Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata) - D. Protokolli Annessi mat-Trattat li jistabbilixxi l-Kommunità Ewropea - Protokoll (Nru 23) fuq il-Portugall (1992)
Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0297 - 0297
Protokoll (Nru 23) fuq il-Portugall (1992) IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA XEWQANA li jirrisolvu ċerti problemi partikolari li għandhom x'jaqsmu mal-Portugall, QABLU fuq dawn id-disposizzjonijiet li ġejjin, li ser jiġu annessi mat-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea: 1. Il-Portugall qed jiġi b’dan awtorizzat li jżomm il-faċilità mogħtija lir-Reġjuni Awtonomi ta' l-Azores u Madeira li jibbenefikaw minn faċilità ta' kreditu bla ebda mgħax mal-Banco de Portugal taħt it-termini stabbiliti bil-liġi Portugiża ezistenti. 2. Il-Portugall jintrabat li jagħmel l-almu tagħha sabiex itemm il-faċilità fuq imsemmija mill-aktar fis possibbli. --------------------------------------------------