31976D0753



Official Journal L 260 , 24/09/1976 P. 0022 - 0026
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 3 P. 0033
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 3 P. 0033


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-17 ta’ Settembru 1976

li tikkonkludi l-Ftehim Kwadru għal kooperazzjoni kummerċjali u ekonomika bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Kanada

(76/753/Euratom)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, u partikolarment it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 101 tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-approvazzjoni tal-Kunsill,

Billi l-Ftehim Kwadru għal kooperazzjoni kummerċjali u ekonomika bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Kanada, iffirmat f’Ottawa fis-6 ta’ Lulju 1976, għandu jkun konkluż f’isem il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika,

IDDEĊIDIET DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim Kwadru għal kooperazzjoni kummerċjali u ekonomika bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Kanada hawnhekk huwa konkluż u approvat f’isem il-Komunità’ Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.

It-test tal-Ftehim huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Dwar dak li għandu x’jaqsam mal-Komunità, il-President tal-Kummissjoni għandu jagħti n-notifikazzjoni prevista fl-Artikolu 8 tal-Ftehim [1].

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għanda tidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta’ wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, 17 Settembru 1976.

Għall-Kummissjoni

Christopher Soames

Viċi-President

[1] Id-data tal-bidu fis-seħħ tal-Ftehim, dwar dak li għandu x’jaqsam mal-Komunità’ Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, se tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

--------------------------------------------------