<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-545/09</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62009CC0545</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:461">EU:C:2011:461</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>16</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>16</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET MENGOZZI — KAWŻA C-545/09</P><P>IL-KUMMISSJONI vs IR-RENJU UNIT</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Mengozzi</HT></P><P>ppreżentati fis-<DATE ISO="20110707">7 ta’ Lulju 2011</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P>Kawża C-545/09</P><P>Il-Kummissjoni Ewropea</P><P>vs</P><P>Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq</P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Dritt għall-promozzjoni u għall-irtirar tal-għalliema kkollokati jew assenjati minn Stat Membru ma’ skejjel Ewropej</KEYWORD><KEYWORD>Iffriżar tar-remunerazzjonijiet matul il-kollokament jew l-assenjazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Interpretazzjoni u applikazzjoni tal-Artikoli 12(4)(a) u 25(1) tal-Konvenzjoni li tiddefinixxi l-istatut tal-iskejjel Ewropej</KEYWORD><KEYWORD>Klawżola ta’ arbitraġġ</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>F’din il-kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija mitluba sabiex għall-ewwel darba tagħti deċiżjoni dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta’ wħud mid-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni li tiddefinixxi l-Istatut tal-iskejjel Ewropej<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 16, Vol. 1, p. 16.</P></NOTE>, li ġiet iffirmata fil-Lussemburgu fil-<DATE ISO="19940621">21 ta’ Ġunju 1994</DATE>, li daħlet fis-seħħ fl-<DATE ISO="20021001">1 ta’ Ottubru 2002</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Skont l-Artikolu 33 tal-Konvenzjoni, din daħlet fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara d-depożitu tal-istrumenti kollha ta’ ratifika mill-Istati Membri u tal-atti li jinnotifikaw il-konklużjoni mill-Komunitajiet Ewropej. Ara wkoll, is-sentenza tat-<DATE ISO="20100930">30 ta’ Settembru 2010</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Belġju (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-132/09" PAGE.ECR="I-8695" YEAR="2010">C-132/09, Ġabra p. I-8695</REF.DOC.ECR>, punti 13 u 14). Għalkemm l-Anness I tal-Konvenzjoni ma jsemmix ħlief għaxar skejjel Ewropej, fil-verità jeżistu erbatax stabbiliti fit-territorju ta’ seba’ Stati Membri (ħamsa fil-Belġju, tlieta fil-Ġermanja, waħda fl-Italja, tnejn fil-Lussemburgu, waħda fil-Pajjiżi Baxxi, waħda fi Spanja u, waħda fir-Renju Unit). Fil-preżent dawn l-iskejjel jilqgħu madwar 22 500 student.</P></NOTE> u li għaliha l-Istati Membri kollha kif ukoll il-Komunitajiet Ewropej (issa l-Unjoni Ewropea) huma partijiet kontraenti (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Konvenzjoni<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Speċifikament, il-Qorti tal-Ġustizzja intalbet mill-Kummissjoni Ewropea, skont il-klawżola ta’ arbitraġġ prevista fl-Artikolu 26 tal-imsemmija konvenzjoni, fil-kuntest ta’ kawża kontra r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, tikkonstata, minn naħa, li l-Artikolu 12(4)(a) tal-Konvenzjoni għandu jiġi interpretat u applikat b’mod li jiżgura li l-għalliema kkollokati jew assenjati minn Stat Membru jkollhom aċċess, matul il-kollokament jew l-assenjazzjoni tagħhom, għall-istess avvanz fil-karriera u għall-istess żieda fil-paga bħall-għalliema assenjati fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru u, min-naħa l-oħra li l-esklużjoni ta’ wħud mill-għalliema kkollokati jew assenjati mir-Renju Unit, matul il-kollokament tagħhom, mill-aċċess għal skali ta’ salarji iktar vantaġġużi (b’mod partikolari dawk deskritti bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>threshold pay<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>excellent teacher system<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>advanced skills teachers<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) u għal pagamenti addizzjonali oħra (bħalma huma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>teaching and learning responsibility payments<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>) kif ukoll mill-avvanz fl-iskali tal-pagi eżistenti bħal dawk li minnhom jibbenefikaw l-għalliema impjegati fl-iskejjel issussidjati<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Għalkemm il-verżjoni Franċiża tar-rikors tuża l-frażi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>écoles publiques<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, il-verżjoni fil-lingwa oriġinali tuża l-frażi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>maintained schools<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> li tikkorrispondi, kif sejjer nuri iktar ’il quddiem, għall-iskejjel <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>issussidjati<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</P></NOTE> fl-Ingilterra u ta’ Wales hija inkompatibbli mal-Artikolu 12(4)(a) u l-Artikolu 25(1) tal-Konvenzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="2"?><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Essenzjalment, il-Kummissjoni takkuża lir-Renju Unit li ma żgurax li l-għalliema assenjati minn dan l-Istat Membru mal-iskejjel Ewropej iżommu d-dritt għall-promozzjoni u għall-irtirar iggarantiti mir-regoli nazzjonali tagħhom, skont l-Artikolu 12(4)(a) tal-Konvenzjoni u li ma żammx ir-remunerazzjoni mħallsa lill-imsemmija għalliema, bi ksur tal-Artikolu 25(1) tal-imsemmija konvenzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Il-kwistjoni li dwarha ma jaqblux il-Kummissjoni u r-Renju Unit insibuha f’kuntest doppjament partikolari.</TXT></NP><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, dak tas-sistema applikabbli għall-iskejjel Ewropej għall-għalliema tagħhom. Fit-tieni lok, dak tas-sistema tat-tagħlim u tar-remunerazzjoni tal-għalliema implementata mir-Renju Unit għal dak li jikkonċerna, fil-każ partikolari, l-Ingilterra u Wales.</TXT></NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Rigward l-ewwel punt, għandu jitfakkar, kif ipoġġi f’riljev il-preambolu tal-Konvenzjoni, li s-sistema tal-iskejjel Ewropej hija sistema <HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT> introdotta sabiex tiżgura l-edukazzjoni komuni tat-tfal tal-persunal tal-istituzzjonijiet Ewropej bil-għan tal-funzjonament tajjeb ta’ dawn tal-aħħar<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Ara wkoll is-sentenza tal-<DATE ISO="20110614">14 ta’ Ġunju 2011</DATE>, Paul Miles <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-196/09" PAGE.ECR="I-5105" YEAR="2011">C-196/09, Ġabra p. I-5105</REF.DOC.ECR>, punt 39). L-iskejjel jipprovdu tagħlim f’diversi lingwi u multikulturali lit-tfal li jattendu l-livelli tal-kindergarden, primarju u sekondarju.</P></NOTE>. Il-preambolu jippreċiża li din is-sistema toħloq forma ta’ kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u bejniethom u l-Unjoni, b’osservanza kompleta tar-responsabbiltà ta’ dawk tal-ewwel rigward il-kontenut tat-tagħlim u l-organizzazzjoni tas-sistema edukattiva tagħhom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Din il-premessa tal-preambolu tirrepeti, parzjalment, il-kontenut tal-Artikolu 165(1) TFUE.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>Huwa f’dan l-ispirtu li, minn naħa, skont l-Artikolu 25 tal-Konvenzjoni, il-baġit tal-iskejjel huwa ffinanzjat b’mod partikolari mill-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri permezz tal-ħlas tar-remunerazzjonijiet lill-għalliema kkollokati jew assenjati minnhom u, mill-kontribuzzjoni tal-Unjoni, intiża biex tkopri d-differenza bejn l-ammont totali tal-infiq tal-iskejjel u t-total tad-dħul l-ieħor.</TXT></NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, bis-saħħa tal-Artikolu 3(2) tal-Konvenzjoni, it-tagħlim fl-iskejjel Ewropej huwa żgurat mill-għalliema kkollokati jew assenjati mill-Istati Membri konformament mad-deċiżjonijiet meħuda mill-Bord tal-Gvernaturi — wieħed mill-korpi tal-imsemmija skejjel<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Il-Bord tal-Gvernaturi huwa b’mod partikolari ffurmat minn rappreżentanti fil-livell Ministerjali tal-Istati Membri u ta’ membru tal-Kummissjoni. Huwa nkarigat li jissorvelja l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni u jgawdi għal dan l-iskop minn poteri ta’ deċiżjonijiet f’materja ta’ edukattivi, tal-estimi u amministrattivi, konformament mal-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni.</P></NOTE> — skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 12(4).</TXT></NP><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 12(4)(a) tal-Konvenzjoni, f’materja amministrattiva, il-Bord tal-Gvernaturi jistabbilixxi, kull sena, fuq proposta tal-Bordijiet tal-Ispetturi, il-bżonnijiet tal-persunal tal-għalliema billi joħloq u jelimina karigi. Huwa jiżgura allokazzjoni ġusta tal-karigi fost l-Istati Membri. Flimkien mal-gvernijiet, huwa jirregola l-kwistjonijiet dwar l-assenjazzjoni u l-kollokament tal-għalliema fl-iskejjel sekondarja, għalliema fl-iskejjel primarja u kunsilliera tal-iskejjel. Dawn għandhom iżommu d-drittijiet tagħhom ta’ promozzjoni u rtirar iggarantiti mir-regoli nazzjonali tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mir-regolament tal-persunal ikkollokat fl-iskejjel Ewropej, adottat mill-Bord tal-Gvernaturi abbażi tal-Artikolu 12(1) tal-Konvenzjoni u applikabbli wara l-<DATE ISO="19960901">1 ta’ Settembru 1996</DATE>, jirriżulta li l-kollokament ma jistax jeċċedi, bħala regola ġenerali, tul ta’ disa’ snin.</TXT></NP><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Dan ir-regolament fih ukoll xi dispożizzjonijiet dwar ir-remunerazzjoni u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-għalliema kkollokati jew assenjati ma’ dawn l-iskejjel. B’mod speċjali, l-Artikolu 49 tar-Regolament jipprovdi li l-għalliema kkollokati għandhom jirċievu, minn naħa, il-pagi nazzjonali tagħhom imħallsin mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, u, min-naħa l-oħra, id-differenza bejn ir-remunerazzjoni prevista minn dan ir-regolament u l-valur tal-kambju fir-remunerazzjonijiet<?PAGE NO="3"?> nazzjonali, wara li jitnaqqsu l-kontribuzzjonijiet soċjali obbligatorji, li titħallas mill-iskejjel Ewropej (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>suppliment Ewropew<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>). Barra minn hekk, skont l-Artikolu 72(1) tal-Istatut, il-membru tal-persunal li jieqaf definittivament mid-dmirijiet tiegħu huwa intitolat, meta jitlaq u sakemm dan it-tmiem ma jkunx riżultat ta’ miżura dixxiplinarja, għall-ħlas ta’ allowance ta’ tmiem l-impjieg proporzjonali għat-tul ta’ servizz effettivament imwettaq, sa massimu ta’ disa’ snin. Dan il-kumpens huwa kkalkolat, skont l-Artikolu 72(2), fuq il-bażi tad-differenza bejn l-ammont tas-salarju bażiku Ewropew ta’ xahar u nofs, skont il-koeffiċjent ta’ korrezzjoni stabbilit għall-pajjiż ta’ oriġini tiegħu u xahar u nofs tal-aħħar salarju bażiku nazzjonali għal kull sena ta’ servizz.</TXT></NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, l-Istatut ma jistabbilixxix skema ta’ rtirar għall-għalliema kkollokati, li jkomplu jikkontribwixxu għall-iskemi nazzjonali tagħhom matul il-kollokament tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Dwar it-tieni punt, li jittratta l-partikolaritajiet tas-sistema ta’ tagħlim fir-Renju Unit, għandu jiġi osservat li din taqa’ taħt il-kompetenza tal-awtoritajiet diċentralizzati li huma maqsuma fi tlett żoni separati, jiġifieri l-Ingilterra u Wales, li flimkien jiffurmaw żona waħda, l-Irlanda ta’ Fuq, u l-Iskozja. Il-kundizzjonijiet ta’ xogħol f’kull waħda minn dawn iż-żoni huma differenti.</TXT></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda ż-żona ffurmata mill-Ingilterra u Wales, l-unika waħda li tidher f’din il-kawża, il-maġġoranza tal-għalliema huma impjegati minn waħda mill-iskejjel issussidjati (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>maintained schools<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>). Ir-remunerazzjoni u l-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ dawn l-għalliema huma ddeterminati minn ordni tal-Ministru kompetenti, jiġifieri d-dokument dwar l-istatus u r-remunerazzjoni tal-għalliema tal-iskejjel (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>School Teachers Pay and Conditions Document<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, iktar <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>il quddiem is-STPCD<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>), li jorbot fuq kull kuntratt ta’ xogħol konkluż minn skola ssussidjata.</TXT></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Numru ta’ għalliema huma impjegati mhux minn skola ssussidjata, imma minn skejjel ta’ tip ieħor, bħal pereżempju l-iskejjel pubbliċi indipendenti u dawk li jilqgħu studenti b’kapaċitajiet differenti ssussidjati minn sponsors (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>academies<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>), l-iskejjel privati, l-iskola Ewropea ta’ Culham jew l-iskejjel immexxija minn gvernijiet barranin. Għal dawn l-iskejjel, il-modalitajiet u l-kundizzjonijiet tax-xogħol stabbiliti mis-STPCD għandhom natura mhux obbligatorja.</TXT></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Fil-verżjoni tiegħu tal-2009, is-STPCD jipprovdi tabelli ta’ remunerazzjoni li jinkludu l-elementi prinċipali li ġejjin.</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Għall-għalliema teżisti skala ta’ salarji bażika maqsuma fuq sitt skali. Il-kriterju prinċipali biex wieħed jitla’ dawn l-iskali huwa l-livell ta’ esperjenza kkalkolat fuq is-snin ta’ servizz imwettqa. B’mod ġenerali, min jimpjega għalliem għandu jattribwilu skala għal kull sena ta’ xogħol bħala għalliem. B’hekk, apparti mill-każijiet eċċezzjonali ta’ riżultati mhux sodisfaċenti, il-progress fuq din l-iskala huwa wieħed awtomatiku.</TXT></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Fl-2000, ġiet introdotta skema ġdida msejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>threshold pay<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>. B’applikazzjoni ta’ din l-iskema, l-għalliema Ingliżi u Welsh setgħu, ladarba jkunu waslu fl-aħħar skala ta’ salarju bażiku, japplikaw sabiex jaqbżu l-limitu u jgħaddu għal skala ta’ salarju ogħla (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>post-threshold pay scale<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>), maqsuma fi tliet skali (U1 sa U3). L-għalliema li jkunu jixtiequ jitfgħu din l-applikazzjoni huma meħtieġa jissodisfaw ċerti kriterji ta’ rendiment professjonali, jipprovdu provi tal-kwalifiki tagħhom u jitolbu evalwazzjoni tal-ħiliet tagħhom. L-istandards professjonali li għandhom jiġu sodisfatti jinsabu f’dokument imsejjaħ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>standards professjonali għall-għalliema<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Professionnel Standards for Teachers<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>). L-evalwazzjoni ssir mill-kapijiet tal-iskejjel, li għandhom jiżguraw li l-għalliem li jkun qed jiġi evalwat jissodisfa dawn l-istandards. Ladarba għalliem jaqbeż il-limiti u jaċċedi għal skala ogħla (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>post-threshold teacher<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>), il-progress tiegħu ma jkunx wieħed awtomatiku, iżda jiddependi fuq ir-riżultati ta’ intervisti annwali ta’ evalwazzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, is-STPCD jipprovdi l-possibbiltà għall-iskejjel issussidjati li joħolqu postijiet għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>għalliema eċċellenti<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Excellent Teachers<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>ET<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>) u għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>għalliema li għandhom kapaċitajiet avvanzati<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Advanced Skills Teacher<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>AST<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>), li għalihom tapplika tabella ta’ salarju differenti (AST 1 sa AST 18), kif ukoll għal pożizzjonijiet li jagħtu dritt għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>allowances għal responsabbiltà ta’ tagħlim u taħriġ edukattiv<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Teaching and Learning Responsibility Payments<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>TLRP<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>). Għalliem ma jistax jokkupa iktar minn wieħed minn dawn il-karigi fl-istess ħin.</TXT></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>L-għalliema li jkunu jixtiequ jidħlu fl-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>Excellent Teacher Scheme<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> għandhom ikunu kklassifikati għal mill-inqas sentejn fl-aħħar tliet livelli tal-iskala ta’ salarju ogħla u għandhom jagħtu prova ta’ ħiliet vokazzjonali speċifiċi, stabbiliti fl-istandards professjonali applikabbli għall-għalliema. Madankollu huma ma jkunux jistgħu jitolbu evalwazzjoni f’dan ir-rigward ħlief fil-każ ta’ pożizzjoni ta’ għalliem ET vakanti fl-iskola tagħhom stess. Dawn l-evalwazzjonijiet isiru minn evalwaturi esterni, sabiex tiġi żgurata uniformità fil-proċedura ta’ evalwazzjoni. Minbarra d-dmirijiet normali tagħhom fil-klassi, l-ET għandhom rwol importanti fl-iskejjel tagħhom billi jgħinu lil għalliema oħra sabiex itejbu l-effettività tagħhom u billi jikkontribwixxu sabiex jintlaħqu għanijiet edukattivi permezz ta’ titjib fil-kwalità tat-tagħlim fl-iskola.</TXT></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Sabiex ikunu eliġibbli għal kariga ta’ AST, il-kandidati mhux neċessarjament ikunu diġà qabżu l-limitu, imma madankollu għandhom jissodisfaw il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>post-threshold teacher standards<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, jiġifieri l-istandards professjonali applikabbli għall-ET kif ukoll dawk imposti speċifikament għall-AST, bħal dawk stabbiliti mill-istandards professjonali applikabbli għall-għalliema. L-evalwazzjonijiet f’dan ir-rigward jitwettqu minn evalwaturi esterni. Dawn il-pożizzjonijiet huma marbuta b’responsabbiltajiet addizzjonali. L-għalliema AST għandhom jiddedikaw, bħala regola ġenerali, 80 % tal-ħin tax-xogħol tagħhom għat-tagħlim fil-klassijiet u l-kumplament tal-ħin għal ħidmiet addizzjonali, li jsiru ma’ jew għall-benefiċċju ta’ għalliema minn skejjel oħra. B’differenza mill-pożizzjonijiet ET, il-pożizzjonijiet AST huma għalhekk maħsuba għal kollaborazzjoni ma’ skejjel oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, it-TLRP huma miftuħin għall-għalliema kollha li jaħdmu fil-klassijiet, mingħajr ma jkunu meħtieġa li jaqbżu l-limitu. Dawn l-allowances, li jirrigwardaw pożizzjonijiet partikolari fl-istruttura tal-persunal ta’ skola pjuttost milli persuni partikolari, jingħataw lill-għalliema li jieħdu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>responsabbiltà addizzjonali għal tul ta’ żmien fil-kuntest tal-istruttura tal-persunal<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> tal-iskola. Dawn huma maħsuba sabiex jikkumpensaw ir-responsabbiltajiet li jmorru lil hinn minn dawk tal-għalliema kollha li jgħallmu fil-klassi u jirrigwardaw b’mod partikolari l-għajnuna lill-istudenti barra mill-klassi jew ir-rwol promotur imwettaq mill-għalliem fl-iżvilupp tas-suġġetti jew tal-programm.</TXT></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Irrispettivament mill-istatus tal-iskola ta’ oriġini tagħhom, l-għalliema tar-Renju Unit jistgħu kollha jitolbu li jiġu assenjati mal-iskejjel Ewropej.</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Madankollu, l-għalliema magħżula ma jżommux ir-relazzjoni kuntrattwali tagħhom ma’ min kien jimpjegahom qabel, imma jiffirmaw, għall-finijiet tal-assenjazzjoni, kuntratt ġdid ta’ xogħol mal-Ministeru tat-Tfal, tal-Iskejjel u tal-Familja (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>Department for Children, Schools and Families<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>Ministeru tal-Edukazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Dan il-kuntratt ta’ xogħol jipprovdi, għall-għalliema Ingliżi u Welsh, li s-STPCD ma japplikax għall-għalliema tal-iskejjel Ewropej. Madankollu dan jipprovdi li l-pagi nazzjonali mħallsa kull xahar lill-għalliema assenjati jiġu ffissati skont l-iskala ta’ salarju bażiku prevista mis-STPCD u li għandhom jitħallsu ż-żidiet annwali tal-pagi nnegozjati fuq il-livell nazzjonali, applikabbli skont is-STPCD. Huwa pprovdut li ebda żieda oħra tal-paga nazzjonali ma għandha titħallas u li ebda għalliem assenjat ma jista’, matul iż-żmien li fih huwa jkun assenjat mal-iskejjel Ewropej, jitlob li jibbenefika minn skala ta’ salarju ogħla, minn allowance addizzjonali jew minn status addizzjonali msemmija mis-STPCD. Fl-aħħar nett, dan il-kuntratt ta’ xogħol jispeċifika li s-servizz fi skola Ewropea jagħti d-dritt għal pensjoni skont l-iskema ta’ rtirar tal-għalliema Ingliżi u Welsh u li l-kontribuzzjonijiet għal din l-iskema għandhom ikunu bbażati fuq il-paga nazzjonali biss.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Kien wara numru kbir ta’ lmenti mill-għalliema Britanniċi assenjati mal-iskejjel Ewropej u ta’ ħafna mistoqsijiet parlamentari li l-Kummissjoni ripetutament sa mill-2000 kitbet lill-Ministri tal-Edukazzjoni suċċessivi tar-Renju Unit, filwaqt li invokat l-inkompatibbiltà mal-Konvenzjoni tad-deċiżjoni li l-għalliema Britanniċi kkollokati mal-iskejjel Ewropej ma jingħatawx l-aċċess għall-iskala ta’ salarju ogħla marbuta mar-rendiment tagħhom. L-ewwel korrispondenza ta’ ittri matul is-snin 2000 u 2001 kif ukoll it-tieni korrispondenza fl-2007 ma wassalx sabiex din id-differenza tiġi solvuta. Il-Kummissjoni għalhekk talbet li l-kwistjoni tiġi eżaminata waqt il-laqgħa tal-Bord tal-Gvernaturi tal-20 sat-<DATE ISO="20081022">22 ta’ Ottubru 2008</DATE>. Fl-<DATE ISO="20081120">20 ta’ Novembru 2008</DATE>, saret vidjokonferenza bejn ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni u l-Ministeru tal-Edukazzjoni, li madankollu ma wasslitx għal soluzzjoni tal-kwistjoni. Fit-<DATE ISO="20090113">13 ta’ Jannar 2009</DATE>, il-Kummissjoni bagħtet lill-Bord tal-Gvernaturi l-aħħar talba maħsuba sabiex issolvi l-kwistjoni, filwaqt li ddikjarat li jekk ma jinkiseb ebda riżultat, hija kienet ser tkun kostretta tressaq kawża quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 26 tal-Konvenzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Il-kwistjoni tal-interpretazzjoni tal-Artikoli 12(4)(a) u 25(1) tal-Konvenzjoni tal-iskejjel Ewropej ġiet eżaminata matul il-laqgħa tal-Bord tal-Gvernaturi tal-20 u l-<DATE ISO="20090121">21 ta’ Jannar 2009</DATE>. Sussegwentement għal din il-laqgħa, il-Bord tal-Gvernaturi kkonkluda li huwa ma rnexxilux isolvi din il-kwistjoni u ħa konjizzjoni tal-intenzjoni tal-Kummissjoni li tippreżenta rikors għal interpretazzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u għall-applikazzjoni fil-konfront tar-Renju Unit ibbażata fuq l-Artikolu 26 tal-Konvenzjoni marbut mal-Artikoli 10 KE u 39 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Kien f’dawn iċ-ċirkustanzi li, fit-<DATE ISO="20091218">18 ta’ Diċembru 2009</DATE>, il-Kummissjoni ppreżentat dan ir-rikors.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiddikjara li l-Artikolu 12(4)(a) tal-Konvenzjoni għandu jiġi interpretat u applikat b’tali mod li jiżgura li l-għalliema kkollokati minn Stat Membru jkollhom aċċess għall-istess avvanz fil-karriera u fil-paga matul il-kollokament tagħhom, bħal dawk li jgawdu l-għalliema assenjati f’dak l-Istat Membru, u li l-esklużjoni ta’ ċerti għalliema kkollokati mir-Renju Unit mill-aċċess għat-tabelli ta’ pagi mtejba (b’mod partikolari dawk magħrufa bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>threshold pay<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>excellent teacher system<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>advanced skills teachers<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>) u minn pagamenti oħra (bħal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>teaching and learning responsibility payments<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>) matul il-kollokament tagħhom, kif ukoll mill-avvanz ta’ skali ta’ paga eżistenti disponibbli għall-għalliema impjegati fl-iskejjel issussidjati Ingliżi u Welsh hija inkompatibbli mal-Artikolu 12(4)(a) u l-Artikolu 25(1) tal-Konvenzjoni.</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-Renju Unit għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Ir-Renju Unit jistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tiċħad ir-rikors.</TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Is-sottomissjonijiet orali ta’ dawn il-partijiet instemgħu fis-seduta tal-<DATE ISO="20110504">4 ta’ Mejju 2011</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Kif diġà ġie rrilevat fl-introduzzjoni, it-talbiet tal-Kummissjoni jinqasmu f’żewġ partijiet. L-ewwel waħda tirrigwarda, b’mod pjuttost ġenerali, l-interpretazzjoni li għandha tingħata lill-aħħar sentenza tal-Artikolu 12(4)(a) tal-Konvenzjoni filwaqt li t-tieni waħda tindirizza, b’mod iktar speċifiku, il-promozzjoni fil-karriera ta’ wħud mill-għalliema assenjati mir-Renju Unit mal-iskejjel Ewropej matul il-perijodu ta’ assenjazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Din id-dikotomija fit-talba tidher li tirrifletti l-formulazzjoni tal-klawżola ta’ arbitraġġ li tinsab fl-Artikolu 26 tal-Konvenzjoni li jipprovdi li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha jkollha ġurisdizzjoni esklużiva f’tilwim bejn il-partijiet kontraenti rigward <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> ta’ din il-konvenzjoni u li ma jkunx ġie solvut mill-Bord tal-Gvernaturi.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Anki jekk stess, kif jixhdu n-noti tal-partijiet, mhux daqstant faċli li wieħed jiddistingwi bejn parti waħda u l-oħra, ser insegwi l-approċċ li tipproponi l-Kummissjoni fir-rikors.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-interpretazzjoni tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 12(4)(a) tal-Konvenzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Kif diġà ssemma fl-introduzzjoni, l-Artikolu 12(4)(a) tal-Konvenzjoni, jagħti lill-Bord tal-Gvernaturi l-kompitu li jistabbilixxi kull sena l-bżonnijiet ta’ persunal tal-għalliema fl-iskejjel Ewropej u li jiżgura tqassim ġust tal-impjiegi fost l-Istati Membri. Din id-dispożizzjoni tipprovdi wkoll li l-Bord tal-Gvernaturi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>jiftiehem mal-Gvernijiet fuq kwistjonijiet dwar in-nomini [l-assenjazzjoni] jew l-issekondar [kollokament] tal-[għalliema]. Il-persunal għandu jżomm id-drittijiet ta’ promozzjoni u rtirar garantiti mir-regoli nazzjonali tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 12(4)(a) tal-Konvenzjoni, il-Kummissjoni ssostni, minn naħa, li din timponi obbligu fuq l-Istati Membri u tagħti dritt lill-għalliema kkollokati jew assenjati u, min-naħa l-oħra, li t-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>promozzjoni<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> għandu jiġi interpretat b’mod wiesa’ sabiex ikopri d-diversi sistemi nazzjonali ta’ remunerazzjoni applikabbli għall-għalliema f’każ ta’ kollokament jew assenjazzjoni, u inkluż il-klassifikazzjoni fi skala ta’ salarju ogħla.</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Ir-Renju Unit jikkontesta din l-interpretazzjoni bil-qawwa. Huwa jikkunsidra, fl-ewwel lok, li l-Artikolu 12(4)(a) tal-Konvenzjoni huwa indirizzat biss lill-Bord tal-Gvernaturi mingħajr ma jimponi obbligi fuq l-Istati Membri. Din id-dispożizzjoni titlob lil dan il-Bord sabiex josserva l-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-promozzjoni u l-irtirar meta dan il-korp jeżerċita l-funzjonijiet amministrattivi tiegħu. Kien ikun jagħmel verament ftit sens, skont ir-Renju Unit, li l-Konvenzjoni tobbliga lill-Istati Membri li josservaw il-leġiżlazzjoni tagħhom stess. Fit-tieni lok, ir-Renju Unit iqis li t-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>promozzjoni<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> jindika biss l-avvanz ta’ għalliem għal pożizzjoni ogħla u li għandu iktar responsabbiltajiet fi ħdan l-istruttura tal-iskejjel, bħall-pożizzjonijiet ta’ kapijiet ta’ skola (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>head teachers<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>) u ta’ assistenti kapijiet ta’ skola (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>deputy head teachers<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Min-naħa tiegħi, jiena naqbel, essenzjalment, mal-interpretazzjoni proposta mill-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Huwa ċertament veru li l-aħħar sentenza tal-Artikolu 12(4)(a) tal-Konvenzjoni nsibuha f’kapitolu ddedikat għas-setgħat tal-Bord tal-Gvernaturi u li l-Artikolu 3(2) ta’ din il-konvenzjoni jirreferi għad-deċiżjonijiet meħuda minn dan il-Bord skont l-Artikolu 12(4).</TXT></NP><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Il-fatt jibqa’ li, kuntrarjament għal dak li jsostni r-Renju Unit, l-Artikolu 12(4)(a) tal-Konvenzjoni ma huwiex indirizzat biss lill-Bord tal-Gvernaturi, iżda wkoll lill-Istati Membri, bħala partijiet kontraenti, kif jissemma espressament fis-sentenza ta’ qabel tal-aħħar tal-imsemmi artikolu li tirreferi għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>mal-Gvernijiet<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Billi tipprovdi li l-għalliema kkollokati jew assenjati jżommu d-drittijiet tagħhom għall-promozzjoni u għall-irtirar iggarantiti bir-regoli nazzjonali tagħhom, din id-dispożizzjoni ma hijiex intiża sabiex tissuġġetta ż-żamma ta’ dawn id-drittijiet għal deċiżjoni tal-Bord tal-Gvernaturi, imma sabiex tobbliga lill-Istati Membri li jiżguraw li dawn l-għalliema ma jiġux ippenalizzati minħabba l-kollokament jew l-assenjazzjoni tagħhom, b’mod temporanju, mal-iskejjel Ewropej.</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju ta’ dak li jqis ir-Renju Unit, jidhirli li din il-penalizzazzjoni ma tistax tiġi eskluża bl-argument li kull Stat Membru għandu josserva r-regoli nazzjonali tiegħu stess.</TXT></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>Tabilħaqq, fin-nuqqas ta’ obbligu konvenzjonali maħsub sabiex jiżgura li l-għalliema kkollokati <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>jżomm[u]<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>retain<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>) id-drittijiet għall-promozzjoni u għall-irtirar iggarantiti mir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>regoli nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>national rules<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>) tagħhom, jiġifieri dawk li huma kienu jistgħu jsostnu li jkollhom aċċess għalihom li kieku baqgħu impjegati mal-Istat Membru ta’ oriġini tagħhom, tali regoli nazzjonali jistgħu faċilment<?PAGE NO="7"?> jiġu emendati jew adattati mill-Istati Membri preċiżament skont ċerti sitwazzjonijiet speċifiċi, inklużi dawk li ġeneralment jinvolvu ċaqliq lejn Stat Membru ieħor bħal fil-każ tal-maġġoranza kbira tal-għalliema tar-Renju Unit ikkollokati jew assenjati mal-iskejjel Ewropej.</TXT></NP><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, sabiex l-aħħar sentenza tal-Artikolu 12(4)(a) tal-Konvenzjoni ma tiġix imċaħħda għal kollox minn kull effett prattiku, jidhirli li ma tistax tiġi interpretata bħala li timponi obbligi biss fuq il-Bord tal-Gvernaturi peress li l-adozzjoni u l-kontenut tar-regoli dwar il-promozzjoni u l-irtirar tal-għalliema kkollokati jew assenjati huma stabbiliti fuq livell nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>Rigward <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>il-promozzjoni<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>, għandu jiġi rrilevat li l-verżjoni fil-lingwa Ingliża, tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 12(4)(a) tal-Konvenzjoni, tuża t-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>promotion<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>, u dan jista’ jispjega parzjalment il-kontroversja madwar din il-kelma. Għalkemm minn qari tal-verżjonijiet lingwistiċi oħra tal-Konvenzjoni ma tirriżultax tendenza ċara li tippermetti li jiġi identifikat liema minn dawn iż-żewġ kelmiet għandha tingħata l-iktar importanza, jidhirli, irrispettivament mit-terminu użat, li l-għan tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 12(4)(a) tal-Konvenzjoni kien, kif jiena indikajt, li jiġi evitat li l-perijodu ta’ kollokament jew ta’ assenjazzjoni ma jkunx jista’ jippenalizza lill-għalliema assenjati mal-iskejjel Ewropej, u għandu jiġi eskluż, kif jissuġġerixxi r-Renju Unit, li d-drittijiet li għandhom iżommu dawn l-għalliema jkunu limitati għall-aċċess għal pożizzjonijiet li għandhom isem li jirrifletti grad ogħla fil-ġerarkija tal-iskejjel nazzjonali u mgħobbija b’iktar responsabbiltajiet.</TXT></NP><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-portata stess tat-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>promotion<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> ma tistax tkun limitata għall-aċċess għal dawn il-pożizzjonijiet. Tabilħaqq, dan it-terminu normalment jindika wkoll, kif turi s-sistema ta’ promozzjoni fis-servizz pubbliku tal-Unjoni Ewropea, l-aċċess għal gradi fl-istess karriera (bħal dak ta’ assistenti jew amministraturi), li jġibu magħhom l-applikazzjoni ta’ remunerazzjoni iktar vantaġġuża, mingħajr ma jinvolvu isem differenti u lanqas responsabbiltajiet addizzjonali. Il-kunċett ta’ promozzjoni jew avvanz, fis-sens tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 12(4)(a) tal-Konvenzjoni, jirreferi għalhekk, fl-opinjoni tiegħi, għal sitwazzjoni ta’ progress fil-karriera. Din l-interpretazzjoni tippermetti li tiġi żgurata l-applikazzjoni kemm jista’ jkun uniformi tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 12(4)(a) tal-Konvenzjoni, fid-dawl tad-diversità tas-sistemi nazzjonali tal-promozzjoni u ta’ remunerazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>F’dan l-istadju għandu għalhekk jiġi konkluż li l-aħħar sentenza tal-Artikolu 12(4)(a) tal-Konvenzjoni tobbliga lill-partijiet kontraenti sabiex jiżguraw li, matul it-tul tal-kollokament jew l-assenjazzjoni tagħhom, l-għalliema kkollokati jew assenjati mal-iskejjel Ewropej iżommu d-dritt ta’ avvanz fil-karriera kif ukoll id-dritt ta’ rtirar iggarantit mir-regoli nazzjonali tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>Jibqa’ li jiġi eżaminat l-aħħar punt li, għalkemm ġie invokat mir-Renju Unit sabiex jopponi l-applikabbiltà tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 12(4)(a) tal-Konvenzjoni fit-territorju tiegħu, jirrigwarda madankollu, minn angolu partikolari, l-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni. Dan il-punt jikkonċerna t-tliet termini, ripetuti iktar ’il quddiem fil-virgoletti, li jinsabu fl-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>dritt<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/> għall-promozzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>ggarantit<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/> mir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>regoli nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>Ir-Renju Unit jiddefendi, essenzjalment, l-argument li din l-espressjoni għandha tiġi interpretata litteralment u restrittivament. Issa, fid-dawl tal-karatteristiċi speċifiċi tas-sistema edukattiva Britannika, l-għalliema Ingliżi u Welsh assenjati mal-iskejjel Ewropej ma għandhom l-ebda <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>dritt<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> għall-promozzjoni li huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>ggarantit<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/> minn xi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>regola nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>Għalkemm huwa xieraq li f’dan l-istadju tar-raġunament, dan l-argument jiġi limitat għal dak li jirrigwarda l-interpretazzjoni tal-espressjoni kkontestata, jiena nqis madankollu li huwa importanti li jitfakkar li, l-istess bħal Stati Membri oħra, ir-Renju Unit ma ġie b’ebda mod eżonerat mill-osservanza tal-obbligi li jirriżultaw mill-aħħar sentenza tal-Artikolu 12(4)(a) tal-Konvenzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>Għalhekk jekk huwa b’xi mod possibbli li, minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tas-sistema edukattiva ta’ dan l-Istat Membru, l-għalliema Ingliżi u Welsh ma jibbenefikawx minn status ta’ uffiċjal jew ta’ membru tal-persunal nazzjonali kuntrarjament għal dawk ta’ numru ta’ Stati Membri oħra, il-fatt jibqa’ li l-obbligu li jirriżulta mill-Artikolu 12(4)(a) tal-Konvenzjoni għandu japplika għall-partijiet kontraenti kollha għal din il-konvenzjoni, jiġifieri b’mod partikolari l-Istati Membri kollha, minkejja dawn il-possibbli karatteristiċi speċifiċi.</TXT></NP><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>Għalhekk huwa meħtieġ, fil-fehma tiegħi, li r-riferiment għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>statut national<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/>, li hemm fil-verżjoni Franċiża tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 12(4)(a) tal-Konvenzjoni, jiġi interpretat b’ċerta flessibbiltà rigward preċiżament il-karatteristiċi tas-sistema edukattiva tal-Istati Membri b’mod li din id-dispożizzjoni tkun tista’ żżomm l-effettività tagħha u tiġi applikata fit-territorju ta’ kull Stat Membru. Fl-opinjoni tiegħi, din hija wkoll ir-raġuni li għaliha l-verżjoni Ingliża bħall-verżjonijiet lingwistiċi oħra, ta’ din id-dispożizzjoni ma ssemmitx l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>statut national<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/>, li setgħet kienet kemxejn mhux adattata fil-kuntest tar-Renju Unit — bħal fi Stati Membri oħra fejn, skont it-tqassim tal-kompetenzi fil-qasam tal-edukazzjoni, din għaddiet f’idejn strutturi infra-Statali — imma ssemmi, b’mod iktar ġenerali, iż-żamma ta’ dritt għal promozzjoni ggarantit mir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/>regoli nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/> (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0060" REF.END="QE0060"/>national rules<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Espressjoni simili hija użata fil-verżjoni Ġermaniża (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0061" REF.END="QE0061"/>der Regelung ihres Herkunftsstaates<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/>) u Spanjola (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0062" REF.END="QE0062"/>normativas nacionales<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/>) tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 12(4)(a) tal-Konvenzjoni, probabbilment minħabba l-fatt li s-sistema ekukattiva ta’ dawn l-Istati Membri ma taqax taħt il-korpi ċentrali tagħhom.</P></NOTE>, fis-sens tar-regoli adottati mill-Istati Membri.</TXT></NP><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>Rigward id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0063" REF.END="QE0063"/>dritt<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/> għal promozzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0064" REF.END="QE0064"/>ggarantit<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/> minn dawn ir-regoli nazzjonali, naħseb li huwa meħtieġ li mmorru lil hinn minn interpretazzjoni letterali u restrittiva ta’ dawn iż-żewġ termini. Kif diġà indikajt fil-kuntest tal-interpretazzjoni tat-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0065" REF.END="QE0065"/>promozzjoni<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/>, l-enfasi għandu jitpoġġa fuq l-għan tad-dispożizzjoni inkwistjoni li hija intiża preċiżament sabiex ma jiġux ippenalizzati l-għalliema ta’ Stat Membru assenjati jew ikkollokati mal-iskejjel Ewropej b’mod li jiġu mċaħħda mid-drittijiet ta’ promozzjoni u rtirar li kienu jibbenefikaw minnhom li kieku żammew l-impjieg tagħhom fl-iskejjel tal-Istat Membru ta’ oriġini tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>Kuntrarjament għal dak li jallega r-Renju Unit, id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0066" REF.END="QE0066"/>dritt<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/> għal promozzjoni ma għandux ikun bilfors u esklużivament ikun limitat għal sitwazzjonijiet ta’ dritt ta’ promozzjoni marbuta awtomatikament mas-senjorità. Barra mill-fatt li dan l-argument jidher kontradittorju mal-allegazzjoni ta’ dan l-Istat Membru, eżaminata iktar ’il fuq, fis-sens li l-kunċett ta’ promozzjoni għandu jiġi limitat għall-aċċess għal pożizzjonijiet li jgawdu minn isem li jirrifletti grad ogħla fil-ġerarkija tal-iskejjel nazzjonali u mogħnija b’iktar responsabbiltajiet, li wieħed jaċċetta dan l-argument ikun jillimita l-portata tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 12(4)(a) tal-Konvenzjoni għal sitwazzjonijiet li interpretazzjoni letterali ta’ din id-dispożizzjoni lanqas ma tippermetti.</TXT></NP><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-obbligu tal-Istati Membri huwa li jżommu għall-benefiċċju tal-għalliema assenjati jew ikkollokati mal-iskejjel Ewropej id-dritt għal promozzjoni fil-karriera tagħhom li kien ikun mogħti lilhom li kieku baqgħu impjegati f’dan l-Istat Membru. Għalhekk, skont il-kontenut tad-drittijiet irrikonoxxuti f’kull Stat Membru lill-għalliema rispettivi tagħhom, dan id-dritt jista’, pereżempju, jieħu l-forma verament ta’ dritt għal promozzjoni jew sempliċement dritt ta’ parteċipazzjoni fil-proċeduri li jippermettu progress fil-karriera. Il-kontenut tad-dritt ta’ promozzjoni jista’ għalhekk ivarja minn Stat Membru għal ieħor. Madankollu, dan id-dritt ma jistax ikollu portata inqas wiesgħa minn dik li minnha jibbenefikaw l-għalliema kkollokati jew assenjati mal-iskejjel Ewropej li kieku huma baqgħu f’pożizzjoni fl-iskejjel tal-Istat ta’ oriġini tagħhom, bħall-kollegi tagħhom li baqgħu impjegati f’dak l-Istat Membru. Interpretazzjoni differenti ċċaħħad iċ-ċertezza mogħtija lil dawn l-għalliema mill-aħħar sentenza tal-Artikolu 12(4)(a) tal-Konvenzjoni li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0067" REF.END="QE0067"/>jżomm[u]<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="201D" ID="QE0067"/> id-dritt għal promozzjoni ggarantit mir-regoli nazzjonali tagħhom.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, jiena nipproponi li r-risposta għall-ewwel parti tat-talba tal-Kummissjoni tkun kif ġej: l-aħħar sentenza tal-Artikolu 12(4)(a) tal-Konvenzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li tobbliga lill-partijiet kontraenti li jiżguraw li l-għalliema kkollokati jew assenjati mal-iskejjel Ewropej għandhom, matul it-tul tal-kollokament jew tal-assenjazzjoni tagħhom, iżommu d-drittijiet għal avvanz fil-karriera u għall-irtirar previsti mir-regoli nazzjonali tal-Istat Membru ta’ oriġini tagħhom li kienu jkunu applikabbli għalihom li kieku baqgħu impjegati fis-sistema skolastika ta’ dak l-Istat Membru.</TXT></NP><NP><NO.P>57.</NO.P><TXT>Huwa fir-rigward ta’ din l-interpretazzjoni li għadha kif ingħatat li għandha tiġi eżaminata t-tieni parti tar-rikors li tindirizza, f’iktar dettall, l-aġir tar-Renju Unit rigward il-promozzjoni tal-għalliema li huwa jassenja ma’ skejjel Ewropej.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-aġir tar-Renju Unit rigward il-promozzjoni tal-għalliema assenjati mal-iskejjel Ewropej matul il-perijodu ta’</HT> <HT TYPE="ITALIC">assenjazzjoni tagħhom</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>58.</NO.P><TXT>Skont it-tieni parti tar-rikors, il-Kummissjoni ssostni li wħud mill-għalliema assenjati mir-Renju Unit mal-iskejjel Ewropej għandhom ikunu eliġibbli, matul il-perijodu ta’ assenjazzjoni tagħhom, għall-iskala ogħla tas-salarji (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0068" REF.END="QE0068"/>post-threshold pay scale<QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="201D" ID="QE0068"/>) għall-pożizzjonijiet (ET u AST) u għall-allowances (TLRP), previsti mis-STPCD, kif ukoll għall-promozzjoni fit-tabella ta’ salarji eżistenti, bħall-kollegi tagħhom l-għalliema li baqgħu impjegati fi skejjel issussidjati Ingliżi u Welsh.</TXT></NP><NP><NO.P>59.</NO.P><TXT>Bil-mod li hija fformulata din il-parti, u kuntrarjament għal dak li sostna r-Renju Unit diversi drabi matul din il-proċedura, l-ilmenti tal-Kummissjoni ma jirrigwardawx għalhekk is-sitwazzjoni tal-għalliema Ingliżi u Welsh <HT TYPE="ITALIC">kollha</HT> assenjati mal-iskejjel Ewropej, imma biss ta’ kategorija partikolari fosthom li hija ssostni li jistgħu jibbenefikaw minn trattament ugwali fil-qasam ta’ promozzjoni mal-kollegi tagħhom impjegati fi skejjel issussidjati.</TXT></NP><NP><NO.P>60.</NO.P><TXT>Irrispettivament mid-dibattitu bejn il-partijiet rigward jekk is-STPCD tikkwalifikax bħala regoli nazzjonali fis-sens tal-Artikolu 12(4)(a) tal-Konvenzjoni — dibattitu li dwaru jiena ser nittratta iktar ’il quddiem — huwa ċar li isem komuni tal-kategorija tal-għalliema assenjati mal-iskejjel Ewropej imsemmija fit-tieni parti tar-rikors tal-Kummissjoni jinkludi dawk li, qabel l-assenjazzjoni tagħhom, kienu eliġibbli għal aċċess għal skala ogħla ta’ salarji, jiġifieri l-għalliema li kienu laħqu, qabel l-assenjazzjoni tagħhom, l-aħħar livell (M6) tat-tabella ta’ salarju bażiku stabbilit mis-STPCD<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Skont l-ispjegazzjonijiet tar-Renju Unit, dan kien japplika għal 53 għalliema mill-250 assenjati mal-iskejjel Ewropej fil-mument tal-fatti tal-kawża.</P></NOTE>. Hija għandha tinkludi wkoll, fil-fehma tiegħi, l-għalliema li kienu għamlu progress mill-iskala bażika u li kienu jinsabu fl-aħħar livell ta’ dik l-iskala matul il-perijodu ta’ assenjazzjoni tagħhom u li, matul dan l-istess perijodu, setgħu japplikaw sabiex jaċċedu għal skala ta’ salarju ogħla u/jew għall-pożizzjonijiet imsemmija fir-rikors tal-Kummissjoni, jekk dawn l-għalliema ma kinux imġiegħla jirrinunzjaw għal dawn id-drittijiet fil-kuntest tal-kuntratt konkluż mal-Ministeru tal-Edukazzjoni. Tabilħaqq, minn naħa waħda, huwa paċifiku li l-għalliema kollha assenjati mir-Renju Unit mal-iskejjel Ewropej kienu jgawdu mill-applikazzjoni tal-iskala bażika tas-STPCD. Min-naħa l-oħra, skont l-ispjegazzjonijiet tar-Renju Unit, dawn l-għalliema baqgħu jagħmlu progress fl-imsemmija skala u, jekk kien il-każ, kienu laħqu l-aħħar livell ta’ din l-iskala matul il-perijodu ta’ assenjazzjoni tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>61.</NO.P><TXT>Madankollu, mhux daqstant ċar, fir-rigward tal-mod li bih hija fformulata din it-tieni parti tat-talbiet tal-Kummissjoni, jekk il-kategorija tal-għalliema kkonċernati tinkludix mhux biss l-għalliema li, qabel l-assenjazzjoni tagħhom, kienu impjegati mal-iskejjel issussidjati, jiġifieri l-iskejjel li kienu obbligati li japplikaw is-STPCD, iżda wkoll l-għalliema li kienu jaħdmu fis-servizz skolastiku mhux issussidjat u li, għalhekk, kellhom sempliċement l-għażla li japplikaw is-STPCD.</TXT></NP><NP><NO.P>62.</NO.P><TXT>Qabel ma jiġi eżaminat dan il-punt, jidhirli importanti li tiġi deċiża l-kwistjoni kkontestata tal-klassifikazzjoni tas-STPCD fir-rigward tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 12(4)(a) tal-Konvenzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>63.</NO.P><TXT>Kif jiena diġà indikajt, ir-Renju Unit jallega li s-STPCD ma tikkostitwixxix ir-regoli nazzjonali fis-sens ta’ dan l-artikolu għaliex numru kbir ta’ għalliema fir-Renju Unit ma humiex koperti b’dan id-dokument.</TXT></NP><NP><NO.P>64.</NO.P><TXT>Dan l-argument ma jikkonvinċini xejn.</TXT></NP><NP><NO.P>65.</NO.P><TXT>Huwa veru li l-kundizzjonijiet ta’ xogħol u ta’ remunerazzjoni stabbiliti minn dan id-dokument, adottat b’ordni tal-Ministru tal-Edukazzjoni tar-Renju Unit, ma japplikawx awtomatikament għall-għalliema Ingliżi u Welsh kollha.</TXT></NP><NP><NO.P>66.</NO.P><TXT>Madankollu, l-applikazzjoni tiegħu hija obbligatorja għall-għalliema kollha impjegati mill-iskejjel issussidjati<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Jiġifieri, skont l-indikazzjonijiet ipprovduti mir-Renju Unit, <FT TYPE="NUMBER">435000</FT> persuna.</P></NOTE>, u fakultattiva għal dawk impjegati fl-iskejjel indipendenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Dan ifisser, skont ir-Renju Unit, proporzjon mhux stabbilit ta’ <FT TYPE="NUMBER">89000</FT> għalliema impjegati f’dan it-tip ta’ stabbiliment fl-Ingilterra u Wales.</P></NOTE>. Barra minn hekk, kif jiena diġà indikajt u kif ir-Renju Unit ammetta matul is-seduta, l-iskala bażika stabbilita mis-STPCD torbot lill-għalliema Ingliżi u Welsh kollha assenjati mal-iskejjel Ewropej skont il-kuntratt li dawn tal-aħħar jiffirmaw mal-Ministeru tal-Edukazzjoni, minkejja l-fatt li wħud minnhom kienu impjegati minn skejjel indipendenti qabel ma ġew ikkollokati li, skont il-każ, ma japplikawx jew, tal-inqas, ma japplikawx interament il-kundizzjonijiet tal-impjieg u ta’ remunerazzjoni stabbiliti mis-STPCD.</TXT></NP><NP><NO.P>67.</NO.P><TXT>Peress li r-Renju Unit naqas milli jindika xi dokument ieħor alternattiv li seta’ jiġi kklassifikat bħala li jinkludi r-regoli nazzjonali applikabbli fis-sens tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 12(4)(a) tal-Konvenzjoni, isegwi li, fin-nuqqas ta’ konstatazzjoni ta’ lakuna legali inaċċettabbli fis-sitwazzjoni tar-Renju Unit, huwa biss is-STPCD li għandu l-karatteristiċi ta’ tali regoli nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>68.</NO.P><TXT>Kuntrarjament ukoll għal dak li jsostni r-Renju Unit, jiena ma nistax nammetti li s-STPCD jipprovdi r-regoli nazzjonali, fis-sens tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 12(4)(a) tal-Konvenzjoni, li jwasslu biex lill-għalliema kkollokati jew assenjati mal-iskejjel Ewropej jingħataw drittijiet li għalihom dawn tal-aħħar ma jkunux intitolati taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali u, għalhekk, tikser l-Artikolu 165 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>69.</NO.P><TXT>Tabilħaqq, huwa ċar li l-għan tar-rikors tal-Kummissjoni ma huwiex dak li jġiegħel lir-Renju Unit jirriforma l-organizzazzjoni tas-sistema edukattiva tiegħu bil-għan li jagħti drittijiet lill-għalliema kkollokati jew assenjati mal-iskejjel Ewropej li għalihom ma kinux setgħu jitolbu li kieku baqgħu f’pożizzjoni ta’ impjieg fir-Renju Unit. It-tfittxija ta’ tali għan simili jkun jikser id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 165(1) TFUE li fl-aħħar mill-aħħar għandu l-kontenut tiegħu li huwa mfakkar fil-preambolu tal-Konvenzjoni, kif jiena diġà kelli l-opportunità li nsemmi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 6 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>70.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi u fid-dawl tal-karatteristiċi partikolari tas-sistema tal-edukazzjoni fir-Renju Unit, id-dritt għal promozzjoni li l-għalliema assenjati mal-iskejjel Ewropej kellhom <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0069" REF.END="QE0069"/>[i]żomm[u]<QUOT.END REF.START="QS0069" CODE="201D" ID="QE0069"/>, fis-sens tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 12(4)(a) tal-Konvenzjoni, għandu jinkludi dak li kien ikun miftuħ għalihom li kieku baqgħu impjegati fir-Renju Unit l-istess bħall-kollegi tagħhom Ingliżi u Welsh. Madankollu, kif sostniet espressament il-Kummissjoni, it-tieni parti tar-rikors tagħha ma huwiex intiż sabiex l-għalliema assenjati mir-Renju Unit mal-iskejjel Ewropej awtomatikament jingħataw promozzjoni lejn u fuq skala tas-salarji ogħla jew jiksbu pożizzjonijiet u allowances stabbiliti mis-STPCD, matul il-perijodu ta’ impjieg tagħhom ma’ dawn l-iskejjel, imma biss li, l-istess bħall-kollegi tagħhom li baqgħu impjegati mill-iskejjel issussidjati fl-Ingilterra u Wales, l-għalliema assenjati mal-iskejjel Ewropej iżommu, matul l-assenjazzjoni tagħhom, id-dritt li <HT TYPE="ITALIC">jipparteċipaw fil-proċedura li tippermettilhom l-aċċess</HT> għall-imsemmija skala u l-imsemmija pożizzjonijiet u allowances.</TXT></NP><?PAGE NO="11"?><NP><NO.P>71.</NO.P><TXT>Dan huwa tabilħaqq id-dritt rigward promozzjoni li jiggarantixxi s-STPCD lill-għalliema Ingliżi u Welsh impjegati mill-iskejjel issussidjati u għal dawk impjegati mill-iskejjel indipendenti li japplikaw is-STPCD fl-intier tiegħu, li jkunu kisbu s-senjorità suffiċjenti u li jkunu laħqu l-ogħla livell tal-iskala bażika (livell M6), peress li, bħalma jammetti r-Renju Unit waqt is-seduta, uħud fosthom jagħżlu li ma japplikawx għal avvanz fi skala ogħla u li, barra minn hekk, fost dawk li jipparteċipaw fil-proċedura, tal-inqas 95 % jilħqu din l-iskala.</TXT></NP><NP><NO.P>72.</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, huwa paċifiku li din il-libertà ta’ għażla ma hijiex disponibbli lill-għalliema Ingliżi u Welsh assenjati mal-iskejjel Ewropej għaliex dawn huma kostretti, skont il-kuntratt iffirmat mal-Ministeru tal-Edukazzjoni tar-Renju Unit, li jirrinunzjaw għal kull possibbiltà li jieħdu sehem, matul l-assenjazzjoni tagħhom, fil-proċeduri ta’ aċċess għall-ogħla skala tas-salarji u għall-pożizzjonijiet u allowances stabbiliti mis-STPCD.</TXT></NP><NP><NO.P>73.</NO.P><TXT>L-obbligu impost mill-aħħar sentenza tal-Artikolu 12(4)(a) tal-Konvenzjoni kien, fil-fehma tiegħi, jitlef kull effettività jekk huwa ma japplikax għal Stat Membru li, għalkemm ma jagħtix id-dritt <HT TYPE="ITALIC">stricto sensu</HT> għall-promozzjoni jew għall-avvanz favur l-għalliema tiegħu, jagħtihom, madankollu, dritt li jipparteċipaw fil-proċedura li tipprovdi l-aċċess għal skala ogħla tas-salarji kif ukoll għall-pożizzjonijiet u allowances stabbiliti mir-regoli nazzjonali tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>74.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, jiena nqis li l-kategorija tal-għalliema assenjati mal-iskejjel Ewropej li setgħu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0070" REF.END="QE0070"/>jżommu d-dritt għall-promozzjoni<QUOT.END REF.START="QS0070" CODE="201D" ID="QE0070"/> fis-sens tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 12(4)(a) tal-Konvenzjoni, previst mis-STPCD, huma dawk li, kieku baqgħu fir-Renju Unit bħall-kollegi tagħhom Ingliżi u Welsh, kienu setgħu jibbenefikaw mill-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet previsti mis-STPCD sabiex jilħqu l-ogħla skala tas-salarji, u jipprogressaw fiha u jiksbu d-dritt li japplikaw għall-pożizzjonijiet u allowances stabbiliti f’dan id-dokument.</TXT></NP><NP><NO.P>75.</NO.P><TXT>Huma għalhekk, kif sostniet il-Kummissjoni, għalliema li kienu diġà impjegati, qabel l-assenjazzjoni tagħhom mal-iskejjel Ewropej, ma’ skejjel issussidjati li, min-natura tagħhom, japplikaw neċessarjament is-STPCD kollu, imma wkoll dawk li kienu impjegati mal-iskejjel indipendenti li kienu, b’għażla tagħhom, japplikaw is-STPCD kollu. Kien hemm ukoll, l-istess bħal dawn iż-żewġ kategoriji ta’ għalliema, dawk li, għalkemm qabel in-nomina tagħhom ma kinux laħqu l-aħħar livell tal-iskala bażika tas-salarji, kienu laħquh matul il-perijodu ta’ assenjazzjoni tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>76.</NO.P><TXT>Tabilħaqq, huma dawn il-gruppi ta’ għalliema li, kieku ma ġewx assenjati mal-iskejjel Ewropej, kienu jistgħu jitolbu li jibbenefikaw mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha tas-STPCD. Għalhekk, huma wkoll dawn il-gruppi biss li jistgħu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0071" REF.END="QE0071"/>jżommu<QUOT.END REF.START="QS0071" CODE="201D" ID="QE0071"/>, fis-sens tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 12(4)(a) tal-Konvenzjoni, id-dritt li jistgħu jieħdu sehem fil-proċeduri ta’ għażla li jippermettulhom jaċċedu għall-ogħla skala tas-salarji prevista mis-STPCD u għall-pożizzjonijiet u allowances stabbiliti f’dan id-dokument, dritt li għalih huma madankollu mġiegħla jirrinunzjaw meta ffirmaw, mal-Ministeru tal-Edukazzjoni tar-Renju Unit, il-kuntratti li jassenjawhom mal-iskejjel Ewropej.</TXT></NP><NP><NO.P>77.</NO.P><TXT>L-għalliema l-oħra, jiġifieri dawk li, qabel l-assenjazzjoni tagħhom mal-iskejjel Ewropej, kienu għallmu fl-iskejjel mhux issussidjati li ma kinux japplikaw, jew ma kinux japplikaw fl-intier tiegħu, is-STPCD, ma humiex għalhekk milquta mit-tieni parti tar-rikors tal-Kummissjoni. Tabilħaqq, loġikament, dawn l-għalliema ma jistgħux jirrinunzjaw għal dritt li sa mill-bidu nett huma ma setgħux jitolbu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Din id-distinzjoni ma toħloqx diskriminazzjoni għaliex minn naħa waħda, mill-perspettiva ġuridika, dawn l-għalliema huma f’sitwazzjoni differenti minn dik tal-gruppi tal-għalliema msemmija iktar ’il fuq u, min-naħa l-oħra, mill-perspettiva finanzjarja, matul il-perijodu ta’ assenjazzjoni tagħhom, is-suppliment Ewropew għandu jikkumpensa d-differenza li tista’ teżisti mal-għalliema tal-gruppi msemmija.</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="12"?><NP><NO.P>78.</NO.P><TXT>Wara li saru u ġew ikkunsidrati dawn il-preċiżazzjonijiet, jiena nemmen li Stat Membru li jġiegħel, anki permezz ta’ kuntratt, uħud mill-għalliema tiegħu li huwa jiddeċiedi li jassenja mal-iskejjel Ewropej li jirrinunzjaw għad-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0072" REF.END="QE0072"/>dritt ta’ promozzjoni<QUOT.END REF.START="QS0072" CODE="201D" ID="QE0072"/> li huma kellhom bħala prinċipju <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0073" REF.END="QE0073"/>jżommu<QUOT.END REF.START="QS0073" CODE="201D" ID="QE0073"/> skont l-aħħar sentenza tal-Artikolu 12(4)(a) tal-Konvenzjoni, li kieku huma baqgħu f’pożizzjoni fir-Renju Unit, huwa manifestament kuntrarju għal dik id-dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>79.</NO.P><TXT>Kif jista’ jiġi dedott mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti, din il-pożizzjoni tapplika mhux biss għall-aċċess għall-ogħla skala tas-salarji, imma wkoll għall-aċċess għall-pożizzjonijiet ET, AST u għal dawk li magħhom huma marbuta t-TLRP.</TXT></NP><NP><NO.P>80.</NO.P><TXT>Tabilħaqq, minn naħa waħda, l-aċċess għal dawn il-pożizzjonijiet huwa suġġett li jiġu sodisfatti l-istandards ta’ rendiment professjonali applikabbli għall-avvanz fi skala ogħla tas-salarji<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Infakkar li l-kandidati għall-pożizzjonijiet ta’ ET jeħtiġilhom ukoll li jkunu fit-tielet livell tal-ogħla skala tas-salarji għal mill-inqas sentejn qabel ma jkunu ħadu l-kariga (ara l-punt 20 ta’ dawn il-konklużjonijiet).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>81.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, dawn il-pożizzjonijiet huma mogħtija iktar responsabbiltajiet u jgawdu minn kundizzjonijiet ta’ remunerazzjoni ogħla minn pożizzjonijiet remunerati skont l-iskala bażika tas-salarji.</TXT></NP><NP><NO.P>82.</NO.P><TXT>Il-fatt li, bid-differenza tal-aċċess għal skala ogħla tas-salarji, għandhom jinħolqu xi karigi speċifiċi, ma jistax jeskludi l-avvanz għal dawk il-pożizzjonijiet mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0074" REF.END="QE0074"/>promozzjoni<QUOT.END REF.START="QS0074" CODE="201D" ID="QE0074"/>, fis-sens tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 12(4)(a) tal-Konvenzjoni. Ir-Renju Unit dan jammettih ukoll meta jiddefendi, għalkemm b’mod żbaljat, interpretazzjoni ristretta tal-kunċett ta’ promozzjoni, b’mod li jinkludi biss il-progress lejn karigi iktar għoljin. Kif diġà indikajt, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0075" REF.END="QE0075"/>promozzjoni<QUOT.END REF.START="QS0075" CODE="201D" ID="QE0075"/> għandu, fil-fehma tiegħi, jirċievi interpretazzjoni awtonoma u jinkludi, b’mod wiesa’, kull tip ta’ avvanz fil-karriera tal-għalliema kkonċernati kemm jekk huwa l-aċċess għal skala ogħla tas-salarji jew l-aċċess għal pożizzjonijiet mgħobbija b’iktar responsabbiltajiet ta’ pedagoġija u ta’ taħriġ, kif ukoll jekk dawn il-karigi ma għandhomx xi status ġerarkiku partikolari fi ħdan l-istrutturi skolastiċi. Għall-finijiet prattiċi kollha, fir-rigward tat-TLRP, jiena nżid li, kif enfasizza r-Renju Unit b’riferiment għad-dispożizzjonijiet rilevanti tas-STPCD, dawn l-allowances huma ta’ natura li jingħataw għal tul ta’ żmien u huma wkoll marbuta ma’ pożizzjonijiet mgħobbija b’iktar responsabbiltajiet ta’ tagħlim u ta’ taħriġ supplimentari iktar milli ma’ persuni partikolari b’mod li, fil-fehma tiegħi, huma jidħlu wkoll fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0076" REF.END="QE0076"/>promozzjoni<QUOT.END REF.START="QS0076" CODE="201D" ID="QE0076"/> imsemmi fl-aħħar sentenza tal-Artikolu 12(4)(a) tal-Konvenzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>83.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għall-kompletezza, ir-Renju Unit ma jistax isostni li l-għalliema assenjati mal-iskejjel Ewropej kienu liberament taw il-kunsens għar-rinunzja tal-applikazzjoni sħiħa tas-STPCD matul il-perijodu ta’ assenjazzjoni tagħhom. Biżżejjed nirrileva f’dan ir-rigward li din il-klawżola ta’ rinunzja hija kundizzjoni standard, imposta fuq l-għalliema mill-Ministeru tal-Edukazzjoni, mingħajr, għalhekk, ebda possibbiltà ta’ negozjati individwali. L-għażla li ngħatat lil dawk l-għalliema kienet għalhekk sabiex huma jaċċettaw l-assenjazzjoni mal-iskejjel Ewropej taħt il-kundizzjonijiet imposti mill-Ministeru tal-Edukazzjoni jew li jirrifjutawha.</TXT></NP><NP><NO.P>84.</NO.P><TXT>F’dan l-istadju, ir-Renju Unit jinvoka wkoll xi diffikultajiet ta’ natura essenzjalment ta’ organizzazzjoni u finanzjarja sabiex iċaħħad lill-għalliema assenjati mal-iskejjel Ewropej mid-dritt li jkunu jistgħu jipparteċipaw, matul il-perijodu tal-assenjazzjoni tagħhom mal-iskejjel Ewropej, fil-proċeduri relatati mal-promozzjoni previsti mis-STPCD.</TXT></NP><NP><NO.P>85.</NO.P><TXT>Rigward id-diffikultajiet ta’ organizzazzjoni, ir-Renju Unit jinvoka, essenzjalment, kunsiderazzjonijiet marbuta ma’, minn naħa waħda, diversi karatteristiċi partikolari għar-responsabbiltajiet miżjuda li l-kandidati għandhom jieħdu għall-iskala ogħla tas-salarji u għall-pożizzjonijiet ET, AST kif ukoll dawk li magħhom huma marbuta t-TLRP u, min-naħa l-oħra, problemi ta’ evalwazzjoni tal-għalliema assenjati mal-iskejjel Ewropej.</TXT></NP><?PAGE NO="13"?><NP><NO.P>86.</NO.P><TXT>Għalkemm dan it-tħassib jista’ jkun leġittimu, ma jidhirx, madankollu, li jista’ jipprekludi d-dritt mogħti bl-aħħar sentenza tal-Artikolu 12(4)(a) tal-Konvenzjoni lill-għalliema kkollokati jew assenjati mal-iskejjel Ewropej.</TXT></NP><NP><NO.P>87.</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-aċċess tal-għalliema għall-iskala tas-salarji ogħla, ir-Renju Unit ma kkontestax il-fatt li, fir-rigward tal-iskejjel li jinsabu fit-territorju tiegħu li għalihom is-STPCD kien applikabbli fl-intier tiegħu, l-evalwazzjoni tal-kapaċitajiet u tal-għarfien miksuba kienet saret mill-kapijiet ta’ wħud mill-iskejjel<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Skont il-provi tal-proċess l-għaxar regoli professjonali li għandhom jissodisfaw l-għalliema li laħqu s-sitt livell tal-iskala bażika u li jixtiequ japplikaw għall-iskala ogħla huma s-segwenti: 1) li jikkontribwixxu attivament, jekk ikun il-każ, għall-implementazzjoni tal-politika u l-prattika fuq il-post tax-xogħol u jiffavorixxu t-tkattir ta’ responsabbiltà kollettiva f’dan ir-rigward; 2) li jkollhom għarfien profond tal-użu u l-adattament ta’ strateġiji possibbli ta’ tmexxija tat-tagħlim, tal-apprendistat u tal-imġieba, u li b’mod partikolari jkunu jafu kif jippersonalizzaw it-tagħlim sabiex jippermettu lill-istudenti kollha jwettqu l-potenzjal tagħhom; 3) li jkollhom għarfien profond u jkunu jifhmu b’mod ċar il-kriterji u l-modalitajiet ta’ evalwazzjoni tas-suġġett/tal-programm li huma jgħallmu, inkluż rigward il-kwalifiki u l-eżamijiet pubbliċi; 4) li effettivament ikollhom għarfien iktar profond u jkunu jifhmu iktar it-tipi differenti ta’ kwalifikazzjonijiet u ta’ speċifikazzjonijiet u tal-kapaċità tagħhom li jirrispondu għall-bżonnijiet tal-istudenti; 5) li jkollhom għarfien iktar profond u jkunu jifhmu iktar is-suġġetti/programmi tagħhom u tal-pedagoġija li għandhom x’jaqsmu magħhom, u b’mod partikolari tal-mod li bih l-istudenti tagħhom jimxu ’l quddiem; 6) li jkollhom għarfien u esperjenza biżżejjed sabiex ikunu jistgħu jagħtu pariri fuq l-iżvilupp u l-benesseri tat-tfal u ż-żgħażagħ; 7) li jkunu flessibbli, kreattivi u esperti fit-twettiq, matul u waqt il-perijodi tal-iskola, tas-sekwenzi tat-tagħlim li huma kapaċi u adattati fit-tul għall-għanijiet tat-tagħlim u għall-bżonnijiet tal-istudenti u li jkun fihom l-iżviluppi reċenti, u inklużi dawk rigward l-għarfien tas-suġġetti/tal-programm tagħhom; 8) li jkollhom il-kapaċitajiet ta’ tagħlim li jippermettu lill-istudenti li jwettqu progress fir-rigward tal-esperjenzi preċedenti tagħhom, u li jimxu tajjeb, anzi aħjar, mill-istudenti l-oħra paragunabbli fuq livell nazzjonali; 9) li jrawmu kollaborazzjoni u ħidma effettiva fi ħdan it-tim; u 10) jikkontribwixxu għall-iżvilupp professjonali tal-kollegi tagħhom permezz ta’ akkumpanjant u mentoring, id-dimostrazzjoni ta’ prattiki effettivi u l-għoti ta’ pariri u ta’ feedback.</P></NOTE>. Għalhekk, huwa diffiċli li nifhem ir-raġunijiet li għalihom evalwazzjoni simili, ibbażata fuq l-istess kriterji ta’ eliġibbiltà għall-imsemmija skala ogħla prevista mill-awtoritajiet tar-Renju Unit, ma setgħetx titwettaq fil-livell tal-kap tal-iskola Ewropea kkonċernata, f’kooperazzjoni, jekk ikun il-każ, mal-ispettur kompetenti fi ħdan din l-iskola, li huwa nnominat skont id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni, li jirrappreżenta l-Istat Membru inkwistjoni u jiżgura l-ħarsien pedagoġiku tal-għalliema li ġejjin minn dak l-Istat Membru<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ara l-Artikoli 15 sa 18 tal-Konvenzjoni.</P></NOTE> kif ukoll mal-Ministeru tal-Edukazzjoni tar-Renju Unit.</TXT></NP><NP><NO.P>88.</NO.P><TXT>Rigward l-aċċess għall-pożizzjonijiet ET, AST u dawk li jagħtu dritt għat-TLRP kif ukoll għall-evalwazzjoni tar-rendiment tal-għalliema li jikkandidaw ruħhom għal tali pożizzjonijiet, jiena ma nistax naqbel mal-argument propost mir-Renju Unit li, bl-iskuża li dawn il-pożizzjonijiet jeżiġu li l-għalliema jintrabtu li jieħdu responsabbiltajiet addizzjonali, b’mod partikolari ta’ sorveljanza u ta’ taħriġ ta’ għalliema oħra, kemm jekk fl-istituzzjoni proprja tagħhom (pożizzjonijiet ET) kemm jekk f’istituzzjonijiet oħra (pożizzjonijiet AST) li, bħala regola ġenerali, l-għalliema assenjati mal-iskejjel Ewropej ma jistgħu <HT TYPE="ITALIC">qatt</HT> jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet matul il-perijodu ta’ servizz tagħhom ma’ dawk l-iskejjel u l-evalwazzjoni tal-osservanza ma’ dawn il-kundizzjonijiet hija, fil-każ tagħhom, impossibbli li tiġi implementata.</TXT></NP><NP><NO.P>89.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, nirrileva qabel xejn li, kif enfasizza r-Renju Unit, is-STPCD jipprovdi li l-evalwazzjoni minn qabel ta’ kwalifiki ta’ kandidat għal pożizzjoni AST għandha bħala regola ġenerali ssir mill-kap tal-iskola (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0077" REF.END="QE0077"/>head teacher<QUOT.END REF.START="QS0077" CODE="201D" ID="QE0077"/>), madankollu dan id-dokument jaħseb għall-każ ta’ applikazzjonijiet minn għalliema li ma humiex impjegati fi skola ssussidjata (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0078" REF.END="QE0078"/>unattached teachers<QUOT.END REF.START="QS0078" CODE="201D" ID="QE0078"/>), li għandhom jiġu evalwati minn qabel minn persuna li jkollha r-responsabbiltà ta’ ġestjoni tal-applikant (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0079" REF.END="QE0079"/>a person with management responsibility for the applicant<QUOT.END REF.START="QS0079" CODE="201D" ID="QE0079"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara l-Artikolu 30(3) u (4) tas-STPCD.</P></NOTE>. Applikata għall-każ tal-għalliema assenjati mal-iskejjel Ewropej, din id-dispożizzjoni għalhekk tippermetti, jekk ikun il-każ, għal persuna responsabbli mill-iskola Ewropea kkonċernata, b’koordinazzjoni mal-ispettur kompetenti ta’ dik l-iskola u mal-Ministeru tal-Edukazzjoni tar-Renju Unit li miegħu dawn l-għalliema ffirmaw il-kuntratt tagħhom, li twettaq dan l-ewwel stadju tal-evalwazzjoni tal-prestazzjonijiet meħtieġa minn dawn il-pożizzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>90.</NO.P><TXT>Imbagħad, jekk, skont il-fajl, l-evalwazzjoni tal-kapaċità li jeżerċita l-funzjonijiet ta’ ET u ta’ AST hija, hi wkoll, fdata lil korp wieħed għall-kandidati Ingliżi u Welsh impjegati fir-Renju Unit, ma narax għaliex din l-evalwazzjoni ma tistax issir fir-rigward tal-għalliema tar-Renju Unit assenjati mal-iskejjel Ewropej li jixtiequ japplikaw għall-imsemmija pożizzjonijiet, sakemm dak l-Istat Membru jaċċetta li din tista’ ssir għal dawk impjegati fi skejjel oħra li jinsabu fit-territorju ta’ Stati Membri oħra.</TXT></NP><?PAGE NO="14"?><NP><NO.P>91.</NO.P><TXT>Il-fatt, invokat ukoll mir-Renju Unit, li dawn l-iskejjel jipprovdu tagħlim eqreb lejn is-sistema Britannika mit-tagħlim li jsir fl-iskejjel Ewropej jidhirli li ma jnaqqas xejn mill-istatus <HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT> tal-imsemmija skejjel, li jiena nfakkar, għandom bħala l-missjoni tagħhom li l-edukazzjoni komuni tat-tfal tal-persunal tal-Unjoni titwettaq għall-benefiċċju ta’ kull wieħed mill-Istati Membri bl-osservanza tar-responsabbiltà li taqa’ fuq dawn tal-aħħar rigward il-kontenut tat-tagħlim u l-organizzazzjoni tas-sistema edukattiva tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>92.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, jekk huwa veru li, għal dak li jirrigwarda l-kandidati għall-istatus AST, dawn għandhom jimpenjaw ruħhom li jieħdu parti mir-responsabbiltajiet tagħhom dwar l-għalliema ta’ skejjel oħra barra dawk li fihom huma jkunu jwettqu s-servizz tagħhom, dan l-impenn jista’ perfettament jittieġed għall-futur minn għalliem assenjat ma’ skola Ewropea. Barra minn hekk, jirriżulta mis-STPCD li l-eżekuzzjoni ta’ impenn ma għandhiex neċessarjament titwettaq ma’ skola<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Ara l-Artikolu 65(2) tas-STPCD li jistipula li dan il-perijodu ta’ xogħol jista’ wkoll jitwettaq favur l-awtorità inkarigata min-nomina tal-għalliema jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0080" REF.END="QE0080"/>oħrajn<QUOT.END REF.START="QS0080" CODE="201D" ID="QE0080"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>93.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward taċ-ċirkustanza, miġjuba ’l quddiem mir-Renju Unit, li l-għażla tal-għalliema Britanniċi assenjati mal-iskejjel Ewropej hija partikolarment severa, jiena niddubita kemm dawk l-għalliema ma jistgħux, bħala regola ġenerali, jissodisfaw ir-regoli professjonali u r-responsabbiltajiet addizzjonali mitluba, b’mod partikolari, għall-aċċess għall-istatus ta’ ET u ta’ AST, kif jipprova, barra minn hekk, ir-Renju Unit.</TXT></NP><NP><NO.P>94.</NO.P><TXT>Ma teżisti għalhekk, fil-fehma tiegħi, ebda diffikultà ta’ organizzazzjoni tali li tiġġustifika li jiġu skartati l-għalliema mill-proċeduri ta’ aċċess għall-pożizzjonijiet ET, AST u għal dawk li magħhom huma marbuta t-TLRP, li huma assenjati mal-iskejjel Ewropej imsemmija fir-rikors tal-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>95.</NO.P><TXT>L-istess konklużjoni għandha tiġi adottata rigward diffikultajiet ta’ natura baġitarja invokati mir-Renju Unit.</TXT></NP><NP><NO.P>96.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mhux ser nitkellem fit-tul fuq l-argument manifestament inaċċettabbli li l-għalliema kkollokati jew assenjati mal-iskejjel Ewropej jistgħu jiġu mċaħħda mid-dritt li tiġi applikata fir-rigward tagħhom l-aħħar sentenza tal-Artikolu 12(4)(a) tal-Konvenzjoni, fuq il-pretest li huma jibbenefikaw minn kundizzjonijiet finanzjarji iktar vantaġġużi, minħabba l-ħlas tas-suppliment Ewropew, mill-kollegi tagħhom Ingliżi u Welsh li baqgħu impjegati fl-iskejjel tar-Renju Unit.</TXT></NP><NP><NO.P>97.</NO.P><TXT>Iktar serjament, ir-Renju Unit isostni wkoll li l-pożizzjonijiet ET, AST u dawk relatati mat-TLRP, jeħtieġu approprjazzjonijiet għal kull skola li tixtieq tibbenefika minn dawn il-pożizzjonijiet u li, għalhekk, ma huwiex ser ikun possibbli li dawn jinħolqu għall-għalliema assenjati mal-iskejjel Ewropej matul il-perijodu ta’ assenjazzjoni tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>98.</NO.P><TXT>Dan l-argument, madankollu, ma jistax jiġi aċċettat. Tabilħaqq, minkejja ċerta konfużjoni bejn il-partijiet fuq dan il-punt, ma huwiex il-każ, fil-fehma tiegħi, li r-Renju Unit għandu joħloq pożizzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ad hoc</HT> għall-benefiċċju tal-għalliema assenjati mal-iskejjel Ewropej. Għall-kuntrarju, huwa għandu sempliċement jagħtihom il-possibbiltà li japplikaw għal dawn il-karigi. Fi kliem ieħor, fir-rigward tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 12(4)(a) tal-Konvenzjoni, ir-Renju Unit għandu jiżgura li huma jkunu jistgħu jikkonformaw ruħhom mal-evalwazzjonijiet meħtieġa mis-STPCD kif ukoll, fil-każ iktar speċifiku tal-kisba tal-istatus ET, jippermettilhom, matul il-perijodu ta’ assenjazzjoni tagħhom, li jaċċedu u li javvanzaw fuq l-iskala ogħla tal-karriera sabiex ikunu jistgħu japplikaw għal avviż ta’ pożizzjoni vakanti li jsir minn skola li tkun iddeċidiet li toħloq pożizzjoni AST taħt l-istess kundizzjonijiet daqslikieku huma baqgħu impjegati minn skola fir-Renju Unit.</TXT></NP><NP><NO.P>99.</NO.P><TXT>Għal dawn ir-raġunijiet kollha, jiena nħoss li r-Renju Unit naqas milli jwettaq l-obbligu skont l-aħħar sentenza tal-Artikolu 12(4)(a) tal-Konvenzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="15"?><NP><NO.P>100.</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma tapplikax biss għad-dritt ta’ promozzjoni, imma wkoll, fid-dawl taċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża, għad-dritt għall-irtirar tal-għalliema assenjati mal-iskejjel Ewropej li jissemmew fit-tieni parti ta’ dan ir-rikors.</TXT></NP><NP><NO.P>101.</NO.P><TXT>Fil-fatt, sa fejn, minn naħa, matul l-assenjazzjoni tagħhom, il-pensjoni ta’ dawn l-għalliema hija kkalkolata biss abbażi tas-salarju nazzjonali tagħhom, jiġifieri s-salarju bbażat fuq l-applikazzjoni tal-iskala bażika tas-salarji previst mis-STPCD, u, min-naħa l-oħra, dawn l-istess għalliema kellhom jirrinunzjaw matul dan l-istess perijodu, milli jkunu jistgħu, tal-inqas, jibbenefikaw mill-possibbiltà li jaċċedu għal skala ta’ salarju ogħla, huma jkunu tilfu l-possibbiltà li jkollhom id-drittijiet għal pensjoni kkalkolati abbażi tal-imsemmija promozzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>102.</NO.P><TXT>Dan it-telfien tal-possibbiltà huwa, fl-opinjoni tiegħi, wieħed serju u reali għal dak li jirrigwarda tal-inqas l-għalliema li kienu laħqu, qabel l-assenjazzjoni tagħhom mal-iskejjel Ewropej, l-aħħar livell tal-iskala bażika tas-salarji. Fil-fatt, nistgħu ċertament nassumu li fost dawk li jkunu talbu l-aċċess għall-iskala ogħla tas-salarji, ir-rata ta’ suċċess ma kinitx, mingħajr ebda dubju, inqas minn dik tal-għalliema li baqgħu impjegati fl-iskejjel issussidjati fir-Renju Unit li jkunu għamlu talba bħal din, jiġifieri tal-inqas 95 %<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Ara, fuq il-kunċett ta’ telfien serju ta’ possibbiltà, irrikonoxxut fid-dritt tax-xogħol u/jew tas-servizz pubbliku ta’ wħud mill-Istati Membri, inkluż ir-Renju Unit, kif ukoll tal-valur ekonomiku tal-opportunità mitlufa, punti 53 sa 55 tal-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża li tat lok għas-sentenza tal-<DATE ISO="20080221">21 ta’ Frar 2008</DATE>, Il-Kummissjoni vs Girardot (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-348/06 P" PAGE.ECR="I-833" YEAR="2008">C-348/06 P, Ġabra p. I-833</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>103.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandha wkoll tingħata deċiżjoni dwar l-allegata interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 25(1) tal-Konvenzjoni li tgħid li l-baġit tal-iskejjel għandu jkun iffinanzjat mill-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri permezz ta’ ħlas kontinwu tar-remunerazzjonijiet imħallsa lill-għalliema kkollokati jew assenjati.</TXT></NP><NP><NO.P>104.</NO.P><TXT>Il-ksur ta’ din id-dispożizzjoni jidhirli li huwa anċillari għal dak tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 12(4)(a) tal-Konvenzjoni sa fejn, jekk Stat Membru jonqos milli jiżgura li l-għalliema tiegħu assenjati jew ikkollokati mal-iskejjel Ewropej iżommu d-dritt tagħhom għall-promozzjoni, dan in-nuqqas sejjer ikollu konsegwenzi negattivi rrimedjabbli fuq <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0081" REF.END="QE0081"/>ħlas kontinwu għal rimunerazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0081" CODE="201D" ID="QE0081"/> ta’ dawk l-għalliema. F’dan il-każ, l-iffriżar tal-promozzjoni tal-għalliema assenjati mir-Renju Unit mal-iskejjel Ewropej, li jissemma’ fir-rikors tal-Kummissjoni, iġib miegħu, tal-inqas, l-iffriżar tar-remunerazzjoni li huma raġonevolment setgħu jistennew ’il fuq mil-limitu sabiex jaċċedu għall-iskala ogħla tas-salarji.</TXT></NP><NP><NO.P>105.</NO.P><TXT>Jiena nemmen għalhekk, li bl-aġir tiegħu, ir-Renju Unit kiser ukoll l-Artikolu 25(1) tal-Konvenzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>106.</NO.P><TXT>Inżid ngħid, biex nikkonkludi, li l-Kummissjoni ma ressqitx ilment awtonomu minħabba l-ksur mir-Renju Unit tal-Artikolu 5 KE (Artikolu 4(3) TUE)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>F’dan ir-rigward, infakkar li fis-sentenzi tal-<DATE ISO="19860115">15 ta’ Jannar 1986</DATE>, Hurd (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="44/84" PAGE.ECR="29" YEAR="1986">44/84, Ġabra p. 29</REF.DOC.ECR>) u tal-<DATE ISO="19900405">5 ta’ April 1990</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Belġju (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-6/89" PAGE.ECR="I-1595" YEAR="1990">C-6/89, Ġabra p. I-1595</REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja, essenzjalment ikkonstatat li Stat Membru seta’ jikser l-Artikolu 5 KE meta, permezz tal-adozzjoni ta’ miżura unilaterali, u minħabba l-mekkaniżmu ta’ kumpens, titħallas mill-baġit tal-Komunità, id-differenza bejn it-total tad-dħul tal-iskejjel Ewropej u s-salarji nazzjonali tal-għalliema, imwettqa mill-Konvenzjoni dwar l-istatus tal-iskejjel Ewropej (f’dak il-każ, il-Konvenzjoni tal-1958 li għaliha l-Komunitajiet ma kinux parti), dan l-Istat Membru jitfa’ piż fuq l-imsemmi baġit li dan il-baġit ma kellux iħallas. Ara, f’dan ir-rigward, ukoll punti 121 sa 130 tal-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża li tat lok għas-sentenza tat-<DATE ISO="20100930">30 ta’ Settembru 2010</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Belġju, iċċitata iktar ’il fuq.</P></NOTE>. Dan jimplika li l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex tiddeċiedi dwar il-legalità ta’ din il-proċedura, ibbażata fuq ksur ta’ dispożizzjoni tat-Trattat, b’applikazzjoni tal-klawżola ta’ arbitraġġ prevista fl-Artikolu 26 tal-Konvenzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>107.</NO.P><TXT>Għal dawn ir-raġunijiet kollha, jiena nissuġġerixxi li r-rikors tal-Kummissjoni għandu jiġi milqugħ. Barra minn hekk, peress li hija talbet ukoll li r-Renju Unit jiġi kkundannat għall-ispejjeż, jiena nipproponi wkoll, bl-applikazzjoni tal-Artikolu 69(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, li din it-talba tintlaqa’.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="16"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>108.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, jiena nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja li tiddikjara u tiddeċiedi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0082" REF.END="QE0082"/>1)</NO.P><TXT>L-aħħar sentenza tal-Artikolu 12(4)(a) tal-Konvenzjoni li tiddefinixxi l-istatut tal-iskejjel Ewropej, iffirmata fil-Lussemburgu fil-<DATE ISO="19940621">21 ta’ Ġunju 1994</DATE>, għandha tiġi interpretata fis-sens li tobbliga lill-partijiet kontraenti li jiżguraw li l-għalliema kkollokati jew assenjati mal-iskejjel Ewropej għandhom, matul it-tul tal-kollokament jew tal-assenjazzjoni tagħhom, iżommu d-drittijiet għal avvanz fil-karriera u għall-irtirar previsti mir-regoli nazzjonali tal-Istat Membru ta’ oriġini tagħhom li kienu jkunu applikabbli għalihom li kieku baqgħu impjegati fis-sistema skolastika ta’ dak l-Istat Membru.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-esklużjoni ta’ wħud mill-għalliema assenjati mal-iskejjel Ewropej mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, matul il-perijodu ta’ assenjazzjoni tagħhom, mill-aċċess għall-iskali ta’ salarji iktar vantaġġużi (b’mod partikolari dawk imsejħa <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0083" REF.END="QE0083"/>post-threshold pay scale<QUOT.END REF.START="QS0083" CODE="2019" ID="QE0083"/>, <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0084" REF.END="QE0084"/>excellent teacher pay scale<QUOT.END REF.START="QS0084" CODE="2019" ID="QE0084"/> jew <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0085" REF.END="QE0085"/>advanced skills teacher pay spine<QUOT.END REF.START="QS0085" CODE="2019" ID="QE0085"/>) u ta’ pagamenti addizzjonali oħra (bħalma huma t-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0086" REF.END="QE0086"/>teaching and learning responsibility payments<QUOT.END REF.START="QS0086" CODE="2019" ID="QE0086"/>) li huma setgħu jibbenefikaw minnhom li kieku baqgħu impjegati fl-iskejjel f’dak l-Istat Membru, bħall-kollegi tagħhom impjegati f’dawk l-iskejjel issussidjati Ingliżi u Welsh, hija inkompatibbli mal-aħħar sentenza tal-Artikoli 12(4)(a) u 25(1) tal-Konvenzjoni li tiddefinixxi l-istatut tal-iskejjel Ewropej.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq huwa kkundannat iħallas l-ispejjeż.<QUOT.END REF.START="QS0082" CODE="201D" ID="QE0082"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>