European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/1147

20.2.2026

Avviż għall-attenzjoni ta' ċerti persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/891 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta' azzjonijiet li jiddestabbilizzaw ir-Repubblika tal-Moldova u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/888 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta' azzjonijiet li jiddestabbilizzaw ir-Repubblika tal-Moldova

(C/2026/1147)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni ta' Igor Yuryevich CHAIKA, Mihail VLAH, Nelli PARUTENCO, Ilia UZUN, EVRAZIA, persuni u entitajiet li jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/891 (1) dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta' azzjonijiet li jiddestabbilizzaw ir-Repubblika tal-Moldova u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/888 (2) dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta' azzjonijiet li jiddestabbilizzaw ir-Repubblika tal-Moldova.

Il-Kunsill biħsiebu jżomm fis-seħħ il-miżuri restrittivi li jikkonċernaw il-persuni u l-entitajiet imsemmijin hawn fuq b'dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet u/jew evidenza ġodda.

Dawk il-persuni u l-entitajiet huma b'dan infurmati li huma jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiksbu l-informazzjoni relatata maż-żamma fis-seħħ tal-miżuri restrittivi, qabel is- 27 ta' Frar 2026 , fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

General Secretariat

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu


(1)   ĠU L 114, 2.5.2023, p. 15.

(2)   ĠU L 114, 2.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1147/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)