|
13.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 328/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 72/2007
tas-6 ta' Lulju 2007
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 46/2007 tat-8 ta' Ġunju 2007 (1). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/393/KE tal-31 ta' Mejju 2006 dwar id-deżinjazzjoni tal-laboratorju Komunitarju ta' referenza għall-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/416/KE ta' l-14 ta' Ġunju 2006 dwar ċerti miżuri tranżitorji b'rabta ma' influwenza tat-tjur b'livell patoġeniku għoli ħafna fit-tjur ta' l-irziezet jew għasafar oħrajn maqbudin fil-Komunità (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/427/KE ta' l-20 ta' Ġunju 2006 li tistabbilixxi metodi ta' kontroll tar-rendiment u metodi għall-istima tal-valur ġenetiku ta' annimali ta' l-ifrat ta' razza pura għat-tnissil ta' l-ispeċi tal-bovini (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/552/KE tat-3 ta' Awwissu 2006 li temenda l-Anness XI tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE fir-rigward tal-lista tal-laboratorji awtorizzati li jimmaniġġjaw il-virus ħaj tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer għall-produzzjoni tal-vaċċin (5) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(6) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2006/572/KE tat-18 ta' Awwissu 2006 li temenda d-Deċiżjoni 2005/393/KE dwar żoni ristretti fir-rigward tal-bluetongue fi Spanja u l-Portugall (6) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(7) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/437/KE ta' l-4 ta' Awwissu 2006 li tapprova Manwal Dijanjostiku għall-influwenza tat-tjur kif previst fid-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (7) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(8) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/591/KE ta' l-1 ta' Settembru li temenda d-Deċiżjoni 2005/393/KE dwar żoni ristretti fir-rigward tal-bluetongue (8) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(9) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/633/KE tal-15 ta' Settembru 2006 li temenda d-Deċiżjoni 2005/393/KE dwar żoni ristretti fir-rigward tal-bluetongue (9) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(10) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/650/KE tal-25 ta' Settembru 2006 li temenda d-Deċiżjoni 2005/393/KE dwar żoni ristretti fir-rigward tal-bluetongue (10) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(11) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/693/KE tat-13 ta' Ottubru 2006 li temenda d-Deċiżjoni 2005/393/KE rigward il-kondizzjonijiet li japplikaw għall-movimenti li joriġinaw jew li jgħaddu minn żoni ristretti fir-rigward tal-bluetongue (11) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(12) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/705/KE ta' l-20 ta' Ottubru 2006 li tapprova l-pjan għat-tilqim preventiv kontra l-influwenza tat-tjur tas-sottotip H5 f'xi proprjetajiet fir-Rhine-Westphalia tat-Tramuntana ppreżentat mill-Ġermanja taħt id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (12) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(13) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/761/KE tad-9 ta' Novembru 2006 li temenda d-Deċiżjoni 2005/393/KE dwar żoni ristretti fir-rigward tal-bluetongue (13) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(14) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/778/KE ta' l-14 ta' Novembru 2006 dwar rekwiżiti minimi għall-ġbir ta' informazzjoni matul l-ispezzjonijiet ta' siti ta' produzzjoni fejn jinżammu xi annimali għal għanijiet ta' biedja (14) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(15) |
Id-Direttiva 2006/427/KE tħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 86/130/KEE (15) li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar skond il-Ftehim, |
|
(16) |
Id-Direttiva 2006/778/KE tħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/50/KEE (16) li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar skond il-Ftehim, |
|
(17) |
Din id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika għall-Iżlanda u l-Liechtenstein, |
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Kapitolu I ta' l-Anness I mal-Ftehim għandu jiġi emendat kif speċifikat fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjonijiet 2006/393/KE, 2006/416/KE, 2006/427/KE, 2006/552/KE 2006/572/KE, 2006/437/KE 2006/591/KE, 2006/633/KE, 2006/650/KE, 2006/693/KE, 2006/705/KE, 2006/761/KE and 2006/778/KE fil-lingwa Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment għaż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta' Lulju 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment għaż-ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, 6 ta' Lulju 2007.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Stefán Haukur JÓHANNESSON
(1) ĠU L 266, 11.10.2007, p. 1.
(2) ĠU L 152, 7.6.2006, p. 31.
(3) ĠU L 164, 16.6.2006, p. 61.
(4) ĠU L 169, 22.6.2006, p. 56.
(5) ĠU L 217, 8.8.2006, p. 29.
(6) ĠU L 227, 19.8.2006, p. 60.
(7) ĠU L 237, 31.8.2006, p. 1.
(8) ĠU L 240, 2.9.2006, p. 15.
(9) ĠU L 258, 21.9.2006, p. 7.
(10) ĠU L 267, 27.9.2006, p. 45.
(11) ĠU L 283, 14.10.2006, p. 52.
(12) ĠU L 291, 21.10.2006, p. 38.
(13) ĠU L 311, 10.11.2006, p. 51.
(14) ĠU L 314, 15.11.2007, p. 39.
(15) ĠU L 101, 17.4.1986, p. 37.
(16) ĠU L 19, 25.1.2000, p. 51.
(*1) M'huma indikati ebda obbligi kostituzzjonali.
ANNESS
Il-Kapitolu I ta' l-Anness I għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
Il-punt li ġej għandu jiġi inkluż wara l-punt 31 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/379/KE) fil-Parti 2.2:
|
|
2. |
It-test tal-punt 3 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 86/130/KE) fil-Parti 2.2 għandu jitħassar. |
|
3. |
L-inċiż li ġej għandhu jiġi miżjud fil-punt 1a (id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE) fil-Parti 3.1:
|
|
4. |
L-inċiżi li ġejjin għandhom jiġu miżjuda fil-punt 33 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/393/KE) fil-parti 3.2:
|
|
5. |
Il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt 34 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/724/KE) fil-Parti 3.2:
|
|
6. |
Taħt l-intestatura “ATTI LI L-ISTATI TA' L-EFTA U L-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TA' L-EFTA GĦANDHOM IQISU KIF DOVUT”, il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 33 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/773/KE) fil-Parti 3.2:
|
|
7. |
Il-punt li ġej għandu jiġi inkluż wara l-punt 3 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/433/KE) fil-Parti 9.2:
|
|
8. |
It-test tal-punt 9 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/50/KE) tal-Parti 9.1 għandu jitħassar. |