|
14.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/9 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10273 — ArcelorMittal/Liberty Steel France)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 226/07)
1.
Fl-4 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
ArcelorMittal S.A. (il-Lussemburgu), |
|
— |
Liberty Steel France Holding SAS (Franza). |
ArcelorMittal S.A. takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ partijiet ta’ Liberty Steel France Holding SAS.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ assi.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
ArcelorMittal S.A.: il-produzzjoni ta’ firxa wiesgħa ta’ prodotti tal-azzar lesti u nofshom lesti, b’mod partikolari prodotti ċatti tal-azzar, inklużi folji u pjanċi, u prodotti tal-azzar twal, inklużi staneg, vireg, forom strutturali u vireg kif ukoll pajpijiet u tubi għal diversi applikazzjonijiet, |
|
— |
Liberty Steel France Holding SAS: kumpanija azzjonarja ta’ żewġ assi ewlenin, Liberty Rail u Liberty Ascoval. Liberty Rail hija manifattur ferrovjarju li jħaddem sit uniku ta’ produzzjoni f’Hayange, Franza. Liberty Ascoval hija produttur ta’ prodotti tal-azzar nofshom lesti u ffalsifikati f’Saint-Saulve, Franza. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10273 — ArcelorMittal/Liberty Steel France
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).