|
2.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 194/32 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11061 — NORDIC METAL/ALUMECO GROUP)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 194/08)
1.
Fit-22 ta’ Mejju 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Nordic Metal Holdings Inc. (“Nordic Metal”) (l-Istati Uniti tal-Amerka) (2), |
|
— |
Alumeco Holding A/S (3) (“Alumeco”) (id-Danimarka) |
Nordic Metal se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Alumeco Group kollu kemm hu.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Nordic Metal hija attiva fid-distribuzzjoni tal-metalli fl-Ewropa, b’enfasi fuq l-aluminju u l-azzar inossidabbli, |
|
— |
Alumeco huwa distributur internazzjonali tal-metalli, li jiffoka primarjament fuq l-aluminju iżda jiddistribwixxi wkoll ligi tar-ram u azzar inossidabbli. Permezz tal-unità kummerċjali tagħha Aluwind, hija attiva wkoll fid-disinn, fl-inġinerija, u fil-produzzjoni ta’ substrutturi tal-aluminju speċjalizzati għall-industrija tal-enerġija eolika. Alumeco topera primarjament fl-Ewropa. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11061 — NORDIC METAL/ALUMECO GROUP
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) Nordic Metal hija kumpanija ġdida li hija direttament jew indirettament proprjetà ta’ tliet persuni fiżiċi (“l-Investituri”) li huma s-sidien ta’ diversi kumpaniji indipendenti attivi fid-distribuzzjoni tal-aluminju, tal-azzar inossidabbli, tal-ligi tar-ram u ta’ metalli oħra fl-Ewropa. Dawn huma Amari Metals Europe Ltd (“AME”), Amari Benelux Inc. (“ABI”), Amari Ireland Limited (“AIL”) bħala kumpanija unika, Amari France Holdings Inc. (“AMF”), Amari Switzerland Holdings Inc. (“AMS”), Sverdrup Holdings Inc. (“Sverdrup”), Britannia Metals Holdings, Inc. (“Britannia”), Aero Metals Alliance Inc. (“AMA”), Henley Management Company (“Henley”) u Deloro Group Holding Inc. (“Deloro”).
(3) Alumeco Group huwa magħmul minn (i) Alumeco u (ii) Aluwind.