Official Journal L 093 , 17/04/1993 P. 0005 - 0007
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 9 P. 0065
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 9 P. 0065
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 893/93 tat-13 ta' April 1993 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Maqgħuda IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/1 [1] tat-23 ta' Lulju 1987 dwar it-tariffa un-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Komuni Doganali, kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KEE) Nru 697/87 [2], u partikolarment l-Artikolu 9, Billi biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Maqgħuda annessa ma' l-imsemmi Regolament, jeħtieġ li jkunu adottati miżuri dwar il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament. Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 ippreskriva r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura maqgħuda u dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija għal kollox jew f'parti bbażata fuqha jew li żżidilha kull suddiviżjoni addizzjonali u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, biex tgħodd it-tariffa jew miżura oħra dwar il-kummerċ fl-oġġetti; Billi bis-saħħa ta' l-imsemmija regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa ma' dan ir-Regolament għandhom ikunu klassifikati taħt il-kodiċijiet NM xierqa indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet mfissra fil-kolonna 3; Billi huwa xieraq li, bla ħsara għall-miżuri fis-seħħ fil-Komunità dwar sistemi ta' verifika doppja u sorveljanza minn qabel u retrospettiva tal-Komunità ta' prodotti tat-tessuti fuq l-importazzjoni ġewwa l-Komunità, l-informazzjoni li torbot fuq it-tariffa fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta' oġġetti fin-nomenklatura maqgħuda maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri li ma jikkonformaw iżjed ma' dan ir-Regolament jistgħu jibgħujikunu invokati skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3796/90 [3] mid-detentur matul ċertu perjodu jekk dak id-detentur ikkonkluda kuntratt kif imsemmi fil-punti (a) jew (b) tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1715/90 [4]; Billi l-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tan-Nomenklatura, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa huma klassifikati fin-Nomenklatura Maqgħuda taħt il-kodiċijiet NM indikati fil-kolonna 2 ta' l-imsemmija tabella. L-Artikolu 2 Bla ħsara għall-miżuri fis-seħħ fil-Komunità dwar sistemi ta' verifika doppja u sorveljanza minn qabel u retrospettiva tal-Komunità ta' prodotti tat-tessuti fuq l-importazzjoni ġewwa l-Komunità, l-informazzjoni li torbot fuq it-tariffa fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta' oġġetti fin-nomenklatura maqgħuda maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri li ma jikkonformaw iżjed ma' dan ir-Regolament jistgħu jibgħu jkunu invokati skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3796/90 mid-detentur matul ċertu perjodu jekk dak id-detentur ikkonkluda kuntratt kif imsemmi fil-punti (a) jew (b) tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1715/90; L-Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, fit-13 ta' April 1993. Għall-Kummissjoni Christiane Scrivener Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU Nru L 256, 7.9.1987 p. 1. [2] ĠU Nru L 76, 30.3.1993 p. 12. [3] ĠU Nru L 365, 28.12.1990 p. 17. [4] ĠU Nru L 160, 26.6.1990 p. 1. -------------------------------------------------- L-ANNESS Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Klassifikazzjoni Kodiċi NM | Raġunijiet | (1) | (2) | (3) | 1.Libsa ta' kulur wieħed tas-suf (95 % qoton, 5 % ħajt elastomeriku) ta' disinn fancy, bi kmiem twal, maħsuba li tgħatti l-biċċa ta' fuq tal-ġisem u tasal sa taħt il-qadd. Għandha qatgħa fonda b'skollatura V. It-tarf ta' l-għonq huwa rrakmat. Il-libsa għandu keffa fil-qiegħ u fit-truf tal-kmiem (ara r-ritratt Nru 514) | 61061000 | Il-klassifikazzjoni hija determinata bir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Maqgħuda, kif ukoll bil-kliem tal-kodiċijiet NM 6106 u 61061000 Ara wkoll in-Noti Spegattivi għan-nomenklatura maqgħuda dwar il-kodiċi NM 6106 Din il-libsa hija kknsidrata ta' qatgħa baxxa ħafna qudiem għaliex il-linja ta' l-għonq taqa' 'l isfel minn linja imaġinarja magħmula bejn l-abtijiet | 2.Sett ta' żewġt ilbiesi, li jinkludu: | | Il-klassifikazzjoni hija determinata mid-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura maqgħuda, bin-nota 13 tat-Taqsima XI, bin-nota 8 tal-Kapitolu 61 għal-libsa ta' taħt, bit-testijiet Kodiċijiet NM 6104, 610462, 61046210, 6109 u 61091000, u bin-Noti Spegattivi għas-Sistema Armonizzata dwar l-intestatura 6109 għal-libsa ta' fuq | (a)libsa innitjata ħafifa (60 % qoton, 40 % poliester) bi kmiem twal issikkati magħmula minn tessut ta' żewġ kuluri rrigat, maħsuba li tgħatti l-parti ta' fuq tal-ġisem u tinżel sal qadd. Għandha skollatura tonda irribbjata, u għandha keffa fil-qiegħ u fit-truf tal-kmiem. Il-qiegħ tal-libsa għandu qasmiet laterali ta' xi 6 ċm, kull waħda għandha żewġ buttuni dekorattivi. Il-libsa għandha wkoll rakmu dekorattiv fil-livell fil-livell tas-sider (T-shirt) (ara r-ritratt Nru 520 A); | 61091000 | (b)qalziet innitjat (60 % qoton, 40 % poliester) magħmul minn tessut ta' kulur wieħed, li jestendi mill-qadd sa' l-għekiesi, b'qadd elastiċizzat. It-truf tal-qliezi għandhom buttuni dekorattivi simili bħal dawk tal-libsa maħsuba biex jgħattu l-parti ta' fuq tal-ġisem (ara r-ritratt Nru 520 B) | 61046210 | Il-klassifikazzjoni bħala piġami hija eskluza għaliex l-ilbiesi ma jistgħux ikunu kkunsidrati li huma esklusivament jew l-aktar għal ħwejjeġ għal-lejl | 3.Libsa innitjata ħafifa (65 % poliester, 35 % qoton) magħmula minn tessut ta' kulur wieħed. Huwa maħsub li jgħatti l-parti ta' fuq tal-ġisem u jasal sa taħt il-qadd u għandha kmiem qosra u barnuża bl-ispaga. Il-libsa għandha linja ta' l-għonq tond b'tarf irribjat, u għandha keffa fil-qiegħ u fit-truf tal-kmiem (ara r-ritratt Nru 521) | 61143000 | Il-klassifikazzjoni hija determinata bid-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura maqgħuda, kif ukoll bil-kliem tal-kodiċijiet NM 6114 u 61143000 Il-klassifikazzjoni bħala T-shirt fil-kodiċi NM 6109 hija eskluza minħabba l-preżenza tal-barnuża Il-klassifikazzjoni fil-kodiċi NM 6110 hija eskluża wkoll minħabba in-nuqqas ta' mezz biex wieħed jissikkha fit-tarf | +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------