European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/6378

23.10.2024

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Kawża M.11714 — ONE ROCK CAPITAL/EUROPE SNACKS)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/6378)

1.   

Fil-15 ta’ Ottubru 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

One Rock Capital Partners, LLC (“One Rock Capital”, l-Istati Uniti),

—

Snacks Développement SAS (“Europe Snacks”, Franza).

One Rock Capital se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Europe Snacks.

Il-konċentrazzjoni se ssir permezz ta’ xiri ta’ ishma u titoli.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

One Rock Capital hija ditta ta’ ekwità privata li għandha l-kwartieri ġenerali tagħha fi New York, l-Istati Uniti, u li tiffoka fuq investimenti ta’ ekwità b’sehem ta’ kontroll f’kumpaniji tas-suq medju. One Rock Capital timmaniġġja fondi li jinvestu f’kumpaniji ta’ portafoll li joperaw fi ħdan diversi industriji, inkluż l-industrija Kimika u dik tal-Proċessi, tal-Ikel u l-Manifattura tax-Xorb, id-Distribuzzjoni, il-Manifattura tal-Ispeċjalitajiet, u n-Negozju s-Servizzi Ambjentali,

—

Europe Snacks hija kumpanija li għandha l-kwartieri ġenerali tagħha fi Franza, li tipprovdi tikketta privata u komanifattura ta’ ikliet ħfief (krisps, galletti, popcorn, eċċ.) fl-Ewropa, prinċipalment fi Franza, fir-Renju Unit u fi Spanja.

3.   

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ koċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.11714 – One Rock Capital / Europe Snacks

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6378/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)