|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2667 |
10.10.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2024/2667
tat-8 ta’ Ottubru 2024
dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2023/2130 (BiH/38/2024)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2004/570/PESK tat-12 ta’ Lulju 2004 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Fit-12 ta’ Lulju 2004, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2004/570/PESK, li stabbiliet operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina (Operazzjoni ALTHEA). |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 6(1) tal-Azzjoni Konġunta 2004/570/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-Operazzjoni ALTHEA. |
|
(3) |
Fis-26 ta’ Settembru 2023, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/2130 (2) li taħtar lill-Ġeneral Maġġur László STICZ bħala l-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-Operazzjoni ALTHEA mill-21 ta’ Jannar 2024. |
|
(4) |
Fis-26 ta’ Lulju 2024, l-awtoritajiet militari Rumeni pproponewil-ħatra tal-Ġeneral Maġġur Florin-Marian BARBU biex jieħu post il-Ġeneral Maġġur László STICZ bħala l-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-Operazzjoni ALTHEA (il-“ħatra proposta”). Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE ta’ Operazzjoni ALTHEA appoġġa l-ħatra proposta. |
|
(5) |
Fit-3 ta’ Settembru 2024, il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa l-ħatra proposta u qabel li l-Maġġur Ġeneral Florin-Marian BARBU jinħatar bħala Kmandant tal-Forza tal-UE għall-Operazzjoni ALTHEA. |
|
(6) |
Għandha tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tal-Maġġur Ġeneral Florin-Marian BARBU bħala Kmandant tal-Forza tal-UE għall-Operazzjoni ALTHEA. |
|
(7) |
Jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2023/2130 titħassar. |
|
(8) |
Fit-12 u t-13 ta’ Diċembru 2002, il-Kunsill Ewropew ta’ Copenhagen adotta dikjarazzjoni li ssostni li l-arranġamenti “Berlin plus” u l-implimentazzjoni tagħhom ser japplikaw biss għal dawk l-Istati Membri tal-Unjoni li huma wkoll membri tan-NATO jew partijiet għas-“Sħubija għall-Paċi”, u li konsegwentement ikkonkludew ftehimiet bilaterali dwar is-sigurtà man-NATO, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ġeneral Maġġur Florin-Marian BARBU huwa b’dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina (Operazzjoni ALTHEA) mill-21 ta’ Jannar 2025.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni (PESK) 2023/2130 hija b’dan imħassra.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Jannar 2025.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ottubru 2024.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
D. PRONK
(1) ĠU L 252, 28.7.2004, p. 10.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2023/2130 tas-26 ta’ Settembru 2023 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2022/2539 (BiH/35/2023) (ĠU L, 2023/2130, 11.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2130/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2667/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)