|
22.1.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 24/32 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10105 — FSN Capital/Obton Invest/Obton Group)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 24/15)
1.
Fl-14 ta’ Jannar 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
FSN Capital GP VI Limited (“FSN Capital VI”, ir-Renju Unit), li tappartjeni għall-grupp FSN Capital, |
|
— |
Obton Invest A/S (“Obton Invest”, id-Danimarka), |
|
— |
Obton Group Holding A/S (“Obton Group”, id-Danimarka), bħalissa kkontrollata minn Obton Invest. |
FSN Capital VI u Obton Invest jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Obton Group.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab (joint venture, JV).
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
FSN Capital VI: fond ta’ investiment ġestit minn FSN Capital, konsulent ta’ ekwità privata attiv fir-reġjun tat-Tramuntana tal-Ewropa, li jipprovdi opportunitajiet ta’ investiment lill-investituri istituzzjonali, |
|
— |
Obton Invest: kumpanija azzjonarja ta’ Obton Group, li permezz tagħha jipprovdi opportunitajiet alternattivi ta’ investiment, |
|
— |
Obton Group: fornitur ta’ investiment alternattiv speċjalizzat, li jipprovdi proġetti solari fotovoltajċi u opportunitajiet ta’ investiment fil-proprjetà immobbli lil investituri privati individwali permezz tas-sussidjarji tiegħu. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10105 — FSN Capital/Obton Invest/Obton Group
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).