26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 255/93


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tat-23 ta’ April 2009

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, Taqsima IX – Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

(2009/640/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

—

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007 (1),

—

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2007 - Volum I (C6-0424/2008) (2),

—

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għall-awtorità ta’ kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2007,

—

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit rigward is-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet ivverifikati (3),

—

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat tal-KE (4),

—

wara li kkunsidra l-Artikoli 272(10) 274, 275 u 276 tat-Trattat tal-KE,

—

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikulari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0154/2009),

1.

Jagħti l-kwittanza lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu għas-sena finanzjarja 2007;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Hans-Gert PÖTTERING

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)   ĠU L 77, 16.3.2007.

(2)   ĠU C 287, 10.11.2008, p. 1.

(3)   ĠU C 286, 10.11.2008, p. 1.

(4)   ĠU C 287, 10.11.2008, p. 111.

(5)   ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tat-23 ta’ April 2009

li tinkludi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, Taqsima IX - Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

IL-PARLAMENT EWROPEW,

—

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007 (1),

—

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2007 - Volum I (C6-0424/2008) (2),

—

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għall-awtorità ta’ kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2007,

—

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit rigward is-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet ivverifikati (3),

—

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat tal-KE (4),

—

wara li kkunsidra l-Artikoli 272(10) 274, 275 u 276 tat-Trattat tal-KE,

—

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikulari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0154/2009),

1.

Jinnota li fl-2007 l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS) kellu approprjazzjonijiet għall-impenji disponibbli li jammontaw għal total ta’ EUR 5 000 000 (2006: EUR 4,1 miljun (6)), li jirrappreżentaw żieda ta’ kważi 20 % meta mqabbla mal-2006, b’rata ta’ użu ta’ 86,14 %, anqas mill-medja tal-istituzzjonijiet l-oħra (93,84 %);

2.

Jinnota ż-żieda fil-karigi permanenti minn 24 fl-2006 għal 29 fl-2007 (+21 %) allokati għall-EDPS; jilqa’ b’sodisfazzjon f’dan il-kuntest l-intenzjoni tal-EDPS li jirrestrinġi l-espansjoni kemm fil-ħidmiet kif ukoll fl-istaff, bl-użu ta’ tkabbir ikkontrollat biex ikun żgurat li l-persunal il-ġdid ikun aċċettat bis-sħiħ u integrat u mħarreġ b’mod adegwat;

3.

Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri indikat fir-rapport annwali tagħha li l-verifika ma tat lok għal ebda osservazzjonijiet sinifikanti fir-rigward tal-EDPS;

4.

Ifakkar li fis-7 ta’ Diċembru 2006 l-Ftehim ta’ Koperazzjoni Amministrattiva bejn is-Segretarji Ġenerali tal-Kummissjoni, il-Parlament u l-Kunsill, iffirmat flimkien mal-EDPS, ġie mġedded għal perjodu ulterjuri ta’ tliet snin b’effett mis-16 ta’ Jannar 2007;

5.

Jinnota li, ibbażata fuq il-ftehim dwar il-koperazzjoni msemmija hawn fuq, il-ġestjoni amministrattiva tal-missjonijiet kollha tal-EDPS hija żgurata mill-Uffiċċju tal-Uffiċjal inkarigat mill-Pagi tal-Kummissjoni u l-istess regoli interni japplikaw għar-rimbors tal-ispejjeż tal-akkomodazzjoni li jsiru waqt missjoni għaż-żewġ kategoriji tiegħu, iż-żewġ Membri tiegħu u l-persunal tiegħu;

6.

Ifakkar li, skont id-deċiżjoni tas-7 ta’ Novembru 2006, l-EDPS iddeċida li jistabbilixxi struttura ta’ kontroll intern konformi mal-attivitajiet u r-rekwiżiti tiegħu; jinnota li l-ewwel evalwazzjoni li saret mis-servizz tal-EDPS uriet il-funzjonalità u l-effiċjenza ta’ din is-sistema ta’ kontroll intern;

7.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-ewwel rapport ta’ verifika maħruġ mis-Servizz Intern tal-Verifika (IAS) wasal f’Settembru 2007, u li identifika ċerti kwistjonijiet li jeħtieġu titjib; huwa sodisfatt mill-fatt li l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-IAS miftiehma mill-EDPS ġiet stabbilita bħala prijorità għall-2008 u li, bħala konsegwenza, fil-bidu tal-2008 tfassal pjan ta’ azzjoni; iħeġġeġ lill-EDPS biex timplimenta bis-sħiħ dan il-pjan ta’ azzjoni;

8.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-pubblikazzjoni annwali tal-EDPS u tal-Assistent EDPS ta’ dikjarazzjoni tal-interessi finanzjarji tagħhom, f’forma simili għal dik mimlija kull sena mill-Membri tal-Parlament, li fiha tagħrif rilevanti dwar affarijiet bħall-attivitajiet professjonali li għandhom jiġu ddikjarati u karigi jew attivitajiet bi ħlas;

9.

Jifraħ lill-EDPS dwar id-deċiżjoni tiegħu tat-12 ta’ Settembru 2007 li jaderixxi għall-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar investigazzjonijiet interni min-naħa tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) (7) fl-applikazzjoni tas-sistema stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 (8);

10.

Jirrikjedi li l-EDPS jinkludi fir-rapport ta’ attività tiegħu li jmiss (sena finanzjarja 2008) kapitolu li jagħti analiżi dettaljata dwar is-segwitu li jkun sar matul is-sena għad-deċiżjonijiet ta’ kwittanza preċedenti tal-Parlament, inklużi spjegazzjonijiet possibbli għalfejn ir-rakkomandazzjonjiet ma jkunux ġew segwiti;

11.

Jinnota li, minkejja l-emendi għar-Regolament Finanzjarju, ir-regoli tiegħu tal-akkwist għadhom eċċessivament onerużi għall-istituzzjonijiet iż-żgħar, bħall-EPDS, l-aktar f’dak li għandu x’jaqsam mas-sejħiet għall-offerti f’kuntratti relattivament żgħar; jistieden lill-Kummissjoni biex hi u tagħmel ix-xogħol preliminari tagħha qabel ma jinkitbu proposti futuri għal emendi għar-Regolament Finanzjarju, tikkonsulta b’mod estensiv mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u mas-Segretarjat tiegħu sabiex tiżgura li jittieħed kont sħiħ tal-preokkupazzjonijiet tagħhom fl-abbozz finali.

(1)   ĠU L 77, 16.3.2007.

(2)   ĠU C 287, 10.11.2008, p. 1.

(3)   ĠU C 286, 10.11.2008, p. 1.

(4)   ĠU C 287, 10.11.2008, p. 111.

(5)   ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(6)  2005: EUR 2 800 000.

(7)   ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15.

(8)  Ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) (ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1).