Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni, tal-21 ta’ Frar 2005, li tirrifjuta l-aċċess għal ċerti dokumenti u reġistrazzjonijiet ta’ ħoss fil-kuntest tal-adattament għall-progress tekniku, għat-tletin darba, tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1967, rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-disposizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ sustanzi perikolużi (Kapitolu 13, Vol. 1, p. 27).
Dispożittiv
1) Id-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni, tal-21 ta’ Frar 2005, li tirrifjuta lill-Borax Europe Ltd l-aċċess għar-reġistrazzjonijiet tal-laqgħa tal-5 u tas-6 ta’ Ottubru 2004, għaż-żewġ abbozzi tal-minuti ta’ din il-laqgħa, għal tlettax-il kummentarju ta’ esperti, għal żewġ kummentarji tar-rappreżentanti tal-industrija u għad-dokument maħruġ mir-relatur Daniż, hija annullata.
2) Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.