<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-264/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0264</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:542">EU:C:2020:542</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tad‑<DATE ISO="20200709">9.7.2020</DATE> – Kawża C‑264/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Constantin Film Verleih</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20200709">9 ta’ Lulju 2020</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati</KEYWORD><KEYWORD>Pjattaforma ta’ filmati online</KEYWORD><KEYWORD>Upload ta’ film mingħajr il-kunsens tal-proprjetarju</KEYWORD><KEYWORD>Azzjoni relatata ma’ preġudizzju għal dritt ta’ proprjetà intellettwali</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2004/48/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 8</KEYWORD><KEYWORD>Dritt tar-rikorrenti għal informazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 8(2)(a)</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>indirizzi<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Indirizz tal-posta elettronika, indirizz IP u numru tat-telefon</KEYWORD><KEYWORD>Esklużjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑264/19,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20190221">21 ta’ Frar 2019</DATE>, li waslet il-Qorti tal-Ġustizzja fid‑<DATE ISO="20190329">29 ta’ Marzu 2019</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Constantin Film Verleih GmbH</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">YouTube LLC,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Google Inc.,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn E. Regan, President tal-Awla, I. Jarukaitis, E. Juhász, M. Ilešič (Relatur) u C. Lycourgos, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: H. Saugmandsgaard Øe,</P><P>Reġistratur: M. Krausenböck, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat‑<DATE ISO="20200212">12 ta’ Frar 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Constantin Film Verleih GmbH, minn B. Frommer, R. Bisle u M. Hügel, Rechtsanwälte,</P></ITEM><ITEM><P>għal YouTube LLC u Google Inc., minn J. Wimmers u M. Barudi, Rechtsanwälte,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn G. Braun, T. Scharf, S. L. Kalėda u H. Kranenborg, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat‑<DATE ISO="20200402">2 ta’ April 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 8(2)(a) tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE> fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Constantin Film Verleih GmbH, kumpannija ta’ distribuzzjoni ta’ films stabbilita fil-Ġermanja, minn naħa, u YouTube LLC u Google Inc., stabbiliti fl-Istati Uniti, min-naħa l-oħra, fir-rigward ta’ informazzjoni meħtieġa minn Constantin Film Verleih, mingħand dawn iż-żewġ kumpanniji, relatata mal-indirizzi tal-posta elettronika, l-indirizzi IP, u n-numri tat-telefon ċellulari ta’ utenti li ppreġudikaw id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali tagħha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2004/48</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 2, 10, 15 u 32 tad-Direttiva 2004/48 huma fformulati kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>(2)</NO.P><TXT>Il-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali [ma għandhiex] tfixkel il-libertà ta’ l-espressjoni, il-moviment liberu ta’ l-informazzjoni, jew il-protezzjoni ta’ data personali, inkluż l-Internet..</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(10)</NO.P><TXT>L-għan ta’ din id-Direttiva hija li tqarreb is-sistemi leġislattivi sabiex tassigura livell ta’ protezzjoni għoli, ekwivalenti u omoġenju fis‑suq intern.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(15)</NO.P><TXT>Din id-Direttiva ma għandiex taffettwa […] id-Direttiva 95/46/KE ta’ l‑<DATE ISO="19951024">24 ta’ Ottubru 1995</DATE> tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward [ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data] [(ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355)] […]</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(32)</NO.P><TXT>Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva il-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari bil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, din id-Direttiva tfittex li tassigura r-rispett sħiħ għall-proprjetà intellettwali, skond l-Artikolu 17(2) ta’ dik il-Karta.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Materja tas-suġġett<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>: din <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>tikkonċerna il-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji neċessarji biex tassigura l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Firxa ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jipprevedi fil-paragrafi 1 u 3(a) tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Mingħajr preġudizzju għall-mezzi li huma jew li jistgħu jiġu pprovduti fil-Komunità jew fil-leġislazzjoni nazzjonali, sakemm dawk il-mezzi jistgħu ikunu aktar favorevoli għall-proprjetarji tad-drittijiet, il-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji provduti b’din id-Direttiva għandhom japplikaw, skond l-Artikolu 3, għal kull kontravvenzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali provduti bil-liġijiet tal-Komunità u/jew bil-liġijiet ta’ l-Istat Membru konċernat.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Din id-Direttiva ma għandix taffettwa:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>id-dispożizzjonijiet tal-Komunità li jiggvernaw il-liġi sostantiva dwar il-proprjetà intellettwali [u] id-Direttiva 95/46/KE, […]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tal-istess direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Id-dritt għall-informazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="008.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri għandhom jassiguraw li, fil-kuntest tal-passi legali li jikkonċernaw il-kontravvenzjoni tad-dritt tal-proprjetà intellettwali u b’risposta għal talba ġustifikata u proporżjonali ta’ min għamel il-klejm, l-awtoritajiet kompetenti ġudizzjarji jistgħu jordnaw li l-informazzjoni fuq n-networks ta’ l-oriġini u tad-distribuzzjoni ta’ l-oġġetti jew is-servizzi li tikser id-dritt għall-proprjetà intellettwali għandu jkun pprovdut mill-kontravventur u/jew xi persuna oħra li:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>instab f’possessjoni ta’ l-oġġetti li jikkontravjenu fuq skala kummerċjali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>instab juża is-servizzi li jikkontravjenu fuq skala kummerċjali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>instab li qed jipprovdi fuq skala kummerċjali servizzi użati biex jagħmlu attivitajiet li jikkontravjenu;</TXT><P>jew</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>kien indikat mill-persuna li għaliha saret riferenża fil-punti (a), (b) jew (ċ) bħala li kienet involuta fil-produzzjoni, manifattura jew distribuzzjoni ta’ l-oġġetti jew tal-provvista tas-servizzi;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-informazzjoni li għaliha hemm riferenza fil-paragrafu 1, kif inhu xieraq, tikkomprendi:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-ismijiet u l-indirizzi tal-produtturi, manifatturi, distributuri, fornituri u detenturi oħra ta’ qabel ta’ l-oġġetti jew servizzi, kif wkoll intiżi l-bejjiegħa bl-ingrossa u bl-imnut;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>informazzjoni fuq il-kwantitajiet prodotti, manifatturati, mibjugħa, mgħotija jew ordnati, kif wkoll il-prezz miksub għal dawn l-oġġetti jew servizzi in kwestjoni.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet statutorji oħra li:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>jagħtu d-detentur tad-dritt biex jirċievi aktar informazzjoni sħiħa;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>jiggvernaw l-użu tal-passi legali ċivili jew kriminali ta’ l-informazzjoni kkomunikata skond dan l-Artikolu;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>jiggvernaw ir-risponsabbilità ta’ l-użu ħażin tad-dritt ta’ l-informazzjon; jew</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>jaffordjaw opportunità li jirrifjutaw li jipprovdu l-informazzjoni li tisforza il-persuna li għaliha saret riferenza fil-paragrafu 1 biex tammetti l-parteċipazzjoni tiegħu/tagħha jew ta’ familjari viċini li kien hemm kontravvenzjoni tad-dritt tal-proprjetà intellettwali; jew</TXT><P>jew</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>jiggverna il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tas-sorsi ta’ l-informazzjoni jew il-proċessar tad-data personali.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Bis-saħħa tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 101(1) tal-Gesetz über Urheberrecht und verwandte Schutzrechte – Urheberrechtsgesetz (il-Liġi dwar id-Drittijiet tal-Awtur u Drittijiet Relatati), tad‑<DATE ISO="19650909">9 ta’ Settembru 1965</DATE> (BGBl. 1965 I, p. 1273), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>UrhG<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>), il-persuna li, fuq livell kummerċjali, tippreġudika d-drittijiet tal-awtur jew dritt ieħor protett minn din il-liġi tista’ tintalab mill-persuna leża biex tipprovdi immedjatament informazzjoni dwar l-oriġini u l-kanal ta’ distribuzzjoni ta’ kopji kontrafatti jew ta’ prodotti oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>F’każ ta’ ksur manifest, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 101(1) tal-UrhG, dan id-dritt għal informazzjoni jista’ jiġi eżerċitat ukoll, bis-saħħa tal-punt 3 tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 101(2) ta’ din il-liġi, kontra persuna li fuq livell kummerċjali pprovdiet servizzi użati sabiex jiġu eżerċitati attivitajiet ta’ kontrafazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-persuna li hija obbligata tipprovdi l-informazzjoni għandha, bis-saħħa tal-punt 1 tal-Artikolu 101(3) tal-UrhG, tindika l-ismijiet u l-indirizzi tal-produtturi, tal-fornituri u tad-detenturi preċedenti oħra ta’ kopji jew prodotti oħra, tal-utenti tas-servizzi kif ukoll tal-bejjiegħa bl-ingrossa u bl-imnut.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Konformement mal-punti 2 u 3 tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 111 tat‑Telekommunikationsgesetz (il-Liġi dwar it-Telekomunikazzjonijiet), tat‑<DATE ISO="20040622">22 ta’ Ġunju 2004</DATE> (BGBl. 2004 I, p. 1190), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>TKG<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>), waqt l-attribuzzjoni tan-numri tat-telefon jinġabru u jinżammu l-isem u l-indirizz tal-proprjetarju tal-linja, kif ukoll, jekk tkun persuna fiżika, id-data tat-twelid tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Bis-saħħa tat-tielet sentenza tal-Artikolu 111(1) tat‑TKG, fir-rigward tas-servizzi mħallsa minn qabel, l-imsemmija informazzjoni għandha, barra minn hekk, tiġi vverifikata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 111(2) tat‑TKG, waqt l-attribuzzjoni ta’ indirizz tal-posta elettronika, tali verifika u tali żamma ma humiex obbligatorji.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fil-Ġermanja, Constantin Film Verleih għandha drittijiet esklużivi ta’ operat b’mod partikolari fuq ix-xogħlijiet ċinematografiċi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Parker<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Scary Movie 5<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Matul is-snin 2013 u 2014, ittellgħu xogħlijiet fuq is-sit internet www.youtube.com, pjattaforma, operata minn YouTube, li tippermetti lill-utenti jippubblikaw, jaraw u jaqsmu filmati (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>pjattaforma YouTube<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>). B’dan il-mod l-imsemmija xogħlijiet ġew ivviżjonati fiha diversi għexur ta’ eluf ta’ drabi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Constantin Film Verleih irrikjediet, min-naħa ta’ YouTube u ta’ Google, fejn din tal-aħħar hija l-kumpannija omm tal-ewwel kumpannija, li dawn jipprovdulha sensiela ta’ informazzjoni relatata ma’ kull wieħed mill-utenti li kienu wettqu upload ta’ xogħlijiet bħal dawn (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>utenti inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tosserva li, sabiex itellgħu filmati fuq il-pjattaforma YouTube, l-utenti għandhom qabel kollox jirreġistraw lilhom infushom ma’ Google permezz ta’ kont utent, fejn il-ftuħ ta’ dan il-kont jirrikjedi biss, min-naħa ta’ dawn l-utenti, l-indikazzjoni ta’ isem, indirizz tal-posta elettronika u data tat-twelid. Din id-data ma hijiex normalment ivverifikata u l-indirizz postali tal-utent ma jintalabx. Madankollu, sabiex ikun jista’ jippubblika filmati ta’ tul ogħla minn 15‑il minuta fuq il-pjattaforma YouTube, l-utent għandu jipprovdi numru tat-telefon ċellulari sabiex ikun jista’ jirċievi kodiċi ta’ attivazzjoni, li huwa neċessarju sabiex jipproċedi b’tali pubblikazzjoni. Barra minn hekk, skont il-kundizzjonijiet ġenerali ta’ użu u ta’ protezzjoni tad-data komuni ta’ YouTube u ta’ Google, l-utenti tal-pjattaforma YouTube jawtorizzaw il-ħażna tal-ġurnali tas-server, inkluż l-indirizz IP, id-data u l-ħin tal-użu u r-rikjesti varji kif ukoll l-użu usa’ tal-grupp ta’ din id-data.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Wara li l-partijiet fil-kawża prinċipali ddikjaraw unanimament li t-tilwima fl-ewwel istanza dwar l-ismijiet u l-indirizzi postali tal-utenti inkwistjoni kienet formalment waslet għal soluzzjoni, Constantin Film Verleih, li kisbet biss ismijiet ta’ utenti fittizji, talbet li YouTube u Google jipprovdulha informazzjoni addizzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Din l-informazzjoni addizzjonali tirrigwarda, minn naħa, l-indirizzi tal-posta elettronika u n-numri tat-telefon ċellulari, kif ukoll l-indirizzi IP li ntużaw mill-utenti inkwistjoni sabiex jagħmlu upload tal-fajl, flimkien mal-mument eżatt ta’ dan l-upload li jindika d-data u s-siegħa, inklużi l-minuti, is-sekondi u ż-żona orarja, jiġifieri l-mument tal-upload u, min-naħa l-oħra, l-indirizz IP użat f’dan l-aħħar lok mill-utenti sabiex jaċċedu għall-kont Google tagħhom bil-għan li jaċċedu għall-pjattaforma YouTube, ukoll flimkien mal-mument eżatt tal-aċċess li jindika d-data u s-siegħa, inklużi l-minuti, is-sekondi u ż-żona orarja, jiġifieri l-mument tal-aċċess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz tad-deċiżjoni tagħha tat‑<DATE ISO="20160503">3 ta’ Mejju 2016</DATE>, il-Landgericht Frankfurt am Main (il-Qorti Reġjonali ta’ Frankfurt am Main, il-Ġermanja) ċaħdet it-talba ta’ Constantin Film Verleih. Min-naħa l-oħra, fuq appell minn din tal-aħħar, permezz ta’ sentenza tat‑<DATE ISO="20180822">22 ta’ Awwissu 2018</DATE>, l-Oberlandesgericht Frankfurt am Main (il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Frankfurt am Main, il-Ġermanja), laqgħet parzjalment it-talba ta’ Constantin Film Verleih, u kkundannat lil YouTube u lil Google sabiex jipprovdulha l-indirizzi tal-posta elettronika tal-utenti inkwistjoni, filwaqt li ċaħdet il-kumplament tal-appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħha għal <HT TYPE="ITALIC">Reviżjoni</HT>, ippreżentat quddiem il-qorti tar-rinviju, il-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja, il-Ġermanja), Constantin Film Verleih ippersistiet fit-talbiet tagħha intiżi sabiex YouTube u Google jiġu ordnati jipprovdulha n-numri tat-telefon ċellulari kif ukoll l-indirizzi IP tal-utenti inkwistjoni. Barra minn hekk, permezz tal-appell rispettiv tagħhom għal <HT TYPE="ITALIC">Reviżjoni</HT>, YouTube u Google jitolbu ċ-ċaħda totali tat-talba ta’ Constantin Film Verleih, inkluż fir-rigward tal-komunkazzjoni tal-indirizzi tal-posta elettronika tal-utenti inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li l-eżitu ta’ dawn iż-żewġ appelli għal <HT TYPE="ITALIC">Reviżjoni</HT> jiddependi mill-interpretazzjoni tal-Artikolu 8(2)(a) tad-Direttiva 2004/48, u, b’mod partikolari, mir-risposta għad-domanda dwar jekk l-informazzjoni addizzjonali mitluba minn Constantin Film Verleih taqax taħt it-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>indirizzi<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>1)</NO.P><TXT>L-indirizzi tal-produtturi, manifatturi, distributuri, fornituri u detenturi preċedenti oħra ta’ oġġetti jew ta’ servizzi kif ukoll il-bejjiegħa bl-ingrossa u bl-imnut destinatarji msemmija fl-Artikolu 8(2)(a) tad‑Direttiva [2004/48], li huma inklużi, skont il-każ, fl-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(1) ta[’ din id-]direttiva, jinkludu wkoll</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-indirizzi tal-posta elettronika tal-utenti tas-servizzi u/jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>in-numri tat-telefon tal-utenti tas-servizzi u/jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>l-indirizzi IP użati mill-utenti ta’ servizzi sabiex jittellgħu fajls kontrafatti, kif ukoll il-mument preċiż ta’ dan it-tlugħ ta’ fajls?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ li l-punt (c) tal-ewwel domanda jingħata risposta fl‑affermattiv:</TXT><P>L-informazzjoni li għandha tingħata skont l-Artikolu 8(2)(a) tad-Direttiva [2004/49] tinkludi wkoll l-indirizz IP li l-utent li jkun preċedentement tella’ fajls kontrafatti uża l-iktar reċentement sabiex jikseb aċċess għall-kont ta’ utent tiegħu fuq Google/YouTube, kif ukoll il-mument preċiż ta’ dan l-aċċess, irrispettivament [mill-fatt] jekk kienx hemm jew le ksur ta’ drittijiet [ta’ proprjetà intellettwali] fil-kuntest ta’ dan l-iktar aċċess reċenti?<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, li jeħtieġ li jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 8(2)(a) tad-Direttiva 2004/48 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>indirizzi<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> jinkludi, fir-rigward ta’ utent li wettaq upload ta’ fajls li jippreġudikaw dritt tal-proprjetà intellettwali, l-indirizz tal-posta elettronika tiegħu, in-numru tat-telefon tiegħu kif ukoll l-indirizz IP użat sabiex iwettaq upload ta’ dawn il-fajls jew l-indirizz IP użat fl-aħħar aċċess tiegħu għall-kont tal-utent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan il-każ, huwa paċifiku li l-kumpanniji YouTube u Google jipprovdu, fuq skala kummerċjali, servizzi li ntużaw mill-utenti inkwistjoni għall-finijiet ta’ attivitajiet ta’ kontrafazzjoni, li jikkonsistu fl-upload, fuq il-pjattaforma YouTube, tal-fajls li jinkludu xogħlijiet protetti, għad-dannu ta’ Constantin Film Verleih. It-tilwima li biha hija adita l-qorti tar-rinviju tirrigwarda r-rifjut ta’ dawn il-kumpanniji li jipprovdu ċerta informazzjoni rikjesta minn Constantin Film Verleih, dwar dawn l-utenti, b’mod partikolari, l-indirizzi tal-posta elettronika u n-numri tat-telefon tagħhom kif ukoll l-indirizzi IP użati minnhom kemm fil-mument tal-upload tal-fajls ikkonċernati kif ukoll fil-mument tal-aħħar aċċess fil-kont Google/YouTube tagħhom. Mid-deċiżjoni ta’ rinviju, liema fatt barra minn hekk ma huwiex ikkontestat fil-kuntest ta’ din il-kawża, jirriżulta li s-soluzzjoni tal-kawża prinċipali tiddependi mill-punt dwar jekk tali informazzjoni taqax taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>indirizzi<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> fis-sens tal-Artikolu 8(2)(a) tad-Direttiva 2004/48.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jitfakkar, preliminarjament, li, skont l-Artikolu 8(1)(c) tad-Direttiva 2004/48, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-kuntest ta’ azzjoni kontra ksur tad-dritt għall-proprjetà intellettwali u bi tweġiba għal talba ġustifikata u proporzjonata tar-rikorrenti, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jordnaw li informazzjoni dwar l-oriġini u n-networks ta’ distribuzzjoni tal-oġġetti jew tas-servizzi li jippreġudikaw dritt għall-proprjetà intellettwali tiġi pprovduta mill-persuna li twettaq il-ksur u/jew minn kull persuna oħra li nstabet li kienet qiegħda tipprovdi, fuq skala kummerċjali, servizzi użati f’attivitajiet ta’ kontrafazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>L-Artikolu 8(2)(a) tad-Direttiva 2004/48 jippreċiża li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu jinkludi, skont il-każijiet, l-ismijiet u l-indirizzi tal-produtturi, tal-manifatturi, tad-distributuri, tal-fornituri u ta’ detenturi preċedenti oħra ta’ oġġetti jew ta’ servizzi, kif ukoll tal-bejjiegħa bl-ingrossa destinatarji u tal-bejjiegħa bl-imnut.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta, bis-saħħa tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2004/48, li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qrati kompetenti jistgħu, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jordnaw lill-operatur tal-pjattaforma online jipprovdi l-ismijiet u l-indirizzi ta’ kull persuna msemmija fil-paragrafu 2(a) ta’ dan l-artikolu li wettqet upload ta’ film fuq din il-pjattaforma mingħajr il-kunsens tal-proprjetarju tad-dritt tal-awtur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-punt dwar jekk il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>indirizzi<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> fis-sens tal-Artikolu 8(2)(a) tad-Direttiva 2004/48 jinkludix ukoll l-indirizzi tal-posta elettronika, in-numri tat-telefon u l-indirizzi IP ta’ dawn il-persuni jeħtieġ li jiġi kkonstatat li, sa fejn din id-dispożizzjoni ma tinkludi ebda riferiment espliċitu għad-dritt tal-Istati Membri biex jiddeterminaw is-sens u l-portata tiegħu, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>indirizzi<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> jikkostitwixxi kunċett tad-dritt tal-Unjoni li normalment għandu jingħata interpretazzjoni awtonoma u uniformi fl-Unjoni kollha (ara, b’analoġija, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190729">29 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Spiegel Online</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑516/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:625">EU:C:2019:625</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Barra minn hekk, peress li d-Direttiva 2004/48 ma tiddefinixxix dan il-kunċett, id-determinazzjoni tat-tifsira u tal-portata tagħha għandha tiġi stabbilita konformement mas-sens abitwali tagħha fil-lingwaġġ ta’ kuljum filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kuntest li fih jintuża u l-għanijiet li għandhom jintlaħqu mil-leġiżlazzjoni li minnha jagħmel parti kif ukoll, jekk ikun il-każ, tal-oriġini tiegħu (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190729">29 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Spiegel Online</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑516/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:625">EU:C:2019:625</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191219">19 ta’ Diċembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Nederlands Uitgeversverbond u Groep Algemene Uitgevers</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑263/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1111">EU:C:2019:1111</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward tas-sens abitwali tat-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>indirizz<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, jeħtieġ li jiġi kkonstatat, kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punti 30 u 33 tal-konklużjonijiet tiegħu, li, fil-lingwaġġ ta’ kuljum, dan jirrigwarda biss l-indirizz postali, jiġifieri l-post ta’ domiċilju jew ta’ residenza ta’ persuna speċifika. B’hekk meta dan it-terminu jintuża mingħajr preċiżazzjoni oħra, bħall-Artikolu 8(2)(a) tad-Direttiva 2004/48, dan ma jirrigwardax l-indirizz tal-posta elettronika, in-numru tat-telefon jew l-indirizz IP.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ix-xogħlijiet preparatorji li wasslu għall-adozzjoni tad-Direttiva 2004/48 u, b’mod partikolari, il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri u proċeduri sabiex jiġi żgurat ir-rispett ta’ drittijiet tal-proprjetà intelletwali tat‑<DATE ISO="20030130">30 ta’ Jannar 2003</DATE> (COM (2003) 46 final), l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad‑<DATE ISO="20031029">29 ta’ Ottubru 2003</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="032" PAGE.FIRST="15" DATE.PUB="2004">ĠU 2004, C 32, p. 15</REF.DOC.OJ>) u r‑rapport tal-Parlament Ewropew tal-<DATE ISO="20031205">5 ta’ Diċembru 2003</DATE> (A5-0468/2003) dwar din il-proposta, jidħlu fl-estensjoni ta’ din il-konstatazjoni. Fil-fatt, kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 37 tal-konklużjonijiet tiegħu u kif sostniet i-Kummissjoni Ewropea quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, dawn ma jinkludu ebda indikazzjoni ta’ natura li tissuġġerixxi li t-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>indirizz<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> użat fl-Artikolu 8(2)(a) ta’ din id-direttiva għandu jinftiehem fis-sens li ma jinkludix biss l-indirizz postali, iżda wkoll l-indirizz ta’ posta elettronika, in-numru tat-telefon jew l-indirizz IP tal-persuni kkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, il-kuntest li fih jintuża l-kunċett inkwistjoni huwa kkorroborat minn tali interpretazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 35 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-eżami ta’ atti oħra tad-dritt tal-Unjoni li jirrigwardaw l-indirizz tal-posta elettronika jew l-indirizz IP turi li ebda wieħed minnhom ma tuża t-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>indirizz<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> mingħajr preċiżazzjoni oħra, sabiex tindika n-numru tat-telefon, l-indirizz IP jew l-indirizz tal-posta elettronika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, l-interpretazzjoni esposta fil-punti 31 sa 33 ta’ din is-sentenza hija wkoll konformi mal-għan li għandu jintlaħaq mill-Artikolu 8 tad-Direttiva 2004/48 fid-dawl tal-għan ġenerali tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa minnu li d-dritt għal informazzjoni, previst mill-imsemmi Artikolu 8, huwa intiż biex jagħmel applikabbli u jikkonkretizza d-dritt fundamentali għal rimedju effettiv iggarantit fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u biex jiżgura b’dan il-mod l-eżerċizzju effettiv tad-dritt fundamentali tal-proprjetà, li minnu jagħmel parti d-dritt ta’ proprjetà intellettwali protett fl-Artikolu 17(2) tagħha (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Coty Germany</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑580/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:485">EU:C:2015:485</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) billi jippermetti lill-proprjetarju ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali jidentifika l-persuna li tippreġudika lil dan tal-aħħar u li jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jipproteġi dan id-dritt (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170118">18 ta’ Jannar 2017</DATE>, <NAME.CASE>NEW WAVE CZ</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑427/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:18">EU:C:2017:18</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Madankollu, waqt l-adozzjoni tad-Direttiva 2004/48, il-leġiżlatur tal-Unjoni għażel li jipproċedi għal armonizzazzjoni minima li tirrigwarda l-osservanza tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali b’mod ġenerali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160609">9 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Hansson</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑481/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:419">EU:C:2016:419</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). B’hekk, din l-armonizzazzjoni hija limitata, fl-Artikolu 8(2) ta’ din id-direttiva, għal elementi ta’ informazzjoni ddefiniti sew.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jeħtieġ li jitfakkar li d-Direttiva 2004/48 għandha l-għan li tistabbilixxi ekwilibriju ġust bejn, minn naħa, l-interess tal-proprjetarji għall-protezzjoni tad-dritt tal-proprjetà intellettwali tagħhom, stabbilit fl-Artikolu 17(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, u, min-naħa l-oħra, il-protezzjoni tal-interessi u tad-drittijiet fundamentali tal-utenti ta’ oġġetti protetti kif ukoll tal-interess ġenerali (ara, b’analoġija, is-sentenzi tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190729">29 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Funke Medien NRW</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑469/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:623">EU:C:2019:623</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190729">29 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Pelham <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑476/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:624">EU:C:2019:624</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190729">29 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Spiegel Online</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑516/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:625">EU:C:2019:625</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>B’mod iktar speċifiku, fir-rigward tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2004/48,, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha l-opportunità tiddeċiedi li din id-dispożizzjoni hija intiża li tirrikonċilja r-rispett ta’ drittijiet differenti, b’mod partikolari d-dritt ta’ informazzjoni tal-proprjetarji mad-dritt għall-protezzjoni tad-data ta’ natura personali tal-utenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Coty Germany</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑580/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:485">EU:C:2015:485</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, jeħtieġ li jiġi spjegat li, għalkemm mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-Istati Membri ma għandhomx l-obbligu, bis-saħħa tal-Artikolu 8(2)(a) tad-Direttiva 2004/48, li jipprevedu l-possibbiltà, għall-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti, li jordnaw il-provvista tal-indirizz tal-posta elettronika, tan-numru tat-telefon jew tal-indirizz IP tal-persuni koperti minn din id-dispożizzjoni fil-kuntest ta’ azzjoni dwar preġudizzju għad-dritt tal-proprjetà intellettwali, xorta jibqa’ l-fatt li l-Istati Membri għandhom tali fakultà. Fil-fatt, kif jirriżulta mill-formulazzjoni nnifisha tal-Artikolu 8(3)(a) ta’ din id-direttiva, il-leġiżlatur tal-Unjoni ppreveda espressament il-possibbiltà, għall-Istati Membri, li l-proprjetarji ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali jingħataw id-dritt li jirċievu informazzjoni iktar estiża, madankollu suġġett għall-fatt li jiġi żgurat ekwilibriju ġust bejn id-drittijiet fundamentali differenti preżenti u l-osservanza tal-prinċipji ġenerali l-oħra tad-dritt tal-Unjoni, bħall-prinċipju ta’ proporzjonalità (ara, f’dan is-sens, id-digriet tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090219">19 ta’ Frar 2009</DATE>, <NAME.CASE>LSG-Gesellschaft zur Wahrnehmung von Leistungsschutzrechten</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑557/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:107">EU:C:2009:107</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u s-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120419">19 ta’ April 2012</DATE>, <NAME.CASE>Bonnier Audio e.a.</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑461/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:219">EU:C:2012:219</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, jeħtieġ li r-risposta għad-domandi magħmula tkun li l-Artikolu 8(2)(a) tad-Direttiva 2004/48 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>indirizzi<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> li jinsab fih ma jinkludix, fir-rigward ta’ utent li wettaq upload ta’ fajls li jippreġudikaw dritt tal-proprjetà intellettwali, l-indirizz tal-posta elettronika tiegħu, in-numru tat-telefon tiegħu kif ukoll l-indirizz IP użat sabiex iwettaq upload ta’ dawn il-fajls jew l-indirizz IP użat fl-aħħar aċċess tiegħu għall-kont tal-utent.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 8(2)(a) tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE> fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>indirizzi<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> li jinsab fih ma jinkludix, fir-rigward ta’ utent li wettaq upload ta’ fajls li jippreġudikaw dritt tal-proprjetà intellettwali, l-indirizz tal-posta elettronika tiegħu, in-numru tat-telefon tiegħu kif ukoll l-indirizz IP użat sabiex iwettaq upload ta’ dawn il-fajls jew l-indirizz IP użat fl-aħħar aċċess tiegħu għall-kont tal-utent.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>