|
19.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 18/12 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10924 – PROXIMUS / ETHIAS / JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 18/06)
1.
Fit-12 ta’ Jannar 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 tal-Kunsill (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Proximus NV/SA (“Proximus”, il-BELĠJU), |
|
— |
Ethias NV/SA (“Ethias”, il-BELĠJU), |
|
— |
Kumpanija ġdida “Glasfaser Ostbelgien - GO Fiber” (il-“JV”, il-BELĠJU). |
Proximus u Ethias jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-JV.
Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża bi sħab (joint venture, JV).
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Proximus hija l-operatur tat-telekomunikazzjonijiet stabbilit fil-Belġju. Hija attiva f’firxa sħiħa ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi li jipprovdu servizzi bl-ingrossa u lill-konsumatur, telekomunikazzjonijiet fissi u mobbli, servizzi tal-vuċi u tad-data, prinċipalment fil-livell nazzjonali fil-Belġju. Proximus hija kkwotata fil-Borża ta’ Brussell. L-Istat Belġjan għandu 53,5 % tal-ishma ta’ Proximus, Proximus għandha 4,5 % tal-ishma tagħha u 42 % tal-ishma ta’ Proximus huma nnegozjati pubblikament, |
|
— |
Ethias hija kumpanija tal-assikurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja, l-aktar attiva fil-Belġju. L-Istat Belġjan, ir-Reġjun tal-Vallonja u r-reġjun Fjamming għandhom 31,66 % tal-ishma ta’ Ethias kull wieħed. Il-5 % li jifdal tal-ishma ta’ Ethias huma proprjetà tal-kumpanija kooperattiva EthiasCo. Ethias għandha diversi sussidjarji, li flimkien jiffurmaw l-Ethias Group, u li huma fost affarijiet oħra attivi fl-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet tal-IT/ICT. Fil-kuntest tat-Tranżazzjoni, ir-rwol tal-Ethias se jikkonsisti prinċipalment fil-kontribuzzjoni għall-finanzjament meħtieġ tal-JV. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-JV se jkunu l-introduzzjoni u t-tħaddim, fil-livell ta’ bejgħ bl-ingrossa, ta’ Network Fibre-To-The-Home (“in-Network FTTH”) passiv dens fit-territorju kollu tal-Komunità tal-lingwa Ġermaniża tal-Belġju (Deutschsprachige Gemeinschaft jew “DG”) wara talba pubblika tad-DG. L-implimentazzjoni u t-tħaddim tan-Network FTTH se jikkostitwixxu servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali (“SGEI”) f’żoni identifikati ta’ dan it-territorju.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.10924 – PROXIMUS / ETHIAS / JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).