami
|
(19) |
L-investigazzjoni tad-dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2023 sat-30 ta’ Ġunju 2024 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami jew l-RIP”). |
1.5. Partijiet interessati
|
(20) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkuntattjaw lill-Kummissjoni sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni speċifikament informat lill-produtturi, lill-esportaturi u lill-awtoritajiet tar-RPĊ, lill-importaturi magħrufa, lill-utenti, kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet magħrufa li huma kkonċernati dwar il-bidu tar-rieżami interim, u stednithom jipparteċipaw. |
|
(21) |
Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tar-rieżami interim u li jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali. |
1.6. Kampjunar
|
(22) |
Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx neċessarju u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi magħrufa kollha fiċ-Ċina u lill-importaturi mhux relatati fl-Unjoni jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea sabiex tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħrajn, jekk hemm, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni. |
|
(23) |
Żewġ produtturi esportaturi, Hebei Jiheng Group u Puyang Cleanway, li jirrappreżentaw 72 % tal-volum totali tal-esportazzjonijiet tat-TCCA fl-RIP, ipprovdew l-informazzjoni mitluba dwar il-kampjunar u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Fid-dawl tal-għadd baxx ta’ produtturi esportaturi li kkooperaw, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ma kienx neċessarju. |
|
(24) |
L-ebda importatur mhux relatat ma pprovda l-informazzjoni mitluba dwar il-kampjunar. Il-Kummissjoni kkonkludiet li lanqas ma kien neċessarju li jittieħdu kampjuni ta’ importaturi mhux relatati f’dan il-proċediment. |
1.7. Tweġibiet għall-kwestjonarju
|
(25) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku lill-Gvern taċ-Ċina (“GTĊ”). |
|
(26) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lil Hebei Jiheng Group u lil Puyang Cleanway. L-istess kwestjonarji kienu wkoll disponibbli online fil-jum tal-bidu (17). |
|
(27) |
Wara l-verifika tat-tweġiba għall-kwestjonarju ta’ Hebei Jiheng Group, sar evidenti li t-tweġiba għall-kwestjonarju kopriet biss il-produzzjoni konsolidata ta’ żewġ produtturi esportaturi relatati, Hebei Ji Heng Bai Kang Chemical Industry Co., Ltd (“Bai Kang”) u Hebei Jiheng Chemical Co. Ltd. (“Jiheng”). Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji separati lil Bai Kang u Jiheng, fejn talbet tweġiba fuq bażi individwali. |
|
(28) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lil AMIK Italia S.p.A. (“AMIK”) importatur mhux relatat li ppreżenta ruħu, u rċeviet tweġiba parzjali. Il-Kummissjoni rċeviet tweġiba parzjali mhux mitluba għall-kwestjonarju għal importaturi mhux relatati minn Productos QP, S.A. |
1.8. Verifika
|
(29) |
Il-Kummissjoni vverifikat it-tweġiba għall-kwestjonarju tal-produtturi esportaturi li ġejjin: Produtturi esportaturi fir-RPĊ:
|
|
(30) |
Wara s-sottomissjoni ta’ tweġibiet separati għall-kwestjonarju, il-Kummissjoni wettqet ukoll kontroverifika mill-bogħod tal-produttur esportatur li ġej: Produttur esportatur fir-RPĊ
|
1.9. Proċedura sussegwenti
|
(31) |
Fit-2 ta’ Settembru 2025, il-Kummissjoni ddivulgat il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien beħsiebha timponi d-dazji anti-dumping definittivi. Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni. |
|
(32) |
Il-kummenti li għamlu l-partijiet interessati ġew ikkunsidrati mill-Kummissjoni u tqiesu, meta jkun xieraq. Il-partijiet li talbu dan, ingħataw seduta ta’ smigħ. |
2. PRODOTT TAĦT RIEŻAMI, PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
2.1. Prodott taħt rieżami
|
(33) |
Il-prodott taħt rieżami huwa l-istess bħal fl-investigazzjoni oriġinali u fir-rieżamijiet ta’ skadenza preċedenti, jiġifieri l-aċidu triklorojsoċjanuriku u l-preparazzjonijiet tiegħu, magħruf ukoll bħala “simklożen” skont id-denominazzjoni internazzjonali komuni (INN, International Non-Proprietary Name). |
2.2. Prodott ikkonċernat
|
(34) |
Il-prodott ikkonċernat minn din l-investigazzjoni huwa l-prodott taħt rieżami, li joriġina mir-RPĊ li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM ex 2933 69 80 u ex 3808 94 20 (il-kodiċijiet TARIC 2933 69 80 70 u 3808 94 20 20). |
2.3. Prodott simili
|
(35) |
Kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, kif ukoll fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti, din l-investigazzjoni ta’ rieżami interim parzjali kkonfermat li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi, kif ukoll l-istess użi bażiċi:
|
|
(36) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn il-prodotti huma, għalhekk, meqjusa bħala prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
3. DUMPING
3.1. Kummenti preliminari
|
(37) |
Kif stabbilit fil-premessa (46), il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx xieraq li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fiċ-Ċina biex jiġi stabbilit il-valur normali fir-rigward tal-importazzjonijiet tat-TCCA mir-RPĊ, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a), il-punt (b) tar-Regolament bażiku. L-importazzjonijiet miċ-Ċina komplew matul l-RIP, ġew importati aktar minn 32 elf tunnellata ta’ TCCA. |
|
(38) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni pproċediet biex taħdem il-valur normali esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, jiġifieri, abbażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u tal-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
3.2. Dumping
3.2.1. Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku għall-importazzjonijiet tat-TCCA li joriġinaw mir-RPĊ
|
(39) |
Minħabba l-evidenza suffiċjenti disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni li turi, fir-rigward tar-RPĊ, l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a), il-punt (b) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni tad-dumping abbażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
|
(40) |
Sabiex tikseb l-informazzjoni li qieset neċessarja għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-GTĊ. Barra minn hekk, fil-punt 5.3.2. tan-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha jesprimu l-fehmiet tagħhom, jissottomettu informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika tal-Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ma waslet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju mill-GTĊ u ma waslet l-ebda sottomissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku qabel l-iskadenza. Sussegwentement, il-Kummissjoni informat lill-GTĊ li hija kienet se tuża l-fatti disponibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku biex tiddetermina l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ. |
|
(41) |
Fil-punt 5.3.2. tan-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni speċifikat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza disponibbli, hija kienet għażlet proviżorjament lill-Messiku bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, bil-għan li tiddetermina l-valur normali abbażi ta’ prezzijiet jew ta’ valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni. Il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li kienet se teżamina pajjiżi xierqa possibbli oħra f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
|
(42) |
Fl-10 ta’ Jannar 2025, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati permezz ta’ nota (18) (“l-Ewwel Nota”) dwar is-sorsi rilevanti li kienet beħsiebha tuża għad-determinazzjoni tal-valur normali. Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni pprovdiet lista tal-fatturi kollha ta’ produzzjoni, bħall-materja prima, il-manodopera u l-enerġija użati fil-produzzjoni tat-TCCA. Barra minn hekk, abbażi tal-kriterji li jiggwidaw l-għażla tal-prezzijiet jew tal-valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni identifikat il-pajjiżi rappreżentattivi possibbli, jiġifieri l-Messiku u l-Indoneżja. Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand Hebei Jiheng Group u Puyang Clenway, kif ukoll mingħand l-applikanti. |
|
(43) |
Fil-5 ta’ Marzu 2025, wara li analizzat il-kummenti li rċeviet, il-Kummissjoni ħarġet it-Tieni Nota (19) dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali (“it-Tieni Nota”). Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti maħsuba għad-determinazzjoni tal-valur normali billi użat l-Indoneżja bħala l-pajjiż rappreżentattiv skont l-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku. Hija informat ukoll lill-partijiet interessati li kienet se tistabbilixxi l-kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi u l-profitti abbażi tar-rapporti finanzjarji disponibbli għall-pubbliku ta’ P.T. Pindo Deli (“Pindo Deli”), produttur tat-TCCA fl-Indoneżja. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw dwar it-Tieni Nota. Waslu kummenti mingħand Hebei Jiheng Group u Puyang Clenway. L-argumenti tal-partijiet huma indirizzati fit-Taqsima 3.2.2.4 hawn taħt. |
3.2.2. Valur normali
|
(44) |
Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur”. |
|
(45) |
Madankollu, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “fil-każ li jiġi determinat […] li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza f’dak il-pajjiż ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b), il-valur normali għandu jinħadem esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni” , u “għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti” (“kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali” minn hawn ’il quddiem “SG&A” (Selling, General and Administrative)). |
|
(46) |
Kif spjegat aktar fid-dettall hawn taħt, fl-investigazzjoni attwali l-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli, u fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-GTĊ u ta’ kummenti mill-produtturi esportaturi dwar din il-kwistjoni, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa. |
3.2.2.1. Eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti
|
(47) |
Il-Kummissjoni eżaminat l-evidenza fil-fajl biex tiddeċiedi jekk kienx hemm distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku fir-RPĊ, li jagħmlu l-użu tal-prezzijiet u tal-kostijiet domestiċi mhux xieraq f’dak il-pajjiż. L-analiżi kopriet l-elementi evidenzjarji li ġejjin tad-diversi kriterji rilevanti għall-istabbiliment tal-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti. |
|
(48) |
L-ewwel nett, l-evidenza fit-talba kienet tinkludi l-elementi li ġejjin li jindikaw l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti. |
|
(49) |
L-applikant innota li jeżistu distorsjonijiet sinifikanti fir-rigward tal-elementi kollha tal-kost tal-produzzjoni tat-TCCA. Barra minn hekk, l-applikant argumenta li s-sitwazzjoni li kienet prevalenti fiż-żmien tar-rieżami ta’ skadenza l-aktar reċenti tal-Kummissjoni rigward l-importazzjonijiet tat-TCCA fiċ-Ċina (20) ma nbidlitx. |
|
(50) |
B’mod speċifiku, l-applikant argumenta li s-suq Ċiniż tal-prodott taħt rieżami huwa servut minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll jew is-superviżjoni jew il-gwida tal-politika tal-awtoritajiet Ċiniżi. Fir-rigward ta’ dan, l-applikant irrimarka li ħafna produtturi tal-prodott taħt rieżami huma kompletament jew parzjalment proprjetà tal-Istat. Barra minn hekk, hija nnotat ukoll li l-Partit Komunista Ċiniż (“CCP”, Chinese Communist Party) jinterferixxi fit-teħid tad-deċiżjonijiet ta’ entitajiet privati, billi jeżerċita kontroll de facto fuq l-attività tagħhom (21). |
|
(51) |
L-applikant argumenta wkoll li l-preżenza tal-Istat Ċiniż fil-produtturi tat-TCCA tippermetti lill-Istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet u tal-kostijiet. Huwa afferma mill-ġdid l-interferenza mill-Istat, mhux biss permezz tal-intrapriżi tal-Istat iżda wkoll permezz tal-membri tas-CCP f’pożizzjonijiet maniġerjali ta’ kumpaniji privati. Fil-fatt, l-applikant innota li l-interferenza mill-Istat hija evidenzjata fil-fatturi kollha ta’ produzzjoni tal-prodott taħt rieżami (22). |
|
(52) |
Barra minn hekk, l-applikant innota li l-materja prima użata fil-manifattura tat-TCCA tikkonsisti f’sustanzi kimiċi organiċi u inorganiċi. Fir-rigward ta’ dan, huwa ddikjara li s-settur kimiku huwa fost dawk promossi b’mod partikolari mill-GTĊ (23). Dan huwa dovut għall-isforz tiegħu għall-awtosuffiċjenza, u għall-inċentiv biex jinħolqu prodotti b’valur miżjud għoli, pereżempju t-TCCA. L-applikant innota wkoll li pajjiżi oħra ddikjaraw ukoll l-eżistenza ta’ sussidjar tat-TCCA fiċ-Ċina li ilu jikkaratterizza s-suq mill-2012. |
|
(53) |
L-applikant innota li d-distorsjonijiet jaffettwaw ukoll l-enerġija, il-manodopera u l-makkinarju użati għall-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami. L-applikant indika wkoll li d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ (“ir-Rapport”) semma li aktar minn 50 % tal-fornituri tal-enerġija huma proprjetà tal-Istat, u li l-grilja tat-trażmissjoni hija kompletament proprjetà ta’ żewġ SOEs (24). Barra minn hekk, huwa indika każijiet tal-passat li fihom il-Kummissjoni nnotat id-distorsjonijiet tal-prezzijiet tal-enerġija fis-settur kimiku. Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet li s-setturi upstream tal-prodott taħt rieżami, inkluż is-settur kimiku, huma affettwati minn distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi kemm direttament kif ukoll indirettament (25). Barra minn hekk, l-applikant iddikjara li ċerti intrapriżi domestiċi u intrapriżi b’investiment barrani huma eżentati mill-VAT u mit-tariffi fuq tagħmir importat. Programm bħal dan għandu l-għan li jħeġġeġ l-investimenti barranin u jintroduċi tagħmir avvanzat minn barra l-pajjiż biex itejjeb it-teknoloġija industrijali (26). |
|
(54) |
L-applikant indika distorsjonijiet sinifikanti oħra, bħat-tnaqqis fit-taxxa fuq l-introjtu. Pereżempju, skont l-Artikolu 33 tal-Liġi Ċiniża dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi, l-intrapriżi li jimmanifatturaw prodotti li huma konformi mal-Politika Industrijali tal-Istat u li jinvolvu użu sinerġistiku tar-riżorsi, jistgħu jkunu intitolati għal tnaqqis fit-taxxa. L-applikant innota li s-setturi strateġiċi kollha jistgħu jibbenefikaw minn tali dispożizzjonijiet u meta jitqies li s-settur kimiku ġie identifikat bħala settur ewlieni, il-produtturi tas-sustanzi kimiċi, u l-produtturi tat-TCCA speċifikament, jistgħu jibbenefikaw minn tali vantaġġ tat-taxxa. |
|
(55) |
Barra minn hekk, l-applikant indika li l-awtoritajiet Ċiniżi jżommu politiki pubbliċi jew miżuri li jiddiskriminaw favur il-fornituri domestiċi jew li b’xi mod ieħor jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles. L-applikant argumenta wkoll li l-14-il FYP (Five-Year Plan) dwar il-materja prima jippromwovi żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni fis-setturi tal-urea, tal-fosfat tal-ammonju, tal-karbur tal-kalċju, tas-soda kawstika u tal-fosforu isfar. Huwa indika wkoll li s-soda kawstika, materja prima ewlenija għall-manifattura tal-prodott taħt rieżami, hija elenkata fil-Katalgu ta’ Gwida għall-Aġġustament Strutturali tal-Industrija tal-2019 fost l-industriji kkontrollati (27). |
|
(56) |
L-applikant issottolinja wkoll in-nuqqas, l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat ta’ liġijiet dwar il-fallimenti, il-kumpaniji jew il-proprjetà. Kif diġà ġie enfasizzat fit-tielet rieżami ta’ skadenza, is-sistema Ċiniża għadha kkaratterizzata minn nuqqas ta’ infurzar sistematiku tal-liġi dwar il-fallimenti u involviment qawwi tal-Istat fil-proċedimenti ta’ insolvenza (28). |
|
(57) |
It-talba ssottolinjat ukoll li l-kostijiet tal-pagi fiċ-Ċina huma distorti b’mod ġenerali u speċifikament fis-settur tat-TCCA. L-applikant irrimarka li s-suq tax-xogħol fir-RPĊ ma joperax b’pagi bbażati fuq is-suq, peress li ma rratifikax għadd ta’ konvenzjonijiet essenzjali tal-ILO (29). |
|
(58) |
Fl-aħħar nett, l-applikant innota li hemm ukoll distorsjonijiet sinifikanti fir-rigward tal-aċċess għall-finanzjament mogħti minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta’ ordni pubbliku jew li b’xi mod ieħor ma jaġixxux b’mod indipendenti mill-Istat. Huwa rrimarka li l-SOBs joperaw skont l-objettivi tal-politika pubblika, u mhux skont il-vijabbiltà ekonomika tal-operaturi ekonomiċi. Kif diġà ġie nnotat fl-aktar rieżami ta’ skadenza reċenti, anke d-deċiżjonijiet bankarji kummerċjali privati jridu jiġu sorveljati mis-CCP u jibqgħu konformi mal-politiki nazzjonali. Huwa rrimarka wkoll li l-kostijiet tat-teħid b’self inżammu artifiċjalment baxxi biex jiġi stimulat it-tkabbir tal-investiment. Ir-rati tal-imgħax baxxi b’mod artifiċjali jirriżultaw fi twaqqigħ tal-prezzijiet, u konsegwentement, fl-użu eċċessiv tal-kapital. |
|
(59) |
It-tieni, f’investigazzjonijiet reċenti dwar is-settur kimiku fir-RPĊ (30)„, il-Kummissjoni sabet li kienu preżenti distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2 (6a) (b) tar-Regolament bażiku. F’dawk l-investigazzjonijiet, il-Kummissjoni sabet li hemm intervent sostanzjali tal-gvern fir-RPĊ li jirriżulta f’distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq (31) .. B’mod partikolari, il-Kummissjoni kkonkludiet li fis-settur kimiku, mhux biss għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku (32) iżda l-GTĊ huwa wkoll f’pożizzjoni li jinterferixxi fil-prezzijiet u fil-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), it-tieni inċiż tar-Regolament bażiku (33) .. Il-Kummissjoni sabet ukoll li l-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji, kif ukoll fil-provvista tal-materja prima u tal-inputs, iħallu wkoll effett ta’ distorsjoni addizzjonali fuq is-suq. Tabilħaqq, b’mod ġenerali, is-sistema tal-ippjanar fir-RPĊ twassal biex ir-riżorsi jitmexxew lejn setturi deżinjati bħala strateġiċi jew inkella bħala politikament importanti mill-GTĊ, aktar milli jiġu allokati f’konformità mal-forzi tas-suq (34). Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-liġijiet Ċiniżi dwar il-falliment u l-proprjetà ma jaħdmux kif suppost fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), ir-raba’ inċiż, tar-Regolament bażiku, u b’hekk jiġġeneraw distorsjonijiet, b’mod partikolari meta ditti insolventi jinżammu għaddejjin u meta jiġu allokati drittijiet għall-użu tal-art fir-RPĊ (35). Bl-istess mod, il-Kummissjoni sabet distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi fis-settur kimiku fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), il-ħames inċiż, tar-Regolament bażiku (36)„, kif ukoll distorsjonijiet fis-swieq finanzjarji fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż, tar-Regolament bażiku, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-kapital għall-atturi korporattivi fir-RPĊ (37). |
|
(60) |
It-tielet, fl-aktar rieżami ta’ skadenza reċenti dwar il-prodott taħt rieżami (38), il-Kummissjoni kkonkludiet li kienu preżenti distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a), il-punt (b) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni ma taf bl-ebda bidla strutturali kbira fir-RPĊ b’mod ġenerali u/jew fis-settur rilevanti b’mod partikolari, li tista’ taffettwa dik il-konklużjoni. |
|
(61) |
Ir-raba’, evidenza addizzjonali disponibbli fir-Rapport indikat l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti anke matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(62) |
Il-ħames, f’din l-investigazzjoni, la l-GTĊ u lanqas il-produtturi esportaturi ma ppreżentaw xi evidenza jew argument li juri l-kuntrarju. |
|
(63) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-evidenza disponibbli wriet li l-prezzijiet jew il-kostijiet tal-prodott taħt rieżami, inklużi l-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u dawk lavorattivi, ma humiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles minħabba li huma affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, kif muri mill-impatt reali jew potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi rilevanti elenkati fih. Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li, f’dan il-każ, ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi biex jiġi stabbilit il-valur normali. Konsegwentement, il-Kummissjoni pproċediet biex taħdem il-valur normali esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu l-prezzijiet jew il-valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, abbażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u tal-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
3.2.2.2. Pajjiż rappreżentattiv
|
(64) |
L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin, skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku:
|
|
(65) |
Kif spjegat fil-premessi (42) u (43), il-Kummissjoni ppubblikat żewġ noti għall-fajl dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali. Dawn in-noti ddeskrivew il-fatti u l-evidenza li fuqhom huma bbażati l-kriterji rilevanti, u indirizzaw il-kummenti li waslu mill-partijiet dwar dawk l-elementi u dwar is-sorsi rilevanti. Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati bl-intenzjoni tagħha li tqis lill-Indoneżja bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan il-każ, jekk l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku tiġi kkonfermata. |
3.2.2.3. Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ
|
(66) |
Fl-Ewwel Nota dwar il-fatturi tal-produzzjoni, il-Kummissjoni identifikat lill-Messiku u lill-Indoneżja bħala pajjiżi b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħar-RPĊ fejn il-prodott taħt rieżami ġie prodott skont il-Bank Dinji, jiġifieri huma kollha kklassifikati mill-Bank Dinji bħala pajjiżi “b’introjtu medju superjuri” fuq bażi tal-introjtu nazzjonali gross, fejn kien magħruf li ssir il-produzzjoni tal-prodott li qiegħed jiġi investigat. |
|
(67) |
Ma wasal l-ebda kumment dwar il-pajjiżi identifikati f’dik in-nota. |
3.2.2.4. Disponibbiltà ta’ data rilevanti faċilment disponibbli fil-pajjiż rappreżentattiv
|
(68) |
Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni indikat li għall-pajjiżi identifikati bħala pajjiżi fejn qiegħed jiġi mmanifatturat il-prodott taħt rieżami, jiġifieri l-Messiku u l-Indoneżja, id-disponibbiltà tad-data pubblika kellha tiġi vverifikata ulterjorment, b’mod partikolari fil-Messiku, fir-rigward tad-data finanzjarja pubblika għall-produtturi tat-TCCA. |
|
(69) |
Fil-Messiku, il-Kummissjoni identifikat kumpanija waħda li tipproduċi l-prodott taħt investigazzjoni, jiġifieri ROT Química iżda ma setgħetx tidentifika data finanzjarja faċilment disponibbli għal din il-kumpanija. |
|
(70) |
Fl-Indoneżja, il-Kummissjoni identifikat kumpanija waħda li tipproduċi l-prodott taħt investigazzjoni, jiġifieri Pindo Deli u sabet data finanzjarja awditjata faċilment disponibbli li tkopri l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami għal din il-kumpanija. |
|
(71) |
Puyang Cleanway u Hebei Jiheng Group sostnew li Pindo Deli kienet involuta esklużivament fi prodotti tal-karta u ma kinitx tipproduċi jew tbigħ TCCA jew prodotti fl-istess kategorija ġenerali. |
|
(72) |
Il-Kummissjoni kkonfermat li n-negozju ewlieni ta’ Pindo Deli kien il-manifattura ta’ prodotti tal-karta. Madankollu, din il-kumpanija kellha wkoll diviżjoni kimika li tipproduċi u tbigħ it-TCCA. Puyang Cleanway u Hebei Jiheng Group ma pprovdew l-ebda evidenza li tindika l-kuntrarju. |
|
(73) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni qieset lil Pindo Deli bħala produttur tal-prodott taħt rieżami f’pajjiż rappreżentattiv potenzjali. |
|
(74) |
Hebei Jiheng Group ikkummenta li l-Kummissjoni jenħtieġ li tiddivulga d-data finanzjarja għall-kumpanija individwali, aktar milli ċ-ċifri konsolidati għal Pindo Deli u s-sussidjarji tagħha. |
|
(75) |
Il-Kummissjoni nnotat li l-ebda data ma kienet disponibbli għall-pubbliku għal Pindo Deli separatament, minħabba l-konsolidazzjoni mas-sussidjarji. Għalhekk, il-Kummissjoni fittxet l-eqreb indikatur faċilment disponibbli, inkluża informazzjoni konsolidata tal-produtturi attivi, fost l-oħrajn fis-settur li jinkludi l-prodott taħt rieżami. |
|
(76) |
Hebei Jiheng Group ma pprovdiex evidenza li l-kostijiet konsolidati tal-SG&A u l-profitt identifikati għal Pindo Deli ma jkunux xierqa jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti ammonti li ma kinux raġonevoli. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li tali data kienet rappreżentattiva u raġonevoli biżżejjed biex tiġi applikata għall-finijiet ta’ din l-investigazzjoni. Konsegwentement, il-Kummissjoni ċaħdet l-asserzjoni ta’ Hebei Jiheng Group. |
|
(77) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati bit-Tieni Nota li hija kellha l-ħsieb li tuża lill-Indoneżja bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq u lil Pindo Deli bħala l-kumpanija xierqa, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku sabiex tikseb prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, il-kostijiet SG&A u l-profitt għall-kalkolu tal-valur normali. |
|
(78) |
Il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkummentaw dwar l-adegwatezza tal-Indoneżja bħala pajjiż rappreżentattiv u ta’ Pindo Deli bħala produttur fil-pajjiż rappreżentattiv. |
|
(79) |
Wara t-Tieni Nota, Puyang Cleanway u Hebei Jiheng Group talbu lill-Kummissjoni “tivverifika darbtejn” jekk ir-rapporti finanzjarji konsolidati ta’ Pindo Deli li bbażat fuqhom il-Kummissjoni koprewx id-diviżjoni kimika tagħha jew le. Huma argumentaw li s-sussidjarji elenkati fir-rapport finanzjarju (41) ma kinux jinkludu l-kumpanija, P. T. Cakrawala Mega Indah, elenkata taħt it-tab tal-kuntatti fuq is-sit web ta’ Pindo Deli (42). |
|
(80) |
Il-Kummissjoni kkonformat u sabet li P. T. Cakrawala Mega Indah kienet l-uffiċċju tal-bejgħ tad-diviżjoni kimika ta’ Pindo Deli, u, għaldaqstant, parti integrali minn Pindo Deli, u, bħala tali, kienet koperta mir-rapporti finanzjarji. |
3.2.2.5. Livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali
|
(81) |
Wara li ġie stabbilit li l-Indoneżja kienet l-uniku pajjiż rappreżentattiv xieraq disponibbli, abbażi tal-elementi kollha ta’ hawn fuq, ma kienx hemm bżonn li titwettaq valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali f’konformità mal-aħħar sentenza tal-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku. |
3.2.2.6. Konklużjoni
|
(82) |
Fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, l-Indoneżja ssodisfat il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku sabiex titqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
3.2.2.7. Sorsi użati biex jiġu stabbiliti l-kostijiet mingħajr distorsjoni
|
(83) |
Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni elenkat il-fatturi ta’ produzzjoni, bħall-materjali, l-enerġija u l-manodopera użati fil-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami mill-produtturi esportaturi u stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw u jipproponu informazzjoni disponibbli għall-pubbliku dwar il-valuri mingħajr distorsjoni għal kull wieħed mill-fatturi ta’ produzzjoni msemmija f’dik in-nota. |
|
(84) |
Sussegwentement, fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni ddikjarat li, sabiex taħdem il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, hija tuża l-Atlas tal-Kummerċ Globali (“GTA”, Global Trade Atlas) (43) biex tistabbilixxi l-kost mingħajr distorsjoni tal-materja prima. Barra minn hekk, il-Kummissjoni indikat li kienet se tuża d-data ppubblikata minn Badan Pusat Statistik sabiex tistabbilixxi l-kostijiet lavorattivi mingħajr distorsjoni (44), il-prezzijiet ippubblikati mill-Perusahan Listrik Negara għall-elettriku (45) u d-data mill-Ministeru tal-Enerġija u r-Riżorsi Minerali għall-gass (46). |
|
(85) |
Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni informat ukoll lill-partijiet interessati li minħabba l-piż negliġibbli ta’ xi materja prima fil-kost totali tal-produzzjoni, dawn l-entrati negliġibbli ġew raggruppati taħt “materjali konsumabbli”. Barra minn hekk, il-Kummissjoni informat li hija se tikkalkula l-perċentwal tal-materjali konsumabbli fuq il-kost totali tal-materja prima u se tapplika dan il-perċentwal għall-kost ikkalkulat mill-ġdid tal-materja prima meta tuża l-valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni stabbiliti fil-pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
3.2.2.8. Fatturi ta’ produzzjoni
|
(86) |
Meta titqies l-informazzjoni kollha fit-talba għal rieżami u l-informazzjoni sussegwenti sottomessa mill-partijiet interessati, il-fatturi ta’ produzzjoni li ġejjin u s-sorsi tagħhom ġew identifikati sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku: Tabella 1 Fatturi ta’ produzzjoni tat-TCCA
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(87) |
Hebei Jiheng Group u Puyang Cleanway sostnew li l-prezz tal-importazzjoni tal-urea fl-Indoneżja la kien rappreżentattiv u lanqas raġonevoli, minħabba li varja b’mod sinifikanti u madwar 88 % tal-importazzjonijiet totali tal-urea tal-Indoneżja oriġinaw mir-RPĊ u dan wassal għal distorsjoni fil-prezzijiet domestiċi. Barra minn hekk, Hebei Jiheng Group argumenta li l-prezz tal-importazzjoni Indoneżjan tal-urea kien distort minħabba s-sussidji tal-gvern u l-kontrolli tal-esportazzjoni. |
|
(88) |
Il-Kummissjoni ċaħdet l-argument ta’ Hebei Jiheng Group, minħabba li kkalkulat il-prezz tal-importazzjoni Indoneżjan tal-urea abbażi tal-medja ponderata tal-pajjiżi ta’ oriġini differenti. Il-ponderazzjoni skont il-volum naqqset l-effett eventwali tal-varjazzjonijiet fil-prezz li Hebei Jiheng Group iddikjara li toħloq distorsjoni. Għall-kuntrarju tal-asserzjoni ta’ Hebei Jiheng Group, il-Kummissjoni eskludiet l-importazzjonijiet mir-RPĊ meta kkalkulat il-prezz tal-importazzjoni mingħajr distorsjoni fl-Indoneżja. L-effett indirett tal-importazzjonijiet mir-RPĊ fuq il-prezz tal-fertilizzanti Indoneżjani bbażati fuq l-urea kien negliġibbli, peress li s-suq domestiku kien iddominat mill-produzzjoni Indoneżjana, prinċipalment minn P.T. Pupuk Indonesia (51) . Il-Kummissjoni sabet li inqas minn 1 % tas-suq tal-fertilizzanti Indoneżjan totali kien issussidjat (52), u għalhekk l-ammont ta’ urea sussidjata kien insinifikanti wisq biex joħloq distorsjoni fil-prezzijiet fis-suq domestiku. Għall-kuntrarju tal-asserzjoni ta’ Hebei Jiheng Group li l-kontrolli tal-esportazzjoni joħolqu distorsjoni fis-suq tal-urea Indoneżjan, il-Kummissjoni sabet li r-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni fl-Indoneżja kienu applikabbli biss għal fertilizzanti sussidjati, inkluża l-urea. |
|
(89) |
Il-Kummissjoni ċaħdet l-argument ta’ Puyang Cleanway, minħabba li l-kumpanija ma użatx l-urea għall-manifattura tat-TCCA. |
|
(90) |
Puyang Cleanway argumentat li l-prezz referenzjarju għall-aċidu ċjanuriku la kien raġonevoli u lanqas rappreżentattiv, minħabba li l-prezz tal-importazzjoni fl-Indja, użat bħala l-valur referenzjarju, kopra ammont sinifikanti ta’ isoċjanurati klorinati, inkluż it-TCCA, il-prodott taħt rieżami. Puyang Cleanway ipproponiet li l-prezz referenzjarju għall-aċidu ċjanuriku jinħadem abbażi tal-proporzjon tal-konsum ivverifikat tal-urea minn Hebei Jiheng Group, li pproduċieh. |
|
(91) |
Il-Kummissjoni aċċettat din l-asserzjoni. Għalhekk, il-valur referenzjarju għall-aċidu ċjanuriku nħadem abbażi tal-proporzjon tal-konsum ivverifikat ta’ Jiheng li għalih ġew applikati l-valuri referenzjarji rrapportati fit-Tabella 1. Il-Kummissjoni mbagħad żiedet il-kostijiet SG&A u l-profitt ta’ Pinto Deli biex tikkalkula prezz mingħajr distorsjoni. Meta wieħed iqis li Pindo Deli hija involuta fil-produzzjoni tat-TCCA u ta’ prodotti kimiċi oħra li jappartjenu għall-istess Kodiċi NACE (20.1) bħall-urea, is-soda kawstika, il-kloru u s-sulfat tal-ammonju, il-kostijiet SG&A u l-profitt ta’ din il-kumpanija kienu kkunsidrati raġonevoli. |
|
(92) |
Puyang Cleanway argumentat li l-prezz referenzjarju għall-kloru la kien raġonevoli u lanqas rappreżentattiv, peress li, fid-dawl tan-natura kimika perikoluża tiegħu, l-Indoneżja stabbiliet kontrolli regolatorji u ta’ importazzjoni li “setgħu rriżultaw f’kostijiet tal-importazzjoni sproporzjonalment għoljin u distorsjonijiet sinifikanti fil-prezzijiet tas-suq”. Puyang Cleanway ipproponiet li l-prezz referenzjarju għall-kloru jinħadem abbażi tal-proporzjon tal-konsum ivverifikat użat minn Jiheng, li pproduċietu. |
|
(93) |
Il-Kummissjoni ċaħdet l-argument, minħabba li sabet li regolamentazzjoni u kontroll stretti tal-bejgħ tal-kloru u d-derivattivi tiegħu ma kinux speċifiċi għall-Indoneżja, iżda karatteristika ġenerali tas-suq (53). Il-konformità regolatorja diġà hija element integrat tal-ipprezzar internazzjonali u domestiku tal-kloru. |
3.2.2.9. Materja prima użata fil-proċess ta’ produzzjoni
|
(94) |
Jiheng huwa manifattur integrat li jipproduċi l-materjali ta’ input ewlenin tat-TCCA (l-aċidu ċjanuriku, il-kloru u s-soda kawstika) mill-urea u mill-melħ industrijali mhux ipproċessat. Manifatturi esportaturi oħra jixtru l-aċidu ċjanuriku, il-kloru u s-soda kawstika, sabiex jimmanifatturaw it-TCCA. |
|
(95) |
Sabiex jiġi stabbilit il-prezz mingħajr distorsjoni ta’ materja prima kif ikkonsenjata sax-xatba ta’ produttur rappreżentattiv tal-pajjiż, il-Kummissjoni użat bħala bażi l-prezz medju ponderat tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv kif irrapportat fil-GTA li miegħu żdiedu d-dazji fuq l-importazzjoni u l-kostijiet tat-trasport. Prezz tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ġie ddeterminat bħala medja ponderata tal-prezzijiet ta’ unità tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha bl-esklużjoni tar-RPĊ u l-pajjiżi li ma humiex membri tad-WTO elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (54). Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn il-pajjiż rappreżentattiv, minħabba li hija kkonkludiet fil-premessa (63) li ma kienx xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fir-RPĊ minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Minħabba li ma kien hemm l-ebda evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet ma affettwawx bl-istess mod il-prodotti maħsuba għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni qieset li l-istess distorsjonijiet affettwaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni. Wara li ġew esklużi l-importazzjonijiet mir-RPĊ fil-pajjiż rappreżentattiv, il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra baqa’ rappreżentattiv. |
|
(96) |
Kif spjegat fil-premessi (90) u (91), il-Kummissjoni ħadmet il-valur referenzjarju għall-aċidu ċjanuriku abbażi tal-proporzjonijiet tal-konsum ta’ Jiheng, li għalihom ġew applikati l-valuri referenzjarji rrapportati fit-Tabella 1. |
|
(97) |
Għal diversi fatturi ta’ produzzjoni, il-kostijiet reali mġarrba mill-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu jirrappreżentaw sehem negliġibbli tal-kostijiet totali tal-materja prima fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Billi l-valur li ntuża għalihom ma kellu l-ebda impatt apprezzabbli fuq il-kalkoli tal-marġni tad-dumping, irrispettivament mis-sors użat, il-Kummissjoni ddeċidiet li tinkludi dawk il-kostijiet f’materjali konsumabbli kif spjegat fil-premessa (85). |
|
(98) |
Il-Kummissjoni esprimiet il-kost tat-trasport imġarrab mill-produttur esportatur li kkoopera għall-provvista ta’ materja prima bħala perċentwal tal-kost reali ta’ tali materja prima u mbagħad applikat l-istess perċentwal għall-kost mingħajr distorsjoni tal-istess materja prima sabiex tikseb il-kost mingħajr distorsjoni tat-trasport. Il-Kummissjoni kkunsidrat li, fil-kuntest ta’ din l-investigazzjoni, il-proporzjon bejn il-materja prima tal-produttur esportatur u l-kostijiet tat-trasport irrapportati jista’ jintuża b’mod raġonevoli bħala indikazzjoni biex jiġu stmati l-kostijiet tat-trasport mingħajr distorsjoni tal-materja prima meta tiġi kkonsenjata lill-fabbrika tal-kumpanija. |
3.2.2.10. Manodopera
|
(99) |
Badan Pusat Statistik (l-Aġenzija Ċentrali tal-Istatistika) tippubblika informazzjoni dwar il-pagi f’setturi ekonomiċi differenti fl-Indoneżja. Il-Kummissjoni użat medja tal-pagi fis-settur tal-manifattura għax-xhur ta’ Frar 2023 u Frar 2024, l-unika data disponibbli, fil-provinċja ta’ Java tal-Punent, fejn kienet tinsab Pindo Deli. L-ammont ta’ taxxa f’ras il-għajn u ta’ kontribuzzjoni tas-saħħa u tal-pensjoni żdied mal-paga fis-siegħa biex jiġi approssimat il-kost lavorattiv totali żborżat mill-impjegatur (55). |
3.2.2.11. Elettriku
|
(100) |
Il-prezz tal-elettriku għall-utenti industrijali fl-Indoneżja huwa ppubblikat mill-Kumpanija Nazzjonali tal-Elettriku (Perusahaan Listrik Negara, “PLN”) fuq is-sit web tagħha (56). Il-Kummissjoni użat l-istatistika tal-prezzijiet tal-elettriku ppubblikata mill-PLN, jiġifieri l-prezzijiet tal-elettriku industrijali f’kWh għall-utenti li jikkonsmaw fil-medda ta’ bejn 200 u 6 600 kVA fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
3.2.2.12. Gass naturali
|
(101) |
Il-prezz tal-gass naturali għall-utenti industrijali fl-Indoneżja huwa ppubblikat mill-Ministeru tal-Enerġija u r-Riżorsi Naturali f’Deċiżjoni Ministerjali. Il-Kummissjoni użat il-prezz tal-gass għall-utenti industrijali fl-Indoneżja kif ippubblikat mill-Ministeru tal-Enerġija u r-Riżorsi Naturali fid-Deċiżjoni Ministerjali tiegħu 91.K/MG.01/MEM.M/2023. Il-Kummissjoni użat il-prezzijiet tal-gass industrijali għall-kumpaniji kimiċi fil-Java tal-Punent, fejn tinsab Pindo Deli, għal kull m3, li jkopru l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
3.2.2.13. Kostijiet ġenerali tal-manifattura, kostijiet SG&A u profitti
|
(102) |
Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi stabbilit valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura biex ikopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi tal-produzzjoni msemmija hawn fuq. |
|
(103) |
Il-Kummissjoni użat id-data rrapportata fir-rapporti finanzjarji ta’ Pindo Deli bħala l-bażi għall-istabbiliment tal-SG&A u l-perċentwali tal-profitti biex jinħadem il-valur normali, ara l-premessi (70) sa (80). |
|
(104) |
L-ispejjeż ġenerali tal-manifattura mġarrba mill-produtturi esportaturi li kkooperaw ġew espressi bħala sehem mill-kostijiet tal-manifattura effettivament imġarrba mill-produtturi esportaturi. Dan il-persentaġġ ġie applikat għall-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni. |
3.2.2.14. Kalkolu tal-valur normali
|
(105) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
|
(106) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni. Il-Kummissjoni applikat il-kostijiet ta’ unità mingħajr distorsjoni għall-konsum reali tal-fatturi individwali tal-produzzjoni tal-produtturi esportaturi li kkooperaw. Dawn il-proporzjonijiet tal-konsum ipprovduti minn Jiheng, Bai Kang u Puyang Cleanway ġew ivverifikati. Il-Kummissjoni mmultiplikat il-proporzjonijiet tal-konsum bil-kostijiet mhux distorti għal kull unità osservati fil-pajjiż rappreżentattiv, l-Indoneżja, kif deskritt fit-Taqsima 3.2.2.7. |
|
(107) |
Ladarba ġie stabbilit il-kost mingħajr distorsjoni tal-manifattura, il-Kummissjoni żiedet il-kostijiet ġenerali tal-manifattura, l-SG&A u l-profitt kif stabbilit fil-premessi (102) sa (104). L-SG&A u l-profitt ġew iddeterminati abbażi tar-rapporti finanzjarji ta’ Pindo Deli għall-RIP kif huwa rrapportat fil-kontijiet awditjati tal-kumpanija (ara l-premessa (103)) (57). Il-Kummissjoni żiedet l-entrati li ġejjin fil-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura:
|
|
(108) |
Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
3.2.3. Prezz tal-esportazzjoni
|
(109) |
Hebei Jiheng Chemical Co. Ltd. (“Jiheng”) u Puyang Cleanway Chemicals Co. Ltd (“Puyang Cleanway”) esportaw lejn l-Unjoni direttament lil klijenti indipendenti. Hebei Ji Heng Bai Kang Chemical Industry Co., Ltd. (“Bai Kang”) esportat lejn l-Unjoni permezz ta’ Jiheng, li taġixxi bħala negozjant relatat għall-esportazzjonijiet kollha tiegħu tal-prodott taħt rieżami lejn l-Unjoni. |
|
(110) |
Għal Jiheng u Puyang Cleanway, li jesportaw il-prodott taħt rieżami direttament lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz effettivament imħallas jew pagabbli għall-prodott taħt rieżami meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. |
3.2.4. Tqabbil
|
(111) |
L-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku jirrikjedi li l-Kummissjoni tagħmel tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni fl-istess livell tal-kummerċ u li tagħmel konċessjonijiet għad-differenzi fil-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet. Fil-każ inkwistjoni, il-Kummissjoni għażlet li tqabbel il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fil-livell tal-kummerċ mill-fabbrika. Kif spjegat aktar hawn taħt, meta jkun xieraq, il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni ġew aġġustati sabiex: (i) jiġu nnettjati lura għal-livell mill-fabbrika; u (ii) isiru konċessjonijiet għad-differenzi fil-fatturi li ġew iddikjarati, u murija, li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet. |
3.2.4.1. Aġġustamenti magħmula għall-valur normali
|
(112) |
Il-valur normali ġie stabbilit fil-livell tal-kummerċ mill-fabbrika billi ntużaw il-kostijiet tal-produzzjoni flimkien mal-ammonti għall-SG&A u għall-profitt, li tqiesu raġonevoli għal dak il-livell ta’ kummerċ. Għalhekk, ma kien neċessarju l-ebda aġġustament biex il-valur normali jiġi nnettjat lura għal-livell mill-fabbrika. |
3.2.4.2. Aġġustamenti magħmula għall-prezz tal-esportazzjoni
|
(113) |
Sabiex il-prezz tal-esportazzjoni jiġi nnettjat lura għal-livell ta’ kummerċ mill-fabbrika, saru aġġustamenti minħabba l-kostijiet relatati mat-trasport, l-assigurazzjoni, l-immaniġġar u t-tagħbija, il-kummissjonijiet, il-kostijiet tal-kreditu u l-imposti bankarji. |
|
(114) |
Sar aġġustament skont l-Artikolu 2(10)(i) għall-bejgħ kollu ta’ prodotti mmanifatturati minn Bai Kang esportati lejn l-UE esklużivament permezz ta’ Jiheng. Abbażi tad-dokumenti ta’ politika, il-fatturi u l-bqija tad-dokumentazzjoni tat-tranżazzjonijiet, il-Kummissjoni sabet li Jiheng wettqet funzjonijiet simili għal dawk ta’ aġent li jaħdem fuq bażi ta’ kummissjoni. F’dan il-kuntest, meta jitqies li Jiheng ġiet remunerata għas-servizzi tagħha permezz ta’ marġni kummerċjali, biex tinħadem il-kummissjoni għall-fini tal-aġġustament intużaw il-kostijiet SG&A tagħha u profitt nozzjonali ta’ 5 %. Il-Kummissjoni qieset li profitt ta’ 5 % kien stima raġonevoli bbażata fuq il-marġni ta’ importaturi mhux relatati użat f’każijiet simili. Jiheng wettqet l-istess funzjonijiet fir-rigward tal-bejgħ domestiku ta’ Bai Kang, b’dan tal-aħħar ikollu bejgħ dirett, għalkemm limitat ħafna, għall-esportazzjoni barra mill-UE. |
3.2.5. Marġnijiet tad-dumping
|
(115) |
Għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta’ kull tip ta’ prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat biex tikkalkula l-marġni tad-dumping, f’konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. |
|
(116) |
Ġie kkalkulat marġni tad-dumping uniku għal Hebei Jiheng Group, li jinkludi l-produtturi esportaturi Jiheng u Bai Kang. |
|
(117) |
Il-livell ta’ kooperazzjoni f’dan il-każ kien baxx minħabba li l-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu jikkostitwixxu biss 72 % tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni mir-RPĊ matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li tistabbilixxi l-marġni tad-dumping għall-pajjiż kollu applikabbli għall-produtturi esportaturi l-oħrajn kollha li ma kkooperawx fil-livell tal-marġni tad-dumping tat-tip ta’ prodott l-aktar esportat lejn l-UE mill-produtturi esportaturi li kkooperaw, jiġifieri 201,3 %. |
|
(118) |
Bħala konklużjoni, il-marġnijiet tad-dumping definittivi, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
3.2.6. Natura dejjiema taċ-ċirkostanzi mibdula
|
(119) |
F’konformità mal-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni analizzat jekk il-bidla fiċ-ċirkostanzi fir-rigward tad-dumping tistax b’mod raġonevoli tingħad li hija ta’ natura permanenti. |
|
(120) |
Il-Kummissjoni osservat li l-volum tal-esportazzjonijiet tat-TCCA mir-RPĊ lejn l-UE żdied minn 21 800 tunnellata matul il-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali (58), mill-1 ta’ April 2003 sal-31 ta’ Marzu 2004, għal 32 000 tunnellata fl-RIP u b’hekk żdied b’madwar 47 %. |
|
(121) |
Il-Kummissjoni nnotat ukoll li d-data f’kull rieżami ta’ skadenza mwettaq mill-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali wriet żieda sinifikanti fil-kapaċità u fil-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ (59). Abbażi tal-konklużjonijiet tat-tieni rieżami ta’ skadenza, il-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija Ċiniża tat-TCCA kienet stmata għal 278 000 tunnellata b’kapaċità ta’ riżerva ta’ 130 000 tunnellata (60), filwaqt li l-konklużjonijiet tat-tielet rieżami ta’ skadenza jindikaw kapaċità tal-produzzjoni Ċiniża stmata għal 755 000 tunnellata, b’kapaċità ta’ riżerva ta’ 510 000 tunnellata (61). |
|
(122) |
Fid-dawl tad-data makro li indikat żieda dejjiema fil-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tar-RPĊ, l-evoluzzjoni tal-kapaċità tal-produtturi esportaturi li kkooperaw ġiet investigata u vverifikata. Mill-2005, Puyang Cleanway żiedet il-kapaċità tal-produzzjoni darbtejn, u investiet [40-50] miljun RMB, b’aktar mid-doppju tal-output finali tagħha ta’ TCCA minn madwar 30 000 għal madwar 70 000 tunnellata. Fl-istess perjodu, Jiheng ittriplikat il-kapaċità tal-produzzjoni tagħha minn 10 000 għal 30 000 tunnellata permezz ta’ investiment kbir, u ħolqot il-produttur esportatur relatat, Bai Kang. Din l-evoluzzjoni kkonfermat ix-xejriet murija mid-data makroekonomika, kif spjegat fil-premessa preċedenti. |
|
(123) |
Il-Kummissjoni qabblet ukoll l-evoluzzjoni tal-għadd ta’ produtturi magħrufa tat-TCCA fir-RPĊ mill-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali. Il-formola tal-kampjunar intbagħtet lil 12-il produttur magħruf fl-2005 (62), filwaqt li fl-aħħar rieżami ta’ skadenza l-Kummissjoni kkuntattjat lil 73 produttur esportatur potenzjali. Din iż-żieda qawwija ħafna fl-għadd ta’ produtturi tat-TCCA fiċ-Ċina mill-2005 ġiet ikkorroborata mill-Kummissjoni Internazzjonali tal-Kummerċ tal-Istati Uniti fit-tielet rieżami tagħha tal-Isoċjanurati Klorinati miċ-Ċina u minn Spanja (63). |
|
(124) |
Barra minn hekk, fit-tielet rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni ddeterminat li l-industrija tat-TCCA kienet soġġetta fir-RPĊ, kemm fil-livell nazzjonali (64) kif ukoll f’dak reġjonali (65), għal politiki li jiggwidaw il-funzjonament tas-settur li għandhom l-għan li jżidu l-kapaċità tal-produzzjoni. Il-fergħa tal-industrija kimika li tipproduċi ċerti materjali ta’ input għall-produzzjoni tat-TCCA, skont il-Katalgu ta’ Gwida tal-2019 għall-Aġġustament Strutturali tal-Industrija, kienet ristretta għall-parteċipazzjoni barranija (66). Il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li tali politiki u restrizzjonijiet ħolqu distorsjoni fil-kostijiet tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ. |
|
(125) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq u fid-dawl taż-żieda fl-importazzjonijiet fl-RIP bi prezzijiet oġġett ta’ dumping baxxi ħafna, il-Kummissjoni kkonkludiet li r-rekwiżit fl-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, jiġifieri l-“miżura eżistenti... ma għadhiex biżżejjed sabiex tirribatti d-dumping” ġie ssodisfat. |
|
(126) |
Hebei Jiheng Group, Heze Huayi u Puyang Cleanway argumentaw li l-bidla fiċ-ċirkostanzi fir-rigward tad-dumping ma setgħetx raġonevolment titqies li hija ta’ natura dejjiema, ara l-premessa (14), filwaqt li asserew li ma kien hemm l-ebda evidenza suffiċjenti sottomessa mill-applikanti ta’ bidla fl-għadd ta’ produtturi Ċiniżi li jesportaw lejn l-UE u tal-allegata kapaċità żejda, filwaqt li argumentaw ukoll li żieda fl-importazzjonijiet u ċerti politiki tal-gvern ġenerali u mhux vinkolanti ma jikkostitwixxux evidenza suffiċjenti ta’ bidla dejjiema fiċ-ċirkostanzi. |
|
(127) |
Il-Kummissjoni nnotat li s-sejbiet tagħha fir-rigward tal-eżistenza ta’ ċirkostanzi dejjiema relatati mad-dumping ma kinux ibbażati fuq it-talba iżda fuq ir-riżultati tal-investigazzjoni, kemm fil-livell makro kif ukoll fil-livell tal-produtturi esportaturi li kkooperaw li kienu jirrappreżentaw 72 % tal-esportazzjonijiet totali lejn l-Unjoni fl-RIP. L-investigazzjoni żvelat li kien hemm żieda sinifikanti fl-esportazzjonijiet, fl-għadd ta’ produtturi esportaturi, fil-kapaċità tal-produzzjoni u fil-kapaċità ta’ riżerva, ara l-premessi (121) sa (123). Għalkemm żieda fl-esportazzjonijiet jew l-eżistenza ta’ politiki governattivi rilevanti, waħedhom, mhux dejjem jistgħu jikkostitwixxu raġunijiet suffiċjenti għal sejba ta’ ċirkostanzi dejjiema relatati mad-dumping, f’dan il-każ id-daqs taż-żieda appoġġa s-sejbiet tiegħu kif stabbilit hawn fuq. Għaldaqstant, dawn l-argumenti ġew miċħuda. |
4. MIŻURI ANTI-DUMPING
|
(128) |
Skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku u f’konformità mal-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, għandu jiġi impost dazju anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-RPĊ fil-livell tal-inqas marġni tad-dannu li fuqu huma bbażati l-miżuri fis-seħħ u l-marġnijiet tad-dumping misjuba fir-rieżami interim attwali. |
|
(129) |
Bai Kang kienet relatata ma’ Jiheng, li għandha l-marġni individwali tagħha stess mill-investigazzjoni oriġinali fl-2005, ara l-premessa (27). Bai Kang ġiet stabbilita fl-2009, u bdiet il-produzzjoni fl-2010. Bai Kang qatt ma ppreżentat ruħha lill-Kummissjoni qabel l-investigazzjoni attwali, u għalhekk ma għandha l-ebda marġni tad-dannu individwali. Għalhekk, il-marġni tad-dannu ta’ Jiheng, li jirriżulta mill-investigazzjoni oriġinali se jiġi impost kemm fuq Jiheng kif ukoll fuq Bai Kang, li huma l-produtturi esportaturi ta’ Hebei Jiheng Group, bħala d-dazju anti-dumping definittiv. |
|
(130) |
Fl-investigazzjoni oriġinali fl-2005, ma kien hemm l-ebda kampjunar peress li l-produtturi esportaturi kollha tar-RPĊ li kkooperaw ġew investigati. Il-marġni tad-dannu għall-pajjiż kollu għall-kumpaniji kollha tar-RPĊ kien ibbażat fuq l-inqas marġni tad-dannu li nstab (67) fl-istadju proviżorju. Id-dazju anti-dumping definittiv kien ibbażat fuq il-marġnijiet tad-dumping. Mandakollu, fl-investigazzjoni preżenti, l-impożizzjoni tal-marġni tad-dannu għall-pajjiż kollu (60,6 %), ikkalkulat fl-investigazzjoni oriġinali bħala d-dazju anti-dumping, kienet twassal għal sitwazzjoni li fiha id-dazju għall-kumpaniji li ma kkooperawx ikun aktar baxx minn dak għall-produtturi esportaturi li jikkooperaw. Fl-investigazzjoni oriġinali, il-marġnijiet tad-dannu ta’ Jiheng u Puyang Cleanway kienu ogħla mir-rata għall-pajjiż kollu. Għalhekk, il-Kummissjoni imponiet l-ogħla wieħed miż-żewġ marġnijiet tad-dannu kkalkulati fl-investigazzjoni oriġinali bħala r-rata tad-dazju għall-pajjiż kollu. |
|
(131) |
Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, ir-rati tad-dazju anti-dumping definittivi, espressi skont il-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju doganali mhux imħallas, jenħtieġ li jkunu kif ġej:
|
|
(132) |
Sabiex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali. Il-kumpaniji b’dazji anti-dumping individwali jeħtiġilhom jippreżentaw fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati minn dik il-fattura jenħtieġ li jkunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għall-“Kumpaniji l-oħrajn kollha”. |
|
(133) |
Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa biex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali fuq l-importazzjonijiet, din mhijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anke jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jeħtiġilhom iwettqu l-verifiki tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħrajn kollha, jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport, eċċ.) bil-għan li jkunu jistgħu jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata tad-dazju aktar baxxa tkun ġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali. |
|
(134) |
Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’ċirkostanzi bħal dawn u dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet, tista’ tinbeda investigazzjoni antiċirkomvenzjoni. Din l-investigazzjoni tista’, fost l-oħrajn, teżamina l-ћtieġa għat-tneћћija tar-rati tad-dazju individwali u għall-impożizzjoni konsegwenti tad-dazju madwar il-pajjiż kollu. |
|
(135) |
Ir-rati ta’ dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament japplikaw biss għall-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami li joriġinaw mir-RPĊ u mmanifatturat mill-entitajiet legali msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mmanifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b’mod speċifiku fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk speċifikament imsemmija, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“Kumpaniji l-oħrajn kollha”. Jenħtieġ li dawn ma jkunu soġġetti għall-ebda waħda mir-rati tad-dazju anti-dumping individwali. |
|
(136) |
Kumpanija tista’ titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali jekk hija sussegwentement tbiddel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tkun indirizzata lill-Kummissjoni. Din irid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li tippermetti li jintwera li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, se jiġi ppubblikat Regolament dwar il-bidla tal-isem f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(137) |
Il-partijiet interessati kollha ġew informati bil-fatti u bil-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġi rrakkomandat li jinżammu l-miżuri eżistenti u li jiġu imposti dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet tat-TCCA miċ-Ċina. Huma ngħataw ukoll perjodu biex jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara d-divulgazzjoni. Il-kummenti sottomessi mill-partijiet interessati ġew ikkunsidrati sewwa u, fejn kien xieraq, is-sejbiet ġew immodifikati kif xieraq. |
|
(138) |
Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (68), meta jkollu jiġi rrimborżat ammont wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jenħtieġ li l-imgħax li għandu jitħallas ikun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikat fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar. |
|
(139) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dazju anti-dumping definittiv huwa b’dan impost fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu triklorojsoċjanuriku u l-preparazzjonijiet tiegħu, magħruf ukoll bħala “simklożen” skont id-denominazzjoni internazzjonali komuni (INN), li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM ex 2933 69 80 u ex 3808 94 20 (il-kodiċijiet TARIC 2933 69 80 70, 3808 94 20 20) u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
2. Ir-rati tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġejjin:
|
Pajjiż ta’ oriġini |
Kumpanija |
Dazju anti-dumping |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Hebei Jiheng Group (Hebei Jiheng Chemical Co. Ltd. u Hebei Ji Heng Bai Kang Chemical Industry Co., Ltd.) |
62,6 % |
89XG |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Puyang Cleanway Chemicals Co. Ltd. |
78,9 % |
A628 |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Il-kumpaniji l-oħrajn kollha |
78,9 % |
A999 |
3. L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) tal-(prodott taħt rieżami) mibjugħ biex jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea u kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (l-isem u l-indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi [pajjiż ikkonċernat]. Jiena niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija kompluta u korretta.” Jekk ma tiġix ippreżentata fattura bħal din, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.
4. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Novembru 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21., ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1036/oj.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1631/2005 tat-3 ta’ Ottubru 2005 jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor definittivament id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu trichloroisocyanuric li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mill-Istati Uniti tal-Amerika (ĠU L 261, 7.10.2005, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/1631/oj).
(3) Ir-Regolament Implimentattiv tal-Kunsill (UE) Nru 855/2010 tas-27 ta’ Settembru 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1631/2005 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjoni ta’ aċidu trichloroisocyanuric li joriġina, inter alia, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 254, 29.9.2010, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2010/855/oj).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1389/2011 tad-19 ta’ Diċembru 2011 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-aċidu triklorojsoċjanuriku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 346, 30.12.2011, p. 6, Eli: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/1389/oj).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 569/2014 tat-23 ta’ Mejju 2014 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1389/2011 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-aċidu triklorojsoċjanuriku li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara reviżjoni ta’ “esportatur ġdid” skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 157, 27.5.2014, p. 80, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/569/oj).
(6) Liaocheng City Zhonglian Industry Co. Ltd.
(7) Juancheng Kangtai Chemical Co. Ltd.
(8) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/392 tad-9 ta’ Marzu 2015 li jtemm reviżjoni ta’ “esportatur ġdid” tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1389/2011 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-aċidu triklorojsoċjanuriku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li jerġa’ jimponi d-dazju fir-rigward tal-importazzjonijiet mill-esportatur u li jtemm ir-reġistrazzjoni ta’ dawn l-importazzjonijiet (ĠU L 65, 10.3.2015, p. 18, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/392/oj).
(9) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2230 tal-4 ta’ Diċembru 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu triklorojsoċjanuriku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 319, 5.12.2017, p. 10, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/2230/oj).
(10) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1209 tat-22 ta’ Lulju 2021 li jniedi rieżamijiet ta’ “esportaturi ġodda” tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2230 li jimponu dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ aċidu triklorojsoċjanuriku li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal tliet produtturi esportaturi Ċiniżi, li jħassar id-dazju fir-rigward tal-importazzjonijiet minn dawk il-produtturi esportaturi u li jagħmel dawn l-importazzjonijiet soġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L 263, 23.7.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/1209/oj).
(11) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/619 tat-12 ta’ April 2022 li jtemm rieżamijiet ta’ “esportatur ġdid” tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2230 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ aċidu triklorojsoċjanuriku li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, għal tliet produtturi esportaturi Ċiniżi, li jimponi d-dazju fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ dawn il-produtturi u li jtemm ir-reġistrazzjoni ta’ dawn l-importazzjonijiet (ĠU L 115, 13.4.2022, p. 66, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/619/oj).
(12) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2757 tat-13 ta’ Diċembru 2023 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu triklorojsoċjanuriku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2023/2757, 14.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2757/oj).
(13) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/712 tat-30 ta’ Marzu 2023 li jagħti bidu għal rieżami ta’ “esportatur ġdid” tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2230 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ aċidu triklorojsoċjanuriku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal produttur esportatur Ċiniż wieħed, li jħassar id-dazju fir-rigward tal-importazzjonijiet minn dak il-produttur esportatur u li jagħmel dawn l-importazzjonijiet soġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L, 2023/2757, 14.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/712/oj).
(14) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2766 tat-13 ta’ Diċembru 2023 li jtemm ir-“rieżami ta’ esportatur ġdid” tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2230 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu triklorojsoċjanuriku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, għal produttur esportatur Ċiniż, u li jtemm ir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet ta’ dan il-produttur esportatur (ĠU L, 2023/2766, 14.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2766/oj).
(15) Nota f’qiegħ il-paġna 1.
(16) Notifika ta’ bidu ta’ rieżami interim parzjali tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet tal-aċidu triklorojsoċjanuriku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C, C/2024/4917, 6.8.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4917/oj).
(17) https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2744.
(18) Nota dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali (l-ewwel nota tal-FOP), t25.000559.
(19) Nota dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali (It-tieni nota tal-FOP), t25.003076.
(20) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2757, il-premessi 97-99 u 113-114.
(21) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2757, il-premessi 66-73.
(22) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2757, il-premessi 69-73.
(23) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2757, il-premessi 66-57.
(24) Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ, SWD (2024)91 tal-10 ta’ April 2024, p. 217-235.
(25) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2180 tas-16 ta’ Ottubru 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/607 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina kif estiż għall-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku kkonsenjati mill-Malażja, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mill-Malażja kif ukoll jekk le, wara rieżami ta’ “esportatur ġdid” skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (UE) 2016/1036 (ĠU L, 2023/2180, 17.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2180/oj), il-premessa 121.
(26) Katalgu tal-Industriji Mħeġġa għall-Investiment Barrani (2020).
(27) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2757, il-premessi 74-80.
(28) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2757, il-premessi 92-93.
(29) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2757, il-premessi 85-86.
(30) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1959 tas-17 ta’ Lulju 2024 li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet tal-eritritol li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L, 2024/1959, 19.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1959/oj); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2180; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/752 tat-12 ta’ April 2023 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-glukonat tas-sodju li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 (ĠU L 100, 13.4.2023, p. 16, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/752/oj); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/441 tal-11 ta’ Marzu 2021, li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu sulfaniliku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 (ĠU L 85, 12.3.2021, p. 154, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/441/oj).
(31) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1959, il-premessi 161-162; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2180, il-premessi 89-90; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/752, il-premessa 70; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/441, il-premessa 99.
(32) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1959, il-premessi 103-113; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2180, il-premessi 46-50; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/752, il-premessa 49, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/441, il-premessi 59-65.
(33) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1959, il-premessi 114-122; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2180, il-premessi 51-55; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/752, il-premessi 50-54; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/441, il-premessi 66-68. Filwaqt li d-dritt li l-awtoritajiet rilevanti tal-Istat jaħtru u jneħħu membri kruċjali tal-maniġment fl-SOEs, kif previst fil-leġiżlazzjoni Ċiniża, jista’ jitqies bħala li jirrifletti d-drittijiet tas-sjieda korrispondenti, iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm dawk tal-Istat kif ukoll dawk privati, jirrappreżentaw mezz ieħor li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet kummerċjali. Skont il-liġi tal-kumpaniji Ċiniża, f’kull kumpanija għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tas-CCP (li jkollha mill-inqas tliet membri tas-CCP kif speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet neċessarji għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit. Fil-passat, jidher li dan ir-rekwiżit mhux dejjem ġie segwit jew infurzat b’mod strett. Madankollu, tal-inqas mill-2016, is-CCP saħħaħ l-asserzjonijiet tiegħu li jikkontrolla deċiżjonijiet kummerċjali fl-SOEs bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku. Huwa rrapportat ukoll li s-CCP jeżerċita pressjoni fuq il-kumpaniji privati biex ipoġġu l-“patrijottiżmu” l-ewwel u jsegwu d-dixxiplina tal-partit. Fl-2017, ġie rrapportat li kienu jeżistu ċelloli tal-partit f’70 % ta’ madwar 1,86 miljun kumpanija privata, bi pressjoni dejjem tikber biex l-organizzazzjonijiet tas-CCP ikollhom l-aħħar kelma fid-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji rispettivi tagħhom. Dawn ir-regoli għandhom applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, fost is-setturi kollha, inkluż għall-produtturi tal-prodott taħt rieżami u għall-fornituri tal-inputs tagħhom.
(34) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1959, il-premessi 123-133; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2180, il-premessi 56-65; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/752, il-premessi 55-63; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/441, il-premessi 69-79.
(35) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1959, il-premessi 134-138; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2180, il-premessi 66-69; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/752, il-premessa 64; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/441, il-premessi 80-83.
(36) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1959, il-premessi 139-142; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2180, il-premessi 71-72; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/752, il-premessa 65; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/441, il-premessi 84-85.
(37) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1959, il-premessi 143-152; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2180, il-premessi 72-81; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/752, il-premessa 66; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/441, il-premessi 86-95.
(38) ĠU L, 2023/2757, 14.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2757/oj.
(39) World Bank Open Data – Upper Middle Income, https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income.
(40) Jekk ma jkun hemm l-ebda produzzjoni tal-prodott taħt rieżami fi kwalunkwe pajjiż li jkollu livell simili ta’ żvilupp, tista’ titqies il-produzzjoni ta’ prodott fl-istess kategorija ġenerali u/jew settur tal-prodott taħt rieżami.
(41) P. T. Pindo Deli Rapporti Finanzjarji Konsolidati B’Rapport tal-Awditur Indipendenti, p. 11-12, Investitur | Grupp APP.
(42) https://app.co.id/in/-/pindo-deli-chemical.
(43) https://connect.ihsmarkit.com/gtas/gta/standard-reports.
(44) https://www.bps.go.id/id/statistics-table/1/MjI1MyMx/rata-rata-upah-gaji-bersih-sebulan--rupiah--buruh-karyawan-pegawai-menurut-provinsi-dan-lapangan-pekerjaan-utama-di-17-sektor--2024.html.
(45) Tarif Adjustment, https://web.pln.co.id/pelanggan/tarif-tenaga-listrik/tariff-adjustment#:~:text=Tahun%202024.%20Januari%20%E2%80%93%20Maret:%20April.
(46) Keputusan Menteri Energi dan Sumber Daya Mineral Nomor 91.K/MG.01/MEM.M/2023, https://jdih.esdm.go.id/dokumen/view?id=2380.
(47) Ara n-Nota f’qiegħ il-paġna 43.
(48) Ara n-Nota f’qiegħ il-paġna 44.
(49) Ara n-Nota f’qiegħ il-paġna 45.
(50) Ara n-Nota f’qiegħ il-paġna 46.
(51) https://www.pupuk-indonesia.com/media-info/103/detail.
(52) https://www.mordorintelligence.com/industry-reports/fertilizers-market-indonesia.
(53) Ara l-Karta tal-Informazzjoni dwar is-Sustanza tal-Kloru mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għal eżempju ta’ miżuri regolatorji tal-UE. https://www.echa.europa.eu/mt/substance-information/-/substanceinfo/100.029.053.
(54) Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/755/oj). L-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku jqis li l-prezzijiet domestiċi f’dawk il-pajjiżi ma jistgħux jintużaw għall-fini tad-determinazzjoni tal-valur normali.
(55) Ara n-Nota f’qiegħ il-paġna 44.
(56) Ara n-Nota f’qiegħ il-paġna 45.
(57) Ara n-Nota f’qiegħ il-paġna 41.
(58) Il-Premessa 109, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 538/2005 tas-7 ta’ April 2005 li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu triklorojsoċjanuriku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mill-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L 89, 8.4.2005, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/538/oj).
(59) Il-Premessa 34-35,ara n-Nota f’qiegħ il-paġna 4, il-Premessa 50 ara n-Nota f’qiegħ il-paġna 9, il-Premessa 146 ara n-Nota f’qiegħ il-paġna 12, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1389/2011.
(60) Il-Premessa 50, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2230.
(61) Il-Premessa 146, ara n-Nota f’qiegħ il-paġna 12, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2757.
(62) Il-Premessa 101, ara n-Nota f’qiegħ il-paġna 58.
(63) p. IV-15, Investigazzjonijiet Nri. 731-TA-1082-1083 (it-Tielet Rieżami), https://www.usitc.gov/publications/701_731/pub5391.pdf.
(64) Il-Premessa 75, ara n-Nota f’qiegħ il-paġna 12.
(65) Il-Premessa 76, Idem.
(66) Ara n-Nota f’qiegħ il-paġna 64.
(67) Il-Premessa 187, ir-Regolament (KE) Nru 538/2005.
(68) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1046/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2216/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)